Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Pregabalin Sandoz (pregabalin) – Fuljett ta’ tagħrif - N03AX16

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPregabalin Sandoz
Kodiċi ATCN03AX16
Sustanzapregabalin
ManifatturSandoz GmbH

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Pregabalin Sandoz 25 mg kapsuli ibsin

Pregabalin Sandoz 50 mg kapsuli ibsin

Pregabalin Sandoz 75 mg kapsuli ibsin

Pregabalin Sandoz 100 mg kapsuli ibsin

Pregabalin Sandoz 150 mg kapsuli ibsin

Pregabalin Sandoz 200 mg kapsuli ibsin

Pregabalin Sandoz 225 mg kapsuli ibsin

Pregabalin Sandoz 300 mg kapsuli ibsin

Pregabalin

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Pregabalin Sandoz u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pregabalin Sandoz

3.Kif għandek tieħu Pregabalin Sandoz

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Pregabalin Sandoz

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Pregabalin Sandoz u għalxiex jintuża

Pregabalin Sandoz jappartjeni għal grupp ta’ mediċini li jintużaw għall-kura tal-epilessija, l-uġigħ nevrotiku u d-Disturb ta’ Ansjetà Ġeneralizzata (GAD - Generalised Anxiety Disorder) fl-adulti.

Uġigħ nevrotiku periferali u ċentrali: Pregabalin Sandoz jintuża sabiex jiġi kkurat uġigħ fit-tul ikkawżat minn ħsara fin-nervituri. Hemm numru ta’ mard li jista’ jikkaġuna wġigħ nevrotiku periferali, bħad-dijabete jew il-ħruq ta’ Sant’Antnin. Is-sensazzjonijiet ta’ uġigħ li wieħed iħoss jistgħu jiġu deskritti bħala sħana, ħruq, tektik, uġigħ li jiġri minn parti għal oħra tal-ġisem, tniffid, uġigħ qawwi, bugħawwieġ, weġgħat, tnemnim, tinġiż. L-uġigħ nevrotiku periferali u ċentrali jista’ jkun assoċjat ukoll ma’ bidliet fil-burdata, disturb fl-irqad, għeja, u jista’ jkollu impatt fuq il-funzjonament fiżiku u soċjali u fuq il-kwalità tal-ħajja in ġenerali.

Epilessija: Pregabalin Sandoz tintuża sabiex tiġi kkurata ċerta forma ta’ epilessija (aċċessjonijiet parzjali bi jew mingħajr ġeneralizzazzjoni sekondarja) fl-adulti. It-tabib tiegħek jordnalek Pregabalin Sandoz biex jgħin fil-kura tal-epilessija meta l-kura li tkun qed tieħu ma tkunx qiegħda tikkontrolla l- kondizzjoni tiegħek. Pregabalin Sandoz għandu jittieħed mal-kura li tkun qiegħed/qiegħda tieħu. Pregabalin Sandoz mhuwiex maħsub sabiex jintuża waħdu, iżda għandu dejjem jintuża ma’ trattament ieħor kontra l-epilessija.

Disturb ta’ Ansjetà Ġeneralizzata: Pregabalin Sandoz jintuża għall-kura ta’ Disturb ta’ Ansjetà Ġeneralizzata (GAD). Is-sintomi ta’ GAD huma ansjetà eċċessiva fit-tul u tħassib li jkunu diffiċli biex tikkontrollahom. GAD jista’ jikkawża wkoll irrekwitezza jew tħossok eċċitat jew fuq ix-xwiek, tegħja malajr (għajjien), diffikulta’ biex tikkonċentra jew ma tiftakar xejn, tħossok irritabbli, ikollok tensjoni fil-muskoli jew disturb fl-irqad. Dan huwa differenti mit-tensjonijiet tal-ħajja ta’ kuljum.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pregabalin Sandoz

Tiħux Pregabalin Sandoz

Jekk inti allerġiku għal pregabalin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Pregabalin Sandoz.

Xi pazjenti li jużaw Pregabalin Sandoz irrappurtaw sintomi li jindikaw reazzoni allerġika. Dawn iss-sintomi jinkludu nefħa fil-wiċċ, fix-xofftejn, fl-ilsien, kif ukoll raxx diffus tal-ġilda. Jekk tħoss kwalunkwe minn dawn is-sintomi għandek tkellem immedjatament lit-tabib tiegħek.

Pregabalin Sandoz ġie assoċjat ma’ sturdament u ngħas, li jistgħu jżidu l-okkorrenza ta’ korriment aċċidentali (waqgħat) f’pazjenti anzjani. Għalhekk, inti għandek toqgħod attent sakemm tidra l-effetti li jista’ jkollha l-mediċina.

Pregabalin Sandoz jista jikkawża viżjoni mċajpra jew telf tal-vista, jew bidliet oħra fil-vista, li l- maġġorparti minnhom huma temporanji. Għandek tirreferi immedjament għand it-tabib tigħek jekk tesperjenza xi bdil fil-viżta.

Xi pazjenti bid-dijabete li jżidu fil-piż waqt li jkunu qegħdin jieħdu pregabalin jista’ jkollhom bżonn bidla fil-mediċini li jkunu qegħdin jieħdu kontra d-dijabete

Ċerti effetti sekondarji, bħan-ngħas, jistgħu jkunu aktar komuni, peress li l-pazjenti li jkollhom leżjoni fil-korda spinali jistgħu jkunu qegħdin jieħdu mediċini oħra biex jikkuraw, ngħidu aħna, uġigħ jew spastiċità, li jkollhom effetti sekondarji simili għal Pregabalin u s-severità ta’ dawn l- effetti tista’ tiżdied meta jittieħdu flimkien.

Kien hemm rapporti ta’ insuffiċjenza tal-qalb konġestiva f’xi pazjenti meta kienu qed jieħdu Pregabalin Sandoz; dawn il-pazjenti kienu il-biċċa l’kbira anzjani b’kundizzjonijiet karjovaskulari. Qabel ma tieħu din il-mediċina għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk ikollok storja ta’ mard tal-qalb.

Kien hemm rapporti ta’ indeboliment tal-kliewi f’xi pajenti waqt li kienu qed jieħdu Pregabalin Sandoz.Jekk waqt li tieħu Pregabalin Sandoz tinnota tnaqqis fil-passaġġ tal-urina, għandek tinforma lit-tabib, minħabba li ti twaqqif tal-mediċina tista ssolvi din il-problema.

Numru zgħir ta’ pazjenti li jkunu qed jirċievu kura bi prodotti mediċinali kontra l-epilessija bħal-Pregabalin Sandoz, kellhom ħsibijiet li jweġġgħu lilhom infushom jew li jagħmlu suwiċidju. Jekk f’xi hin ikollok dawn il-ħsibijiet kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

Meta Pregabalin Sandoz tkun qed tittieħed ma’ mediċini oħrajn li jikkawżaw l-istitikezza (bħal ċerti tipi ta’ mediċini li jingħataw għall-uġigħ) jista’ jkun possibli li jkun hemm problemi gastroinestinali (eż. stitikezza, imsaren imblukkati jew paralizzati). Avża lit-tabib jekk tesperjenza stitikezza, speċjalment jekk inti suxxettibli għal din il-problema.

Qabel tieħu din il-mediċina, għandek tgħid li-tabib jekk għandek storja ta’ vizzju tax-xorb jew kwalunkwe abbuż jew dipendenza fuq id-droga. Tiħux aktar mediċina milli miktub fuq ir- riċetta.

Kien hemm rapporti ta’ aċċessjonijiet waqt l-użu ta’ Pregabalin Sandoz jew ftit wara li twaqqfet il-kura bi pregabalin. Jekk tesperjenza xi aċċessjoni kellem lit-tabib tiegħek immedjatament.

Kien hemm rapporti ta’ nuqqas tal-funzjoni tal-moħħ (enċefalopatija) f’xi pazjenti li qed jieħdu Pregabalin Sandoz u li għandhom kundizzjonijiet oħrajn. Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek storja ta’ kundizzjonijiet mediċi serji, li jinkludu mard tal-fwied u l-kliewi.

Tfal u adolexxenti

Is-sigurtà u l-effikaċja fi tfal u adolexxenti (ta’ taħt it-18 -il sena) ma ġewx determinati s’issa u għalhekk, pregabalin m’għandux jintuża f’dan il-grupp ta’ etajiet.

Mediċini oħra u Pregabalin Sandoz

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Pregabalin Sandoz u xi mediċini oħra jistgħu jaffettwaw lil xulxin (interazzjoni). Meta Pregabalin Sandoz tiġi meħuda ma’ ċertu mediċini oħra, tista tqawwi l-effetti sekondarji li ntwerew b’ dawn il- mediċini u li jinkludu insuffiċjenza respiratorja u koma. Il-livell ta’ sturdament, irqad u konċentrazzjoni mnaqqsa jista’ jiżdied jekk Pregabalin Sandoz jittieħed ma’ prodotti mediċinali oħra li fihom:

Oxycodone – (użat biex itaffi l-uġigħ)

Lorazepam – (użat għall-kura ta’ ansjetà)

Alkoħol

Pregabalin Sandoz jista’ jittieħed ma’ kontraċettivi orali.

Meta tieħu Pregabalin Sandoz ma’ ikel, xorb, u alkoħol

Il-kapsuli Pregabalin Sandoz jistgħu jittieħdu mal-ikel jew waħedhom.

Huwa rakkomandat li wieħed ma jixrobx alkoħol waqt li jkun qed jieħu Pregabalin Sandoz.

Tqala u treddigħ

Pregabalin Sandoz m’għandux jittieħed waqt it-tqala jew waqt li tkun qed tredda’, sakemm it-tabib ma jgħidlekx mod ieħor. Għandha tintuża kontraċezzjoni effettiva f’nisa li jistgħu jinqabdu tqal. Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Pregabalin Sandoz jista’ jikkawża sturdament, irqad u konċentrazzjoni mnaqqsa. Issuqx, tħaddimx makkinarju kumpless jew tinvolvi ruħek f’attivitajiet oħra li jistgħu jkunu perikolużi sakemm tkun taf jekk din il-mediċina taffettwax il-ħila tiegħek biex twettaq dawn l-attivitajiet.

3.Kif għandek tieħu Pregabalin Sandoz

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

It-tabib tiegħek jistabbilixxi liema doża hi adattata għalik.

Pregabalin Sandoz jista’ jingħata mill-ħalq biss.

Uġigħ nevrotiku periferali u ċentrali, epilessija jew Disturb ta’ Ansjetà Ġeneralizzata:

Ħu l-ammont ta’ kapsuli kif ordnalek it-tabib tiegħek.

Id-doża, li tiġi aġġustata għalik u għall-kondizzjoni tiegħek, ġeneralment tkun bejn 150 mg u

600 mg kuljum.

It-tabib tiegħek se jgħidlek biex tieħu Pregabalin Sandoz jew darbtejn jew tliet darbiet kuljum. Fil-każ ta’ darbtejn kuljum ħu Pregabalin Sandoz darba filgħodu u darba fil-għaxija, bejn wieħed u ieħor fl- istess ħinijiet tal-ġurnata. Għal tliet darbiet kuljum ħu Pregabalin Sandoz darba filgħodu, darba wara nofsinhar u darba filgħaxija, bejn wieħed u ieħor fl-istess ħinijiet tal-ġurnata.

Jekk ikollok l-impressjoni li l-effett ta’ Pregabalin Sandoz huwa qawwi żżejjed jew dgħajjef iżżejjed, tkellem mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek.

Jekk int pazjent anzjan (’il fuq minn 65 sena), inti għandek tieħu Pregabalin Sandoz b’mod normali ħlief jekk ikollok problemi bil-kliewi.

It-tabib tiegħek jista’ jordnalek skeda ta’ dożaġġ u/jew doża differenti jekk ikollok problemi bil-kliewi tiegħek.

Ibla’ l-kapsula sħiħa bl-ilma.

Kompli ħu Pregabalin Sandoz sakemm it-tabib tiegħek jgħidlek biex tieqaf.

Jekk tieħu Pregabalin Sandoz aktar milli suppost

Ċempel lit-tabib tiegħek jew mur immedjatament fit-taqsima tal-emerġenza tal-eqreb sptar. Ħu l-kaxxa jew il-flixkun tal-kapsuli Pregabalin Sandoz miegħek. Tista’ tħossok bi ngħas, konfuż, aġitat, jew bla kwiet jekk tieħu Pregabalin Sandoz aktar milli suppost.

Jekk tinsa tieħu Pregabalin Sandoz

Importanti li tieħu l-kapsuli Pregabalin Sandoz tiegħek b’mod regolari fl-istess ħin tal-ġurnata. Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar sakemm ma jkunx wasal il-ħin għad-doża li jmiss. F’dak il-każ, kompli bid-doża li jmiss bħas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Pregabalin Sandoz

Twaqqafx Pregabalin Sandoz sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel dan. Jekk il-kura tiegħek titwaqqaf, dan għandu jsir b’mod gradwali fuq perijodu minimu ta’ ġimgħa.

Wara li twaqqaf kura fit-tul jew fil-qasir b’Pregabalin Sandoz, jeħtieġ li tkun taf li tista’ tesperjenza ċerti effetti sekondarji. Dawn jinkludu diffikulta’ biex torqod, uġigħ ta’ ras, dardir, tħossok ansjuż, dijarea, sintomi bħall-influwenza, aċċessjonijiet, nervożità, depressjoni, uġigħ, tagħriq u sturdament. Dawn is-sintomi jistgħu jseħħu b’mod aktar komuni jew sever jekk tkun ilek tieħu Pregabalin Sandoz għal perijodu ta’ żmien aktar fit-tul.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Komuni ħafna: jistgħu jaffettwaw aktar minn 1 minn kull 10 persuni

Sturdament, ħedla, uġigħ ta’ ras

Komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10

Żieda fl-aptit.

Sensazzjoni ta’ ferħ kbir, konfużjoni, diżorjentament, tnaqqis fl-interess sesswali, irritabilità.

Nuqqas ta’ attenzjoni, guffaġni, indeboliment tal-memorja, telf tal-memorja, tregħid, diffikulta’ biex titkellem, sensazzjoni ta’ tnemnim, tmewwit, sedazzjoni, letarġija, nuqqas ta’ rqad, għeja, tħossok stramb u mhux bħas-soltu.

Vista mċajpra, vista doppja.

Vertigo, problemi fil-bilanċ, waqgħat.

Ħalq xott, stitikezza, rimettar, gass fl-istonku, dijarea, dardir, nefħa fiż-żaqq.

Diffikultajiet bl-erezzjoni.

Nefħa fil-ġisem, inkluż l-estremitajiet.

Sensazzjoni ta’ wieħed fis-sakra, mod mhux normali kif timxi.

Żieda fil-piż.

Bugħawwieġ, uġigħ fil-ġogi, uġigħ fid-dahar, uġigħ fid-dirgħajn u fis-saqajn.

Uġigħ fil-griżmejn.

Mhux komuni: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100

Telf tal-aptit, tnaqqis fil-piż, zokkor baxx fid-demm, zokkor ogħli fid-demm.

Bidla fil-mod kif tħares lejk innifsek, irrekwitezza, depressjoni, aġitazzjoni, bidliet fil-burdata, diffikulta’ biex issib il-kelma, alluċinazzjonijiet, ħolm anormali, attakk ta’ paniku, apatja, agressjoni, burdata ta’ entużjażmu, indeboliment mentali, diffikulta’ biex taħseb, żieda fl- interess sesswali, problemi fil-funzjoni ta’ natura sesswali li jinkludu inkapaċità li tilħaq orgażmu, dewmien fl-ejakulazzjoni.

Bidliet fil-viżta tal-għajnejn, moviment mhux normali tal-għajnejn, bidliet fil-viżta tal-għajnejn li jinkludu telf tal-viżta periferali, tberrieq ta’ dawl, movimenti bl-iskossi, tnaqqis fir-riflessi, attività akbar, sturdament meta tkun qiegħed bil-wieqfa, ġilda sensittiva, telf tat-togħma, sensazzjoni ta’ ħruq, rogħda meta tiċċaqlaq, koxjenza mnaqqsa, tintilef minn sensik, ħass ħażin, sensittivita’ akbar għall-ħsejjes, tħossok ma tiflaħx.

Għajnejn xotti, nefħa fl-għajnejn, uġigħ fl-għajnejn, għajnejn dgħajfa, għajnejn idemmgħu, irritazzjoni fl-għajnejn.

Disturbi fir-ritmu tal-qalb, taħbit tal-qalb aktar mgħaġġel, pressjoni baxxa, pressjoni għolja, tibdil fit-taħbit tal-qalb, insuffiċjenza tal-qalb.

Fwawar, fwawar tal-menopawsa.

Diffikulta’ biex tieħu nifs, nixfa fl-imnieħer, konġestjoni fl-imnieħer.

Produzzjoni akbar ta’ bżieq, ħruq ta’ stonku, tmewwit madwar il-ħalq.

Tagħriq, raxx, tkexkix ta’ bard, deni.

Ġbid fil-muskoli, nefħa fil-ġogi ,ebusija fil-muskoli, uġigħ li jinkludi uġigħ fil-muskoli, uġigħ fl-għonq.

Uġigħ fis-sider.

Diffikulta’ jew uġigħ biex tagħmel l-awrina, inkontinenza.

Indeboliment, għatx, tagħfis fis-sider.

Bidliet fir-riżultati tat-testijiet tad-demm u tal-fwied (żieda fil-kreatina phosphokinase fid- demm, żieda fl-alanine aminotransferase, żieda fl-aspartate aminotransferase, tnaqqis fl-għadd ta’ pjastrini, newtropenja, żieda fil-kreatinina fid-demm, tnaqqis fil-potassju fid-demm).

Sensittività eċċessiva, nefħa fil-wiċċ, ħakk, urtikarja, imnieħer inixxi, fsada mill-imnieħer, sogħla, inħir.

Uġigħ waqt il-mestruwazzjoni.

Idejn u saqajn kesħin.

Rari: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000

Sens tax-xamm mhux normali, problemi fil-viżta fejn l-affarijiet jidhru jiċċaqalqu, perċezzjoni alterata tal-fond, viżta għad-dawl aktar qawwija, telf tal-viżta.

Twessigħ tal-pupilli, twerriċ.

Għaraq kiesaħ, dwejjaq fil-gerżuma, ilsien minfuħ.

Infjammazjoni tal-frixa.

Diffikultà biex tibla.

Movimenti tal-ġisem bil-mod jew imnaqqsa.

Diffikultà biex tikteb kif suppost.

Żieda ta’ fluwidu fiż-żaqq.

Ilma fil-pulmun.

Aċċessjonijiet.

Tibdil fir-riżultati elettriċi (ECG) tal-qalb li jirrifletttu disturbi fir-ritmu tal-qalb.

Ħsara fil-muskoli.

Tnixxija mis-sider, żieda mhux normali fid-daqs tas-sider, żieda fid-daqs tas-sider tal-irġiel.

Waqfien fil-mestruwazzjoni.

Insuffiċjenza tal-kliewi, volum anqas ta’awrina, ritenzjoni urinarja.

Tnaqqis fl-għadd ta’ ċelloli bojod tad-demm.

Mġiba mhux xierqa.

Reazzjonijiet allerġiċi (dawn jistgħu jinkludu diffikulta’ biex tieħu n-nifs, infjammazzjoni fl- għajnejn (keratite) u reazzjoni serja fil-ġilda karatterizzata minn raxx, nfafet, ġilda mqaxxra u uġigħ).

Inti għandek tfittex parir mediku immedjat jekk tesperjenza nefħa fil-wiċċ jew fl-ilsien, jew jekk tiħmarlek il-ġilda u tibda titqaxxar jew ittella’ l-imfafet.

Ċerti effetti sekondarji, bħan-ngħas, jistgħu jkunu aktar komuni, peress li l-pazjenti li jkollhom leżjoni fil-korda spinali jistgħu jkunu qegħdin jieħdu mediċini oħra biex jikkuraw, ngħidu aħna, uġigħ jew spastiċità, li jkollhom effetti sekondarji simili għal Pregabalin u s-severità ta’ dawn l-effetti tista’ tiżdied meta jittieħdu flimkien.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Pregabalin Sandoz

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja, il-kontenitur jew il-kaxxa. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Fliexken tal-HDPE: Uża fi żmien 6 xhur wara li jinfetħu għall-ewwel darba.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Pregabalin Sandoz

Is-sustanza attiva hi pregabalin. Kull kapsula iebsa fiha 25 mg, 50 mg, 75 mg, 100 mg, 150 mg, 200 mg, 225 mg jew 300 mg pregabalin.

Is-sustanzi l-oħra huma: pregelatinised maize starch, maize starch, talkum, ġelatina, titanium dioxide (E171), yellow iron oxide (E172) (il-qawwiet kollha ħlief 150 mg), red iron oxide (E172) (il-qawwiet kollha ħlief 50 mg u 150 mg), black iron oxide (E172) (25 mg u 300 mg biss).

Kif jidher Pregabalin Sandoz u l-kontenut tal-pakkett

25 mg kapsuli

Għatu u korp opaki ta’ lewn isfar fil-kannella ċar, daqs tal-kapsula 4

(14.3 mm x 5.3 mm) mimlija bi trab ta’ lewn abjad sa kważi abjad.

 

50 mg kapsuli

Għatu u korp opaki ta’ lewn isfar ċar, daqs tal-kapsula 3

(15.9 mm x 5.8 mm) mimlija bi trab ta’ lewn abjad sa kważi abjad.

 

 

 

75 mg kapsuli

Għatu opak aħmar u korp opak abjad, daqs tal-kapsula 4

(14.3 mm x 5.3 mm) mimlija bi trab ta’ lewn abjad sa kważi abjad.

 

100 mg kapsuli

Għatu u korp opaki ta’ lewn aħmar, daqs tal-kapsula 3 (15.9 mm x 5.8 mm)

mimlija bi trab ta’ lewn abjad sa kważi abjad.

 

150 mg kapsuli

Għatu u korp opaki ta’ lewn abjad, daqs tal-kapsula 2 (18.0 mm x 6.4 mm)

mimlija bi trab ta’ lewn abjad sa kważi abjad.

 

200 mg kapsuli

Għatu u korp opaki ta’ lewn oranġjo ċar, daqs tal-kapsula 1

(19.4 mm x 6.9 mm) mimlija bi trab ta’ lewn abjad sa kważi abjad.

 

225 mg kapsuli

Għatu opak ta’ lewn oranġjo ċar u korp opak abjad, daqs tal-kapsula 1

(19.4 mm x 6.9 mm) mimlija bi trab ta’ lewn abjad sa kważi abjad.

 

300 mg kapsuli

Għatu opak aħmar u korp opak ta’ lewn isfar fil-kannella ċar, daqs tal-

kapsula 0 (21.7 mm x 7.6 mm) mimlija bi trab ta’ lewn abjad sa kważi abjad.

 

Pregabalin Sandoz hu disponibbli fil-preżentazzjonijiet li ġejjin:

Folji tal-PVC/PVDC//Alu ppakkjati f’kartuna.

Folji bid-doża tal-unità tal-PVC/PVDC//Alu ppakkjati f’kartuna

Kontenitur tal-HDPE b’għatu bil-kamini tal-PP ippakkjat f’kartuna.

25 mg kapsuli:

Folji li fihom 14, 28, 56, 70, 84, 100 jew 120 kapsula iebsa. Folji bid-doża tal-unità 56 x 1, 84 x 1 jew 100 x 1 kapsula iebsa. Fliexken tal-HDPE li fihom 200 kapsula iebsa.

50 mg kapsuli:

Folji li fihom 14, 21, 28, 56, 84 jew 100 kapsula iebsa. Folji bid-doża tal-unità 84 x 1 kapsula, iebsa. Fliexken tal-HDPE li fihom 200 kapsula iebsa.

75 mg kapsuli:

Folji li fihom 14, 21, 28, 56, 70, 84, 100 jew 120 kapsula iebsa.

Folji bid-doża tal-unità 14, 56, 84, 100 jew 210 (3 x 70) kapsula iebsa. Fliexken tal-HDPE li fihom 100, 200 jew 250 kapsula iebsa.

100 mg kapsuli:

Folji li fihom 14, 21, 28, 56, 84 jew 100 kapsula iebsa. Folji bid-doża tal-unità 84 jew 100 kapsula iebsa.

150 mg kapsuli:

Folji li fihom 14, 21, 28, 56, 70, 84, 100 jew 120 kapsula iebsa. Folji bid-doża tal-unità 56, 84, 100 jew 210 (3 x 70) kapsula iebsa. Fliexken tal-HDPE li fihom 100, 200 jew 250 kapsula, iebsa.

200 mg kapsuli:

Folji li fihom 21, 28, 84 jew 100 kapsula iebsa. Folji bid-doża tal-unità 84 jew 100 kapsula iebsa.

225 mg kapsuli:

Folji li fihom 14, 56, 70, 84, 100 jew 120 kapsula iebsa.

300 mg kapsuli:

Folji li fihom 14, 21, 28, 56, 70, 84 (2 x 42), 100 (2 x 50) jew 120 (2 x 60) kapsula iebsa. Folji bid-doża tal-unità 56, 84 (2 x 42), 100 (2 x 50) jew 210 (3 x 70) kapsula iebsa. Fliexken tal-HDPE li fihom 100, 200 jew 250 kapsula iebsa.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Sandoz GmbH, Biochemiestrasse 10, A-6250 Kundl, L-Awstrija

Manifattur

Lek Pharmaceuticals d.d.

Verovškova 57

1526 Ljubljana

Is-Slovenja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Sandoz nv/sa

Sandoz Pharmaceuticals d.d. filialas

Medialaan 40

Šeimyniškių 3A,

B-1800 Vilvoorde

LT 09312 Vilnius

Tél/Tel.: +32 2 722 97 97

Tel: +370 5 26 36 037

regaff.belgium@sandoz.com

Info.lithuania@sandoz.com

България

Luxembourg/Luxemburg

ТП Сандоз

Sandoz nv/sa

Бизнес Парк София, Младост 4,

Medialaan 40

Сгр.7Б, ет.3

B-1800 Vilvoorde

София 1766

Tél/Tel.: +32 2 722 97 97

Teл.: + 359 2 970 47 47

regaff.belgium@sandoz.com

regaffairs.bg@sandoz.com

 

Česká republika

Magyarország

Sandoz s.r.o.

Sandoz Hungária Kft.

U Nákladového nádraží 10

Tel.: +36 1 430 2890

CZ-130 00 Praha 3

 

Tel: +420 221 421 611

 

office.cz@sandoz.com

 

Danmark

Malta

Sandoz A/S

Medical Logistics Ltd.

Edvard Thomsens Vej 14

ADC Building, Triq L-Esportaturi

DK-2300 København S

Mriehel, BKR 3000

Danmark

Malta

Tlf: + 45 6395 1000

Tel: +356 2277 8000

variations.nordic@sandoz.com

mgatt@medicallogisticsltd.com

Deutschland

Nederland

Hexal AG

Sandoz B.V.

Industriestrasse 25

Veluwezoom 22

D-83607 Holzkirchen

NL-1327 AH Almere

Tel: +49 8024 908 0

Tel: +31 36 5241600

E-mail: service@hexal.com

info.sandoz-nl@sandoz.com

Eesti

Norge

Sandoz d.d. Eesti filiaal

Sandoz A/S

Pärnu mnt105

Edvard Thomsens Vej 14

EE-11312 Tallinn

DK-2300 København S

Tel.: +372 665 2400

Danmark

Info.ee@sandoz.com

Tlf: + 45 6395 1000

 

variations.nordic@sandoz.com

Ελλάδα

Österreich

Sandoz dd

Sandoz GmbH

Κηφισίας 18 & Γκύζη

Biochemiestr. 10

GR-151 25 Μαρούσι

A-6250 Kundl

Τηλ: +30 216 600 500 0

Tel: +43 5338 2000

España

Sandoz Farmacéutica, S.A. Centro Empresarial Osa Mayor Avda. Osa Mayor, nº 4

28023 (Aravaca) Madrid España

Tel: +34 900 456 856 registros.spain@sandoz.com

France

Sandoz SAS

49 avenue Georges Pompidou F-92593 Levallois-Perret Cedex Tél: + 33 1 4964 4800

Hrvatska

Sandoz d.o.o. Maksimirska 120 10000 Zagreb

Tel: + 385 1 2353111

e-mail: upit.croatia@sandoz.com

Ireland

Rowex Ltd., Bantry, Co. Cork, Ireland.

Tel: + 353 27 50077

e-mail: reg@rowa-pharma.ie

Ísland

Sandoz A/S

Edvard Thomsens Vej 14 DK-2300 København S Danmörk

Tlf: + 45 6395 1000 variations.nordic@sandoz.com

Italia

Sandoz S.p.A

Largo Umberto Boccioni 1

I - 21040 Origgio/VA

Tel: + 39 02 96541

Κύπρος

Panayiotis Hadjigeorgiou Γιλντίζ 31, 3042

CY-000 00 Πόλη: Λεμεσός Τηλ: 00357 25372425 hapanicos@cytanet.com.cy

Latvija

Sandoz d..d Pārstāvniecība Latvijā K.Valdemāra iela 33-30

Polska

Sandoz Polska Sp. z o.o. ul. Domaniewska 50C 02-672 Warszawa

Tel.: + 48 22 209 70 00 biuro.pl@sandoz.com

Portugal

Sandoz Farmacêutica Lda.

Phone: +351 21 924 19 11

România

S.C. Sandoz Pharma Services S.R.L. Calea Floreasca nr. 169A,

Cladirea A, etaj 1, sector 1, Bucure ti

Slovenija

Lek farmacevtska družba d.d. Tel: +386 1 580 21 11

Slovenská republika

Sandoz d.d. organizačná zložka Galvaniho 15/C

SK-821 04 Bratislava Tel: + 421 2 48 200 600 info@sandoz.sk

Suomi/Finland

Sandoz A/S

Edvard Thomsens Vej 14 DK-2300 Kööpenhamina S Tanska

Tlf: + 45 6395 1000 variations.nordic@sandoz.com

Sverige

Sandoz A/S

Edvard Thomsens Vej 14 DK-2300 Köpenhamn S Danmark

Tlf: + 45 6395 1000 variations.nordic@sandoz.com

United Kingdom

Sandoz Limited

Frimley Business Park

Rīga, LV1010

Camberley, GU16 7SR, UK

Tel: + 371 67892006

Tel: + 44 1276 698020

 

uk.regaffairs@sandoz.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati