Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Pregabalin Zentiva (pregabalin) – Fuljett ta’ tagħrif - N03AX16

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaPregabalin Zentiva
Kodiċi ATCN03AX16
Sustanzapregabalin
ManifatturZentiva, k.s.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Pregabalin Zentiva 25 mg kapsuli ibsin

Pregabalin Zentiva 50 mg kapsuli ibsin

Pregabalin Zentiva 75 mg kapsuli ibsin

Pregabalin Zentiva 100 mg kapsuli ibsin

Pregabalin Zentiva 150 mg kapsuli ibsin

Pregabalin Zentiva 200 mg kapsuli ibsin

Pregabalin Zentiva 225 mg kapsuli ibsin

Pregabalin Zentiva 300 mg kapsuli ibsin

Pregabalin

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Pregabalin Zentiva u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pregabalin Zentiva

3.Kif għandek tieħu Pregabalin Zentiva

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Pregabalin Zentiva

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Pregabalin Zentiva u għalxiex jintuża

Pregabalin Zentiva jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jintużaw biex jittrattaw l-epilessija u d- disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata (GAD - generalised anxiety disorder) fl-adulti.

Epilessija

Pregabalin Zentiva jintuża biex jittratta ċerti forom ta’ epilessija (aċċessjonijiet parzjali b’ġeneralizzazzjoni sekondarja jew mingħajrha) fl-adulti. It-tabib tiegħek se jordnalek Pregabalin Zentiva biex jgħin fit-trattament tal-epilessija meta t-trattament li tkun qed tieħu ma jkunx qed jikkontrolla l-kundizzjoni tiegħek. Inti għandek tieħu Pregabalin Zentiva flimkien mat-trattament li tkun qed tieħu. Pregabalin Zentiva mhuwiex maħsub biex jintuża waħdu, iżda għandu dejjem jintuża flimkien ma’ trattament ieħor kontra l-epilessija.

Disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata

Pregabalin Zentiva jintuża biex jittratta disturb ta’ ansjetà ġeneralizzata (GAD - generalised anxiety disorder). Is-sintomi ta’ GAD huma ansjetà eċċessiva u tħassib li huma diffiċli tikkontrolla. GAD jista’ jikkawża wkoll irrikwitezza jew tħossok eċitat jew fuq ix-xwiek, tgħeja malajr, issibha diffiċli

tikkonċentra jew ma tiftakar xejn, tħossok irritabbli, ikollok tensjoni fil-muskoli jew disturb fl-irqad Dan huwa differenti mit-tensjonijiet tal-ħajja ta’ kuljum.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Pregabalin Zentiva

Tiħux Pregabalin Zentiva

jekk inti allerġiku għal pregabalin jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Pregabalin Zentiva

Xi wħud mill-pazjenti li kienu qed jieħdu pregabalin irrappurtaw sintomi li jindikaw reazzjoni allerġika. Dawn is-sintomi jinkludu nefħa fil-wiċċ, fix-xufftejn, fl-ilsien, u fil-gerżuma kif ukoll raxx mifrux mal-ġilda. Jekk inti jkollok xi waħda minn dawn ir-reazzjonijiet, inti għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Pregabalin ġie assoċjat ma’ sturdament u ħedla tan-ngħas, li jistgħu jżidu l-okkorrenza ta’ korrimenti aċċidentali (waqgħat) f’pazjenti anzjani. Għalhekk inti għandek toqgħod attent sakemm tidra’ xi effett li jista’ jkollha l-mediċina.

Pregabalin jista’ jikkawża vista mċajpra jew telf tal-vista, jew bidliet oħra fil-vista, li ħafna minnhom huma temporanji. Inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok kwalunkwe tibdil fil-vista tiegħek.

Xi pazjenti bid-dijabete li jiżdiedu fil-piż waqt li jkunu qed jieħdu pregabalin jistgħu jkunu jeħtieġu bidla fil-mediċini tad-dijabete tagħhom.

Kien hemm rapporti ta’ insuffiċjenza tal-qalb f’xi pazjenti meta kienu qed jieħdu pregabalin.

Qabel tieħu din il-mediċina inti għandek tgħid lit-tabib teiegħek jekk għandek storja medika ta’ mard tal-qalb.

Kien hemm rapporti ta’ insuffiċjenza tal-kliewi f’xi pazjenti meta kienu qed jieħdu pregabalin. Jekk waqt li tkun qed tieħu Pregabalin Zentiva tinnota tnaqqis fl-awrina li tagħmel, inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek minħabba li jekk twaqqaf il-mediċina tista’ tmur għall-aħjar.

Numru żgħir ta’ persuni li jkunu qed jiġu ttrattati b’mediċini kontra l-epilessija bħal pregabalin għaddewlhom ħsibijiet li jweġġgħu jew joqtlu lilhom infushom. Jekk fi kwalunkwe ħin jiġuk dawn il-ħsibijiet, ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Meta pregabalin jittieħed ma’ mediċini oħra li jistgħu jikkawżaw stitikezza (bħal xi tipi ta’ mediċini għall-uġigħ) jista’ jkun possibbli li jseħħu problemi gastrointestinali (eż. stitikezza, musrana mblukkata jew ipparalizzata). Għid lit-tabib tiegħek jekk ikollok stitikezza, speċjalment jekk inti għandek tendenza għal din il-problema.

Qabel tieħu din il-mediċina inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk għandek storja ta’ alkoħoliżmu jew kwalunkwe abbuż tad-droga jew dipendenza fuq sustanzi. Tiħux iktar mediċina minn dik li ġiet ordnata lilek.

Kien hemm rapporti ta’ konvulżjonijiet waqt li kien qed jittieħed pregabalin jew ftit wara li twaqqaf pregabalin. Jekk ikollok konvulżjoni, ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Kien hemm rapporti ta’ tnaqqis fil-funzjoni tal-moħħ (enċefalopatija) f’xi pazjenti li jkunu qed jieħdu pregabalin meta jkollhom kundizzjonijiet oħra. Għid lit-tabib tiegħek jekk għandek storja ta’ kwalunkwe kundizzjonijiet mediċi serji, inkluż mard tal-fwied jew tal-kliewi.

Tfal u adolexxenti

Is-sigurtà u l-effikaċja fit-tfal u l-adolexxenti (ta’ taħt it-18-il sena) ma ġewx determinati s’issa u għalhekk, pregabalin m’għandux jintuża f’dan il-grupp ta’ etajiet.

Mediċini oħra u Pregabalin Zentiva

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Pregabalin Zentiva u xi mediċini oħra jistgħu jaffettwaw lil xulxin (interazzjoni). Meta jittieħed ma’ ċerti mediċini oħra, pregabalin jista’ jżid il-qawwa tal-effetti sekondarji li dehru b’dawn il-mediċini, fosthom insuffiċjenza respiratorja u koma. Il-grad ta’ sturdament, ngħas u konċentrazzjoni mnaqqsa jista’ jiżdied jekk pregabalin jittieħed ma’ prodotti mediċinali oħra li fihom:

oxycodone (jintuża biex itaffi l-uġigħ).

lorazepam (jintuża għat-trattament tal-ansjetà).

l-alkoħol.

Pregabalin Zentiva jista’ jittieħed mal-kontraċettivi li jittieħdu mill-ħalq.

Pregabalin Zentiva ma’ ikel, xorb u alkoħol

Kapsuli ibsin ta’ Pregabalin Zentiva jistgħu jittieħdu mal-ikel jew mingħajru.

Huwa rrakkomandat li ma tixtorbx alkoħol waqt li tkun qed tieħu Pregabalin Zentiva .

Tqala u treddigħ

Pregabalin Zentiva m’għandux jittieħed waqt it-tqala jew it-treddigħ, sakemm ma jgħidlekx mod ieħor it-tabib tiegħek. Għandha tintuża kontraċezzjoni effettiva minn nisa li jista’ jkollhom it-tfal. Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Pregabalin jista’ jagħmel sturdament, ngħas u konċentrazzjoni mnaqqsa. M’għandekx issuq, tħaddem makkinarju kumpless jew tinvolvi ruħek f’attivitajiet oħra li jistgħu jkunu perikolużi sakemm tkun taf jekk din il-mediċina taffettwalekx il-ħila tiegħek biex twettaq dawn l-attivitajiet.

Pregabalin Zentiva fih lactose monohydrate

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif għandek tieħu Pregabalin Zentiva

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

It-tabib tiegħek se jistabbilixxi liema doża hija addattata għalik. Pregabalin Zentiva qiegħed għal użu orali biss.

Epilessija jew disturbi ta’ ansjetà ġeneralizzata

Ħu n-numru ta’ kapsuli ibsin kif ordnalek it-tabib tiegħek.

Id-doża, li ġiet aġġustata għalik u għall-kundizzjoni tiegħek, is-soltu tkun bejn 150 mg u 600 mg kuljum.

It-tabib tiegħek se jgħidlek tieħu Pregabalin Zentiva darbtejn jew tliet darbiet kuljum. Fil-każ ta’ darbtejn kuljum ħu Pregabalin Zentiva darba filgħodu u darba filgħaxija, bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin tal-ġurnata. Għal tliet darbiet kuljum ħu Pregabalin Zentiva darba filgħodu, darba wara nofsinhar u darba filgħaxija, bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin tal-ġurnata.

Jekk ikollok impressjoni li l-effett ta’ Pregabalin Zentiva huwa qawwi wisq jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk inti pazjent anzjan (għandek aktar minn 65 sena), inti għandek tieħu Pregabalin Zentiva b’mod normali ħlief jekk għandek problemi bil-kliewi.

It-tabib tiegħek jista’ jordnalek skeda ta’ għoti u/jew dożi differenti jekk inti għandek problemi bil- kliewi.

Ibla’ l-kapsula sħiħa mal-ilma.

Kompli ħu Pregabalin Zentiva sakemm it-tabib jgħidlek tieqaf.

Jekk tieħu aktar Pregabalin Zentiva milli suppost

Ċempel lit-tabib tiegħek jew mur immedjatament fit-taqsima tal-emerġenza tal-eqreb sptar. Ħu l-kaxxa tal-kapsuli ibsin ta’ Pregabalin Zentiva miegħek. Jekk tieħu Pregabalin Zentiva aktar milli suppost tista’ tħossok bi ngħas, konfuż, imħawwad jew bla kwiet. Ġew ukoll irrapportati aċċessjonijiet.

Jekk tinsa tieħu Pregabalin Zentiva

Importanti li tieħu l-kapsuli ibsin Pregabalin Zentiva tiegħek b’mod regolari fl-istess ħin tal-ġurnata. Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar sakemm ma jkunx wasal il-ħin għad-doża li jmiss. F’dak il- każ, kompli bid-doża li jmiss bħas-soltu. Tiħux doża doppja biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Pregabalin Zentiva

Tiqafx tieħu Pregabalin Zentiva sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx tagħmel dan. Jekk it-trattament tiegħek jitwaqqaf dan għandu jsir bil-mod il-mod fuq perjodu minimu ta’ ġimgħa.

Wara li twaqqaf trattament li tkun ħadt fit-tul jew għal żmien qasir bi Pregabalin Zentiva, għandek tkun taf li tista’ tħoss ċerti effetti sekondarji. Dawn jinkludu, diffikultà biex torqod, uġigħ ta’ ras, nawsja, tħossok anzjuż, dijarea, sintomi bħal tal-influwenza, konvulżjonijiet, nervożità, depressjoni, uġigħ, ħruġ ta’ għaraq u sturdament. Dawn is-sintomi jistgħu jseħħu b’mod aktar komuni jew sever jekk tkun ilek tieħu pregabalin għal perjodu ta’ żmien aktar fit-tul.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10):

Sturdament, ħedla, uġigħ ta’ ras.

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

Żieda fl-aptit.

Tħoss ferħ kbir, konfużjoni, diżorjentament, nuqqas ta’ interess sesswali, irritabiltà.

Disturb fl-attenzjoni, guffaġni, indeboliment tal-memorja, telf tal-memorja, rogħda, diffikultà fit-taħdit, tħoss tingiż, titrix, sedazzjoni, letarġija, insomnja, għeja, ma tħossokx normali.

Vista mċajpra, vista doppja.

Vertigo, problemi bil-bilanċ, waqgħa.

Ħalq xott, stitikezza, rimettar, gass, dijarea, nawsja, żaqq minfuħa.

Diffikultajiet bl-erezzjoni.

Nefħa fil-ġisem, inkluż fit-trufijiet.

Tħossok xurban, stil ta’ mixi mhux normali.

Żieda fil-piż.

Bugħawwieġ, uġigħ fil-ġogi, uġigħ fid-dahar, uġigħ fid-dirgħajn jew fir-riġlejn.

Uġigħ fil-griżmejn.

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

Telf t’aptit, telf ta’ piż, livell baxx ta’ zokkor fid-demm, livell għoli ta’ zokkor fid-demm.

Bidla fil-mod kif tħares lejk innifsek, irrikwitezza, depressjoni, aġitazzjoni, bidla malajr fil- burdata minn ferħ kbir għal dwejjaq kbar, diffikultà biex issib il-kelma, alluċinazzjonijiet, ħolm mhux normali, attakk ta’ paniku, apatija, aggressjoni, burdata ta’ ferħ, indeboliment mentali, diffikultà biex taħseb, żieda fl-interess sesswali, problemi fil-funzjoni sesswali inkluż inabbiltà li tilħaq orgażmu, dewmien fl-eġakulazzjoni.

Bidliet fil-vista, movimenti mhux normali tal-għajnejn, bidla fil-vista li tinkludi telf tal-vista periferali, leħħiet ta’ dawl, movimenti bl-iskossi, riflessi mnaqqsa, żieda fl-attività, sturdament malli tqum bilwieqfa, ġilda sensittiva, telf tat-togħma, sensazzjoni ta’ ħruq, rogħda maċ-ċaqlieq, koxjenza mnaqqsa, telf mis-sensi, ħass ħażin, żieda fis-sensittività għall-ħsejjes, tħossok ma tiflaħx.

Għajnejn xotti, nefħa fl-għajnejn, uġigħ fl-għajnejn, għajnejn dgħajfa, għajnejn idemmgħu, irritazzjoni fl-għajnejn.

Disturbi fir-ritmu tal-qalb, żieda fir-rata ta‘ taħbit tal-qalb, pressjoni baxxa, pressjoni għolja, bidliet fit-taħbit tal-qalb, insuffiċjenza tal-qalb.

Fawra, fwawar ta’ sħana.

Diffikultà biex tieħu n-nifs, nixfa fl-imnieħer, konġestjoni fl-imnieħer.

Żieda fil-produzzjoni tal-bżieq, ħruq ta’ stonku, titrix madwar il-ħalq.

Ħruġ ta’ għaraq, raxx, tkexkix ta’ bard, deni.

Movimenti involontarji fil-muskoli, nefħa fil-ġogi, ebusija fil-muskoli, uġigħ inkluż uġigħ fil- muskoli, uġigħ fl-għonq.

Uġigħ fis-sider.

Diffikultà jew uġigħ biex tagħmel l-awrina, inkontinenza.

Dgħufija, għatx, tagħfis fis-sider.

Bidla fir-riżultati ta’ testijiet tad-demm u tal-fwied (żieda fil-creatinine phosphokinase fid- demm, żieda fl-alanine aminotransferase, żieda fl-aspartate aminotransferase, tnaqqis fl-għadd tal-plejtlits, newtropenija, żieda fil-kreatinina fid-demm, tnaqqis fil-potassium fid-demm).

Sensittività eċċessiva, nefħa fil-wiċċ, ħakk, ħorriqija, imnieħer inixxi, fġir, sogħla, inħir.

Menstrwazzjoni bl-uġigħ.

Kesħa fl-idejn u fis-saqajn.

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000):

Sens ta’ xamm mhux normali, vista fejn l-affarijiet jidhru jiċċaqalqu, perċezzjoni tal-fond mibdula, tara l-affarijiet aktar imdawla mis-soltu, telf tal-vista.

Twessigħ tal-ħabba, twerriċ.

Għaraq kiesaħ, tagħfis fil-gerżuma, ilsien minfuħ.

Infjammazzjoni tal-frixa.

Diffikultà biex tibla’.

Moviment tal-ġisem bil-mod jew imnaqqas.

Diffikultà biex tikteb sewwa.

Żieda fil-fluwidu tal-addome.

Fluwidu fil-pulmuni.

Konvulżjonijiet.

Bidla fl-irrekordjar ta’ bidliet elettriċi fil-qalb (ECG) li jirriflettu disturbi fir-ritmu tal-qalb.

Ħsara fil-muskoli.

Tnixxija mis-sider, tkabbir mhux normali tas-sider, tkabbir tas-sider fl-irġiel.

Menstrwazzjoni li tiġi interrotta.

Insuffiċjenza tal-kliewi, tnaqqis fil-volum tal-awrina, żamma tal-awrina.

Tnaqqis fl-għadd ta’ ċelluli bojod tad-demm.

Mġieba mhux xierqa.

Reazzjonijiet allerġiċi (li jistgħu jinkludu diffikultà biex tieħu n-nifs, infjammazzjoni tal- għajnejn (keratite) u reazzjoni serja fil-ġilda kkaratterizzata minn raxx, infafet, ġilda titqaxxar u uġigħ).

Jekk ikollok wiċċ jew ilsien minfuħin jew jekk il-ġilda tiegħek tiħmar u tibda ttella’ l-infafet jew titqaxxar inti għandek tfittex parir mediku immedjatament.

Ċerti effetti sekondarji, bħan-ngħas, jistgħu jkunu aktar komuni, minħabba li pazjenti bi ħsara fin-nerv li jgħaddi mis-sinsla jistgħu jkunu qed jieħdu mediċini oħra, bħal per eżempju għat-trattament ta’ uġigħ jew spastiċità, li jkollhom effetti sekondarji simili għal dawk ta’ pregabalin u s-severità ta’ dawn l-effetti tista’ tiżdied meta jittieħdu flimkien.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Pregabalin Zentiva

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal. Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Pregabalin Zentiva

Is-sustanza attiva hija pregabalin. Kull kapsula iebsa fiha 25 mg, 50 mg, 75 mg, 100 mg, 150 mg, 200 mg, 225 mg jew 300 mg ta’ pregabalin.

Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate, pregelatinized maize starch, talc, titanium dioxide (E171), ġelatina, shellac, iron oxide iswed (E172).

Il-kapsuli ta’ 50°mg fihom ukoll propylene glycol, soluzzjoni qawwija ta’ ammonia u potassium hydroxide.

Il-kapsuli ta’ 25 mg, 75 mg, 100 mg, 150 mg, 200 mg, 225 mg u 300 mg fihom ukoll polyethylene glycol.

Il-kapsuli ta’ 75 mg, 100 mg, 200 mg, 225 mg u 300 mg fihom ukoll iron oxide aħmar (E172), iron oxide isfar (E172).

Kif jidher Pregabalin Zentiva u l-kontenut tal-pakkett

Kapsuli ta’ 20 mg

Għatu griż ċar u korp griż ċar; b’tul ta’ madwar 15.9 mm, kapsula iebsa tal-

ġelatina stampata b’“25”, li fiha trab kważi abjad.

 

Kapsuli ta’ 50 mg

Għatu griż ċar u korp griż ċar; b’tul ta’ madwar 14.3 mm, kapsula iebsa tal-

ġelatina stampata b’“50”, li fiha trab kważi abjad.

 

 

 

Kapsuli ta’ 75 mg

Għatu aħmar u korp griż ċar; b’tul ta’ madwar 14.3 mm, kapsula iebsa tal-

ġelatina stampata b’“75”, li fiha trab kważi abjad.

 

 

 

Kapsuli ta’ 100 mg

Għatu aħmar u korp aħmar; b’tul ta’ madwar 15.9 mm, kapsula iebsa tal-

ġelatina stampata b’“100”, li fiha trab kważi abjad.

 

 

 

Kapsuli ta’ 150 mg

Għatu griż ċar u korp griż ċar; b’tul ta’ madwar 18.0 mm, kapsula iebsa tal-

ġelatina stampata b’“150”, li fiha trab kważi abjad.

 

 

 

 

Għatu opak kulur il-ġilda u korp opak kulur il-ġilda; b’tul ta’ madwar

Kapsuli ta’ 200 mg

19.4 mm, kapsula iebsa tal-ġelatina stampata b’“200”, li fiha trab kważi

 

abjad.

 

 

Kapsuli ta’ 225 mg

Għatu opak kulur il-ġilda u korp griż ċar; b’tul ta’ madwar 19.4 mm, kapsula

iebsa tal-ġelatina stampata b’“225”, li fiha trab kważi abjad.

 

 

 

Kapsuli ta’ 300 mg

Għatu aħmar u korp griż ċar; b’tul ta’ madwar 21.7 mm, kapsula iebsa tal-

ġelatina stampata b’“300”, li fiha trab kważi abjad.

 

 

 

Pregabalin Zentiva 25 mg kapsuli ibsin huma ppakkjati ġo folji tal-alu/alu (OPA/alu/PVC/alu) bħala l- ippakkjar ewlieni.

Pregabalin Zentiva 50 mg, 75 mg, 100 mg, 150 mg, 200 mg, 225 mg u 300 mg kapsuli ibsin huma ppakkjati ġo folji tal-PVC/alu bħala l-ippakkjar ewlieni.

Pregabalin Zentiva 25 mg u 50 mg huma disponibbli f’pakketti ta’ 14, 21, 56, 84 u 100 kapsula iebsa.

Pregabalin Zentiva 75 mg, 150 mg, 225 mg u 300 mg huma disponibbli f’pakketti ta’ 14, 56 u 100 kapsula iebsa.

Pregabalin Zentiva 100 mg, 200 mg huma disponibbli f’pakketti ta’ 21, 84 u 100 kapsula iebsa. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Zentiva, k.s.

U Kabelovny 130

102 37 Prague 10 Ir-Repubblika Ċeka

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati