Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Rasilez HCT (aliskiren / hydrochlorothiazide) – Fuljett ta’ tagħrif - C09XA52

Updated on site: 09-Oct-2017

Isem tal-MediċinaRasilez HCT
Kodiċi ATCC09XA52
Sustanzaaliskiren / hydrochlorothiazide
ManifatturNovartis Europharm Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Rasilez HCT 150 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita

Rasilez HCT 150 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

Rasilez HCT 300 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita

Rasilez HCT 300 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita

Aliskiren/hydrochlorothiazide

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Rasilez HCT u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Rasilez HCT

3.Kif għandek tieħu Rasilez HCT

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Rasilez HCT

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Rasilez HCT u għalxiex jintuża

X’inhu Rasilez HCT

Il-pilloli ta’ Rasilez HCT fihom żewġ sustanzi attivi, li jisimhom aliskiren u hydrochlorothiazide. It- tnejn li huma jgħinu sabiex tikkontrolla il-pressjoni għolja (ipertensjoni).

Aliskiren huwa inibitur ta’ renin. Huwa jnaqqas l-ammont ta’ angiotensin II li l-ġisem jista’ jipproduċi. B’angiotensin II il-vini tad-demm jidjiequ u l-pressjoni tad-demm togħla. Bit-tnaqqis ta’ angiotensin II, il-vini tad-demm jistrieħu, u l-pressjoni tad-demm titbaxxa.

Hydrochlorothiazide jagħmel parti minn grupp ta’ mediċini li jissejħu dijuretiċi thiazide. Hydrochlorothiazide iżid l-ammont ta’ awrina li tgħaddi, li ukoll tbaxxi il-pressjoni tad-demm.

Pressjoni tad-demm għolja iżżid l-ammont ta’ xogħol fuq il-qalb u l-arterji. Jekk dan idum għal żmien twil, jista’ jagħmel il-ħsara fil-vini tad-demm fil-moħħ, qalb u kliewi, u jista’ jikkawża puplesija, insuffiċjenza tal-qalb, attakk tal-qalb jew insuffiċjenza tal-kliewi. Billi tbaxxi l-pressjoni tad-demm għal-livelli normali jitnaqqas ir-riskju li tiżviluppa dawn id-disturbi.

Għalxiex jintuża Rasilez HCT

Rasilez HCT jintuża biex tiġi ikkurata l-pressjoni għolja tad-demm f’pazjenti adulti. Jintuża f’pazjenti li pressjoni tad-demm tagħhom ma tkunx ikkontrollata b’mod adegwat b’aliskiren jew b’hydrochlorothiazide meħuda waħedhom. Jista’ jintuża wkoll f’pazjenti li l-pressjoni tad-demm tagħom tkun ikkontrollata tajjeb b’aliskiren u hydrochlorothiazide meħuda bħala pilloli separati, biex jissostitwixxi l-istess dożi taż-żewġ sustanzi attivi.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Rasilez HCT

Tiħux Rasilez HCT

-jekk inti allerġiku għal aliskiren jew hydrochlorothiazide, derivati ta’ sulphonamide (mediċini li jintużaw għal-kura ta’ infezzjonijiet fis-sider jew tal-awrina) jew għal xi sustanza oħra ta’ din il- mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

-jekk għaddejt minn dawn il-forom li ġejjin ta’ anġjoedima (tbatija biex tieħu n-nifs, jew biex tibla’, jew nefħa tal-wiċċ, idejn u saqajn, għajnejn u/jew l-ilsien):

-anġjoedima meta ħadt aliskiren.

-anġjoedima ereditarja.

-anġjoedima mingħajr l-ebda kawża magħrufa.

-jekk inti għandek aktar minn 3 xhur tqala. Huwa aħjar ukoll li tevita Rasilez HCT fil-bidu tat- tqala – ara s-sezzjoni dwar it-Tqala.

-jekk għandek problemi serji tal-fwied jew tal-kliewi.

-jekk m’intix kapaċi tipproduċi l-awrina (anurija).

-jekk il-livell ta’ potassju fid-demm tiegħek huwa baxx wisq minkejja l-kura.

-jekk il-livell tas-sodju fid-demm tiegħek huwa baxx wisq.

-jekk il-livell ta’ kalċju fid-demm tiegħek huwa għoli wisq.

-jekk inti għandek il-gotta (kristalli ta’ aċidu uriku fil-ġogi).

-jekk qed tieħu ciclosporin (mediċina li tintuża f’każ ta’ trapjant sabiex jiġi evitat li l-organu jiġi riġettat jew għal kundizzjonijiet oħra, eż. artrite rewmatojde jew dermatite atopika), itraconazole (mediċina wżata biex tikkura infezzjonijiet tal-fungu) jew quinidine (mediċina li tintuża biex tirranġa r-ritmu tal-qalb).

-jekk għandek id-dijabete jew funzjoni indebolita tal-kliewi u qed tiġi kkurat b’xi waħda minn dawn iż-żewġ klassijiet ta’ mediċini li ġejjin li jintużaw għal kura ta’ pressjoni tad-demm għolja:

-inibitur tal-enzima li tikkonverti angiotensin bħal enalapril, lisinopril, ramipril

jew

- imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II bħal valsartan, telmisartan, irbesartan.

-jekk il-pazjent ikollu età ta’ inqas minn sentejn.

Jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tgħodd għalik, tieħux Rasilez HCT u kellem lit-tabib tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Rasilez HCT:

-jekk għandek ideboliment tal-funzjoni tal-kliewi, it-tabib tiegħek jikkunsidra sew jekk Rasilez HCT huwiex xieraq għalik, u jista’ jiddeċiedi li jissorveljak mill-qrib.

-jekk kellek trapjant tal-kliewi.

-jekk tbati minn problemi tal-fwied.

-jekk tbati minn problemi tal-qalb.

-jekk diġà kellek anġjoedima (tbatija biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, jew nefħa tal-wiċċ, idejn u saqajn, għajnejn u/jew l-ilsien). Jekk dan jiġri, waqqaf Rasilez HCT u kkuntattja lit-tabib tiegħek.

-jekk għandek id-dijabete (livell għoli ta’ zokkor fid-demm tiegħek).

-jekk għandek livell għoli ta’ kolesterol jew trigliċeridi fid-demm tiegħek.

-jekk tbati minn marda li tissejjaħ lupus erythematosus (magħrufa wkoll bħala “lupus” jew “SLE”).

-jekk tbati minn allerġija jew ażżma.

-jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-klassijiet ta’ mediċini li ġejjin li jintużaw għal kura ta’ pressjoni tad-demm għolja:

-inibitur tal-enzima li tikkonverti angiotensin bħal enalapril, lisinopril, ramipril

jew

-imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II bħal valsartan, telmisartan, irbesartan.

-jekk qiegħed/qiegħda fuq dieta baxxa mill-melħ.

-jekk għandek sinjali u sintomi bħal għatx anormali, ħalq xott, dgħjufija ġenerali, ngħas, uġigħ fil-muskoli jew bugħawwieġ, dardir, jew il-qalb tħabbat mgħaġġla b’mod anormali li tista’ tindika effett eċċessiv ta’ hydrochlorothiazide.

-jekk ikollok reazzjonijiet fil-ġilda bħal raxx wara esponiment għax-xemx.

-jekk ikollok tnaqqis fil-vista jew uġigħ fl-għajn. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ żieda tal- pressjoni f’għajnejk u dan jista’ jseħħ fi ftit sigħat jew ġimgħat wara li tieħu Rasilez HCT. Dan jista’ jwassal biex titlef id-dawl għal kollox, jekk ma tikkurahiex.

-jekk għandek stenożi arterjali renali (tidjiq tal-vini tad-demm għal waħda miż-żewġ kliewi).

-jekk għandek insuffiċjenza konġestiva tal-qalb serja (tip ta’ mard tal-qalb fejn il-qalb ma tistax tippompja biżżejjed demm madwar il-ġisem).

It-tabib tiegħek jista’ jiċċekkja l-funzjoni tal-kliewi tiegħek, il-pressjoni tad-demm, u l-ammont ta’ elettroliti (eż. potassium) fid-demm tiegħek f’intervalli regolari.

Ara wkoll l-informazzjoni taħt l-intestatura “Tiħux Rasilez HCT”.

Inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti taħseb li inti tqila (jew tista’ toħroġ tqila). Rasilez HCT mhuwiex irrakkomandat fil-bidu tat-tqala, u m’għandux jittieħed meta jkollok aktar minn 3 xhur tqala, minħabba li jista’ jikkawża ħsara serja lit-tarbija tiegħek jekk jintuża f’dan l-istadju (ara s-sezzjoni dwar it-Tqala).

Tfal u adolexxenti

Rasilez HCT għandu jintuża fl-adulti.

Rasilez HCT ma għandux jintuża fi tfal mit-twelid sal-età ta’ inqas minn sentejn. Huwa ma għandux jintuża fi tfal fl-età ta’ minn sentejn sa inqas minn 6 snin u mhuwiex irrakkomandat li jintuża fi tfal u adoloxxenti fl-età ta’ minn 6 snin sa inqas minn 18-il sena.

Persuni anzjani

Fil-biċċa l-kbira tal-pazjenti ta’ etajiet minn 65 sena ’l fuq, id-doża ta’ 300 mg ta’ aliskiren ma turi l- ebda benifiċċju ieħor b’risq it-tnaqqis tal-pressjoni tad-demm imqabbel mad-doża ta’ 150 mg.

Mediċini oħra u Rasilez HCT

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Huwa importanti b’mod partikolari li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qed tuża il-mediċini li ġejjin:

-litju (mediċina li tintuża biex tikkura xi tipi ta’ dipressjoni);

-mediċini jew sustanzi li jżidu l-ammont ta’ potassju fid-demm tiegħek. Dawn jinkludu supplimenti ta’ potassju jew sostituti tal-melħ li fihom il-potassju, mediċini li ma jitilfux il- potassju u eparina.

-mediċini li jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’ potassju fid-demm tiegħek, bħal dijuretiċi (pilloli tal- ilma), kortikosterojdi, lassativi, carbenoxolone, amphotericin jew penisillin G.

-mediċini li jistgħu jwasslu għal “torsades de pointes” (taħbit tal-qalb irregolari), bħall- antiirritmiċi (mediċini użati biex jittrattaw problemi tal-qalb) u xi antipsikotiċi.

-mediċini li jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’ sodju fid-demm tiegħek, bħal antidipressanti, antipsikotiċi, antiepliettiċi (carbamazepine).

-mediċini użati biex itaffu l-uġigħ jew l-infjammazzjoni, speċjalment sustanzi anti-infjammatorji mhux sterojdi (NSAIDs), inkluż inibituri selettivi ta’ cyclooxygenase-2 (inibituri Cox-2).

-mediċini oħra li jikkuraw pressjoni għolja, inkuż metildopa, imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew inibitur tal-enzima li tikkonverti angiotensin (ara wkoll l-informazzjoni taħt l- intestaturi “Tiħux Rasilez HCT” u “Twissijiet u prekawzjonijiet”).

-mediċini biex iżidu l-pressjoni bħal adrenalina jew noradrenalina.

-digoxin jew gliċosidi diġitalis oħrajn (mediċini użati għat-trattament ta’ problemi tal-qalb).

-vitamina D u mluħa tal-kalċju.

-mediċini għall-kura tad-dijabete (sustanzi mill-ħalq bħal metformin jew insulini).

-mediċini li jistgħu jżidu l-livelli taz-zokkor fid-demm bħal imblukkaturi beta u diazoxide.

-mediċini użati għat-trattament tal-gotta, bħal allopurinol.

-sustanzi antikolinerġiċi (mediċini li jintużaw għall-kura ta’ diversi disturbi bħal brim gastrointestinali, spażmi fil-bużżieqa tal-awrina, ażma, tqalligħ minn ċaqliq, spażmi fil-muskoli, marda ta’ Parkinson u bħala għajnuna għall-anestesija).

-amantadina (mediċina li tintuża għall-kura tal-marda ta’ Parkinson, li tintuża wkoll biex tittratta jew tipprevjeni ċertu mard li ġej minn viruses).

-kolestiramina, kolestipol jew rażi oħrajn (sustanzi użati l-aktar fil-kura ta’ livelli għoljin ta’ xaħmijiet fid-demm).

-mediċini ċitotossiċi (użati għall-kura tal-kanċer), bħal methotrexate jew cyclophosphamide.

-rilassanti tal-muskoli (mediċini li jirrissaw il-muskoli li jintużaw waqt l-operazzjonijiet).

-l-alkoħol, pilloli tal-irqad u anestetiċi (mediċini li bihom il-pazjenti jkunu jistgħu jagħmlu operazzjonijiet u proċeduri oħra).

-mezzi kontrastanti jodiċi (sustanzi użati waqt eżaminazzjoni ta’ immaġini)

-mediċini għall-artrite

It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdillek id-doża u/jew jieħu xi prekawzjonijiet oħra jekk qed tieħu xi waħda mill-mediċini li ġejjin:

-furosemide jew torasemide, mediċini li jagħmlu parti minn dawk magħrufin bħala dijuretiċi, jew pilloli “tal-pipi”, li jintużaw biex jiżdied l-ammont ta’ awrina li tagħmel.

-xi mediċina li tintuża biex tikkura infezzjonijiet, bħal ketoconazole.

-verapamil, mediċina li tintuża biex tbaxxi l-pressjoni għolja, biex tirranġa r-ritmu tal-qalb jew għall-kura ta’ anġina pectoris.

Rasilez HCT ma’ ikel u xorb

Għandek tieħu din il-mediċina ma’ ikla ħafifa jew fuq stonku vojt, darba kuljum, l-aħjar fl-istess ħin kuljum. Għandek tevita li tieħu din il-mediċina mal-meraq tal-frott u/jew xarbiet li fihom estratti mill- pjanti (inkluż tejiet tal-ħxejjex).

Tqala

Tiħux din il-mediċina jekk ħriġt tqila (ara sezzjoni Tiħux Rasilez HCT). Jekk toħroġ tqila inti u tieħu din il-mediċina, ieqaf ħudha minnufih u kellem lit-tabib tiegħek. Jekk taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. It- tabib tiegħek normalment javżak biex tieqaf tieħu Rasilez HCT qabel ma toħroġ tqila u se jagħtik parir biex tieħu mediċina oħra minflok Rasilez HCT. Rasilez HCT mhux irrakkomandat waqt it-tqala, u m’għandux jittieħed meta jkollok aktar minn 3 xhur tqala, minħabba li jista’ jagħmel ħsara serja lit- tarbija tiegħek jekk jintuża wara t-tielet xahar tat-tqala.

Treddigħ

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tredda’ jew se tibda tredda’ dalwaqt. Rasilez HCT mhuwiex irrakkomandat għal ommijiet li qed ireddgħu u t-tabib jista’ jagħżel kura oħra għalik jekk inti tixtieq tredda’, speċjalment meta t-tarbija tiegħek tkun għadha titwield, jew tkun twieldet qabel iż-żmien.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Din il-mediċina tista’ ġġagħlek tħossok sturdut. Jekk iġġarrab dan is-sintomu, issuqx u tħaddimx għodod jew magni.

Rasilez HCT fih lactose u lamtu tal-qamħ

Rasilez HCT fih lactose (zokkor tal-ħalib). Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Rasilez HCT fih il-wheat starch (lamtu tal-qamħ). Indikat għan-nies li jbatu minn mard tas-coeliac.

Pazjenti li jbatu minn allerġija għal qamħ (differenti mill-marda tas-coeliac) m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu Rasilez HCT

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża ta’ Rasilez HCT li ssoltu tingħata hija pillola waħda kuljum. L-effett tad-doża li jbaxxi l- pressjoni tad-demm jibda jidher fi żmien ġimgħa mit-tnedija tat-trattament.

Rasilez HCT jista’ jkun ġie ordnat lilek minħabba li l-kura li ingħatajt qabel b’mediċina li fiha wieħed mill-komponenti attivi ta’ Rasilez HCT ma baxxietlekx il-pressjoni tad-demm tiegħek biżżejjed. Jekk dan huwa l-każ, it-tabib tiegħek ser jgħidlek kif taqleb minn dik il-kura għal Rasilez HCT.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ xi ftit ilma. Għandek tieħu din il-mediċina darba kuljum, mal-ikel jew waħidha, l-aħjar fl-istess ħin kuljum. Għandek toħloq skeda konvenjenti għal kull ġurnata biex tieħu l- mediċina dejjem bl-istess mod kuljum, b’mod regolari skont il-ħinijiet tiegħek tal-ikel. Għandek tevita li tieħu din il-mediċina mal-meraq tal-frott u/jew ma’ xarbiet li fihom estratti mill-pjanta (inkluż tejiet tal-ħxejjex). Waqt il-kura, it-tabib tiegħek jista’ jaġġustalek id-doża skont ir-rispons tal-pressjoni tad- demm tiegħek.

Jekk tieħu Rasilez HCT aktar milli suppost

Jekk bi żball ħadt wisq pilloli Rasilez HCT, ikkonsulta mat-tabib tiegħek minnufih. Jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu Rasilez HCT

Jekk tinsa tieħu doża ta’ din il-mediċina, ħuda malli tiftakar u imbagħad ħu d-doża li jmiss fil-ħin tagħha tas-soltu. Jekk tiftakar id-doża minsija l-għada, għandek sempliċiment tieħu il-pillola li jmiss fil-ħin tas-soltu. M’għandekx tieħu doża doppja (żewġ pilloli f’daqqa) biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu.

Tieqafx tieħu din il-mediċina, anki jekk tkun qed tħossok tajjeb/tajba sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx biex tagħmel dan.

Nies li jkolhom il-pressjoni tad-demm għolja ħafna drabi ma jinnutaw l-ebda sinjal tal-problema.

Ħafna nies iħossuhom normali. Huwa importanti ħafna li tieħu din il-mediċina eżattament kif jgħidlek it-tabib tiegħek sabiex tikseb l-aqwa riżultati u tnaqqas ir-riskju li jkollok effetti sekondarji. Żomm l- appuntamenti mat-tabib tiegħek anki jekk tkun qed tħossok tajjeb.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-aktar reazzjoni avversa komuni osservata b’Rasilez HCT hija dijarea.

Bħal ma jgħodd għall-kwalunkwe taħlita ta’ żewġ sustanzi attivi, effetti sekondarji assoċjati ma’ kull komponent individwali ma jistgħux jiġu esklużi. Ir-reazzjonijiet avversi rrappurtati qabel b’wieħed miż-żewġ sustanzi attivi (aliskiren u hydrochlorothiazide) ta’ Rasilez HCT u elenkati taħt jistgħu jseħħu b’Rasilez HCT.

Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu gravi:

Xi pazjenti esperjenzaw dawn l-effetti sekondarji gravi. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn li ġejjin, kellem lit-tabib tiegħek minnufih:

Reazzjoni allerġika serja b’sintomi bħalma huma raxx, ħakk, nefħa fil-wiċċ jew fix-xofftejn jew fl-ilsien, diffikultà biex tieħu n-nifs, sturdament (rari: jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 1,000).

Dardir, nuqqas ta’ aptit, awrina ta’ lewn skur jew il-ġilda u l-għajnejn jisfaru (sinjali ta' disturb fil-fwied) (frekwenza mhux magħrufa).

Effetti sekondarji oħra jistgħu jinkludu:

Komuni ħafna (jistgħu jeffettwaw aktar minn persuna waħda f’kull 10 min-nies):

Livell baxx ta’ potassju fid-demm

Żieda fil-lipid fid-demm

Komuni (jistgħu jeffettwaw sa persuna waħda f’kull 10 min-nies):

Dijarrea

Uġigħ fil-ġogi (artralġja)

Livell għoli ta’ potassium fid-demm

Sturdament

Livell għoli ta’ aċidu uriku fid-demm

Livell baxx ta’ manjesju fid-demm

Livell baxx ta’ sodju fid-demm

Sturdament, mejt meta tkun bilwieqfa

Nuqqas ta’ aptit

Dardir u rimettar

Raxx bil-ħakk u tipi oħrajn ta’ raxx

Nuqqas ta’ ħila li jkollok jew iżżomm erezzjoni

Mhux komuni (jistgħu jeffettwaw sa persuna waħda f’kull 100 ruħ):

Pressjoni tad-demm baxxa

Raxx tal-ġilda (dan jista’ jkun sinjali ta’ reazzjonijiet allerġiċi jew anġjoedima – ara l-effetti sekondarji “Rari” hawn taħt)

Problemi bil-kliewi li jinkludu indeboliment akut tal-kliewi (tnaqqis serju fl-awrina)

Nefħa tal-idejn, għekiesi jew saqajn (edema periferali)

Reazzjonijiet serji fuq il-ġilda (nekroliżi epidermali tossika u/jew reazzjonijiet mukużi fil-ħalq – ħmura fil-ġilda, infafet fix-xofftejn, fl-għajnejn jew il-ħalq, tqaxxir tal-ġilda, deni)

Palpitazzjonijiet

Sogħla

Ħakk

Raxx bil-ħakk (urtikarja)

Żieda fl-enzimi tal-fwied

Rari (jistgħu jeffettwaw sa persuna waħda f’kull 1,000 ruħ):

Reazzjoni allerġika gravi (reazzjoni anafilattika), reazzjonijiet allerġiċi (sensittività eċċessiva) u anġjoedima (is-sintomi tagħha jistgħu jinkludu diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, raxx, ħakk, ħorriqija jew nefħa fil-wiċċ, fl-idejn u fis-saqajn, fl-għajnejn, fix-xofftejn u/jew fl-ilsien, sturdament)

Żieda fil-livell ta’ kreatinina fid-demm

Ħmura fil-ġilda (eritema)

Livell baxx ta’ plejtlits tad-demm (kultant bid-demm jew tbenġil taħt il-ġilda)

Livell għoli ta’ kalċju fid-demm

Livell għoli ta’ zokkor fid-demm

L-istat metaboliku tad-dijabete jmur għall-agħar

Burdata ħażina (depressjoni)

Disturbi fl-irqad

Uġigħ ta’ ras

Tnemnim jew titrix

Disturb fil-vista

Taħbit irregolari tal-qalb

Skonfort fiż-żaqq

Stitikezza

Disturbi fil-fwied li jistgħu jseħħu flimkien ma’ sfurija fil-ġilda u fl-abjad tal-għajnejn

Żieda fis-sensittività tal-ġilda għax-xemx

Zokkor fl-awrina

Rari ħafna (jistgħu jeffettwaw sa persuna waħda f’kull 10,000 ruħ):

Deni, griżmejn ħomor jew ulċeri fil-ħalq, infezzjonijiet aktar frekwenti (nuqqas totali jew livell baxx ta’ ċelluli tad-demm bojod)

Ġilda ċassa, għeja, qtugħ ta’ nifs, awrina ta’ lewn skur (anemija emolitika)

Raxx, ħakk, ħobbejż, diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, sturdament (reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva)

Konfużjoni, għeja, ġbid u spażi tal-muskoli, in-nifs jittieħed b’ħatf (alkalożi ipokloremika)

Diffikultà biex tieħu n-nifs flimkien ma’ deni, sogħla, tisfir, qtugħ ta’ nifs (distress respiratorju li jinkludi pulmonite u edima fil-pulmuni)

Uġigħ qawwi fil-parti ta’ fuq tal-istonku (infjammazzjoni tal-frixa)

Raxx fil-wiċċ, uġigħ fil-ġogi, disturb fil-mukskoli, deni (lupus erythematosus)

Infjammazzjoni tal-arterji u tal-vini b’sintomi bħal raxx, tikek vjola fl-aħmar, deni (vaskulite)

Mard qawwi fil-ġilda li jikkawża raxx, ġilda ħamra, nfafet fix-xofftejn fl-għajnejn jew fil-ħalq, tqaxxir tal-ġilda, deni (nekrolożi epidermali tossika)

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi kkalkulata mid-dejta disponibbli)

Dgħufija

Tbenġil u infezzjonijiet frekwenti (anemija aplastika)

Tnaqqis fil-vista jew uġigħ f'għajnejk minħabba pressjoni għolja (sinjali possibbli ta' glawkoma gravi tal-għeluq tal-angolu)

Mard gravi tal-ġilda li jikkawża raxx, ġilda ħamra, infafet fuq ix-xofftejn, l-għajnejn jew il-ħalq, ġilda titqaxxar, deni (eritema multiformi)

Spażmi fil-muskoli

Tnaqqis gravi fl-ammont ta' awrina li għaddi (sinjali possibbli ta' disturb fil-kliewi jew insuffiċjenza renali), dgħufija (astenja)

Deni

Sturdament b’sensazzjoni li kollox qed idur bik

Qtugħ ta’ nifs

Jekk xi wieħed minn dawn jaffettwak b’mod gravi, kellem lit-tabib tiegħek. Jista’ jkun li jkollok bżonn twaqqaf Rasilez HCT.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Rasilez HCT

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30 C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Rasilez HCT

-Kull pillola miksija b’rita ta’ Rasilez HCT 150 mg/12.5 mg fiha 150 mg aliskiren (bħala il- hemifumarate) u 12.5 mg hydrochlorothiazide. Is-sustanzi l-oħra huma cellulose microcrystalline, crospovidone, lactose monohydrate, wheat starch, povidone, magnesium stearate, silica colloidal anhydrous, talc, hypromellose, macrogol, titanium dioxide (E171).

-Kull pillola miksija b’rita ta’ Rasilez HCT 150 mg/25 mg fiha 150 mg aliskiren (bħala il- hemifumarate) u 25 mg hydrochlorothiazide. Is-sustanzi l-oħra huma cellulose microcrystalline, crospovidone, lactose monohydrate, wheat starch, povidone, magnesium stearate, silica colloidal anhydrous, talc, hypromellose, macrogol, titanium dioxide (E171), red iron oxide (E172), yellow iron oxide (E172).

-Kull pillola miksija b’rita ta’ Rasilez HCT 300 mg/12.5 mg fiha 300 mg aliskiren (bħala il- hemifumarate) u 12.5 mg hydrochlorothiazide. Is-sustanzi l-oħra huma cellulose microcrystalline, crospovidone, lactose monohydrate, wheat starch, povidone, magnesium stearate, silica colloidal anhydrous, talc, hypromellose, macrogol, titanium dioxide (E171), red iron oxide (E172), black iron oxide (E172).

-Kull pillola miksija b’rita ta’ Rasilez HCT 300 mg/25 mg fiha 300 mg aliskiren (bħala il- hemifumarate) u 25 mg hydrochlorothiazide. Is-sustanzi l-oħra huma cellulose microcrystalline, crospovidone, lactose monohydrate, wheat starch, povidone, magnesium stearate, silica colloidal anhydrous, talc, hypromellose, macrogol, titanium dioxide (E171), red iron oxide (E172), yellow iron oxide (E172).

Kif jidher Rasilez HCT u l-kontenut tal-pakkett

Rasilez HCT 150 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli miksijin b’rita bojod, ovali stampati b’ “LCI” fuq naħa u “NVR” fuq l-oħra.

Rasilez HCT 150 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli miksijin b’rita jagħtu fl-isfar, ovali stampati b’ “CLL” fuq naħa u “NVR” fuq l-oħra.

Rasilez HCT 300 mg/12.5 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli miksijin b’rita vjola bojod, ovali stampati b’ “CVI” fuq naħa u “NVR” fuq l-oħra.

Rasilez HCT 300 mg/25 mg pilloli miksijin b’rita huma pilloli miksijin b’rita sofor ċari, ovali stampati b’ “CVV” fuq naħa u “NVR” fuq l-oħra.

Rasilez HCT jiġi f’pakketti li jkun fihom 7, 14, 28, 30, 50, 56, 90 jew 98 pillola.

Pakketti li fihom 90 (3x30), 98 (2x49) jew 280 (20x14) pillola huma pakketti b’ħafna.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jew il-qawwiet kollha jkunu għal skop kummerċjali f’pajjiżek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

Manifattur

Novartis Farma S.p.A.

Via Provinciale Schito 131

I-80058 Torre Annunziata/NA

L-Italja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Novartis Pharma N.V.

Novartis Pharma Services Inc.

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Tel: +370 5 269 16 50

България

Luxembourg/Luxemburg

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharma N.V.

Тел.: +359 2 489 98 28

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Česká republika

Magyarország

Novartis s.r.o.

Novartis Hungária Kft. Pharma

Tel: +420 225 775 111

Tel.: +36 1 457 65 00

Danmark

Malta

Novartis Healthcare A/S

Novartis Pharma Services Inc.

Tlf: +45 39 16 84 00

Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Nederland

Novartis Pharma GmbH

Novartis Pharma B.V.

Tel: +49 911 273 0

Tel: +31 26 37 82 111

Eesti

Norge

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Norge AS

Tel: +372 66 30 810

Tlf: +47 23 05 20 00

Ελλάδα

Österreich

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Novartis Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 281 17 12

Tel: +43 1 86 6570

España

Polska

Novartis Farmacéutica, S.A.

Novartis Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 306 42 00

Tel.: +48 22 375 4888

France

Portugal

Novartis Pharma S.A.S.

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Tel: +351 21 000 8600

Hrvatska

România

Novartis Hrvatska d.o.o.

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel. +385 1 6274 220

Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Slovenija

Novartis Ireland Limited

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +353 1 260 12 55

Tel: +386 1 300 75 50

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Novartis Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5542 5439

Italia

Suomi/Finland

Novartis Farma S.p.A.

Novartis Finland Oy

Tel: +39 02 96 54 1

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

Κύπρος

Sverige

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Sverige AB

Τηλ: +357 22 690 690

Tel: +46 8 732 32 00

Latvija

United Kingdom

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd.

Tel: +371 67 887 070

Tel: +44 1276 698370

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-

Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati