Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Rivastigmine Actavis (rivastigmine hydrogen tartrate) – Fuljett ta’ tagħrif - N06DA03

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaRivastigmine Actavis
Kodiċi ATCN06DA03
Sustanzarivastigmine hydrogen tartrate
ManifatturActavis Group PTC ehf

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Rivastigmine Actavis 1.5 mg kapsuli ibsin

Rivastigmine Actavis 3 mg kapsuli ibsin

Rivastigmine Actavis 4.5 mg kapsuli ibsin

Rivastigmine Actavis 6 mg kapsuli ibsin

rivastigmine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Rivastigmine Actavis u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Rivastigmine Actavis

3.Kif għandek tieħu Rivastigmine Actavis

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Rivastigmine Actavis

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’ inhu Rivastigmine Actavis u għalxiex jintuża

Is-sustanza attiva f’Rivastigmine Actavis hija rivastigmine.

Rivastigmine jagħmel parti minn klassi ta’ sustanzi li jissejħu impedituri ta’ cholinesterase. F’pazjenti b’dimenzja ta’ Alzheimer jew b’dimenzja minħabba Parkinson, ċerti ċelluli nervużi jmutu fil-moħħ, u jwassal għal livelli baxxi tan-newrotransmittatur acetylcholine (sustanza li tippermetti liċ-ċelluli nervużi jikkomuknikaw bejniethom). Rivastigmine jaħdem billi jimblokka l-enzimi li jfarrku l- acetylcholine: acetylcholinesterase u butyrylcholinesterase. Billi jimblokka dawn l-enzimi, Rivastigmine Actavis jippermetti l-livelli ta’ acetylcholine jiżdiedu fil-moħħ, li jgħin biex jitnaqqsu s- sintomi tal-marda ta’ Alzheimer u d-dimenzja marbuta mal-marda ta’ Parkinson.

Rivastigmine Actavis jintuża għat-trattament ta’ pazjenti adulti b’dimenzja ta’ Alzheimer minn ħafifa sa moderata, disturb progressiv tal-moħħ li bil-mod il-mod jaffettwa l-memorja, l-ħila intellettwali u l- imġiba. Il-kapsuli u s-soluzzjoni orali jistgħu jintużaw wkoll għall-kura ta’ dimenzja f’pazjenti adulti bil-marda ta’ Parkinson.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu qabel ma tieħu Rivastigmine Actavis

Tiħux Rivastigmine Actavis

jekk inti allerġiku għal rivastigmine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

jekk għandek reazzjoni fil-ġilda li tinfirex lil hinn mid-daqs tal-garża, jekk hemm reazzjoni lokalizzata aktar qawwija (bħalma huma nfafet, żieda fl-infjammazzjoni tal-ġilda, nefħa) u jekk din ma tmurx għall-aħjar fi żmien 48 siegħa minn xħin titneħħa l-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda.

Jekk dan jgħodd għalik, għid lit-tabib u teħux Rivastigmine Actavis.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Rivastigmine Actavis:

jekk int għandek, jew qatt kellek taħbit tal-qalb irregolari jew bil-mod.

jekk int għandek, jew qatt kellek ulċera attiva fl-istonku

jekk int għandek, jew qatt kellek diffikultajiet biex tagħmel l-awrina

jekk int għandek, jew qatt kellek aċċessjonijiet

jekk int għandek, jew qatt kellek ażżma jew mard respiratorju serju

jekk għandek, jew qatt xi darba kellek, indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi.

jekk għandek, jew qatt xi darba kellek, indeboliment tal-funzjoni tal-fwied.

jekk tbati minn tregħid.

jekk għandek piż baxx tal-ġisem.

jekk għandek reazzjonijiet gastro-intestinali bħal tħossok imqalla’ (dardir), tħossok ma tiflaħx (rimettar) u dijarrea. Tista’ tispiċċa deidradat (titlef ħafna ilma) jekk ir-rimettar jew id-dijarrea jdumu ħafna għaddejjin.

Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn josservak aktar mill-qrib waqt li tkun qed tieħu din il-mediċina.

Jekk ma ħadtx Rivastigmine Actavis għal tlett ijiem, teħux id-doża li jmiss sakemm ma tkun tkellimt lit-tabib tiegħek.

Tfal u adolexxenti

M’hemmx użu relevanti ta’ Rivastigmine Actavis fil-popolazzjoni pedjatrika għat-trattament tal-marda ta’ Alzheimer.

Mediċini oħra u Rivastigmine Actavis

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Rivastigmine Actavis m’għandux jingħata flimkien ma’ mediċini oħrajn li għandhom l-istess effetti ta’ Rivastigmine Actavis. Rivastigmine Actavis jista’ jinterferixxi ma’ mediċini antikolinerġiċi (mediċini li jintużaw biex itaffu weġgħat fl-istonku jew spażmi, għal kura tal-marda ta’ Parkinson jew biex jevitaw it-tqalligħ tal-ivjaġġar).

Rivastigmine Actavis ma għandux jingħata fl-istess ħin maż metoclopramide (mediċina li tintuża biex tgħin jew tipprevjeni id-dardir u rimettar). It-teħid ta’dawn iż-żewġ mediċini flimkien jista jikkawża problemi bħal toqol fl-idejn u r-riġlejn u rogħda fl-idejn.

Jekk ikollok bżonn ta’ operazzjoni waqt li tkun qed tieħu Rivastigmine Actavis, għid lit-tabib qabel ma tingħata l-anestetiku, peress li Rivastigmine Actavis jista’ jeżaġera l-effetti ta’ xi rilassanti tal- muskoli li jingħataw waqt l-anestesija.

Għandha tintuża kawtela meta Rivastigmine Actavis jittieħed flimkien ma’ beta-blockers (mediċini bħal atenolol li jintużaw biex jikkuraw il-pressjoni għolja, l-anġina, u kundizzjonijiet oħra tal-qalb). Meta iż-żewġ mediċini jittieħdu flimkien dan jista jikkawża problemi bħal qalb li tibda tħabbat iktar bil-mod (bradikardija) li jista jwassal għal ħass ħażin u tintilef minn sensik.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Jekk ħriġt tqila, il-benefiċċji ta’ Rivastigmine Actavis għandhom jiġu evalwati kontra l-effetti li jista’ jkun hemm fuq it-tarbija li għadha ma twelditx. Rivastigmine Actavis m’għandux jintuża waqt it-tqala sakemm dan ma jkunx neċessarju b’mod ċar.

M’għandekx tredda’ waqt li qed tingħata trattament b’Rivastigmine Actavis.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

It-tabib tiegħek sejjer jgħidlek jekk il-marda li għandek tħallikx issuq karozzi u tħaddem magni b’mod sigur. Rivastigmine Actavis jista’ jikkaġuna sturdament u jraqdek, l-aktar fil-bidu tal-kura jew meta tkun qed iżżid id-doża. Jekk tħossok stordut jew bin-ngħas m’għandekx issuq, tuża magni jew tagħmel affarjiet oħra li jeħtieġu l-attenzjoni tiegħek.

3.Kif għandek tieħu Rivastigmine Actavis

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina eżatt skont il-parir tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib, l-ispiżjar jew in-ners tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kif tibda l-kura

It-tabib tiegħek sejjer jgħidlek liema doża ta’ Rivastigmine Actavis għandek tieħu.

Il-kura s-soltu tibda b’doża baxxa.

It-tabib tiegħek iżidlek bil-mod il-mod id-doża tiegħek skont kif tirrispondi għat-trattament.

L-ogħla doża li tista’ tittieħed hi ta’ 6 mg darbtejn kuljum.

It-tabib tiegħek se jiċċekkja regolarment jekk il-mediċina hux qed taħdem għalik. It-tabib tiegħek se jiċċekkja wkoll il-piż tiegħek waqt li qed tieħu din il-mediċina.

Jekk ma ħadtx Rivastigmine Actavis għal tlett ijiem, teħux id-doża li jmiss sakemm ma tkun kellimt lit-tabib tiegħek.

Meta tieħu din il-mediċina

Għid lil min ikun qed jikkurak li qed tieħu Rivastigmine Actavis.

Biex tikseb benefiċċju mill-mediċina għandek teħodha kuljum.

Ħu Rivastigmine Actavis darbtejn kuljum (filgħodu u filgħaxija) ma’ l-ikel.

Ibla’ l-kapsuli sħaħ ma’ xarba.

M’għandekx tiftaħ jew tfarrak il-kapsuli.

Jekk tieħu Rivastigmine Actavis aktar milli suppost

Jekk bi żball tieħu aktar Rivastigmine Actavis milli jmissek, avża lit-tabib tiegħek. Jista’ jkun li jkollok bżonn kura medika. Xi wħud li bi żball ħadu wisq Rivastigmine Actavis ħassewhom imqallagħin (dardir), ma jifilħux (irremettew), dijarea, pressjoni għolja u alluċinazzjonijiet. Il-qalb tista’ tibda tħabbat bil-mod u jista’ wkoll itik ħass ħażin.

Jekk tinsa tieħu Rivastigmine Actavis

Jekk tinsa tieħu d-doża tiegħek ta’ Rivastigmine Actavis, stenna u ħu d-doża li jkun imiss fil-ħin normali. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd.

Jista’ jkollok effetti oħra aktar spissi meta tibda l-mediċina jew meta d-doża tiegħek tiżdied. Normalment, l-effetti l-oħra jmorru bil-mod hekk kif ġismek jibda jidra l-mediċina.

Komuni ħafna (jaffettwa aktar minn pazjent wieħed minn kull 10)

Sturdament

Nuqqas ta’ aptit

Problemi fl-istonku fosthom tħossok imqalla’ (dardir) jew ma tiflaħx (rimettar), dijarea

Komuni (jaffettwa bejn pazjent wieħed u 10 pazjenti minn kull 100)

Anzjetà

Għaraq

Uġigħ ta’ ras

Ħruq ta’ stonku

Telf ta’ piż

Uġigħ fl-istonku

Tħossok aġitat

Tħossok għajjien u dgħajjef

Tħossok ma tiflaħx b’mod ġenerali

Tregħid jew ħossok imħawwad

Nuqqas ta’ aptit

Qamar il-lejl

Mhux komuni (jaffettwa bejn pazjent wieħed u 10 pazjenti minn kull 1,000)

Dipressjoni

Diffikultà biex torqod

Mejt jew waqgħat aċċidentali

Tibdil f’kemm il-fwied qed jaħdem sew

Rari (jaffettwa bejn pazjent u 10 pazjenti minn kull 10,000)

Uġigħ f’sidrek

Raxx, ħakk

Aċċessjonijiet

Ulċeri fl-istonku tiegħek jew f’imsarnek

Rari ħafna (jaffettwa anqas minn pazjent wieħed minn kull 10,000)

Pressjoni għolja

Infezzjoni fil-passaġġ tal-awrina

Tara affarijiet li mhumiex qegħdin hemm (alluċinazzjonijiet)

Problemi fit-taħbit tal-qalb bħal taħbit tal-qalb mgħaġġel jew bil-mod

Demm fil-gotta – jidher bħala demm mal-ippurgar jew meta tirremmetti

Infjammazzjoni tal-frixais-sinjali jinkludu uġigħ qawwi fil-parti ta’ fuq tal-istonku, spiss billi tħossok imqalla’ (dardir) jew ma tiflaħx (rimettar)

Is-sintomi tal-marda ta’ Parkinson jaggravaw jew ikollok sintomi simili – eżempju ebusija tal- muskoli, tbatija biex tiċċaqlaq

Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli)

Tħossok ma tifħlaħx ħafna (rimettar) li jista’ jwassal għal tiċrita fit-tubu li jgħaqqad il-ħalq mal- istonku tiegħek (esofagu)

Dehidrazzjoni (titlef ħafna ilma)

Disturbi fil-fwied (ġilda safra, l-abjad tal-għajnejn jisfar, awrina skura b’mod mhux normali jew dardir bla ma taf għala, rimettar, għeja u nuqqas ta’ aptit)

Aggressjoni, tħossok bla kwiet

Taħbit tal-qalb irregolari

Pazjenti bid-dimenzja u l-marda ta’ Parkinson

Dawn il-pazjenti jkollhom effetti sekondarji aktar spiss. Dawn ikollhom ukoll xi effetti sekondarji oħrajn:

Komuni ħafna (jista’ jaffettwa aktar minn persuna waħda minn kull 10)

Tregħid

Sturdament

Taqa’ b’mod aċċidentali

Komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 10)

Ansjetà

Nuqqas ta’ kwiet

Taħbit tal-qalb bil-mod u bl-għaġġla

Diffikultà fl-irqad

Wisq riq u deidrazzjoni

Movimenti bil-mod mhux tas-soltu jew movimenti li ma jistgħux jikkontrollawhom

Is-sintomi tal-marda ta’ Parkinson jaggravaw jew ikollok sintomi simili – eżempju ebusija tal- muskoli, tbatija biex tiċċaqlaq u muskoli dgħajfin

Mhux komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 100)

Taħbit tal-qalb irregolari u kontroll mhux tajjeb tal-movimenti

Effetti sekondarji oħrajn li dehru bil-garżi Rivastigmine Actavisli jipprovdu mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda u li jistgħu jseħħu bil-kapsuli l-iebsa:

Komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 10)

Deni

Konfużjoni qawwija

Inkontinenza urinarja (nuqqas ta’ kapaċità li żżomm l-awrina b’mod adegwat)

Mhux komuni (jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 100)

Attività eċċessiva (livell għoli ta’ attività, nuqqas ta’ kwiet)

Mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli)

Reazzjoni allerġika fuq il-post ta’ applikazzjoni tal-garża, bħalma huma nfafet jew infjammazzjoni tal-ġilda

Jekk ikollok xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji, għid lit-tabib tiegħek għax jista’ jkollok bżonn għajnuna medika.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Rivastigmine Actavis

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25 C.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Rivastagmine Actavis

-Is-sustanza attiva hija rivastigmine hydrogen tartrate.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Il-kontenut tal-kapsula: Magnesium stearate, colloidal anhydrous silica, hypromellose u

 

microcrystalline cellulose.

Il-qoxra tal-kapsula:

Rivastigmine Actavis 1.5 mg kapsuli ibsin:Titanium dioxide (E171),

 

yellow iron oxide (E172) u gelatine. Rivastigmine Actavis 3 mg,

 

4.5 mgu 6 mg kapsuli ibsin: Red iron Oxide (E172), titanium dioxide

 

E171), yellow iron oxide (E172) u gelatine.

Linka tal-istampar:

Shellac, propylene glycol, red iron oxide (E172) . Il-linka jista jkun

 

ikollha jew ma jkollhiex potassium hydroxide.

Kull kapsula Rivastagmine Actavis ta’ 1.5 mg fiha 1.5 mg rivastigmine.

Kull kapsula Rivastigmine Actavis ta’ 3 mg fiha 3 mg rivastigmine.

Kull kapsula Rivastigmine Actavis ta’ 4,5 mg fiha 4.5 mg rivastigmine.

Kull kapsula Rivastigmine Actavis ta’ 6 mg fiha 6 mg rivastigmine.

Kif jidher Rivastagmine Actavis u l-kontenut tal-pakkett

-Rivastagmine Actavis 1.5 mg kapsuli ibsin, li fihom trab offwajt jagħti ħarira fl-isfar, għandhom għatu isfar u korp isfar, b’timbru aħmar “RIV 1.5mg” fuq il-korp.

-Rivastigmine Actavis 3 mg kapsuli ibsin, li fihom trab offwajt jagħti ħarira fl-isfar, għandhom għatu oranġjo u korp oranġjo, b’timbru aħmar “RIV 3 mg” fuq il-korp.

-Rivastigmine Actavis 4.5 mg kapsuli ibsin, li fihom trab offwajt jagħti ħarira fl-isfar, għandhom għatu aħmar u korp aħmar, b’timbru abjad “RIV 4.5 mg” fuq il-korp.

-Rivastigmine Actavis 6 mg kapsuli ibsin, li fihom trab offwajt jagħti ħarira fl-isfar, għandhom għatu aħmar u korp oranġjo, b’timbru aħmar “RIV 6 mg” fuq il-korp.

Ippakkjati f’folji li jiġu fi tliet daqsijiet (28, 56 jew 112-il kapsula) u fliexken tal-plastik ta’ 250 kapsula, iżda jista’ jkun li dawn ma ssibhomx f’pajjiżek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoji għat-tqegħid fis-Suq u Manifattur Actavis Group PTC ehf.

Reykjavíkurvegur 76-78 220 Hafnarfjörður Iceland

Manifattur

Specifar S.A.

1, 28 Triq Octovriou

123 51 Ag. Varvara

Ateni

Il-Greċja

Actavis ehf. Reykjavíkurvegur 76-78 220 Hafnarfjörður Iceland

Tjoapack Netherlands BV

Nieuwe Donk 9

4879 AC Etten-Leur

The Netherlands

Actavis Group PTC ehf. Reykjavikurvegur 76-78 220 Hafnarfjordur Iceland

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Aurobindo Pharma B.V.

UAB “Actavis Baltics”

Nederland / Pays-Bas / Niederlande

Tel: +370 5 260 9615

Tél/Tel: +31 (0)35 542 99 33

 

България

Luxembourg/Luxemburg

Актавис ЕАД

Aurobindo Pharma B.V.

Teл.: +359 2 9321 680

Pay-Bas / Niederlande

 

Tél/Tel: +31 (0)35 542 99 33

Česká republika

Magyarország

Actavis CZ a.s.

Actavis Hungary Kft.

Tel: +420 251 113 002

Tel.: +36 1 501 7001

Danmark

Malta

Actavis A/S

Actavis Ltd.

Tlf: +45 72 22 30 00

Tel: +35621693533

Deutschland

Nederland

Actavis Deutschland GmbH & Co. KG

Aurobindo Pharma B.V.

Telefon: +49 (0)89 558909 0

Tel: +31 (0)35 542 99 33

Eesti

Norge

UAB “Actavis Baltics” Eesti Filiaal

Actavis Norway AS

Tel: +372 6100 565

Tlf: +47 815 22 099

Ελλάδα

Österreich

Specifar ABEE

Actavis GmbH

Τηλ: +30 210 5401500

Tel: +43 (0)662 435 235 00

España

Polska

Aurovitas Spain, S.A.U.

Actavis Export Int. Ltd., Malta.

Tfno.: +34 91 630 86 45

Kontakt w Polsce:

 

Tel.: (+48 22) 512 29 00

France

Portugal

Arrow Génériques

Aurovitas, Unipessoal, Lda

Tél: +33 4 72 72 60 72

Tel: +351 214 185 104

Hrvatska

România

Phoenix Farmacija d.d.

Actavis SRL

Tel: +385(1) 6370-400

Tel: +40 21 318 17 77

Ireland

Slovenija

Actavis Ireland Limited

Apta Medica Internacional d.o.o.

Tel: +353 (0)21 4619040

Tel: +386 51 615 015

Ísland

Slovenská republika

Actavis Group PTC ehf.

Actavis s.r.o.

Sími: +354 550 3300

Tel: +421 2 3255 3800

Italia

Suomi/Finland

Aurobindo Pharma (Italia) s.r.l.

Actavis Oy

Tel: +39 0296392601

Puh/Tel: +358 (0)9 348 233

Κύπρος

Sverige

A. Potamitis Medicare Ltd

Actavis AB

Τηλ: +357 22583333

Tel: +46 8 13 63 70

Latvija

United Kingdom

UAB “Actavis Baltics” Latvijas filiāle

Actavis UK Limited

Tel: +371 67304300

Tel: +44 1271 385257

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati