Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Rivastigmine Sandoz (rivastigmine) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N06DA03

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaRivastigmine Sandoz
Kodiċi ATCN06DA03
Sustanzarivastigmine
ManifatturSandoz GmbH

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Rivastigmine Sandoz 1.5 mg kapsuli ibsin

Rivastigmine Sandoz 3 mg kapsuli ibsin

Rivastigmine Sandoz 4.5 mg kapsuli ibsin

Rivastigmine Sandoz 6 mg kapsuli ibsin

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kapsula fiha rivastigmine hydrogen tartrate li jikkorrispondi għal 1, 5 mg rivastigmine. Kull kapsula fiha rivastigmine hydrogen tartrate li jikkorrispondi għal 3 mg rivastigmine. Kull kapsula fiha rivastigmine hydrogen tartrate li jikkorrispondi għal 4.5 mg rivastigmine. Kull kapsula fiha rivastigmine hydrogen tartrate li jikkorrispondi għal 6 mg rivastigmine.

Għal-lista kompleta ta’ sustanzi mhux attivi, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Kapsula ibsin

Trab offwajt li jagħti ħarira fl-isfar, f’kapsula b’għatu isfar u korp isfar, u stampata bl-aħmar “RIV 1.5 mg” fuq il-korp.

Trab offwajt li jagħti ħarira fl-isfar f’kapsula b’għatu oranġjo u korp oranġjo, u stampata bl-aħmar “RIV 3 mg” fuq il-korp.

Trab offwajt li jagħti ħarira fl-isfar f’kapsula b’għatu aħmar u korp aħmar, u stampata bl-abjad “RIV 4.5 mg” fuq il-korp.

Trab offwajt li jagħti ħarira fl-isfar f’kapsula b’għatu aħmar u korp oranġjo, u stampata bl-aħmar “RIV 6 mg” fuq il-korp.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Trattament ta’ sintomi ta’ dimenzja ta’ Alzheimer li jkunu ħfief għal severi b’mod moderat. Trattament ta’ sintomi ta’ dimenzja li jkunu ħfief għal severi b’mod moderat f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson idjopatika.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura għandha tinbeda u tkun segwita minn tabib li għandu esperjenza fid-dijanjożi u l-kura ta’ dimenzja ta’ Alzheimer jew dimenzja assoċjata mal-marda ta’ Parkinson. Id-dijanjożi għandha tiġi magħmula skond il-linji gwida kurrenti. It-terapija b’rivastigmine għandha tinbeda biss jekk persuna li tista’ tagħti l-kura tkun disponibbli biex timmonitorja regolarment it-teħid tal-prodott mediċinali mill- pazjent.

Pożoloġija

Rivastigmine għandu jingħata darbtejn kuljum, ma’ l-ikliet ta’ filgħodu u ta’ filgħaxija. Il-kapsuli għandhom jinbelgħu sħaħ.

Doża tal-bidu

1.5 mg darbtejn kuljum.

Titration tad-doża

Id-doża tal-bidu hija ta’ 1.5 mg darbtejn kuljum. Jekk din id-doża tiġi ttollerata sew wara minimu ta’ ġimgħatejn ta’ kura, id-doża tista’ tiġi miżjuda għal 3 mg darbtejn kuljum. Żidiet sussegwenti għal 4.5 mg u imbagħad għal 6 mg darbtejn kuljum, għandhom jiġu bbażati fuq kemm wieħed jittollera d- doża kurrenti. Dawn jistgħu jiġu kkunsidrati wara minimu ta’ ġimgħatejn ta’ kura b’dak il-livell ta’ doża.

Jekk jiġu osservati reazzjonijiet avversi (eż. dardir, rimettar, uġigħ fl-addome jew nuqqas ta’ aptit) jew tnaqqis fil-piż jew sintomi ekstrapiramidali jmorru għall-agħar (eż. tregħid) f’pazjenti b’dimenzja assoċjata mal-marda ta’ Parkinson waqt il-kura, dawn jistgħu jitnaqqsu billi tiġi maqbuża doża waħda jew aktar. Jekk ir-reazzjonijiet avversi jippersistu, id-doża ta’ kuljum għandha tiġi mnaqqsa temporanjament għal dik id-doża preċedenti li kienet ittollerata sew.

Doża ta’ manteniment

Id-doża effettiva hija ta’ bejn 3 u 6 mg darbtejn kuljum; biex jinkiseb il-benefiċċju massimu mill-kura, il-pazjenti għandhom jinżammu fuq l-aktar doża għolja li jittoleraw. Id-doża massima rrikkmandata ta’ kuljum hija ta’ 6 mg darbtejn kuljum.

Il-kura ta’ manteniment tista’ titkompla sakemm tkun ta’ benefiċċju terapewtiku għall-pazjent. Għalhekk, il-benefiċċju kliniku ta’ rivastigmine għandu jerġa’ jiġi vvalutat fuq bażi regolari, speċjalment għal dawk il-pazjenti li jkunu qed jiġu kkurati b’dożi ta’ anqas minn 3 mg darbtejn kuljum. Jekk wara 3 xhur ta’ kura bid-doża ta’ manteniment ir-rata li biha s-sintomi ta’ dimenzja ma jurux bidla favorevoli, il-kura għandha titwaqqaf. Għandu jiġi kkunsidrat it-twaqqif jekk ikun jidher li l-effett terapewtiku jkun intilef.

Ir-rispons individwali għal rivastigmine ma jistax jiġi mbassar. Madankollu, effett akbar mill-kura deher f’pazjenti bil-Parkinson b’dimenzja moderata. B’mod simili, effett akbar deher f’pazjenti bil- marda ta’ Parkinson li kellhom alluċinazzjonijiet viżivi (ara sezzjoni 5.1).

L-effett tal-kura ma ġiex studjat fi provi kkontrollati bi plaċebo għal aktar minn 6 xhur.

Meta terġa’ tinbeda t-terapija

Jekk il-kura tiġi mwaqqfa għal tlett ijiem, din għandha terġa’ tinbeda b’doża ta’ 1.5 mg darbtejn kuljum. Iż-żieda fid-doża mbagħad għandha tiġi magħmula hekk kif spjegat hawn fuq.

Indeboliment renali u epatiku

M’hemmx bżonn ta’ aġġustar tad-doża għall-pazjenti b’indeboliment renali jew epatiku minn ħafif għal moderat. Madanakollu, minħabba żieda fl-esponiment f’dawn il-popolazzjonijiet ir- rakkomandazzjonijiet sabiex id-doża tkun miżjuda skond it-tolleranza ta’ l-individwu għandhom jiġu segwiti bir-reqqa minħabba li pazjenti b’indeboliment renali jew epatiku klinikament sinifikanti jista’ jkollhom aktar reazzjonijiet avversi li jiddependu fuq id-doża. Pazjenti b’indeboliment epatiku sever ma kinux studjati, madankollu, il-kapsuli ta’ rivastigmine jistgħu jintużaw f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti sakemm isir monitoraġġ mill-qrib (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Rivastigmine fil-popolazzjoni pedjatrika m’għandux użu rilevanti fit-trattament tal-marda tal- Alzheimer.

4.3Kontraindikazzjonijiet

L-użu ta’ dan il-prodott mediċinali huwa kontraindikat għal pazjenti b’sensittività eċċessiva magħrufa għas-sustanza attiva rivastigmine, għal derivattivi tat-tip carbamate jew għal xi sustanzi mhux attivi mniżżla f’sezzjoni 6.1.

Teżisti storja ta’ reazzjonijiet fis-sit tal-applikazzjoni suġġestivi ta' dermatite minħabba kuntatt allerġiku għall-garża ta’ rivastigmine (ara sezzjoni 4.4).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

L-inċidenza u s-severità tar-reazzjonijiet avversi ġeneralment jiżdiedu b’dożi aktar għoljin. Jekk il- kura tiġi mwaqqfa għal aktar minn tlett ijiem, din għandha terġa’ tiġi mibdija b’1.5 mg darbtejn kuljum, sabiex titnaqqas il-possibbiltà ta’ reazzjonijiet avversi (eż. rimettar).

Jistgħu jseħħu reazzjonijiet fuq il-ġilda fis-sit tal-applikazzjoni b’roqgħa ta’ rivastigmine u normalment dawn ikunu ħfief jew moderati fl-intensità tagħhom. Dawn ir-reazzjonijiet huma fihom infushom indikazzjoni ta’ sensitizzazzjoni. Madankollu, l-użu ta’ roqgħa ta’ rivastigmine jista’ jwassal għal dermatite ta’ kuntatt allerġiku.

Dermatite ta’ kuntatt allerġiku għandha tiġi suspettata jekk ir-reazzjonijiet għas-sit tal-applikazzjoni jinxterdu lil hinn mid-daqs tar-roqgħa, jekk ikun hemm evidenza ta’ reazzjoni lokali aktar intensa (eż. żieda f’eritema, edema, papuli, infafet żgħar) u jekk is-sintomi ma jitjibux b’mod sinifikanti fi żmien 48 siegħa wara li titneħħa r-roqgħa. F’dawn il-każijiet, il-kura għandha titwaqqaf (ara sezzjoni 4.3).

Pazjenti li jiżviluppaw reazzjonijiet fis-sit tal-applikazzjoni suġġestivi ta' dermatite minħabba kuntatt allerġiku għall-garża ta’ rivastigmine u li xorta għad għandhom bżonn it-trattament b’rivastigmine għandhom jaqilbu biss għal rivastigmine mill-ħalq wara testijiet allerġiċi negattivi u taħt kontroll mediku mill-qrib. Jista’ jkun li xi pazjenti li spiċċaw sensittivi għal rivastigmine wara li kienu esposti għall-garża ta’ rivastigmine ma jkunux jistgħu jieħdu rivastigmine taħt ebda forma.

Wara li l-prodott tqiegħed fis-suq, kien hemm rapporti rari minn pazjenti li esperjenzaw dermatite allerġika (mifruxa) meta mogħtija rivastigmine irrispettivament mill-mod kif dan ingħata (mill-ħalq, mill-ġilda). F’dawn il-każijiet, it-trattament għandu jitwaqqaf (ara sezzjoni 4.3).

Wieħed għandu jgħarraf kif jixraq lill-pazjenti u lil min jipprovdi l-kura.

Żieda tad-doża: Ġew osservati reazzjonijiet avversi (eż. pressjoni għolja u alluċinazzjonijiet f’pazjenti b’dimenzja ta’ Alzheimer u sintomi ekstrapiramidali marru għall-agħar, l-aktar tregħid, f’pazjenti b’dimenzja assoċjata mal-marda ta’ Parkinson) ftit wara li ġiet miżjuda d-doża. Dawn jistgħu jitnaqqsu bi tnaqqis fid-doża. F’każijiet oħra, rivastigmine ġie mwaqqaf (ara sezzjoni 4.8).

Jista’ jkun hemm problemi fis-sistema gastro-intestinali bħal dardir, rimettar u dijarea huma relatati mad-doża u, l-aktar meta tinbeda l-kura u/jew meta tiżdied id-doża (ara sezzjoni 4.8). Dawn ir- reazzjonijiet avversi jseħħu b’mod aktar komuni fin-nisa. Pazjenti li juru sinjali jew sintomi ta’ deidrazzjoni minħabba rimettar jew dijarea kontinwi jistgħu jiġu kkurati bl-għoti ta’ fluwidi mill-vina u billi titnaqqas jew titwaqqaf id-doża kemm-il darba dak li jkun jinduna bihom u jittrattahom minnufih. Id-deidrazzjoni tista’ tkun assoċjata ma’ episodji serji.

Pazjenti li jbatu bil-marda ta’ Alzheimer jistgħu jonqsu fil-piż. Inibituri tat-tip cholinesterase, inkluż rivastigmine, kienu assoċjati ma’ tnaqqis fil-piż f’dawn il-pazjenti. Waqt it-terapija, il-piż tal-pazjent għandu jiġi mmonitorjat.

F’każ li l-pazjent jibda’ jirremetti ħafna meta jingħata kura b’rivastigmine, id-doża għandha tiġi aġġustata hekk kif irrikkmandat f’sezzjoni 4.2. Xi każijiet ta’ rimettar sever kienu assoċjati ma’ tiċrit ta’ l-esofagu (ara sezzjoni 4.8). Dawn il-każijiet dehru li jseħħu l-aktar wara żiediet fid-dożi jew b’dożi għoljin ta’ rivostigmine.

Għandha tingħata attenzjoni meta jintuża rivastigmine f’pazjenti bis-sindrome tas-sinus marid jew b’difetti tal-konduttività fil-qalb (imblukkar sino-atrijali,imblukkar atrijo-ventrikulari) (ara sezzjoni 4.8).

Rivastigmine jista’ jikkawża bradikardija li tikkostitwixxi fattur ta’ riskju fl-okkorrenza ta’ torsade de pointes, b’mod predominanti f’pazjenti b’fatturi ta’ riskju. Għandu jkun hemm kawtela f’pazjenti f’riskju ogħla li jiżviluppaw torsade de pointes; pereżempju, dawk b’insuffiċjenza tal-qalb mhux ikkumpensata, infart mijokardiku riċenti, bradiarritmiji, predispożizzjoni għal ipokalemija jew

ipomagnesemija, jew l-użu fl-istess ma’ prodotti mediċinali magħrufa li jinduċu titwil tal-QT u/jew torsade de pointes (ara sezzjonijiet 4.5 u 4.8).

Rivastigmine jista’ jikkawża żieda ta’ aċidu fl-istonku. Għandha tingħata attenzjoni meta jkunu qed jiġu kkurati pazjenti b’ulċeri attivi fl-istonku jew duwodenali, jew pazjenti predisposti għal dawn il- kondizzjonjiet.

Għandha tingħata attenzjoni meta inibituri ta’ cholinesterase jingħataw lill-pazjenti li fil-passat kellhom attakki tal-ażżma jew mard ostruttiv tal-pulmun.

Il-kolinomimetiċi jistgħu jikkaġunaw jew jaggravaw ostruzzjoni awrinarja, u aċċessjonijiet. L- attenzjoni hija rrikkmandata meta jkunu qed jiġu kkurati pazjenti predisposti għal dan il-mard.

L-użu ta’ rivastigmine f’pazjenti li jbatu b’dimenzja severa ta’ Alzheimer jew dik assoċjata mal-marda ta’ Parkinson, b’tipi oħra ta’ dimenzja jew b’tipi oħra ta’ mard li jxekklu l-memorja (eż. tnaqqis fl- għarfien relatat ma’ l-età) għadu ma ġiex investigat u għalhekk l-użu tiegħu f’dawn il-pazjenti m’huwiex rakkomandat.

Bħal kolinomimetiċi oħrajn, rivastigmine jista’ jħarrax jew jikkaġuna sintomi ekstrapiramidali. Aggravar (inkluż bradikajniżja, diskajniżja, mixja mhux normali) u żieda fil-każijiet jew severità tat- tregħid dehru f’pazjenti li jbatu b’dimenzja assoċjata mal-marda ta’ Parkinson (ara sezzjoni 4.8). Dawn il-każijiet wasslu għat-twaqqif ta’ rivastigmine f’xi pazjenti (eż. twaqqif minħabba t-tregħid 1.7% fuq rivastigmine kontra 0% fuq plaċebo). Huwa rrikkmandat monitoraġġ kliniku għall-dawn ir- reazzjonijiet avversi.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti b’indeboliment renali jew epatiku klinikament sinifikanti jista’ jkollhom aktar reazzjonijiet avversi (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2). Rakkomandazzjonijiet fuq id-doża biex issir titrazzjoni skont it- tollerabbiltà tal-individwu għandhom jiġu segwiti mill-qrib. Pazjenti b’indeboliment epatiku gravi ma ġewx studjati. Madankollu, rivastigmine jista’ jintuża f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti u hemm bżonn ta’ monitoraġġ mill-qrib jekk meħtieġ.

Pazjenti li jkollhom piż taħt il-50 kg jista’ jkollhom aktar reazzjonijiet avversi u hemm aktar ċans li jwaqqfuh minħabba r-reazzjonijiet avversi.

4.5 Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma’ dan il-prodott u affarjiet oħra li jistgħu jibdlu l-effett farmaċewtiku tal-prodott

Bħala sustanza li tinibixxi cholinesterase, rivastigmine jista’ jeżaġera l-effetti rilassanti tal-muskoli tat- tip succinylcholine waqt il-loppju. Hija rakkomandata attenzjoni fl-għażla ta’ sustanzi tal-loppju. Tista’ tiġi kkunsidrata l-possibbiltà ta’ aġġustamenti tad-doża jew twaqqif temporanju tal-kura jekk meħtieġa.

Minħabba l-effetti farmakodinamiċi u l-effetti addittivi possibbli tiegħu, rivastigmine m’għandux jingħata fl-istess ħin ma’ sustanzi oħrajn tat-tip kolinomimetiċi. Rivastigmine jista’ jfixkel l-attività ta’ prodotti mediċinali tat-tip antikolinerġiċi (eż. oxybutynin, tolterodine).

Effetti addittivi li jwasslu għal bradikardija (li tista’ tirriżulta f’sinkope) ġew irrappurtati bl-użu kombinat ta’ diversi imblokkaturi beta (li jinkludu atenolol) u rivastigmine. Imblokkaturi beta kardjovaskulari huma mistennija li jiġu assoċjati mal-ikbar riskju, iżda waslu rapporti wkoll f’pazjenti li kienu qed jużaw imblokkaturi beta oħrajn. Għalhekk, għandu jkun hemm kawtela meta rivastigmine jiġi kombinat ma’ imblokkaturi beta u wkoll ma’ mediċini oħrajn kontra l-bradikardija (eż. mediċini antiarritmiċi ta’ klassi III, antagonisti tal-kanal tal-calcium, digitalis glycoside, pilocarpin).

Billi l-bradikardija tikkostitwixxi fattur ta’ riskju f’każ ta’ torsades de pointes, il-kombinazzjoni ta’ rivastigmine ma’ prodotti mediċinali li jinduċu torsades de pointes bħal antipsikotiċi, i.e., xi

phenothiazines (chlorpromazine, levomepromazine), benzamides (sulpiride, sultopride, amisulpride, tiapride, veralipride), pimozide, haloperidol, droperidol, cisapride, citalopram, diphemanil, erythromycin IV, halofantrin, mizolastin, methadone, pentamidine u moxifloxacine, għandha tiġi osservata b’kawtela, u monitoraġġ kliniku (ECG) jista’ wkoll ikun meħtieġ.

Fi studji fuq voluntiera b’saħħithom, ma dehret l-ebda interazzjoni farmakokinetika bejn rivastigmine u digoxin, warfarin, diazepam, jew fluoxetine. Iż-żieda fil-ħin tal-protrombin li hija kkaġunata minn warfarin mhix affettwata meta jingħata rivastigmine. Ma ġew osservati l-ebda effetti ħżiena fuq il- konduttività kardijaka, meta ngħataw digoxin u rivastigmine fl-istess ħin.

Minħabba l-metaboliżmu tiegħu, mhux mistenni li jkun hemm interazzjonijiet metaboliċi ma’ prodotti mediċinali oħrajn, għalkemm rivastigmine jista’ jinibixxi l-metaboliżmu medjat minn butyrylcholinesterase ta’ sustanzi oħrajn.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

F’annimali waqt it-tqala, rivastigmine u/jew il-metaboliti tiegħu qasmu l-plaċenta. Mhuwiex magħruf jekk dan iseħħx fil-bnedmin. M’hemmx tagħrif kliniku dwar l-użu waqt it-tqala. Fi studji ta’ madwar/wara t-twelid li saru fuq il-firien, ġiet osservata żieda fiż-żmien ta’ ġestazzjoni. Rivastigmine m’għandux jintuża waqt it-tqala jekk m’hemmx bżonn ċar.

Treddigħ

Fl-annimali rivastigmine joħroġ mal-ħalib. Mhux magħruf jekk rivastigmine joħroġx mal-ħalib tas- sider tal-bniedem. Għalhekk, in-nisa li jkunu qed jieħdu rivastigmine m’għandhomx ireddgħu.

Fertilità

Ma ġew osservati ebda effetti avversi ta’ rivastigmine fuq il-fertilità jew il-prestazzjoni tas-sistema riproduttiva fil-firien (ara sezzjoni 5.3). L-effetti ta’ rivastigmine fuq il-fertilità tal-bniedem mhumiex magħrufin.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-marda ta’ Alzheimer tista’ tikkawża tnaqqis gradwali fil-ħila tas-sewqan jew tikkomprometti l-ħila biex jitħaddem makkinarju. Barra dan, rivastigmine jista’ jikkaġuna sturdament jew ngħas, l-aktar fil- bidu tal-kura jew meta tkun qed tiżdied id-doża. Bħala konsegwenza, rivastigmine għandu influwenza żgħira jew moderata fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Għalhekk, il-ħila li jkomplu jsuqu jew li jħaddmu magni kumplessi, ta’ pazjenti li jbatu mill-marda ta’ Alzheimer u li jkunu qed jieħdu rivastigmine, għandha tiġi evalwata bħala rutina mit-tabib li jkun qed jagħtihom il-kura.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Ir-reazzjonijiet avversi (ADRs) l-aktar komuni huma dawk fis-sistema gastro-intestinali, u dawn jikludu dardir (38 %) u rimettar (23 %), speċjalment waqt li tkun qed tiġi miżjuda d-doża. Waqt studji kliniċi, il-pazjenti nisa kienu aktar suxxettibbli mill-irġiel li jkollhom reazzjonijiet avversi fis-sistema gastro-intestinali, u tnaqqis fil-piż.

Lista tabulata tar-reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi ppreżentati f’Tabella 1 u f'Tabella 2 huma kklassifikati skond is-sistema tal- klassi tas-sistema ta’ l-organu (tal-MedDRA) u l-kategorija tal-frekwenza. Il- kategoriji tal-frekwenza huma definiti skond il-konvenzjoni li ġejja: Komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100, <1/10); mhux komuni (≥1/1,000, <1/100); rari (≥1/10,000, <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000) u mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin, elenkati hawn taħt f’Tabella 1, kienu miġbura minn pazjenti ikkurati b’rivastigmine għal dimenzja t’Alzheimer.

Tabella 1

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

 

Rari ħafna

Infezzjoni fis-sistema ta’ l-awrina

Disturbi fil-metaboliżmu u n-

 

nutrizzjoni

 

Komuni ħafna

Anoressija

Komuni

Tnaqqis fl-aptit

Mhux magħruf

Deidratazzjoni

Disturbi psikjatriċi

 

Komuni

Aġitazzjoni

Komuni

Konfużjoni

Komuni

Ansjetà

Komuni

Ħmar il-lejl

Mhux komuni

Nuqqas ta’ rqad

Mhux komuni

Dipressjoni

Rari ħafna

Alluċinazzjonijiet

Mhux magħruf

Aggressjoni, nuqqas ta’ kwiet

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Komuni ħafna

Sturdament

Komuni

Uġigħ ta’ ras

Komuni

Ngħas

Komuni

Tregħid

Mhux komuni

Sinkope

Rari

Aċċessjonijiet

Rari ħafna

Sintomi ekstrapiramidali (li jinkludu aggravar tal-marda ta’

 

Parkinson)

Disturbi fil-qalb

 

Rari

Angina pectoris

Rari ħafna

Problemi fir-ritmu tat-tħabbit tal-qalb (eż. bradikardja,

 

imblukkar atrijo-ventrikulari, fibrillazzjoni ta’ l-atrija u

 

takikardija)

Mhux magħruf

Sindromu ta’ sinus marid

Disturbi vaskulari

 

Rari ħafna

Pressjoni għolja

Disturbi gastro-intestinali

 

Komuni ħafna

Dardir

Komuni ħafna

Rimettar

Komuni ħafna

Dijarea

Komuni

Uġigħ addominali u dispepsja

Rari

Ulċeri gastriċi u duwodenali

Rari ħafna

Emorraġiji gastro-intestinali

Rari ħafna

Pankreatite

Mhux magħruf

Xi każijiet ta’ rimettar sever kienu assoċjati ma’ tiċrit ta’ l-

 

esofagu (ara sezzjoni 4.4).

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

 

Mhux komuni

Livelli għoljin tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied

Mhux magħruf

Epatite

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’

 

taħt il-ġilda

 

Komuni

Iperidrożi

Rari

Raxx

Mhux magħruf

Prurite, dermatite allerġika (mifruxa)

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet

 

ta' mnejn jingħata

 

Komuni

Għeja kbira u astenja

Komuni

Tħossok ma tiflaħx

Mhux komuni

Waqgħat

Investigazzjonijiet

 

Komuni

Tnaqqis fil-piż

L-effetti avversi addizzjonali li ġejjin dehru bil-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda rivastigmine: thewdin, deni, nuqqas ta’ aptit, inkontinenza tal-awrina (komuni), iperattività psikomotorja (mhux komuni), eritema, ħakk, infafet żgħar, dermatite allerġika (mhux magħrufa).

Tabella 2 turi reazzjonijiet avversi rrappurtati matul studji kliniċi mwettqa f’pazjenti b’dimenzja assoċjata mal-marda ta’ Parkinson ikkurati b’kapsuli ta' rivastigmine.

Tabella 2

Disturbi fil-metaboliżmu u n-

 

nutrizzjoni

 

Komuni

Tnaqqis fl-aptit

Komuni

Deidratazzjoni

Disturbi psikjatriċi

 

Komuni

Nuqqas ta’ rqad

Komuni

Ansjetà

Komuni

Nuqqas ta’ kwiet

Komuni

Alluċinazzjoni, viżiva

Komuni

Dipressjoni

Mhux magħruf

Aggressjoni

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Komuni ħafna

Tregħid

Komuni

Sturdament

Komuni

Ħedla tan-ngħas

Komuni

Uġigħ ta’ ras

Komuni

Marda ta’ Parkinson (aggravar)

Komuni

Bradikajneżja

Komuni

Diskajneżja

Komuni

Ipokajneżja

Komuni

Riġidità tar-rota tal-ingranaġġ

Mhux komuni

Distonja

Disturbi fil-qalb

 

Komuni

Bradikardija

Mhux komuni

Fibrillazzjoni ta’ l-atriju

Mhux komuni

Blokk atrijo-ventrikulari

Mhux magħruf

Sindromu tas-sinus marid

Disturbi vaskulari

 

Komuni

Pressjoni għolja

Mhux komuni

Pressjoni baxxa

Disturbi gastro-intestinali

 

Komuni ħafna

Dardir

Komuni ħafna

Rimettar

Komuni

Dijarea

Komuni

Uġigħ fl-addome u dispepsja

Komuni

Tnixxija ta’ bżiq

Disturbi tal-fwied u tal-marrara

 

Mhux magħruf

Epatite

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt

 

il-ġilda

 

Komuni

Iperidrożi

Mhux magħruf

Dermatite allerġika (mifruxa)

Disturbi ġenerali u kundizzjonijiet

 

ta’ mnejn jingħata

 

Komuni ħafna

Taqa'

Komuni

Għeja kbira u astenja

Komuni

Disturbi fil-mixi

Komuni

Parkinson fil-mixi

Ir-reazzjoni mhux mixtieqa addizzjonali li ġejja ġiet osservata fi studju ta' pazjenti b’dimenzja assoċjata mal-marda ta’ Parkinson ikkurati bil-garżi transdermali ta' rivastigmine: aġitazzjoni (komuni).

Tabella 3 telenka n-numru u l-perċentwali ta’ pazjenti b’każijiet minn prova klinika speċifika ta 24- gimgha kondotta b’rivastigmine f’pazjenti b’dimenzja assoċjata mal-marda ta Parkinson b’avversi li kienu definiti minn qabel li jistgħu jirriflettu aggravar tas-sintomi ta’ Parkinson.

Tabella 3

Każijiet avversi definiti minn qabel li jistgħu

Rivastigmine

Plaċebo

jirriflettu aggravar tas-sintomi ta’ Parkinson

n (%)

n (%)

f’pazjenti b’dimenzja assoċjata mal-marda ta’

 

 

 

 

Parkinson

 

 

 

 

Total tal-pazjenti studjati

362 (100)

179 (100)

Total tal-pazjenti b’effetti avversi

(27.3)

(15.6)

Tregħid

(10.2)

(3.9)

Waqa’

21 (5.8)

11 (6.1)

Marda ta’ Parkinson (tmur għall-agħar)

12 (3.3)

(1.1)

Sekrezzjoni eċċessiva ta’ bżieq

(1.4)

 

Diskineżja

(1.4)

(0.6)

Sintomi tal-Parkinson

(2.2)

(0.6)

Ipokineżja

(0.3)

 

Disturbi fil-moviment

(0.3)

 

Bradikineżja

(2.5)

(1.7)

Distonja

(0.8)

(0.6)

Mixi mhux normali

(1.4)

 

Ebusija fil-muskoli

(0.3)

 

Disturbi fl-ekwilibriju

(0.8)

(1.1)

Riġidità muskolu-skeletrali

(0.8)

 

Tregħid

(0.3)

 

Funzjoni motorja ħażina

(0.3)

 

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Sintomi

Il-maġġoranza tal-każijiet aċċidentali ta’ doża eċċessiva ma kinux assoċjati ma’ sinjali jew sintomi kliniċi, u kważi l-pazjenti kollha li kienu nvoluti komplew il-kura b’rivastigmine 24 siegħa wara d-doża eċċessiva.

Tossiċità kolinerġika ġiet irrapportata b’sintomi muskariniċi li huma osservati b’avvelenamenti moderati bħal mijosi, fwawar, disturbi diġestivi inkluż uġigħ addominali, nawsja, rimettar u dijarea, bradikardja, bronkospażmu u żieda fit-tnixxijiet tal-bronki, iperidrożi, awrina u/jew ippurgar b’mod involontarju, lakrimazzjoni, pressjoni baxxa u sekrezzjoni eċċessiva tal-bżieq.

F’każijiet aktar serji jistgħu jiżviluppaw effetti nikotiniċi bħal dgħjufija muskolari, faxxikulazzjonijiet, aċċessjonijiet u arrest respiratorju b’possibbiltà ta’ riżultat fatali.

Barra minn hekk kien hemm każijiet wara t-tqegħid fis-suq ta’ sturdament, rogħda, uġigħ ta’ ras, ngħas, stat konfużjonali, pressjoni għolja, alluċinazzjonijiet u telqa.

Immaniġġjar

Minħabba li rivastigmine għandu half-life fil-plażma ta’ xi siegħa, u l-inibizzjoni ta’ acetylcholinesterase iddum xi 9 sigħat, huwa rrikkmandat li fil-każijiet ta’ doża eċċessiva bla sintomi, m’għandu jingħata l-ebda doża oħra ta’ rivastigmine għall-24 siegħa wara. Fil-każ ta’ doża eċċessiva li tkun akkumpanjata b’dardir sever u rimettar, l-użu ta’ anti-emetiċi għandu jiġi kkunsidrat. Kura sintomatika għal reazzjonijiet avversi oħrajn għandha tingħata hekk kif ikun hemm bżonn.

Fil-każ ta’ doża eċċessiva massiva, tista’ tintuża atropine. Fil-bidu huwa rrikkmandat li tintuża doża ta’ 0.03 mg/kg atropine sulphate minn ġol-vina, bid-dożi ta’ wara din ibbażati fuq ir-rispons kliniku. L-użu ta’ scopolamine bħala antidotu mhux irrikkmandat.

5.TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: psikoanalettiċi, anticholinesterases, Kodiċi ATC: N06DA03

Rivastigmine huwa inibitur ta’ acetyl- u butyrylcholinesterase tat-tip carbamate, li hu maħsub li jiffaċilita t-trasmissjoni kolinerġika fin-newroni, billi jnaqqas id-degradazzjoni ta’ acetylcholine li jkun meħlus minn newroni kolinerġiċi li jkollhom il-funzjoni intatta. B’dan il-mod, rivastigmine jista’ jkollu effett li jtejjeb id-diffikultajiet ta’ għarfien li jkunu medjati b’mod kolinerġiku u li huma assoċjati mal-marda ta’ Alzheimer u l-marda ta’ Parkinson.

Rivastigmine jinteraġixxi ma’ l-enżimi speċifiċi tiegħu billi jifforma kumpless marbut b’mod kovalenti li temporanjament jagħmel l-enżimi inattivi. F’ġuvnotti b’saħħithom, doża mill-ħalq ta’ 3 mg tnaqqas l-attività tat-tip acetylcholinesterase (AChE) fis-CSF bejn wieħed u ieħor b’40 % fi żmien l-ewwel 1.5 siegħa wara li tkun ingħatat. L-attività ta’ l-enżima tiġi lura għall-livelli tal-linja

bażi, madwar 9 sigħat wara li l-effett inibitorju massimu jkun intlaħaq. F’pazjenti li jbatu bil-marda ta’ Alzheimer, l-inibizzjoni ta’ AChE fis-CSF b’rivastigmine kienet tiddependi fuq id-doża, meta d-doża kienet sa 6 mg darbtejn kuljum, li hija l-ogħla doża ttestjata. L-inibizzjoni attività tat-tip butyrylcholinesterase fis-CSF ta’ 14-il pazjent bil-marda ta’ Alzheimer li kienu kkurati b’rivastigmine kienet simili għal dik ta’ AChE.

Studji Kliniċi f’dimenzja ta’ Alzheimer

L-effikaċja ta’ rivastigmine kienet stabbilita permezz ta’ tliet għoddod ta’ stima indipendenti u speċifiċi għad-dominju,u dawn kienu assesjati f’intervalli perjodiċi waqt perijodi ta’ trattament ta’ 6 xhur. Dawn jinkludu l-ADAS-Cog (Skala ta’ Evalwazzjoni tal-Marda ta’ Alzheimer – Sottoskala konjittiva, sistema ta’ kejl tal-konjizzjoni bbażata fuq il-ħila), is-CIBIC-Plus (Intervista mit-Tabib

Imsejsa fuq Impressjoni ta' Change-Plus, stima globali komprensiva tal-pazjent mit-tabib, li tinkorpora l-involviment ta’ min ikun qed jieħu ħsieb il-kura tas-saħħa), u l-PDS (Skala ta’ Deterjorazzjoni Progressiva, stima magħmula minn min ikun qed jieħu ħsieb il-kura tas-saħħa, ta’ l-attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum li jinkludu l-iġene personali, kif jieklu, l-ilbies, il-faċendi tad-dar bħax-xiri, iż-żamma tal- ħila li wieħed jorjenta ruħu fl-ambjent tal-madwar, kif ukoll l-involviment f’attivitajiet relatati ma’ finanzi eċċ.).

Il-pazjenti studjati kellhom punteġġ MMSE (Eżami Żgħir ta’ l-Istat Mentali) ta’ 10-24.

Ir-riżultati ta’ pazjenti li wrew titjib klinikament rilevanti, li kienu miġbura minn żewġ studji bid-doża flessibbli minn 3 studji multiċentriċi pivitali ta’ 26 ġimgħa fuq pazjenti li kienu jbatu minn dimenzja ta’ Alzheimer ta’ severità ħafifa għal moderatament severa, jinsabu f’Tabella 4 hawn taħt. F’dawn l-

istudji, it-titjib klinikament rilevanti kien definit a priori bħala mill-anqas titjib b’4 punti fl- ADAS-Cog, bħala titjib fis-CIBIC-Plus, jew titjib b’ta’ l-anqas 10 % fil-PDS.

Barra dan, definizzjoni post-hoc ta’ reazzjoni hija mogħtija fl-istess tabella. Definizzjoni sekondarja ta’ rispons kienet teħtieġ titjib ta’ 4 punti jew aktar fl-ADAS-Cog, li l-iskala tas-CIBIC-Plus u dik tal- PDS ma jmorrux għall-agħar. Id-doża medja attwali ta’ kuljum għal dawk li wrew rispons fil-grupp ta’ minn 6 mg sa 12-il mg li tikkorrispondi ma’ din id-definizzjoni hija ta’ 9.3 mg. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-iskali użati f’din l-indikazzjoni jvarjaw, u li paraguni diretti tar-riżultati għal aġenti terapewtiċi differenti mhumiex validi.

Tabella 4

 

Pazjenti b’Rispons Klinikament Sinifikanti (%)

 

 

Intenzjoni li tittratta

L-Aħħar Osservazzjoni Trasferita ’l

 

 

 

Quddiem

 

Kejl tar-Rispons

Rivastigmine

Plaċebo

Rivastigmine

 

Plaċebo

 

6–12 mg

 

6–12 mg

 

 

 

N=473

N=472

N=379

 

N=444

ADAS-Cog: titjib

21***

25***

 

ta’ mill-anqas

 

 

 

 

 

4 punti

 

 

 

 

 

CIBIC-Plus: titjib

29***

32***

 

PDS: titjib ta’

26***

30***

 

mill-anqas 10 %

 

 

 

 

 

Titjib ta’ mill-

10*

12**

 

anqas 4 punti fl-

 

 

 

 

 

ADAS-Cog u li

 

 

 

 

 

ma jiħżienux is-

 

 

 

 

 

CIBIC-Plus u l-

 

 

 

 

 

PDS

 

 

 

 

 

* p<0.05, ** p<0.01, *** p<0.001

Studji kliniċi f’dimenzja assoċjata mal-marda ta’ Parkinson

L-effikaċja ta’ rivastigmine f’dimenzja assoċjata mal-marda ta’ Parkinson intweriet fi studju ċentrali ta’ 24-ġimgħa multiċentriku, double-blind, kontrollat bil-plaċebo u bil-fażi ta’ l-estenzjoni tiegħu ta’ 24-ġimgħa open-label. Il-pazjenti involuti f’dan l-istudju kellhom punteġġ ta’ MMSE (Eżami Żgħir ta’ l-Istat Mentali) ta’ 10-24. L-effikaċja kienet stabbilita bl-użu ta’ żewġ skali indipendenti li kienu evalwati f’intervalli regolari waqt is-6 xhur perijodu ta’ kura hekk kif jidher f’Tabella 5 hawn taħt: l- ADAS-Cog, kejl ta’ l-għarfien, u l-miżura globali ADCS-CGIC (Studju Ko-operattiv tal-Marda ta’ Alzheimer – L-impressjoni Globali tat-Tabib fuq il-Bidla).

Tabella 5

Dimenzja assoċjata mal-

ADAS-Cog

ADAS-Cog

ADCS-

 

ADCS-CGIC

Marda ta’ Parkinson

Rivastigmine

Plaċebo

CGIC

 

Plaċebo

 

 

 

 

Rivastigmine

 

Popolazzjoni ITT + RDO

(n=329)

(n=161)

(n=329)

 

(n=165)

Medja tal-linja bażi ± SD

23.8

± 10.2

24.3 ± 10.5

n/a

 

n/a

Medja tal-bidla ma’ l-

2.1

± 8.2

 

3.8 ± 1.4

 

 

24 ġimgħa ± SD

-0.7 ± 7.5

 

4.3 ± 1.5

Differenza fil-kura

 

2.881

 

 

 

aġġustata

 

 

n/a

valur-p kontra l-plaċebo

 

<0.0011

 

0.0072

Popolazzjoni ITT -

(n=287)

(n=154)

(n=289)

 

(n=158)

LOCF

 

 

 

 

 

 

Medja tal-linja bażi ± SD

24.0

± 10.3

24.5 ± 10.6

n/a

 

n/a

Medja tal-bidla ma’ l-

2.5 ± 8.4

 

 

3.7 ± 1.4

 

 

24 ġimgħa ± SD

 

-0.8 ± 7.5

 

4.3 ± 1.5

Differenza fil-kura

 

3.541

 

 

 

aġġustata

 

 

n/a

valur-p kontra l-plaċebo

<0.0011

 

<0.0012

1Ibbażat fuq ANCOVA bil-kura u l-pajjiż bħala fatturi u linja bażi ADAS-Cog bħala ko-varjant. Bidla pożittiva tindika titjib.

2Għall-konvenjenza qed tintwera l-medja tad-dejta, l-analiżi kategorika saret bit-test Elteren ITT: Intenzjoni li jingħata t-trattament; RDO: Dawk li waqfu u ġew lura; LOCF: L-aħħar osservazzjoni trasferita ’l quddiem

Għalkemm intwera effett tat-trattament fil-popolazzjoni globali kollha ta’ l-istudju, id-dejta indikat li kien hemm effett tal-kura akbar meta mqabbel mal-plaċebo fis-sottogrupp ta’ pazjenti b’dimenzja moderata assoċjata mal-marda ta’ Parkinson. Bl-istess mod, effett tal-kura akbar deher f’dawk il- pazjenti b’alluċinazzjonijiet viżivi (ara Tabella 6).

Tabella 6

Dimenzja assoċjata mal-

ADAS-Cog

ADAS-Cog

ADAS-Cog

 

ADAS-Cog

marda ta’ Parkinson

Rivastigmine

Plaċebo

Rivastigmine

 

Plaċebo

 

Pazjenti b’allu

ċinazzjonijiet

Pazjenti mingħajr

 

viżwali

alluċinazzjonijiet viżwali

Popolazzjoni ITT + RDO

(n=107)

(n=60)

(n=220)

 

(n=101)

Medja tal-linja bażi ± SD

25.4 ± 9.9

27.4 ± 10.4

23.1 ± 10.4

 

22.5 ± 10.1

Bidla medja ma’ l-

1.0 ± 9.2

 

2.6 ± 7.6

 

 

24 ġimgħa ± SD

-2.1 ± 8.3

 

0.1 ± 6.9

Differenza tal-kura

4.271

2.091

 

aġġustata

 

valur-p kontra plaċebo

0.0021

0.0151

 

Pazjenti b’dimenzja

Pazjenti b’dimenzja ħafifa

 

moderata (MMSE 10-17)

(MMSE 18-24)

popolazzjoni ITT + RDO

(n=87)

(n=44)

(n=237)

 

(n=115)

Medja tal-linja bażi ± SD

32.6 ± 10.4

33.7 ± 10.3

20.6 ± 7.9

 

20.7 ± 7.9

Bidla medja ma’ l-

2.6 ± 9.4

 

1.9 ± 7.7

 

 

24 ġimgħa ± SD

-1.8 ± 7.2

 

-0.2 ± 7.5

Differenza tal-kura

4.731

2.141

 

aġġustata

 

valur-p kontra plaċebo

0.0021

0.0101

1 Ibbażat fuq ANCOVA bil-kura u l-pajjiż bħala fatturi u linja bażi ADAS-Cog bħala ko-varjant. Bidla pożittiva tindika titjib.

ITT: Intenzjoni li jingħata t-trattament; RDO: Dawk li waqfu u ġew lura

L-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini rrinunjzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b'Rivastigmine f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-kura tad-dimenzja ta’ Alzheimer u fit- trattament tad-dimenzja f’pazjenti bil-marda idjopatika tal-Parkinson (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni fuq l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Rivastigmine huwa assorbit malajr u kompletament. Konċentrazzjonijiet fil-plażma l-aktar għolja jintlaħqu bejn wieħed u ieħor fi żmien siegħa. Bħala konsegwenza ta’ l-attività ta’ rivastigmine ma len żima targit, iż-żieda ta’ biodisponibilità hija ta’ madwar darba u nofs aktar minn dik mistennija miż- żieda fid-doża. Iż-żieda assoluta fir-rata ta’ biodisponibilità, wara doża ta’ 3 mg, hija ta’ madwar

36 % 13 %. Meta rivastigmine jingħata ma’ l-ikel, l-assorbiment (tmax) jittardja b’90 minuta u s-Cmax jonqos u l-AUC jiżdied b’bejn wieħed u ieħor 30 %.

Distribuzzjoni

Rivastigmine huwa marbut b’mod dgħajjef mal-proteini fil-plażma (bejn wieħed u ieħor 40 %). Huwa jaqsam malajr il-barriera ta’ bejn il-moħħ u d-demm u għandu volum apparenti ta’ distribuzzjoni b’firxa ta’ bejn 1.8–2.7 l/kg.

Bijotrasformazzjoni

Rivastigmine huwa metabolizzat malajr u b’mod estensiv f’metabolu decarbamylated (half-life fil- plasma, madwar siegħa), l-aktar b’idroliżi immedjata minn cholinesterase. In vitro din is-sustanza li tifforma fil-metaboliżmu turi inibizzjoni minima għal acetylcholinesterase (<10 %).

Abbażi ta’ studji in vitro, l-ebda interazzjoni farmakokinetika mhi mistennija ma’ prodotti mediċinali metabolizzati mill-iżoenzimi taċ-ċitokromi li ġejjin: CYP1A2, CYP2D6, CYP3A4/5, CYP2E1, CYP2C9, CYP2C8, CYP2C19, jew CYP2B6. Ibbażat fuq l-evidenza ta’ studji fuq l-annimali, l-iżoenzimi tas- cytochrome P 450 importanti huma minimament involuti fil-metaboliżmu ta’ rivastigmine. Wara doża minn ġol-vina ta’ 0.2 mg, it-tneħħija totali mill-plażma ta’ rivastigmine kienet ta’ bejn wieħed u ieħor 130 l/h, u din naqset għal 70 l/h wara doża minn ġol-vini ta’ 2.7 mg.

Eliminazzjoni

Rivastigmine mhux mibdul ma jinstabx fl-awrina; it-tneħħija renali, tas-sustanzi fformati fil- metaboliżmu, hija l-mezz ewlieni ta’ l-eliminazzjoni. Wara li ngħata l-14C-rivastigmine, l- eliminazzjoni mill-kliewi kienet mgħaġġla u kienet kważi kompleta (>90 %) fi żmien 24 siegħa. Anqas minn 1 % tad-doża mogħtija tneħħiet mill-ġisem ma’ l-ippurgar. Ma jkun hemm l-ebda akkumulazzjoni ta’ rivastigmine jew tal-metabolu decarbamylated li jifforma, f’pazjenti li jbatu mill- marda ta’ Alzheimer.

Analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni wriet li l-użu tan-nikotina jżid it-tneħħija orali ta’ rivastigmine bi 23% f’pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer (n=75 persuna li jpejpu u 549 persuna li ma jpejpux) wara dożi orali sa 12 mg/jum f’kapsuli ta’ rivastigmine.

Popolazzjoni anzjana

Filwaqt li l-bijodisponibilità ta’ rivastigmine hija ogħla fl-anzjani milli fil-voluntiera żgħażagħ b’saħħithom, studji fuq pazjenti li jbatu mill-marda ta’ Alzheimer li kellhom bejn 50 u 92 sena ma wrew l-ebda tibdil fil-biodisponibilità bl-età.

Indeboliment epatiku

Is-Cmax ta’ rivastigmine kien bejn wieħed u ieħor 60 % ogħla u l-AUC ta’ rivastigmine kien aktar minn darbtejn ogħla f’pazjenti li kellhom indeboliment epatiku ħafif għal moderat, meta dawn kienu

mqabbla ma’ individwi b’saħħithom.

Indeboliment renali

Is-Cmax u l-AUC ta’ rivastigmine kienu aktar minn darbtejn ogħla f’pazjenti li kellhom indeboliment renali moderat meta dawn kienu mqabbla ma’ individwi b’saħħithom; madankollu ma kien hemm l- ebda tibdiliet fis-Cmax u l-AUC ta’ rivastigmine f’pazjenti li kellhom indeboliment renali serju.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

Studji tat-tossiċità bid-doża ripetuta li saru fuq firien, ġrieden u klieb, urew biss effetti assoċjati ma’ azzjoni farmakoloġika eżaġerata. Ma ġiet osservata l-ebda tossiċità ta’ organi targit. Ma ġew milħuqa l-ebda marġini ta’ sigurtà bħall-espożizzjoni fil-bniedem waqt studji fuq l-annimali minħabba s- sensittività ta’ l-annimali użati.

Rivastigmine ma kienx mutaġeniku f’ġabra ta’ testijiet standard in vitro u in vivo, ħlief f’test ta’ aberrazzjoni tal-kromosomi f’limfoċiti umani periferali meta ngħatat doża ta’ 104 darbiet ogħla mill- esponiment kliniku. It-test tal-mikronukleju in vivo kien negattiv. Barra minn hekk, il-metabolit ewlieni NAP226-90 ma weriex potenzjal ġenotossiku.

Ma nstabet l-ebda evidenza ta’ kanċeroġeniċità fi studji fuq ġrieden u firien meta ngħatat id-doża massima tollerata, għalkemm il-livell ta’ rivastigmine u l-metaboli tiegħu, li kienu esposti għalih, kienu anqas minn dawk fil-bniedem. Meta ġew imqabbla skond l-erja tas-superfiċje tal-ġisem, l- espożizzjoni għal rivastigmine u l-metaboli tiegħu kienet bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għad-doża massima rrikkmandata ta’ 12 mg kuljum; madankollu, meta mqabbla mad-doża massima fil-bniedem, livelli ta’ bejn wieħed u ieħor 6 darbiet aktar kienu milħuqa fl-annimali.

Fl-annimali, rivastigmine jgħaddi mill-plaċenta u joħroġ mal-ħalib. Studji mill-ħalq fuq firien u fniek tqal ma taw l-ebda indikazzjoni ta’ potenzjal teratoġeniku b’rivastigmine. Fi studji orali b’firien irġiel u nisa, l-ebda effett avvers ta’ rivastigmine ma ġie osservat fuq il-fertilità jew il-prestazzjoni riproduttiva la tal-ġenerazzjoni tal-ġenituri jew il-wild tal-ġenituri.

Potenzjal ta’ irritazzjoni ħafifa tal-għajnejn/fil-mukoża ta’ rivastigmine kien identifikat fi studju fuq il- fniek.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ sustanzi mhux attivi

Rivastigmine Sandoz 1.5 mg kapsuli ibsin

Qoxra tal-kapsula:

-Gelatin

-Titanium dioxide (E171)

-Yellow iron oxide (E172) Mili tal-kapsula:

-Microcrystalline cellulose

-Magnesium stearate

-Hypromellose

-Silica, kollojdali anidra Inka tal-istampar:

-Shellac

-Red iron oxide (E172)

Rivastigmine Sandoz 3 mg u 6 mg kapsuli ibsin

Qoxra tal-kapsula:

-Gelatin

-Titanium dioxide (E171)

-Yellow iron oxide (E172)

-Red iron oxide (E172) Mili tal-kapsula:

-Microcrystalline cellulose

-Magnesium stearate

-Hypromellose

-Silica, colloidal anhydrous Inka tal-istampar:

-Shellac

-Red iron oxide (E172)

Rivastigmine Sandoz 4.5 mg kapsuli ibsin

Qoxra tal-kapsula:

-Gelatin

-Titanium dioxide (E171)

-Yellow iron oxide (E172)

-Red iron oxide (E172) Mili tal-kapsula:

-Microcrystalline cellulose

-Magnesium stearate

-Hypromellose

-Silica, kollojdali anidru Inka tal-istampar:

-Shellac

-Titanium dioxide (E171)

6.2Inkompatibilitajiet

Ma jgħoddx f’dan il-każ.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

5 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30 C.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

-Folja bi trej ċar tal-PVC bil-wiċċ tal-fojl blu b’14-il kapsula. Kull kaxxa jkun fiha 2, 4 jew 8 folji.

-Fliexken tal-HDPE bit-tapp tal-plastik bis-siġill ta’ ġewwa bl-induzzjoni. Kull flixkun fih 250 kapsula.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.ID-DETENTUR TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Sandoz GmbH

Biochemiestraße 10

A-6250 Kundl

L-Awstrija

8.NUMRU(I) TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Rivastigmine Sandoz 1.5 mg kapsuli ibsin

EU/1/09/599/001

EU/1/09/599/002

EU/1/09/599/003

EU/1/09/599/004

Rivastigmine Sandoz 3 mg kapsuli ibsin

EU/1/09/599/005

EU/1/09/599/006

EU/1/09/599/007

EU/1/09/599/008

Rivastigmine Sandoz 4.5 mg kapsuli ibsin

EU/1/09/599/009

EU/1/09/599/010

EU/1/09/599/011

EU/1/09/599/012

Rivastigmine Sandoz 6 mg kapsuli ibsin

EU/1/09/599/013

EU/1/09/599/014

EU/1/09/599/015

EU/1/09/599/016

9.DATA TA’ L-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TA’ L-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 11/12/2009

Data tal-ewwel tiġdid: 11/07/2014

10.DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Rivastigmine Sandoz 2 mg/ml soluzzjoni orali

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull ml fih rivastigmine hydrogen tartrate li jikkorrispondi għal 2 mg rivastigmine.

Għal-lista kompleta ta’ sustanzi mhux attivi, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni orali

Soluzzjoni ċara, safra.

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Trattament ta’ sintomi ta’ dimenzja ta’ Alzheimer li jkunu ħfief għal severi b’mod moderat. Trattament ta’ sintomi ta’ dimenzja li jkunu ħfief għal severi b’mod moderat f’pazjenti bil-marda ta’ Parkinson idjopatika.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-kura għandha tinbeda u tkun segwita minn tabib li għandu esperjenza fid-dijanjożi u l-kura ta’ dimenzja ta’ Alzheimer jew dimenzja assoċjata mal-marda ta’ Parkinson. Id-dijanjożi għandha tiġi magħmula skond il-linji gwida kurrenti. It-terapija b’rivastigmine għandha tinbeda biss jekk persuna li tista’ tagħti l-kura tkun disponibbli biex timmonitorja regolarment it-teħid tal-prodott mediċinali mill- pazjent.

Pożoloġija

Rivastigmine bħala soluzzjoni orali, għandu jingħata darbtejn kuljum, ma’ l-ikliet ta’ filgħodu u ta’ filgħaxija. L-ammont tas-soluzzjoni ordnat mit-tabib għandu jinġibed mill-kontenitur bl-użu tas- siringa pprovduta. Is-soluzzjoni orali ta’ rivastigmine tista’ tinbela’ direttament mis-siringa. Id-doża ta’ Rivastigmine tista’ tingħata bħala kapsuli jew-soluzzjoni orali f’ammonti ekwivalenti.

Doża tal-bidu

1.5 mg darbtejn kuljum.

Titration tad-doża

Id-doża tal-bidu hija ta’ 1.5 mg darbtejn kuljum. Jekk din id-doża tiġi ttollerata sew wara minimu ta’ ġimgħatejn ta’ kura, id-doża tista’ tiġi miżjuda għal 3 mg darbtejn kuljum. Żidiet sussegwenti għal 4.5 mg u imbagħad għal 6 mg darbtejn kuljum, għandhom jiġu bbażati fuq kemm wieħed jittollera d- doża kurrenti. Dawn jistgħu jiġu kkunsidrati wara minimu ta’ ġimgħatejn ta’ kura b’dak il-livell ta’ doża.

Jekk jiġu osservati reazzjonijiet avversi (eż. dardir, rimettar, uġigħ fl-addome jew nuqqas ta’ aptit) jew tnaqqis fil-piż jew sintomi ekstrapiramidali jmorru għall-agħar (eż. tregħid) f’pazjenti b’dimenzja assoċjata mal-marda ta’ Parkinson waqt il-kura, dawn jistgħu jitnaqqsu billi tiġi maqbuża doża waħda jew aktar. Jekk ir-reazzjonijiet avversi jippersistu, id-doża ta’ kuljum għandha tiġi mnaqqsa temporanjament għal dik id-doża preċedenti li kienet ittollerata sew.

Doża ta’ manteniment

Id-doża effettiva hija ta’ bejn 3 u 6 mg darbtejn kuljum; biex jinkiseb il-benefiċċju massimu mill-kura, il-pazjenti għandhom jinżammu fuq l-aktar doża għolja li jittoleraw. Id-doża massima rrikkmandata ta’ kuljum hija ta’ 6 mg darbtejn kuljum.

Il-kura ta’ manteniment tista’ titkompla sakemm tkun ta’ benefiċċju terapewtiku għall-pazjent. Għalhekk, il-benefiċċju kliniku ta’ rivastigmine għandu jerġa’ jiġi vvalutat fuq bażi regolari, speċjalment għal dawk il-pazjenti li jkunu qed jiġu kkurati b’dożi ta’ anqas minn 3 mg darbtejn kuljum. Jekk wara 3 xhur ta’ kura bid-doża ta’ manteniment ir-rata li biha s-sintomi ta’ dimenzja ma jurux bidla favorevoli, il-kura għandha titwaqqaf. Għandu jiġi kkunsidrat it-twaqqif jekk ikun jidher li l-effett terapewtiku jkun intilef.

Ir-rispons individwali għal rivastigmine ma jistax jiġi mbassar. Madankollu, effett akbar mill-kura deher f’pazjenti bil-Parkinson b’dimenzja moderata. B’mod simili, effett akbar deher f’pazjenti bil- marda ta’ Parkinson li kellhom alluċinazzjonijiet viżivi (ara sezzjoni 5.1).

L-effett tal-kura ma ġiex studjat fi provi kkontrollati bi plaċebo għal aktar minn 6 xhur.

Meta terġa’ tinbeda t-terapija

Jekk il-kura tiġi mwaqqfa għal tlett ijiem, din għandha terġa’ tinbeda b’doża ta’ 1.5 mg darbtejn kuljum. Iż-żieda fid-doża mbagħad għandha tiġi magħmula hekk kif spjegat hawn fuq.

Indeboliment renali u epatiku

M’hemmx bżonn ta’ aġġustar tad-doża għall-pazjenti b’indeboliment renali jew epatiku minn ħafif għal moderat. Madanakollu, minħabba żieda fl-esponiment f’dawn il-popolazzjonijiet ir- rakkomandazzjonijiet sabiex id-doża tkun miżjuda skond it-tolleranza ta’ l-individwu għandhom jiġu segwiti bir-reqqa minħabba li pazjenti b’indeboliment renali jew epatiku klinikament sinifikanti jista’ jkollhom aktar reazzjonijiet avversi li jiddependu fuq id-doża.

Pazjenti b’indeboliment epatiku sever ma kinux studjati, madankollu, is-soluzzjoni orali ta’ rivastigmine tista’ tintuża f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti sakemm isir monitoraġġ mill-qrib (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Rivastigmine fil-popolazzjoni pedjatrika m’għandux użu rilevanti fit-trattament tal-marda tal- Alzheimer.

4.3 Kontraindikazzjonijiet

L-użu ta’ dan il-prodott mediċinali huwa kontra-indikat għal pazjenti b’sensittività eċċessiva magħrufa għas-sustanza attiva rivastigmine, għal derivattivi tat-tip carbamate jew għal xi sustanzi mhux attivi mniżżla f’sezzjoni 6.1.

Teżisti storja ta’ reazzjonijiet fis-sit tal-applikazzjoni suġġestivi ta' dermatite minħabba kuntatt allerġiku għall-garża ta’ rivastigmine (ara sezzjoni 4.4).

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

L-inċidenza u s-severità tar-reazzjonijiet avversi ġeneralment jiżdiedu b’dożi aktar għoljin. Jekk il- kura tiġi mwaqqfa għal tlett ijiem, din għandha terġa’ tiġi mibdija b’1.5 mg darbtejn kuljum, sabiex titnaqqas il-possibbiltà ta’ reazzjonijiet avversi (eż. rimettar).

Jistgħu jseħħu reazzjonijiet fuq il-ġilda fis-sit tal-applikazzjoni b’roqgħa ta’ rivastigmine u normalment dawn ikunu ħfief jew moderati fl-intensità tagħhom. Dawn ir-reazzjonijiet huma fihom infushom indikazzjoni ta’ sensitizzazzjoni. Madankollu, l-użu ta’ roqgħa ta’ rivastigmine jista’ jwassal għal dermatite ta’ kuntatt allerġiku.

Dermatite ta’ kuntatt allerġiku għandha tiġi suspettata jekk ir-reazzjonijiet għas-sit tal-applikazzjoni jinxterdu lil hinn mid-daqs tar-roqgħa, jekk ikun hemm evidenza ta’ reazzjoni lokali aktar intensa (eż. żieda f’eritema, edema, papuli, infafet żgħar) u jekk is-sintomi ma jitjibux b’mod sinifikanti fi żmien 48 siegħa wara li titneħħa r-roqgħa. F’dawn il-każijiet, il-kura għandha titwaqqaf (ara sezzjoni 4.3).

Pazjenti li jiżviluppaw reazzjonijiet fis-sit tal-applikazzjoni suġġestivi ta' dermatite minħabba kuntatt allerġiku għall-garża ta’ rivastigmine u li xorta għad għandhom bżonn it-trattament b’rivastigmine għandhom jaqilbu biss għal rivastigmine mill-ħalq wara testijiet allerġiċi negattivi u taħt kontroll mediku mill-qrib. Jista’ jkun li xi pazjenti li spiċċaw sensittivi għal rivastigmine wara li kienu esposti għall-garża ta’ rivastigmine ma jkunux jistgħu jieħdu rivastigmine taħt ebda forma.

Wara li l-prodott tqiegħed fis-suq, kien hemm rapporti rari minn pazjenti li esperjenzaw dermatite allerġika (mifruxa) meta mogħtija rivastigmine irrispettivament mill-mod kif dan ingħata (mill-ħalq, mill-ġilda). F’dawn il-każijiet, it-trattament għandu jitwaqqaf (ara sezzjoni 4.3).

Wieħed għandu jgħarraf kif jixraq lill-pazjenti u lil min jipprovdi l-kura.

Żieda tad-doża: Ġew osservati reazzjonijiet avversi (eż. pressjoni għolja u alluċinazzjonijiet f’pazjenti b’dimenzja ta’ Alzheimer u sintomi ekstrapiramidali marru għall-agħar, l-aktar tregħid, f’pazjenti b’dimenzja assoċjata mal-marda ta’ Parkinson) ftit wara li ġiet miżjuda d-doża. Dawn jistgħu jitnaqqsu bi tnaqqis fid-doża. F’każijiet oħra, rivastigmine ġie mwaqqaf (ara sezzjoni 4.8).

Jista’ jkun hemm problemi fis-sistema gastro-intestinali bħal dardir, rimettar u dijarea huma relatati mad-doża u, l-aktar meta tinbeda l-kura u/jew meta tiżdied id-doża (ara sezzjoni 4.8). Dawn ir- reazzjonijiet avversi jseħħu b’mod aktar komuni fin-nisa. Pazjenti li juru sinjali jew sintomi ta’ deidrazzjoni minħabba rimettar jew dijarea kontinwi jistgħu jiġu kkurati bl-għoti ta’ fluwidi mill-vina u billi titnaqqas jew titwaqqaf id-doża kemm-il darba dak li jkun jinduna bihom u jittrattahom minnufih. Id-deidrazzjoni tista’ tkun assoċjata ma’ episodji serji.

Pazjenti li jbatu bil-marda ta’ Alzheimer jistgħu jonqsu fil-piż. Inibituri tat-tip cholinesterase, inkluż rivastigmine, kienu assoċjati ma’ tnaqqis fil-piż f’dawn il-pazjenti. Waqt it-terapija, il-piż tal-pazjent għandu jiġi mmonitorjat.

F’każ li l-pazjent jibda’ jirremetti ħafna meta jingħata kura b’rivastigmine, id-doża għandha tiġi aġġustata hekk kif irrakkomandat f’sezzjoni 4.2. Xi każijiet ta’ rimettar sever kienu assoċjati ma’ tiċrit ta’ l-esofagu (ara sezzjoni 4.8). Dawn il-każijiet dehru li jseħħu l-aktar wara żiediet fid-dożi jew b’dożi għoljin ta’ rivostigmine.

Għandha tingħata attenzjoni meta jintuża rivastigmine f’pazjenti bis-sindrome tas-sinus marid jew b’difetti tal-konduttività fil-qalb (imblukkar sino-atrijali,imblukkar atrijo-ventrikulari) (ara sezzjoni 4.8).

Rivastigmine jista’ jikkawża bradikardija li tikkostitwixxi fattur ta’ riskju fl-okkorrenza ta’ torsade de pointes, b’mod predominanti f’pazjenti b’fatturi ta’ riskju. Għandu jkun hemm kawtela f’pazjenti f’riskju ogħla li jiżviluppaw torsade de pointes; pereżempju, dawk b’insuffiċjenza tal-qalb mhux ikkumpensata, infart mijokardiku riċenti, bradiarritmiji, predispożizzjoni għal ipokalemija jew ipomagnesemija, jew l-użu fl-istess ma’ prodotti mediċinali magħrufa li jinduċu titwil tal-QT u/jew torsade de pointes (ara sezzjonijiet 4.5 u 4.8).

Rivastigmine jista’ jikkawża żieda ta’ aċidu fl-istonku. Għandha tingħata attenzjoni meta jkunu qed jiġu kkurati pazjenti b’ulċeri attivi fl-istonku jew duwodenali, jew pazjenti predisposti għal dawn il- kondizzjonjiet.

Għandha tingħata attenzjoni meta inibituri ta’ cholinesterase jingħataw lill-pazjenti li fil-passat kellhom attakki ta’ l-ażżma jew mard ostruttiv tal-pulmun.

Il-kolinomimetiċi jistgħu jikkaġunaw jew jaggravaw ostruzzjoni awrinarja, u aċċessjonijiet. L- attenzjoni hija rrikkmandata meta jkunu qed jiġu kkurati pazjenti predisposti għal dan il-mard.

Waħda mis-sustanżi mhux attivi ta’ Rivastigmine Sandoz soluzzjoni orali hija sodium benzoate. Benzoic acid jista’ jikkawża irritazzjoni ħafifa tal-ġilda, għajnejn u fil-membrana mukuża.

L-użu ta’ rivastigmine f’pazjenti li jbatu b’dimenzja severa ta’ Alzheimer jew dik assoċjata mal-marda ta’ Parkinson, b’tipi oħra ta’ dimenzja jew b’tipi oħra ta’ mard li jxekklu l-memorja (eż. tnaqqis fl- għarfien relatat ma’ l-età) għadu ma ġiex investigat u għalhekk l-użu tiegħu f’dawn il-pazjenti m’huwiex rakkomandat.

Bħal kolinomimetiċi oħrajn, rivastigmine jista’ jħarrax jew jikkaġuna sintomi ekstrapiramidali. Aggravar (inkluż bradikajniżja, diskajniżja, mixja mhux normali) u żieda fil-każijiet jew severità tat- tregħid dehru f’pazjenti li jbatu b’dimenzja assoċjata mal-marda ta’ Parkinson (ara sezzjoni 4.8). Dawn il-każijiet wasslu għat-twaqqif ta’ rivastigmine f’xi pazjenti (eż. twaqqif minħabba t-tregħid 1.7% fuq rivastigmine kontra 0% fuq plaċebo). Huwa rrakkomandat monitoraġġ kliniku għall-dawn ir- reazzjonijiet avversi.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi jew tal-fwied klinikament sinifikanti jistgħu jesperjenzaw reazzjonijiet aktar avversi (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2). Rakkomandazzjonijiet fuq id-doża biex issir titrazzjoni skont it-tollerabbiltà tal-individwu għandhom jiġu segwiti mill-qrib. Pazjenti b’indeboliment tal-fwied sever ma ġewx studjati. Madankollu, rivastigmine jista’ jintuża f’din il- popolazzjoni ta’ pazjenti u għandu jkun hemm monitoraġġ mill-qrib jekk meħtieġ.

Pazjenti li jkollhom piż taħt il-50 kg jista’ jkollhom aktar reazzjonijiet avversi u hemm aktar ċans li jwaqqfuh minħabba r-reazzjonijiet avversi.

4.5 Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma’ dan

il-prodott u affarjiet oħra li jistgħu jibdlu l-effett farmaċewtiku tal-prodott

Bħala sustanza li tinibixxi cholinesterase, rivastigmine jista’ jeżaġera l-effetti rilassanti tal-muskoli tat- tip succinylcholine waqt il-loppju. Hija rakkomandata attenzjoni fl-għażla ta’ sustanzi tal-loppju. Tista’ tiġi kkunsidrata l-possibbiltà ta’ aġġustamenti tad-doża jew twaqqif temporanju tal-kura jekk meħtieġa.

Minħabba l-effetti farmakodinamiċi u l-effetti addittivi possibbli tiegħu, rivastigmine m’għandux jingħata fl-istess ħin ma’ sustanzi oħrajn tat-tip kolinomimetiċi. Rivastigmine jista’ jfixkel l-attività ta’ prodotti mediċinali tat-tip antikolinerġiċi (eż. oxybutynin, tolterodine).

Effetti addittivi li jwasslu għal bradikardija (li tista’ tirriżulta f’sinkope) ġew irrappurtati bl-użu kombinat ta’ diversi imblokkaturi beta (li jinkludu atenolol) u rivastigmine. Imblokkaturi beta kardjovaskulari huma mistennija li jiġu assoċjati mal-ikbar riskju, iżda waslu rapporti wkoll f’pazjenti li kienu qed jużaw imblokkaturi beta oħrajn. Għalhekk, għandu jkun hemm kawtela meta rivastigmine jiġi kombinat ma’ imblokkaturi beta u wkoll ma’ mediċini oħrajn kontra l-bradikardija (eż. mediċini antiarritmiċi ta’ klassi III, antagonisti tal-kanal tal-calcium, digitalis glycoside, pilocarpin).

Billi l-bradikardija tikkostitwixxi fattur ta’ riskju f’każ ta’ torsades de pointes, il-kombinazzjoni ta’ rivastigmine ma’ prodotti mediċinali li jinduċu torsades de pointes bħal antipsikotiċi, i.e., xi phenothiazines (chlorpromazine, levomepromazine), benzamides (sulpiride, sultopride, amisulpride, tiapride, veralipride), pimozide, haloperidol, droperidol, cisapride, citalopram, diphemanil, erythromycin IV, halofantrin, mizolastin, methadone, pentamidine u moxifloxacine, għandha tiġi osservata b’kawtela, u monitoraġġ kliniku (ECG) jista’ wkoll ikun meħtieġ.

Fi studji fuq voluntiera b’saħħithom, ma dehret l-ebda interazzjoni farmakokinetika bejn rivastigmine u digoxin, warfarin, diazepam, jew fluoxetine. Iż-żieda fil-ħin tal-protrombin li hija kkaġunata minn

warfarin mhix affettwata meta jingħata rivastigmine. Ma ġew osservati l-ebda effetti ħżiena fuq il- konduttività kardijaka, meta ngħataw digoxin u rivastigmine fl-istess ħin.

Minħabba l-metaboliżmu tiegħu, mhux mistenni li jkun hemm interazzjonijiet metaboliċi ma’ prodotti mediċinali oħrajn, għalkemm rivastigmine jista’ jinibixxi l-metaboliżmu medjat minn butyrylcholinesterase ta’ sustanzi oħrajn.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

F’annimali waqt it-tqala, rivastigmine u/jew il-metaboliti tiegħu qasmu l-plaċenta. Mhuwiex magħruf jekk dan iseħħx fil-bnedmin. M’hemmx tagħrif kliniku dwar l-użu waqt it-tqala. Fi studji ta’ madwar/wara t-twelid li saru fuq il-firien, ġiet osservata żieda fiż-żmien ta’ ġestazzjoni. Rivastigmine m’għandux jintuża waqt it-tqala jekk m’hemmx bżonn ċar.

Treddigħ

Fl-annimali rivastigmine joħroġ mal-ħalib. Mhux magħruf jekk rivastigmine joħroġx mal-ħalib tas- sider tal-bniedem. Għalhekk, in-nisa li jkunu qed jieħdu rivastigmine m’għandhomx ireddgħu.

Fertilità

Ma ġew osservati ebda effetti avversi fuq il-fertilità jew is-sistema riproduttiva fil-firien (ara sezzjoni 5.3). L-effetti ta’ rivastigmine fuq il-fertilità tal-bniedem mhumiex magħrufin.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Il-marda ta’ Alzheimer tista’ tikkawża tnaqqis gradwali fil-ħila tas-sewqan jew tikkomprometti l-ħila biex jitħaddem makkinarju. Barra dan, rivastigmine jista’ jikkaġuna sturdament jew ngħas, l-aktar fil- bidu tal-kura jew meta tkun qed tiżdied id-doża. Bħala konsegwenza, rivastigmine għandu influwenza żgħira jew moderata fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni. Għalhekk, il-ħila li jkomplu jsuqu jew li jħaddmu magni kumplessi,, ta’ pazjenti li jbatu mill-marda ta’ Alzheimer u li jkunu qed jieħdu rivastigmine, għandha tiġi evalwata bħala rutina mit-tabib li jkun qed jagħtihom il-kura.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Ir-reazzjonijiet avversi (ADRs) l-aktar komuni huma dawk fis-sistema gastro-intestinali, u dawn jikludu dardir (38 %) u rimettar (23 %), speċjalment waqt li tkun qed tiġi miżjuda d-doża. Waqt studji kliniċi, il-pazjenti nisa kienu aktar suxxettibbli mill-irġiel li jkollhom reazzjonijiet avversi fis-sistema gastro-intestinali, u tnaqqis fil-piż.

Lista tabulata tar-reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi ppreżentati f’Tabella 1 u f'Tabella 2 huma kklassifikati skond is-sistema tal- klassi tas-sistema ta’ l-organu (tal-MedDRA) u l-kategorija tal-frekwenza. Il- kategoriji tal-frekwenza huma definiti skond il-konvenzjoni li ġejja: Komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100, <1/10); mhux komuni (≥1/1,000, <1/100); rari (≥1/10,000, <1/1,000); rari ħafna (<1/10,000) u mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-data disponibbli).

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin, elenkati hawn taħt f’Tabella 1, kienu miġbura minn pazjenti ikkurati b’rivastigmine għal dimenzja t’Alzheimer.

Tabella 1

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet

 

Rari ħafna

Infezzjoni fis-sistema ta’ l-awrina

Disturbi fil-metaboliżmu u n-

 

nutrizzjoni

 

Komuni ħafna

Anoressija

Komuni

Tnaqqis fl-aptit

Mhux magħruf

Deidratazzjoni

Disturbi psikjatriċi

 

Komuni

Aġitazzjoni

Komuni

Konfużjoni

Komuni

Ansjetà

Komuni

Ħmar il-lejl

Mhux komuni

Nuqqas ta’ rqad

Mhux komuni

Dipressjoni

Rari ħafna

Alluċinazzjonijiet

Mhux magħruf

Aggressjoni, nuqqas ta’ kwiet

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Komuni ħafna

Sturdament

Komuni

Uġigħ ta’ ras

Komuni

Ngħas

Komuni

Tregħid

Mhux komuni

Sinkope

Rari

Aċċessjonijiet

Rari ħafna

Sintomi ekstrapiramidali (li jinkludu aggravar tal-marda ta’

 

Parkinson)

Disturbi fil-qalb

 

Rari

Angina pectoris

Rari ħafna

Problemi fir-ritmu tat-tħabbit tal-qalb (eż. bradikardja,

 

imblukkar atrijo-ventrikulari, fibrillazzjoni ta’ l-atrija u

 

takikardija)-

Mhux magħruf

Sindromu ta’ sinus marid

Disturbi vaskulari

 

Rari ħafna

Pressjoni għolja

Disturbi gastro-intestinali

 

Komuni ħafna

Dardir

Komuni ħafna

Rimettar

Komuni ħafna

Dijarea

Komuni

Uġigħ addominali u dispepsja

Rari

Ulċeri gastriċi u duwodenali

Rari ħafna

Emorraġiji gastro-intestinali

Rari ħafna

Pankreatite

Mhux magħruf

Xi każijiet ta’ rimettar sever kienu assoċjati ma’ tiċrit ta’ l-

 

esofagu (ara sezzjoni 4.4).

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

 

Mhux komuni

Livelli għoljin tat-testijiet tal-funzjoni tal-fwied

Mhux magħruf

Epatite

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’

 

taħt il-ġilda

 

Komuni

Iperidrożi

Rari

Raxx

Mhux magħruf

Prurite, dermatite allerġika (mifruxa)

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet

 

ta' mnejn jingħata

 

Komuni

Għeja kbira u astenja

Komuni

Tħossok ma tiflaħx

Mhux komuni

Waqgħat

Investigazzjonijiet

 

Komuni

Tnaqqis fil-piż

L-effetti avversi addizzjonali li ġejjin dehru bil-garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda rivastigmine: thewdin, deni, nuqqas ta’ aptit, inkontinenza tal-awrina (komuni), iperattività psikomotorja (mhux komuni), eritema, ħakk, infafet żgħar, dermatite allerġika (mhux magħrufa).

Tabella 2 turi reazzjonijiet avversi rrappurtati matul studji kliniċi mwettqa f’pazjenti b’dimenzja assoċjata mal-marda ta’ Parkinson ikkurati b’kapsuli ta' rivastigmine.

Tabella 2

Disturbi fil-metaboliżmu u n-

 

nutrizzjoni

 

Komuni

Tnaqqis fl-aptit

Komuni

Deidratazzjoni

Disturbi psikjatriċi

 

Komuni

Nuqqas ta’ rqad

Komuni

Ansjetà

Komuni

Nuqqas ta’ kwiet

Komuni

Alluċinazzjoni, viżiva

Komuni

Dipressjoni

Mhux magħruf

Aggressjoni

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Komuni ħafna

Tregħid

Komuni

Sturdament

Komuni

Ħedla tan-ngħas

Komuni

Uġigħ ta’ ras

Komuni

Marda ta’ Parkinson (aggravar)

Komuni

Bradikajneżja

Komuni

Diskajneżja

Komuni

Ipokajneżja

Komuni

Riġidità tar-rota tal-ingranaġġ

Mhux komuni

Distonja

Disturbi fil-qalb

 

Komuni

Bradikardija

Mhux komuni

Fibrillazzjoni ta’ l-atriju

Mhux komuni

Blokk atrijo-ventrikulari

Mhux magħruf

Sindromu tas-sinus marid

Disturbi vaskulari

 

Komuni

Pressjoni għolja

Mhux komuni

Pressjoni baxxa

Disturbi gastro-intestinali

 

Komuni ħafna

Dardir

Komuni ħafna

Rimettar

Komuni

Dijarea

Komuni

Uġigħ fl-addome u dispepsja

Komuni

Tnixxija ta’ bżiq

Disturbi tal-fwied u tal-marrara

 

Mhux magħruf

Epatite

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt

 

il-ġilda

 

Komuni

Iperidrożi

Mhux magħruf

Dermatite allerġika (mifruxa)

Disturbi ġenerali u kundizzjonijiet

 

ta’ mnejn jingħata

 

Komuni ħafna

Taqa'

Komuni

Għeja kbira u astenja

Komuni

Disturbi fil-mixi

Komuni

Parkinson fil-mixi

Ir-reazzjoni mhux mixtieqa addizzjonali li ġejja ġiet osservata fi studju ta' pazjenti b’dimenzja assoċjata mal-marda ta’ Parkinson ikkurati bil-garżi transdermali ta' rivastigmine: aġitazzjoni (komuni).

Tabella 3 telenka n-numru u l-perċentwali ta’ pazjenti b’każijiet minn prova klinika speċifika ta 24- gimgha kondotta b’rivastigmine f’pazjenti b’dimenzja assoċjata mal-marda ta Parkinson b’avversi li kienu definiti minn qabel li jistgħu jirriflettu aggravar tas-sintomi ta’ Parkinson.

Tabella 3

Każijiet avversi definiti minn qabel li jistgħu

Rivastigmine

Plaċebo

jirriflettu aggravar tas-sintomi ta’ Parkinson

n (%)

n (%)

f’pazjenti b’dimenzja assoċjata mal-marda ta’

 

 

 

 

Parkinson

 

 

 

 

Total tal-pazjenti studjati

362 (100)

179 (100)

Total tal-pazjenti b’effetti avversi

(27.3)

(15.6)

Tregħid

(10.2)

(3.9)

Waqa’

21 (5.8)

11 (6.1)

Marda ta’ Parkinson (tmur għall-agħar)

12 (3.3)

(1.1)

Sekrezzjoni eċċessiva ta’ bżieq

(1.4)

 

Diskineżja

(1.4)

(0.6)

Sintomi tal-Parkinson

(2.2)

(0.6)

Ipokineżja

(0.3)

 

Disturbi fil-moviment

(0.3)

 

Bradikineżja

(2.5)

(1.7)

Distonja

(0.8)

(0.6)

Mixi mhux normali

(1.4)

 

Ebusija fil-muskoli

(0.3)

 

Disturbi fl-ekwilibriju

(0.8)

(1.1)

Riġidità muskolu-skeletrali

(0.8)

 

Tregħid

(0.3)

 

Funzjoni motorja ħażina

(0.3)

 

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Sintomi

Il-maġġoranza tal-każijiet aċċidentali ta’ doża eċċessiva ma kinux assoċjati ma’ sinjali jew sintomi kliniċi, u kważi l-pazjenti kollha li kienu nvoluti komplew il-kura b’rivastigmine 24 siegħa wara d- doża eċċessiva.

Tossiċità kolinerġika ġiet irrapportata b’sintomi muskariniċi li huma osservati b’avvelenamenti moderati bħal mijosi, fwawar, disturbi diġestivi inkluż uġigħ addominali, nawsja, rimettar u dijarea, bradikardja, bronkospażmu u żieda fit-tnixxijiet tal-bronki, iperidrożi, awrina u/jew ippurgar b’mod involontarju, lakrimazzjoni, pressjoni baxxa u tnixxija eċċessiva tal-bżieq.

F’każijiet aktar severi jistgħu jiżviluppaw effetti nikotiniċi bħal dgħjufija muskolari, faxxikulazzjonijiet, aċċessjonijiet u arrest respiratorju b’possibbiltà ta’ riżultat fatali.

Barra minn hekk kien hemm każijiet wara t-tqegħid fis-suq ta’ sturdament, rogħda, uġigħ ta’ ras, ngħas, stat konfużjonali, pressjoni għolja, alluċinazzjonijiet u telqa.

Immaniġġjar

Minħabba li rivastigmine għandu half-life fil-plażma ta’ xi siegħa, u l-inibizzjoni ta’ acetylcholinesterase iddum xi 9 sigħat, huwa rrakkomandat li fil-każijiet ta’ doża eċċessiva bla

sintomi, m’għandu jingħata l-ebda doża oħra ta’ rivastigmine għall-24 siegħa wara. Fil-każ ta’ doża eċċessiva li tkun akkumpanjata b’dardir sever u rimettar, l-użu ta’ anti-emetiċi għandu jiġi kkunsidrat. Kura sintomatika għal reazzjonijiet avversi oħrajn għandha tingħata hekk kif ikun hemm bżonn.

Fil-każ ta’ doża eċċessiva massiva, tista’ tintuża atropine. Fil-bidu huwa rrakkomandat li tintuża doża ta’ 0.03 mg/kg atropine sulphate minn ġol-vina, bid-dożi ta’ wara din ibbażati fuq ir-rispons kliniku. L-użu ta’ scopolamine bħala antidotu mhux irrakkomandat.

5. TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1 Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: psikoanalettiċi, anticholinesterases, Kodiċi ATC: N06DA03

Rivastigmine huwa inibitur ta’ acetyl- u butyrylcholinesterase tat-tip carbamate, li hu maħsub li jiffaċilita t-trasmissjoni kolinerġika fin-newroni, billi jnaqqas id-degradazzjoni ta’ acetylcholine li jkun meħlus minn newroni kolinerġiċi li jkollhom il-funzjoni intatta. B’dan il-mod, rivastigmine jista’ jkollu effett li jtejjeb id-diffikultajiet ta’ għarfien li jkunu medjati b’mod kolinerġiku u li huma assoċjati mal-marda ta’ Alzheimer u l-mardau mal-marda ta’ Parkinsontal-Parkinson.

Rivastigmine jinteraġixxi ma’ l-enżimi speċifiċi tiegħu billi jifforma kumpless marbut b’mod kovalenti li temporanjament jagħmel l-enżimi inattivi. F’ġuvnotti b’saħħithom, doża mill-ħalq ta’ 3 mg tnaqqas l-attività tat-tip acetylcholinesterase (AChE) fis-CSF bejn wieħed u ieħor b’40 % fi żmien l-ewwel 1.5 siegħa wara li tkun ingħatat. L-attività ta’ l-enżima tiġi lura għall-livelli tal-linja

bażi, madwar 9 sigħat wara li l-effett inibitorju massimu jkun intlaħaq. F’pazjenti li jbatu bil-marda ta’ Alzheimer, l-inibizzjoni ta’ AChE fis-CSF b’rivastigmine kienet tiddependi fuq id-doża, meta d-doża kienet sa 6 mg darbtejn kuljum, li hija l-ogħla doża ttestjata. L-inibizzjoni ta’ l-attività tat-tip butyrylcholinesterase fis-CSF ta’ 14-il pazjent bil-marda ta’ Alzheimer li kienu kkurati b’rivastigmine kienet simili għal dik ta’ AChE.

Studji Kliniċi f’dimenzja ta’ Alzheimer

L-effikaċja ta’ rivastigmine kienet stabbilita permezz ta’ tliet għoddod ta’ stima indipendenti u speċifiċi għad-dominju,u dawn kienu assesjati f’intervalli perjodiċi waqt perijodi ta’ trattament ta’ 6 xhur. Dawn jinkludu l-ADAS-Cog (Skala ta’ Evalwazzjoni tal-Marda ta’ Alzheimer – Sottoskala konjittiva, sistema ta’ kejl tal-konjizzjoni bbażata fuq il-ħila), is-CIBIC-Plus (Intervista mit-Tabib

Imsejsa fuq Impressjoni ta' Change-Plus, stima globali komprensiva tal-pazjent mit-tabib, li tinkorpora l-involviment ta’ min ikun qed jieħu ħsieb il-kura tas-saħħa), u l-PDS (Skala ta’ Deterjorazzjoni Progressiva, stima magħmula minn min ikun qed jieħu ħsieb il-kura tas-saħħa, ta’ l-attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum li jinkludu l-iġene personali, kif jieklu, l-ilbies, il-faċendi tad-dar bħax-xiri, iż-żamma tal- ħila li wieħed jorjenta ruħu fl-ambjent tal-madwar, kif ukoll l-involviment f’attivitajiet relatati ma’ finanzi eċċ.).

Il-pazjenti studjati kellhom punteġġ MMSE (Eżami Żgħir ta’ l-Istat Mentali) ta’ 10-24.

Ir-riżultati ta’ pazjenti li wrew titjib klinikament rilevanti, li kienu miġbura minn żewġ studji bid-doża flessibbli minn 3 studji multiċentriċi pivotali ta’ 26 ġimgħa fuq pazjenti li kienu jbatu minn dimenzja ta’ Alzheimer ta’ severità ħafifa għal moderatament severa, jinsabu f’Tabella 4 hawn taħt. F’dawn l- istudji, it-titjib klinikament rilevanti kien definit a priori bħala mill-anqas titjib b’4 punti fl- ADAS-Cog, bħala titjib fis-CIBIC-Plus, jew titjib b’ta’ l-anqas 10 % fil-PDS.

Barra dan, definizzjoni post-hoc ta’ reazzjoni hija mogħtija fl-istess tabella. Definizzjoni sekondarja ta’ rispons kienet teħtieġ titjib ta’ 4 punti jew aktar fl-ADAS-Cog, li l-iskala tas-CIBIC-Plus u dik tal- PDS ma jmorrux għall-agħar. Id-doża medja attwali ta’ kuljum għal dawk li wrew rispons fil-grupp ta’ minn 6 mg sa 12-il mg li tikkorrispondi ma’ din id-definizzjoni hija ta’ 9.3 mg. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-iskali użati f’din l-indikazzjoni jvarjaw, u li paraguni diretti tar-riżultati għal aġenti terapewtiċi differenti mhumiex validi.

Tabella 4

 

Pazjenti b’Rispons Klinikament Sinifikanti (%)

 

 

Intenzjoni li tittratta

L-Aħħar Osservazzjoni Trasferita ’l

 

 

 

Quddiem

 

Kejl tar-Rispons

Rivastigmine

Plaċebo

Rivastigmine

 

Plaċebo

 

6–12 mg

 

6–12 mg

 

 

 

N=473

N=472

N=379

 

N=444

ADAS-Cog: titjib

21***

25***

 

ta’ mill-anqas

 

 

 

 

 

4 punti

 

 

 

 

 

CIBIC-Plus: titjib

29***

32***

 

PDS: titjib ta’

26***

30***

 

mill-anqas 10 %

 

 

 

 

 

Titjib ta’ mill-

10*

12**

 

anqas 4 punti fl-

 

 

 

 

 

ADAS-Cog u li

 

 

 

 

 

ma jiħżienux is-

 

 

 

 

 

CIBIC-Plus u l-

 

 

 

 

 

PDS

 

 

 

 

 

* p<0.05, ** p<0.01, *** p<0.001

Studji kliniċi f’dimenzja assoċjata mal-marda ta’ Parkinson

L-effikaċja ta’ rivastigmine f’dimenzja assoċjata mal-marda ta’ Parkinson intweriet fi studju ċentrali ta’ 24-ġimgħa multiċentriku, double-blind, kontrollat bil-plaċebo u bil-fażi ta’ l-estenzjoni tiegħu ta’ 24-ġimgħa open-label. Il-pazjenti involuti f’dan l-istudju kellhom punteġġ ta’ MMSE (Eżami Żgħir ta’ l-Istat Mentali) ta’ 10-24. L-effikaċja kienet stabbilita bl-użu ta’ żewġ skali indipendenti li kienu evalwati f’intervalli regolari waqt is-6 xhur perijodu ta’ kura hekk kif jidher f’Tabella 5 hawn taħt: l- ADAS-Cog, kejl ta’ l-għarfien, u l-miżura globali ADCS-CGIC (Studju Ko-operattiv tal-Marda ta’ Alzheimer – L-impressjoni Globali tat-Tabib fuq il-Bidla).

Tabella 5

Dimenzja assoċjata mal-

ADAS-Cog

ADAS-Cog

ADCS-

 

ADCS-CGIC

Marda ta’ Parkinson

Rivastigmine

Plaċebo

CGIC

 

Plaċebo

 

 

 

 

Rivastigmine

 

Popolazzjoni ITT + RDO

(n=329)

(n=161)

(n=329)

 

(n=165)

Medja tal-linja bażi ± SD

23.8

± 10.2

24.3 ± 10.5

n/a

 

n/a

Medja tal-bidla ma’ l-

2.1

± 8.2

 

3.8 ± 1.4

 

 

24 ġimgħa ± SD

-0.7 ± 7.5

 

4.3 ± 1.5

Differenza fil-kura

 

2.881

 

 

 

aġġustata

 

 

n/a

valur-p kontra l-plaċebo

 

<0.0011

 

0.0072

Popolazzjoni ITT -

(n=287)

(n=154)

(n=289)

 

(n=158)

LOCF

 

 

 

 

 

 

Medja tal-linja bażi ± SD

24.0

± 10.3

24.5 ± 10.6

n/a

 

n/a

Medja tal-bidla ma’ l-

2.5

± 8.4

 

3.7 ± 1.4

 

 

24 ġimgħa ± SD

-0.8 ± 7.5

 

4.3 ± 1.5

Differenza fil-kura

 

3.541

 

 

 

aġġustata

 

 

n/a

valur-p kontra l-plaċebo

 

<0.0011

 

<0.0012

1Ibbażat fuq ANCOVA bil-kura u l-pajjiż bħala fatturi u linja bażi ADAS-Cog bħala ko-varjant. Bidla pożittiva tindika titjib.

2Għall-konvenjenza qed tintwera l-medja tad-dejta, l-analiżi kategorika saret bit-test Elteren ITT: Intenzjoni li jingħata t-trattament; RDO: Dawk li waqfu u ġew lura; LOCF: L-aħħar osservazzjoni trasferita ’l quddiem

Għalkemm intwera effett tat-trattament fil-popolazzjoni globali kollha ta’ l-istudju, id-dejta indikat li kien hemm effett tal-kura akbar meta mqabbel mal-plaċebo fis-sottogrupp ta’ pazjenti b’dimenzja moderata assoċjata mal-marda ta’ Parkinson. Bl-istess mod, effett tal-kura akbar deher f’dawk il- pazjenti b’alluċinazzjonijiet viżivi (ara Tabella 6).

Tabella 6

Dimenzja assoċjata mal-

ADAS-Cog

ADAS-Cog

ADAS-Cog

 

ADAS-Cog

marda ta’ Parkinson

Rivastigmine

Plaċebo

Rivastigmine

 

Plaċebo

 

Pazjenti b’allu

ċinazzjonijiet

Pazjenti mingħajr

 

viżwali

alluċinazzjonijiet viżwali

Popolazzjoni ITT + RDO

(n=107)

(n=60)

(n=220)

 

(n=101)

Medja tal-linja bażi ± SD

25.4 ± 9.9

27.4 ± 10.4

23.1 ± 10.4

 

22.5 ± 10.1

Bidla medja ma’ l-

1.0 ± 9.2

 

2.6 ± 7.6

 

 

24 ġimgħa ± SD

-2.1 ± 8.3

 

0.1 ± 6.9

Differenza tal-kura

4.271

2.091

 

aġġustata

 

valur-p kontra plaċebo

0.0021

0.0151

 

Pazjenti b’dimenzja

Pazjenti b’dimenzja ħafifa

 

moderata (MMSE 10-17)

(MMSE 18-24)

popolazzjoni ITT + RDO

(n=87)

(n=44)

(n=237)

 

(n=115)

Medja tal-linja bażi ± SD

32.6 ± 10.4

33.7 ± 10.3

20.6 ± 7.9

 

20.7 ± 7.9

Bidla medja ma’ l-

2.6 ± 9.4

 

1.9 ± 7.7

 

 

24 ġimgħa ± SD

-1.8 ± 7.2

 

-0.2 ± 7.5

Differenza tal-kura

4.731

2.141

 

aġġustata

 

valur-p kontra plaċebo

0.0021

0.0101

1 Ibbażat fuq ANCOVA bil-kura u l-pajjiż bħala fatturi u linja bażi ADAS-Cog bħala ko-varjant. Bidla pożittiva tindika titjib.

ITT: Intenzjoni li jingħata t-trattament; RDO: Dawk li waqfu u ġew lura

L-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini rrinunjzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b'Rivastigmine f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-kura tad-dimenzja ta’ Alzheimer u fit- trattament tad-dimenzja f’pazjenti bil-marda idjopatika tal-Parkinson (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni fuq l-użu pedjatriku).

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Rivastigmine huwa assorbit malajr u kompletament. Konċentrazzjonijiet fil-plażma l-aktar għolja jintlaħqu bejn wieħed u ieħor fi żmien siegħa. Bħala konsegwenza ta’ l-attività ta’ rivastigmine ma len żima targit, iż-żieda ta’ biodisponibilità hija ta’ madwar darba u nofs aktar minn dik mistennija miż- żieda fid-doża. Iż-żieda assoluta fir-rata ta’ biodisponibilità, wara doża ta’ 3 mg, hija ta’ madwar

36 % 13 %. Meta rivastigmine bħala soluzzjoni orali jingħata ma’ l-ikel, l-assorbiment (tmax) jittardja b’74 minuta u is-Cmax jonqos b’43 % u l-AUC jiżdied b’bejn wieħed u ieħor 9 %.

Distribuzzjoni

Rivastigmine huwa marbut b’mod dgħajjef mal-proteini fil-plażma (bejn wieħed u ieħor 40 %). Huwa jaqsam malajr il-barriera ta’ bejn il-moħħ u d-demm u għandu volum apparenti ta’ distribuzzjoni b’firxa ta’ bejn 1.8–2.7 l/kg.

Bijotrasformazzjoni

Rivastigmine huwa metaboliżżat malajr u b’mod estensiv f’metabolu decarbamylated (half-life fil- plasma, madwar siegħa), l-aktar b’idroliżi mmedjata minn cholinesterase. In vitro din is-sustanza li tifforma fil-metaboliżmu turi inibizzjoni minima għal acetylcholinesterase (<10 %).

Abbażi ta’ studji in vitro, l-ebda interazzjoni farmakokinetika mhi mistennija ma’ prodotti mediċinali metabolizzati mill-iżoenzimi taċ-ċitokromi li ġejjin: CYP1A2, CYP2D6, CYP3A4/5, CYP2E1, CYP2C9, CYP2C8, CYP2C19, jew CYP2B6. Ibbażat fuq l-evidenza ta’ studji fuq l-annimali, l-iżoenżimi tas- cytochrome P 450 importanti huma minimament involuti fil-metaboliżmu ta’ rivastigmine. Wara doża minn ġol-vina ta’ 0.2 mg it-tneħħija totali mill-plażma ta’ rivastigmine kienet ta’ bejn wieħed u ieħor 130 l/h, u din naqset għal 70 l/h wara doża minn ġol-vini ta’ 2.7 mg.

Eliminazzjoni

Rivastigmine mhux mibdul ma jinstabx fl-awrina; it-tneħħija renali, tas-sustanzi fformati fil- metaboliżmu, hija l-mezz ewlieni ta’ l-eliminazzjoni. Wara li ngħata l-14C-rivastigmine, l- eliminazzjoni mill-kliewi kienet mgħaġġla u kienet kważi kompleta (>90 %) fi żmien 24 siegħa. Anqas minn 1 % tad-doża mogħtija tneħħiet mill-ġisem ma’ l-ippurgar. Ma jkun hemm l-ebda akkumulazzjoni ta’ rivastigmine jew tal-metabolu decarbamylated li jifforma, f’pazjenti li jbatu mill- marda ta’ Alzheimer.

Analiżi farmakokinetika tal-popolazzjoni wriet li l-użu tan-nikotina jżid it-tneħħija orali ta’ rivastigmine bi 23% f’pazjenti bil-marda ta’ Alzheimer (n=75 persuna li jpejpu u

549 persuna li ma jpejpux) wara dożi orali ta’ kapsuli rivastigmine sa 12 mg/jum.

Popolazzjoni anzjana

Filwaqt li l-biodisponibilità ta’ rivastigmine hija ogħla fl-anzjani milli fil-voluntiera żgħażagħ b’saħħithom, studji fuq pazjenti li jbatu mill-marda ta’ Alzheimer li kellhom bejn 50 u 92 sena ma wrew l-ebda tibdil fil-biodisponibilità bl-età.

Indeboliment epatiku

Is-Cmax ta’ rivastigmine kien bejn wieħed u ieħor 60 % ogħla u l-AUC ta’ rivastigmine kien aktar minn darbtejn ogħla f’pazjenti li kellhom indeboliment epatiku ħafif għal moderat, meta dawn kienu

mqabbla ma’ individwi b’saħħithom.

Indeboliment renali

Is-Cmax u l-AUC ta’ rivastigmine kienu aktar minn darbtejn ogħla f’pazjenti li kellhom indeboliment renali moderat meta dawn kienu mqabbla ma’ individwi b’saħħithom; madankollu ma kien hemm l- ebda tibdiliet fis-Cmax u l-AUC ta’ rivastigmine f’pazjenti li kellhom indeboliment renali serju.

5.3 Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

Studji tat-tossiċità bid-doża ripetuta li saru fuq firien, ġrieden u klieb, urew biss effetti assoċjati ma’ azzjoni farmakoloġika eżaġerata. Ma ġiet osservata l-ebda tossiċità ta’ organi targit. Ma ġew milħuqa l-ebda marġini ta’ sigurtà bħall-espożizzjoni fil-bniedem waqt studji fuq l-annimali minħabba s- sensittività ta’ l-annimali użati.

Rivastigmine ma kienx mutaġeniku f’ġabra ta’ testijiet standard in vitro u in vivo, ħlief f’test ta’ aberrazzjoni tal-kromosomi f’limfoċiti umani periferali meta ngħatat doża ta’ 104 darbiet ogħla mill- esponiment kliniku. It-test tal-mikronukleju in vivo kien negattiv. Barra minn hekk, il-metabolit ewlieni NAP226-90 ma weriex potenzjal ġenotossiku.

Ma nstabet l-ebda evidenza ta’ kanċeroġeniċità fi studji fuq ġrieden u firien meta ngħatat id-doża massima tollerata, għalkemm il-livell ta’ rivastigmine u l-metaboli tiegħu, li kienu esposti għalih, kienu anqas minn dawk fil-bniedem. Meta ġew imqabbla skond l-erja tas-superfiċje tal-ġisem, l- espożizzjoni għal rivastigmine u l-metaboli tiegħu kienet bejn wieħed u ieħor ekwivalenti għad-doża massima rrakkomandata ta’ 12 mg kuljum; madankollu, meta mqabbla mad-doża massima fil- bniedem, livelli ta’ bejn wieħed u ieħor 6 darbiet aktar kienu milħuqa fl-annimali.

Fl-annimali, rivastigmine jgħaddi mill-plaċenta u joħroġ mal-ħalib. Studji mill-ħalq fuq firien u fniek tqal ma taw l-ebda indikazzjoni ta’ potenzjal teratoġeniku b’rivastigmine. Fi studji orali b’firien irġiel u nisa, l-ebda effett avvers ta’ rivastigmine ma ġie osservat fuq il-fertilità jew il-prestazzjoni riproduttiva tal-ġenerazzjoni tal-ġenituri jew il-wild tal-ġenituri.

Potenzjal ta’ irritazzjoni ħafifa tal-għajnejn/fil-mukożi ta’ rivastigmine kien identifikat fi studju fuq il- fniek.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ sustanzi mhux attivi

-Sodium benzoate

-Citric acid

-Sodium citrate

-Quinoline yellow WS dye (E104)

-Ilma ppurifikat

6.2 Inkompatibilitajiet

Ma jgħoddx f’dan il-każ.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

Rivastigmine Sandoz bħala soluzzjoni orali għandha tintuża fi żmien xahar minn meta jinfetaħ il- flixkun.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ‘l fuq minn 30 C. Tagħmlux fil-friġġ jew friża.

Aħzen f’pożizzjoni wieqfa.

6.5 In-natura

tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Flixkun, magħmul minn ħġieġ kannella tat-tip III, b’għatu li ma jinfetaħx mit-tfal, b’tubu biex tbill, u b’tapp li jipożizzjona lilu nnifsu. Flixkun ta’ 50 ml jew 120 ml. Is-soluzzjoni orali hija ppakkjata flimkien ma’ siringa orali, f’kontenitur f’forma ta’ tubu tal-plastik.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

L-ammont tas-soluzzjoni ordnat mit-tabib għandu jinġibed mill-flixkun bis-siringa orali pprovduta.

7. ID-DETENTUR TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Sandoz GmbH

Biochemiestraße 10

A-6250 Kundl

L-Awstrija

8. NUMRU(I) TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/09/599/017

EU/1/09/599/018

9. DATA TA’ L-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TA’ L-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 11/12/2009

Data tal-ewwel tiġdid: 11/07/2014

10. DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati