Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Scintimun (besilesomab) – Fuljett ta’ tagħrif - V09HA03

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaScintimun
Kodiċi ATCV09HA03
Sustanzabesilesomab
ManifatturCIS bio international  

ina nukleari kkunsidraw li l-benefic

Fuljett ta’ tagħrif: informazzjoni għall-pazjent

Scintimun 1 mg sett għall-preparazzjoni radjufarmaċewtika besilesomab

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma tingħata din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib tiegħek jew l-ispeċjalista tal-mediċina nukleari li ser jissorvelja l-proċedura.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lit-tabib tal-mediċina nukleari tiegħek jew l-ispiżjar. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Scintimun u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Scintimun

3.Kif jingħata Scintimun

4.Effetti sekondarji possibbli

5 Kif taħżen Scintimun

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Scintimun u għalxiex jintuża

Scintimun huwa mediċina li fih antikorp (besilesomab) li jintuża fuq ċelluli speċifiċi li jissejħu granuloċiti (tip ta’ ċelluli bojod li huma involuti fil-proċess ta’ infjammazzjoni) fid-demm tiegħek. Scintimun huwa użat għal preparazzjoni ta’ soluzzjoni radjuattiva għal injezzjoni ta’ technetium (99mTc) besilesomab. Technetium(99mTc) huwa element radjuattiv li jippermetti l-organi jidhru b’kamera speċjali fejn ikun hemm akkumulazzjoni ta’ besilesomab.

Din il-mediċina hi prodott radjufarmaċewtiku għal użu dijanjostiku biss fl-adulti.

Wara injezzjoni ġol-vina tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jikseb ritratti (skansjonijiet) tal-organi tiegħek li jistgħu jagħtu aktar tagħrif dwar l-intraċċar tas-siti ta’ infjammazzjoniu/jew infezzjoni. Madanakollu Scintimun m’għandux jintuża biex jiddjanjostika l-infezzjoni tas-sieq dijabetika.

L-użu ta’ Scintimun jinvolvi l-esponiment għal ammonti żgħar ta’ radjuattività. It-tabib tiegħek u t- tabib tal-medic

Għandek tinforma lit-tabib tal-medic

ina.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tal-mediċina nuklerai qabel tuża Scintimun:

-jekk qatt kont ġejt mogħti Scintimun, peress li għandek tingħata Scintimun darba biss f’ħajtek. Jekk inti m’intix żgur jekk ingħatajtx din il-mediċina qabel, jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek.

-jekk kellek xintigrafija b’technetium fl-aħħar jumejn.

-jekk għandek patoloġija ta’ tumuri li tinvolvi t-tnixxija ta’ antiġen karċinoembrijoniku (CEA) li jista’ jinterferixxi fl-istħarriġ.

-jekk għandek mard tad-demm.

-jekk qed tredda’.

Qabel l-għoti ta’ Scintimun

Sabiex jinkisbu immaġini tal-aħjar kwalità u sabiex titnaqqas l-espożizzjoni għar-radjazzjoni fil-bużżieqa tal-awrina tiegħek, inti għandek tixrob ammonti suffiċjenti ta’ ilma u tiżvojtja l-bużżieqa tal-awrina qabel u wara l-eżami xintingrafiku.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina mhix rakkomandata għall-użu f’pazjenti li m’għalqux it-18-il sena peress li s-sigurta u l-effikaċja tal-prodott ma ġewx determinati.

Mediċini oħra u Scintimun

Għid lit-tabib tal-mediċina nukleari jekk qiegħed tieħu, jekk ħadt dan l-aħħar jew jekk tista’ tieħu xi mediċini oħrajn, anki dawk mingħajr riċetta, għaliex jistgħu jinterferixxu mal-interpretazzjoni tal- immaġini.

Mediċini li jnaqqsu l-infjammazzjoni u mediċini li jaffettwaw il-produzzjoni taċ-ċelluli tad-demm tiegħek (bħal kortikosterojdi jew antibijotiċi) jistgħu jaffettwaw l-eżaminazzjoni tiegħek.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il- parir tat- tabib nukleari tiegħek qabel ma tingħata din il-medic

ijiet stretti dwar l-uz

Scintimun fih sorbitol u Sodju’

Jekk għandek xi intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor (pereżempju fructose jew sorbitol), għarraf lit- tabib tiegħek qabel ma jingħatalek Scintimun.

Scintimun fih inqas minn 1 mmol ta’ sodium (23 mg) f’kull fjala, i.e. huwa essenzjalment ‘ħieles mis-sodju’.

3.Kif jingħata Scintimun

Hemm lig

en din il-medic

Madwar 14 minn 100 pazjent li jieħdu din l-injezzjoni nstabu li jipproduċu antikorpi fid-demm tagħhom li jirreaġixxi kontra l-antikorpi preżenti f’Scintimun. Dan jista’ jżid ir-riskju ta’ reazzjonijiet allerġiċi f’każ li Scintimun jerġa jingħata. Għalhekk m’għandekx tirċievi Scintimun it-tieni darba. F’każ ta’ reazzjoni allerġika inti ser tirċievi trattament xieraq mit-tabib tiegħek.

Effetti sekondarji possibbli huma elenkati skont il-frekwenza tagħhom hawn isfel:

Komuni ħafna (jista’ jaffettwa aktar minn persuna 1 f’10):

Żvilupp ta’ antikorpi li jirreaġixxu kontra l-antikorp fi Scintimun (antikorp kontra ċelluli tal- ġurdien) b’riskju ta’ reazzjoni allerġika.

Komuni (jista’ jaffettwa sa 1 min kull10 persuni):

Pressjoni tad-demm baxxa

Mhux komuni (jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 100 persuna):

Reazzjoni allerġika, li tinkludi nefħa tal-wiċċ, ħorriqija (urtikarja)

Rari (jista’ jaffettwa sa 1 minn kull 1,000 persuna):

Reazzjoni allerġika serja li tista’ tikkaġuna diffikultà biex jittieħed in-nifs jew sturdament

Uġigħ fil-muskoli jew fil-ġogi

Kull materjal radjuattiv jista’ joħloq kanċer jew difetti ereditarji, imma l-frekwenza ta’ dawn ir-reazzjonijiet avversi mhumiex magħrufa.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar u l-ispeċjalista tal-mediċina nukleari tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Scintimun

Inti ma għandekx għalfejn taħz

radjufarmac

u ta’ dan ir-

Solvent għal Scintimun

1, 1, 3, 3-propane tetraphosphonic acid, tetrasodium salt, dihydrate (PTP) Stannous chloride dihydrate

Sodium hydroxide / Hydrochloric acid Nitrogen

Id-dehra ta’ Scintimun u l-kontenut tal-pakkett

Scintimun huwa taħlita radjuattiva.

Il-kunjett ta’ Scintimun jikkonsisti minn trab abjad.

Il-kunjett ta’ solvent għal Scintimun jikkonsisti minn trab abjad.

Il-kitt jikkonsisti minn kunjett wieħed jew tnejn ta’ diversi dożi ta’ Scintimun b’kunjett wieħed jew tnejn ta’ solvent.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

CIS bio international

B.P. 32

F-91192 Gif-sur-Yvette Cedex

Franza

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa:

Is-Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott sħiħ ta’ Scintimun huwa pprovdut bħala sezzjoni li tista’ tinqata’ barra fl-aħħar tal-fuljett stampat fil-pakkett tal-prodott, bl-għan li jipprovdi lill-professjonisti fil-kura tas-saħħa aktar informazzjoni xjentifika u prattika dwar l-għoti u l-uz

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati