Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Seebri Breezhaler (glycopyrronium bromide) – Fuljett ta’ tagħrif - R03BB06

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaSeebri Breezhaler
Kodiċi ATCR03BB06
Sustanzaglycopyrronium bromide
ManifatturNovartis Europharm Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Seebri Breezhaler 44 mikrogramma trab li jittieħed man-nifs, kapsuli iebsa glycopyrronium

(bħala glycopyrronium bromide)

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Seebri Breezhaler u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Seebri Breezhaler

3.Kif għandek tuża Seebri Breezhaler

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Seebri Breezhaler

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Seebri Breezhaler u għalxiex jintuża

X'inhu Sebri Breezhaler

Din il-mediċina fiha sustanza attiva msejħa glycopyrronium bromide. Din tappartjeni għal grupp ta’ mediċini msejħin bronkodilataturi.

Għalxiex jintuża Seebri Breezhaler

Din il-mediċina tintuża biex tgħin pazjenti adulti li għandhom problemi biex jieħdu n-nifs minħabba marda tal-pulmun imsejħa marda pulmonari ostruttiva kronika (COPD).

F’COPD il-muskoli madwar il-passaġġ tal-arja jidjiequ. Dan jagħmilha diffiċli biex tieħu n-nifs. Din il-mediċina timblokka t-tidjiq ta’ dawn il-muskoli fil-pulmun, u b’hekk ikun eħfef għall-arja biex tidħol u toħroġ mill-pulmun.

Jekk tuża din il-mediċina darba kuljum, se tgħinek tnaqqas l-effetti ta’ COPD fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Seebri Breezhaler

Tużax Seebri Breezhaler

-jekk inti allerġiku għal glycopyrronium bromide jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina

(imniżżla fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tuża Seebri Breezhaler, jekk xi wieħed minn dawn li ġejjin jgħoddu għalik:

-għandek problemi fil-kliewi.

-għandek problema f’għajnek imsejħa glawkoma b’angolu dejjaq.

-għandek diffikultà biex tgħaddi l-awrina.

Waqt li qed tieħu l-kura b’Seebri Breezhaler, ieqaf ħu din il-mediċina u kellem lit-tabib tiegħek minnufih:

-jekk tħoss tagħfis f’sidrek, sogħla, tħarħir jew qtugħ ta’ nifs eżatt wara li tkun ħadt Seebri Breezhaler (sinjali ta' bronkospażmi).

-jekk ikollok diffikultajiet biex tieħu n-nifs jew biex tibla, nefħa fl-ilsien, fix-xufftejn jew fil- wiċċ, raxx fil-ġilda, ħakk jew ħorriqija (sinjali ta’ reazzjoni allerġika).

-jekk tħoss uġigħ jew skumdità f'għajnek, tara mżelleġ għall-mument, tara donnhom raġġieri jew stampi kkuluriti flimkien ma' għajnejn ħomor. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ attakk qawwi ta’ glawkoma b’angolu dejjaq.

Seebri Breezhaler jintuża bħala trattament ta’ manutenzjoni għas-COPD. Tużax din il-mediċina biex tittratta attakk f’daqqa ta' qtugħ ta' nifs jew tħarħir.

Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lil tfal jew adoloxxenti li għandhom anqas minn 18-il sena.

Mediċini oħra u Seebri Breezhaler

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Dan jinkludi mediċini simili għal Seebri Breezhaler użati għall-mard li għandek tal-pulmun, bħal ipratropium, oxitropium jew tiotropium (imsejħa wkoll antikolinerġiċi).

Ma ġewx irrappurtati effetti sekondarji speċifiċi meta Seebri Breezhaler intuża flimkien ma’ mediċini oħrajn użati biex jittrattaw COPD bħalma huma inalaturi ta’ serħan (eż. salbutamol), methylxanthines (eż. theophylline) u/jew sterojdi orali u meħuda mal-imnfisejn (eż. prednisolone).

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

M’hemmx informazzjoni dwar l-użu ta’ din il-mediċina f’nisa tqal u mhuwiex magħruf jekk is- sustanza attiva ta' din il-mediċina tgħaddix mal-ħalib tal-bnedmin.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Mhux probabbli li din il-mediċina se taffettwa l-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni.

Seebri Breezhaler fih il-lactose

Din il-mediċina fiha l-lactose. Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal ċerti tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif għandek tuża Seebri Breezhaler

Dejjem għandek tuża din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat- tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tuża Seebri Breezhaler

Id-doża normali hi li tiġbed man-nifs il-kontenut ta’ kapsula waħda kuljum.

Għandek bżonn tiġbed doża waħda kuljum minħabba li l-effett ta’ din il-mediċina jibqa’ għaddej 24 siegħa.

Tużax aktar milli jgħidlek tuża t-tabib tiegħek.

Anzjani

Tista’ tuża din il-mediċina jekk għandek 75 sena u aktar bl-istess doża bħal adulti oħrajn.

Meta għandek tiġbed Seebri Breezhaler man-nifs

Uża din il-mediċina fl-istess ħin kuljum. Dan jgħinek ukoll biex tiftakar tużaha.

Tista’ tieħu din il-mediċina fi kwalunkwe ħin qabel ma tiekol jew tixrob jew wara.

Kif għandek tiġbed Seebri Breezhaler man-nifs

-F’dan il-pakkett, se ssib inhaler u kapsuli (f'folji) li fihom il-mediċina bħala trab li jittieħed man-nifs. Uża dawn il-kapsuli mal-inhaler li hawn f’dan il-pakkett biss (l-inhaler Seebri Breezhaler). Il-kapsuli għandhom jinżammu fil-folja sakemm jasal il-bżonn li tużahom.

-Timbuttax il-kapsula minn ġol-fojl.

-Meta tiftaħ pakkett ġdid, uża l-inhaler Seebri Breezhaler il-ġdid misjub fil-pakkett.

-Armi l-inhaler wara 30 ġurnata minn meta tkun bdejt tużah.

-Tiblax il-kapsuli.

-Jekk jogħġbok aqra l-istruzzjonijiet lejn tmiem dan il-fuljett għal aktar tagħrif dwar kif għandek tuża l-inhaler.

Jekk tuża Seebri Breezhaler aktar milli suppost

Jekk ġbidt wisq minn din il-mediċina jew jekk xi ħaddieħor bi żball juża l-kapsuli tiegħek, għandek minnufih jew tkellem lit-tabib tiegħek jew tmur fl-eqreb ċentru ta' emerġenza. Uri l-pakkett ta’ Seebri Breezhaler. Jista’ jkollok bżonn ta’ attenzjoni medika.

Jekk tinsa tuża Seebri Breezhaler

Jekk tinsa tiġbed xi doża, ħu waħda minnufih. Madanakollu, tiħux żewġ dożi fl-istess ġurnata. Ħu d- doża li jmissek bħas-soltu.

Kemm għandek tibqa’ għaddej bil-kura b’Seebri Breezhaler.

-Għandek tibqa’ tuża din il-mediċina sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek.

-Is-COPD hija marda fit-tul u għandek tuża din il-mediċina kuljum u mhux biss meta jkollok problemi tan-nifs jew sintomi oħrajn marbuta mas-COPD.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kemm għandek tibqa’ għaddej tieħu din il-mediċina, kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu serji iżda mhumiex komuni

(Jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100 persuna)

Taħbit tal-qalb irregolari

Livell għoli ta’ zokkor fid-demm (ipergliċemija: sintomi tipiċi jinkludu għatx jew ġuħ eċċessiv u li tagħmel l-awrina ta’ spiss)

Raxx, ħakk, ħorriqija, diffikultà biex tieħu n-nifs jew biex tibla’, sturdament (sinjali li jistgħu jkunu ta’ reazzjoni allerġika)

Nefħa l-aktar fl-ilsien, fix-xufftejn, fil-wiċċ jew fil-griżmejn (sinjali li jistgħu jkunu ta’

anġjoedima)

Jekk ikollok xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji, għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Xi effetti sekondarji jistgħu jkunu serji, imma l-frekwenza ta’ dawn l-effetti sekondarji mhijiex magħrufa

(il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli)

Diffikultà biex tieħu n-nifs b’tisfir jew sogħla (sinjali ta’ bronkospażmi paradossali)

Xi effetti sekondarji huma komuni

(jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 10)

Ħalq xott

Diffikulta biex torqod

Imnieħer iqattar jew fgat, għatis, uġigħ fil-griżmejn

Dijarrea jew uġigħ fl-istonku

Uġigħ muskoluskeletriku

Jekk kwalunkwe wieħed minn dawn l-effetti sekondarji joħloqlok problema, kellem lit-tabib tiegħek.

Xi effetti sekondarji mhumiex komuni

(jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100)

Diffikultà u wġigħ meta tgħaddi l-awrina

Uġigħ inti u tgħaddi l-awrina u awrina frekwenti

Palpitazzjonijiet

Raxx

Titrix

Sogħla bil-bili

Taħsir tas-snien

Tħoss pressjoni jew uġigħ f’ħaddejk jew fuq xbinek

Tinfaġar

Uġigħ fid-dirgħajn jew ir-riġlejn

Uġigħ fil-muskoli, fl-għadam jew fil-ġogi tas-sider

Skumdità fl-istonku wara l-ikel

Griżmejn irritati

Għeja

Dgħjufija

Ħakk

Tibdil fil-vuċi (ħanqa)

Dardir

Rimettar

Xi pazjenti anzjani ’l fuq minn 75 sena kellhom uġigħ ta’ ras (frekwenza komuni) u infezzjoni fil- passaġġ tal-awrina (frekwenza komuni).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Seebri Breezhaler

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u l-folja wara “EXP”/“JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25ºC.

Aħżen il-kapsuli fil-folja oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità. Toħroġhomx mill-folja sa qabel ma jintużaw eżatt.

Kull inhaler għandu jintrema wara 30 jum ta’ użu.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li l-pakett imqatta’ jew juri sinjali ta’ tbagħbis.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X'fih Seebri Breezhaler

-Is-sustanza attiva hi glycopyrronium bromide. Kull kapsula fiha 63 mikrogramma ta’ glycopyrronium bromide (ekwivalenti għal 50 mikrogramma ta’ glycopyrronium). Id-doża li tittieħed (id-doża li tħalli l-bokkin tal-inhaler) hija ekwivalenti għal 44 mikrogramma ta’ glycopyrronium.

-Is-sustanzi l-oħra tat-trab li jittieħed man-nifs huma l-lactose monohydrate u magnesium stearate.

Kif jidher Seebri Breezhaler u l-kontenut tal-pakkett

Il-kapsuli iebsin ta’ Seebri Breezhaler 44 mikrogramma trab li jittieħed man-nifs, huma trasparenti u oranġjo u fihom trab abjad. Għandhom il-kodiċi tal-prodott “GPL50” stampat bl-iswed fuqhom u l-

marka tal-kumpanija () stampata bl-iswed taħt linja sewda.

Kull pakkett fih apparat imsejjaħ inalatur, flimkien ma’ kapsuli f’folji. Kull strixxa ta’ folji fiha 6 jew 10 kapsuli iebsin.

Dawn huma l-qisien tal-pakketti disponibbli:

Pakketti li fihom 6 x 1, 10 x 1, 12 x 1 jew 30 x 1 kapsula iebsa, flimkien ma’ inhaler wieħed.

Pakketti multipli li fihom 90 (3 pakketti ta’ 30 x 1) kapsula iebsa u 3 inhalers. Pakketti multipli li fihom 96 (4 pakketti ta’ 24 x 1) kapsula iebsa u 4 inhalers. Pakketti multipli li fihom 150 (15-il pakkett ta’ 10 x 1) kapsula iebsa u 15-il inhaler. Pakketti multipli li fihom 150 (25 pakkett ta’ 6 x 1) kapsula iebsa u 25 inhaler.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu disponibbli f’pajjiżek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

Manifattur

Novartis Pharma GmbH

Roonstraße 25

D-90429 Nürnberg

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Novartis Pharma N.V.

Novartis Pharma Services Inc.

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Tel: +370 5 269 16 50

България

Luxembourg/Luxemburg

Novartis Bulgaria EOOD

Novartis Pharma N.V.

Тел.: +359 2 489 98 28

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Česká republika

Magyarország

Novartis s.r.o.

Novartis Hungária Kft.

Tel: +420 225 775 111

Tel.: +36 1 457 65 00

Danmark

Malta

Novartis Healthcare A/S

Novartis Pharma Services Inc.

Tlf: +45 39 16 84 00

Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Nederland

Novartis Pharma GmbH

Novartis Pharma B.V.

Tel: +49 911 273 0

Tel: +31 26 37 82 111

Eesti

Norge

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Norge AS

Tel: +372 66 30 810

Tlf: +47 23 05 20 00

Ελλάδα

Österreich

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Novartis Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 281 17 12

Tel: +43 1 86 6570

España

Polska

Novartis Farmacéutica, S.A.

Novartis Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 306 42 00

Tel.: +48 22 375 4888

France

Portugal

Novartis Pharma S.A.S.

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Tel: +351 21 000 8600

Hrvatska

România

Novartis Hrvatska d.o.o.

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel. +385 1 6274 220

Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Slovenija

Novartis Ireland Limited

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +353 1 260 12 55

Tel: +386 1 300 75 50

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Novartis Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5542 5439

Italia

Suomi/Finland

Novartis Farma S.p.A.

Novartis Finland Oy

Tel: +39 02 96 54 1

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

Κύπρος

Sverige

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Sverige AB

Τηλ: +357 22 690 690

Tel: +46 8 732 32 00

Latvija

United Kingdom

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd.

Tel: +371 67 887 070

Tel: +44 1276 698370

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Tagħrif dwar kif tuża l-inhaler Seebri Breezhaler

Jekk jogħġbok aqra sew l-istruzzjonijiet li ġejjin biex tkun taf kif għandek tuża din il-mediċina.

Uża biss l-inhaler Seebri Breezhaler misjub f’dan il-pakkett. Tużax il-kapsuli Seebri Breezhaler ma’ xi inhaler ieħor, u tużax l-inhaler Seebri Breezhaler biex tieħu xi mediċina oħra maħżuna f’kapsuli.

Timbuttax il-kapsula minn ġol-fojl sabiex toħroġha mill-folja.

Meta tiftaħ pakkett ġdid, uża biss l-inhaler Seebri Breezhaler il-ġdid misjub fil-pakkett.

Kull inhaler għandu jintrema wara 30 jum ta’ użu. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini u inhalers li m’għandekx bżonn.

Tiblax il-kapsuli. It-trab li hemm fil-kapsuli qiegħed biex tiġbdu man-nifs.

Il-pakkett tiegħek ta’ Seebri Breezhaler:

Kull pakkett Seebri Breezhaler fih:

-inhaler wieħed Seebri Breezhaler

-strixxa ta’ folji waħda jew aktar, kull waħda fiha 6 jew 10 kapsuli Seebri Breezhaler biex jintużaw mal-inhaler.

Bokkin

Tapp

ilqugħ

Buttuna

Qiegħ

Folji

 

Toqba tal-kapsula

Inhaler

Strixxa ta’ folji

Qiegħ tal-inhaler

Kif tuża l-inhaler tiegħek

Aqla’ t-tapp.

Iftaħ l-inhaler:

Żomm sew il-qiegħ tal-inhaler u mejjel il-bokkin.

B’hekk jinfetaħ l-inhaler.

Ħejji l-kapsula:

Ifred folja waħda mill-istrixxa ta’ folji billi taqta' madwar id-dawra maqsuma.

Qaxxar il-kisja protettiva li hemm fuq wara biex tikxef il-kapsula.

Timbuttax il-kapsula minn ġol-fojl.

Oħroġ il-kapsula:

Il-kapsuli għandhom dejjem jinħażnu fil-folja u għandhom jinħarġu eżatt qabel ma jintużaw. B’idejn xotti, oħroġ kapsula mill-folja.

Tiblax il-kapsula.

Daħħal il-kapsula:

Qiegħed il-kapsula fit-toqba tal-kapsula.

Qatt m’għandek tpoġġi l-kapsula direttament

ġol-bokkin.

Agħlaq l-inhaler:

Agħlaq l-inhaler sakemm tisimgħu jfaqqa’.

Taqqab il-kapsula:

Żomm l-inhaler wieqaf bil-bokkin iħares ’il fuq.

Taqqab il-kapsula billi tagħfas bis-saħħa ż- żewġ naħat tal-buttuni fl-istess ħin. Agħmel dan darba biss.

Waqt li qed tittaqqab il-kapsula, għandek tismagħha tfaqqa’.

Erħi għal kollox il-buttuni tal-ġenb.

Ħu nifs ’il barra minn ħalqek:

Qabel tqiegħed il-bokkin f’ħalqek, ħu nifs qawwi ’l barra minn ħalqek.

Tonfoħx fil-bokkin.

Iġbed il-mediċina man-nifs:

Sabiex tiġbed sew il-mediċina għal ġol-passaġġi tal-arja:

Żomm l-inhaler kif qed jidher fl-istampa. Il- buttuni tal-ġenb għandhom iħarsu lejn ix- xellug u l-lemin. Tagħfasx il-buttuni tal- ġenb.

Qiegħed il-bokkin f’ħalqek u ross xufftejk sew madwaru.

Ħu nifs malajr ’il ġewwa imma b’saħħtu u fil-fond kemm jista' jkun. Tagħfasx il- buttuni tal-ġenb.

Attenzjoni:

Inti u tiġbed in-nifs mill-inhaler, il-kapsula tibda tagħqad fit-toqba u għandek tisma’ ħoss ta’ tidwir mgħaġġel. Għandek ittiegħem togħma ħelwa hekk kif il-mediċina tgħaddi għal ġol-pulmuni tiegħek.

Jekk ma tismax ħoss ta’ tidwir mgħaġġel:

Jista’ jkun li l-kapsula tkun weħlet fit-toqba tal- kapsula. Jekk jiġri dan:

Iftaħ l-inhaler u aqla' l-kapsula bilmod billi ttekktek mal-qiegħ tal-inhaler. Tagħfasx il- buttuni tal-ġenb.

Erġa’ ħu l-mediċina man-nifs billi tirrepeti stadji 9 u 10.

Żomm in-nifs:

Wara li tkun ġbidt il-mediċina:

Żomm in-nifs għal mill-inqas 5-10 sekondi jew sakemm jirnexxilek tissaporti filwaqt li toħroġ l-inhaler minn ħalqek.

Wara ħu nifs ’il barra.

Iftaħ l-inhaler biex tara jekk fadalx xi trab fil-kapsula.

Jekk fadal it-trab fil-kapsula:

Agħlaq l-inhaler.

Irrepeti l-istadji 9 sa 12.

Ħafna min-nies ikunu kapaċi jbattlu l-kapsula mal-ewwel nifs jew it-tieni.

Tagħrif ieħor

Xi wħud jistgħu kultant jisogħlu xi ftit eżatt wara li jkunu ġibdu l-mediċina. Jekk jiġrilek hekk, tinkwetax. Ġaladarba l-kapsula tkun tbattlet, ifisser li tkun ħadt biżżejjed mill-mediċina tiegħek.

Wara li tkun spiċċajt tieħu d-doża tiegħek ta’ kuljum ta’ Seebri Breezhaler:

Erġa’ iftaħ il-bokkin, u oħroġ il-kapsula mbattla billi taqlagħha mit-toqba tal- kapsula. Itfa’ l-kapsula mbattla fil-landa tal- iskart.

Agħlaq l-inhaler u qiegħed it-tapp f’postu.

Taħżinx il-kapsuli fl-inhaler Seebri Breezhaler.

Tagħrif ieħor

Xi kultant, biċċiet żgħar ħafna tal-kapsula jistgħu jgħaddu mill-ilqugħ li hemm fl-inhaler u jidħlu f’ħalqek. Jekk jiġri dan, jista' jkun li tħoss dawn il-biċċiet fuq ilsienek. Mhuwiex perikoluż jekk dawn il-biċċiet jinbelgħu jew jgħaddu man-nifs. Il-probabbiltajiet li l-kapsula titfarrak jiżdiedu jekk il- kapsula tittaqqab għal aktar minn darba (stadju 7).

Kif tnaddaf l-inhaler tiegħek

Qatt taħsel l-inhaler tiegħek bl-ilma. Jekk trid tnaddaf l-inhaler tiegħek, imsaħ il-bokkin minn ġewwa u minn barra b’biċċa nadifa, xotta u mingħjr tnietex sabiex tneħħi t-trab li jkun għad fadal. Żomm l- inhaler xott.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati