Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Selincro (nalmefene hydrochloride dihydrate) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N07BB05

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaSelincro
Kodiċi ATCN07BB05
Sustanzanalmefene hydrochloride dihydrate
ManifatturH. Lundbeck A/S

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif g ħ andhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Selincro 18 mg pilloli miksijin b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola miksija b'rita fiha 18.06 mg nalmefene (bħala hydrochloride dihydrate).

Eċċipjent b'effett magħruf

kull pillola miksija b'rita fiha 60.68 mg lactose.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita (pillola).

Pillola bajda, ovali, ibbuzzata fuq iż-żewġ naħat, 6.0 x 8.75 mm u mnaqqxa bl-ittra “S” fuq naħa waħda.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Selincro huwa indikat biex inaqqas il-konsum ta’ alkoħol f’pazjenti adulti li għandhom dipendenza fuq l-alkoħol u li għandhom livell għoli ta’ riskju għax-xorb (DRL) [ara sezzjoni 5.1] mingħajr sintomi fiżiċi fin-nuqqas tal- alkoħol u li ma jeħtiġux ditossifikazzjoni immedjata.

Selincro għandu jiġi preskritt biss flimkien ma’ għajnuna soċjopsikoloġika kontinwa li għandha tikkonċentra l-iżjed fuq l-importanza li l-pazjent isegwi sew il-kura u jnaqqas il-konsum tal-alkoħol. Selincro għandu jinbeda biss f’pazjenti li jibqgħu jkollhom livell għoli ta’ DRL ġimgħatejn wara l- ewwel evalwazzjoni.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Fl-ewwel viżta, l-istat kliniku tal-pazjent, id-dipendenza fuq l-alkoħol u l-livell tal-konsum tal-alkoħol (skont kif irrapportat mill-pazjent) għandhom jiġu evalwati. Il-pazjent imbagħad għandu jintalab biex għal madwar ġimgħatejn jieħu nota tal-konsum tal-alkoħol tiegħu.

Fil-viżta li jkun imiss, Selincro jista’ jinbeda f’pazjenti li jibqgħu jkollhom livell għoli ta’ DRL (ara sezzjoni 5.1) f’dan il-perijodu ta’ ġimgħatejn, flimkien ma’ intervent soċjopsikoloġiku li jikkonċentra fuq l-importanza li l-pazjent isegwi sew il-kura u jnaqqas il-konsum tal-alkoħol.

Waqt il-provi l-aktar importanti, l-akbar titjib ġie osservat fl-ewwel 4 ġimgħat. Ir-rispons tal-pazjent għall-kura u l-ħtieġa li l-farmakoterapija titkompla għandhom jiġu evalwati fuq bażi regolari (per eżempju kull xahar) (ara sezzjoni 5.1). It-tabib għandu jkompli jevalwa l-progress tal-pazjent fil- konfront tat-tnaqqis fil-konsum tal-alkoħol, il-mod ta’ kif qed iġib ruħu, kemm qed isegwi l-kura u xi

effetti sekondarji li jista’ jkun hemm. Tagħrif kliniku dwar l-użu ta’ Selincro taħt kondizzjonijiet ikkontrollati u magħmula b’mod arbitrarju huma disponibbli għal perijodu ta’ 6 sa 12-il xahar. Wieħed għandu joqgħod attent jekk Selincro jiġi preskritt għal iżjed minn sena..

Selincro għandu jittieħed kif meħtieġ: f’kull ġurnata li l-pazjent ikun konxju minn riskju tax-xorb tal- alkoħol, għandha tittieħed pillola waħda preferibbilment siegħa sa sagħtejn qabel il-ħin antiċipat tax- xorb. Jekk il-pazjent ikun beda jixrob l-alkoħol mingħajr ma jkun ħa Selincro, il-pazjent għandu jieħu pillola waħda mill-aktar fis possibbli.

Id-doża massima ta’ Selincro hija pillola waħda kuljum. Selincro jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjonijiet speċjali Anzjani (≥65 sena)

Mhu rrakkomandat ebda aġġustament fid-doża għal din il-popolazzjoni ta’ pazjenti (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.2).

Indeboliment renali

Mhu rrakkomandat ebda aġġustament fid-doża għal pazjenti b’indeboliment renali ħafif jew moderat (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.5).

Indeboliment epatiku

Mhu rrakkomandat ebda aġġustament fid-doża għal pazjenti b’indeboliment epatiku ħafif jew moderat (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.5).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Selincro fit-tfal u l-adoloxxenti18-il sena ma ġewx determinate. M’hemmx dejta disponibbli (ara sezzjoni 5.1).

Metodu ta’ kif għandu jingħata Selincro huwa għal użu orali.

Il-pillola miksija b’rita għandha tinbelgħa sħiħa.

Il-pillola miksija b'rita m'għandhiex tinqasam jew titfarrak għax nalmefene jista’ jikkawża sensitizzazzjoni tal-ġilda meta jiġi f’kuntatt dirett mal-ġilda (ara sezzjoni 5.3).

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

Pazjenti li jieħdu agonisti tal-opjojdi (bħal analġeżiċi li fihom l-opjojdi, opjojdi għal terapija ta’ sostituzzjoni b’agonisti (eż. methadone) jew agonisti parzjali (eż. buprenorphine) tal-opjojdi (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti li bħalissa jew reċentement kienu dipendenti fuq l-opjojdi.

Pazjenti b’sintomi akuti ta’ rtirar mill-opjojdi.

Pazjenti fejn hemm suspett li reċentement ħadu l-opjojdi.

Pazjenti b’indeboliment epatiku sever (klassifikazzjoni Child-Pugh).

Pazjenti b’indeboliment renali sever (eGFR <30 ml/min għal kull 1.73 m2).

Pazjenti b’passat reċenti ta’ sindromu akut ta’ rtirar mill-alkoħol (li jinkludi alluċinazzjonijiet, aċċessjonijiet u tremens delirium),

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Selincro mhuwiex għal pazjenti fejn l-iskop tal-kura tagħhom hija l-astinenza immedjata.It-tnaqqis fil- konsum tal-alkoħol huwa skop intermedju fit-triq tagħhom lejn l-astinenza.

L-għoti ta’ opjojdi

F’sitwazzjoni ta’ emerġenza meta jkun hemm bżonn li jingħataw l-opjojdi lill-pazjent li qed jieħu Selincro, l-ammont ta’ opjojdi meħtieġ biex jinkiseb l-effett mixtieq jista’ jkun akbar mis-soltu. Il- pazjent għandu jkun immonitorjat mill-qrib għal sintomi ta’ depressjoni respiratorja bħala riżultat tal- amministrazzjoni tal-opjojdi u għal reazzjonijiet avversi oħra.

Jekk l-opjojdi huma meħtieġa f’emerġenza, id-doża trid dejjem tiġi mkejla b’mod individwali. Jekk ikunu meħtieġa dożi akbar mis-soltu, jkun hemm bżonn ta’ osservazzjoni mill-qrib.

Selincro għandu jitwaqqaf temporanjament għal ġimgħa qabel l-użu antiċipat tal-opjojdi, per eżempju, jekk opjojdi b’effett analġeżiku jkunu x’aktarx se jintużaw waqt kirurġija elettiva.

Min qed jippreskrivi għandu jgħarraf lill-pazjent li huwa important li jekk jiġi bżonn l-użu tal-opjojdi għandu jinforma lill- professjonista fil-kura tas-saħħa tiegħu dwar meta ħa l-aħħar Selincro.

Wieħed għandu joqgħod attent meta juża prodotti mediċinali li jkun fihom l-opjojdi (per eżempju, mediċini tas-sogħla, opjojdi analġeżiċi (ara sezzjoni 4.5)).

Mard ieħor fl-istess ħin

Disturbi psikjatriċi

Effetti psikjatriċi kienu rrappurtati fi studji kliniċi (ara sezzjoni 4.8). Jekk il-pazjenti jiżviluppaw sintomi psikjatriċi li mhumiex assoċjati mal-bidu tal-kura b’Selincro, u/jew li mhumiex temporanji, it- tabib għandu jikkunsidra kawżi alternattivi tas-sintomi u jevalwa l-bżonn li titkompla l-kura b’Selincro.

Selincro ma ġiex studjat f’pazjenti b’mard psikjatriku instabbli.Wieħed għandu joqgħod attent meta Selincro jiġi preskritt lill-pazjenti b’mard ieħor psikjatriku fl-istess ħin bħal disturb ta’ dipressjoni maġġura.

Disturbi ta’ aċċessjonijiet

Hemm esperjenza limitata f’pazjenti b’passat mediku ta’ aċċessjonijiet, inkluż aċessjonijiet minħabba l-irtirar mill-alkoħol.

Il-kawtela hija rrakkomandata, jekk il-kura mmirata biex jitnaqqas il-konsum tal-alkoħol tinbeda f’dawn il-pazjenti.

Indeboliment renali jew epatiku

Selincro huwa metabolizzat b’mod estensiv mill-fwied u eliminat fil-biċċa l-kbira fl-awrina. Għalhekk wieħed għandu joqgħod attent meta jiġi preskritt Selincro lill-pazjenti b’indeboliment epatiku ħafif jew moderat jew b’indeboliment renali ħafif jew moderat per eżempju b’monitoraġġ aktar fekwenti.

Wieħed għandu joqgħod attent meta Selincro jiġi preskritt lill-pazjenti li jkollhom ALAT elevat jew ASAT (>3 darbiet ULN) minħabba li dawn il-pazjenti kienu esklużi mill-programm ta’ żvilupp kliniku.

Pazjenti anzjani ((≥65 sena)

L-informazzjoni klinika disponibbli hija limitata dwar l-użu ta’ Selincro f’pazjenti ≥65 sena u li għandhom dipendenza fuq l-alkoħol.

Wieħed għandu joqgħod attent meta jippreskrivi Selincro lill-pazjenti ≥65 sena (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Oħrajn

Hija rrakkomandata l-kawtela jekk Selincro jingħata flimkien ma’ inibituri qawwijin ta’ UGT2B7 (ara sezzjoni 4.5).

Lactose

Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għal galactose, nuqqas ta’ Lapp lactase jew malassorbiment tal-glukosju-galactose m’għandhomx jieħdu din il-mediċina.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma saru l-ebda studji in vivo dwar l-interazzjonijiet bejn mediċina u oħra.

Studji in vitro wrew li ma kienx hemm interazzjonijiet klinikament rilevanti antiċipati bejn nalmefene, jew il-metaboliti tiegħu, u prodotti mediċinali oħra metabolizzati mill-enżimi CYP450 u UGT l-aktar komuni jew trasportaturi membraniċi meta ngħataw flimkien. It-teħid flimkien ma’ prodotti mediċinali li huma inibituri qawwijin tal-enzima UGT2B7 (per eżempju, diclofenac, fluconazole, medroxyprogesterone acetate, meclofenamic acid) jistgħu jżidu b’mod sinifikanti l-espożizzjoni għal nalmefene. Wisq probabbli, din ma tkunx problema jekk l-użu ma jkunx frekwenti, iżda jekk tinbeda kura fl-istess ħin fit-tul b’inibitur qawwi ta’ UGT2B7, mhux eskluż li jkun hemm il-possibbiltà ta’ żieda fl-espożizzjoni ta’ nalmefene (ara sezzjoni 4.4). Mill-banda l-oħra, it-teħid flimkien ma’ stimulatur ta’ UGT (per eżempju, dexamethasone, phenobarbital, rifampicin, omeprazole) jista’ possibbilment iwassal għal konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ nalmefene li jkunu taħt il-livell terapewtiku.

Jekk Selincro jittieħed flimkien ma’ agonisti tal-opjojdi (per eżempju, ċerti tipi ta’ prodotti mediċinali kontra s-sogħla u r-riħ, certi tipi prodotti mediċinali kontra d-dijarea u analġeżiċi opjojdi), il-pazjent jista’ ma jibbenifikax mill- agonisti opjojdi..

M’hemm l-ebda interazzjoni farmakokinetika li hija klinikament rilevanti bejn nalmefene u l-alkoħol. Wara li jingħata nalmefene, jidher li hemm indeboliment żgħir fl-imġiba konoxxittiva u psikometrika. Madankollu, l-effett ta’ nalmefene u l-alkoħol flimkien ma kienx akbar mill-effetti ta’ kull sustanza meta ngħataw weħidhom.

L-effetti tossiċi ta’ sakra tal-alkoħol ma jiġux evitati meta l-alkoħol u Selincro jingħataw flimkien.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx tagħrif jew tagħrif limitat (riżultati ta’ anqas minn 300 tqala) dwar l-użu ta’ nalmefene f’nisa tqal.

Studji fl-annimali wrew tossiċità riproduttiva (ara sezzjoni 5.3).

Selincro mhuwiex irrakkomandat waqt it-tqala.

Treddigħ

Dejta disponibbli farmakodinamika/tossikoloġika fl-annimali uriet li nalmefene/metaboliti jiġu eliminati fil-ħalib (ara sezzjoni 5.3).Mhuwiex magħruf jekk nalmefene jiġix eliminat fil-ħalib uman.

Ir-riskju għal trabi tat-twelid/trabi ma jistax jiġi eskluż.

Trid tittieħed deċiżjoni dwar jekk jitwaqqafx it-treddigħ jew jitwaqqafx/jastjenu minn terapija b’Selincro, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-benefiċċju tat-treddigħ għat-tarbija u l-benefiċċju tat-terapija għall-mara.

Fertilità

Fi studji ta’ fertilità fil-firien, l-ebda effetti ma ġew osservati għal nalmefene fuq il-fertilità, it- tgħammir, it-tqala, jew parametri tal-isperma.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

L-effetti ta’ nalmefene fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni ma ġewx studjati.

Selincro jista’ jikkawża reazzjonijiet avversi bħal dardir, sturdament, nuqqas ta’ rqad u uġigħ ta’ ras. Il-maġġoranza ta’ dawn ir-reazzjonijiet kienu ħfief jew moderati, assoċjati mal-bidu tal-kura, u damu żmien qasir.

Selincro m’għandu ebda effett jew effett negliġibbli fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurtà

Aktar minn 3,000 pazjent kienu esposti għal nalmefene fi studji kliniċi. Kollox ma’ kollox, il-profil tas-sigurtà hija konsistenti fl-istudji kliniċi kollha li saru.

Il-frekwenzi tar-reazzjonijiet avversi f’Tabella 1 kienu kkalkulati abbażi ta’ tliet studji double-blind, randomised u kkontrollati bi plaċebo f’pazjenti li kellhom dipendenza fuq l-alkoħol (1144 pazjent esposti għal Selincro kif meħtieġ u 797 esposti għal plaċebo kif meħtieġ).

Ir-reazzjonijiet avversi l-aktar komuni kienu dardir, sturdament, nuqqas ta’ rqad u uġigħ ta’ ras. Il- maġġoranza ta’ dawn ir-reazzjonijiet kienu ħfief jew moderati, assoċjati mal-bidu tal-kura u damu żmien qasir.

Stat ta’ konfużjoni u rarament, alluċinazzjonijiet u dissoċjazzjoni kienu rrappurtati fl-istudji kliniċi. Il- maġġoranza ta’ dawn ir-reazzjonijiet kienu ħfief jew moderati, assoċjati mal-bidu tal-kura, u damu żmien qasir (minn ftit sigħat għal ftit jiem). Il-parti il-kbira ta’ dawn ir-reazzjonijiet avversi ġew riżolti waqt li l-kura tkompliet u ma reġgħux seħħew wara amministrazzjoni ripetuta. Għalkemm dawn l-avvenimenti ġeneralment damu żmien qasir, huma jistgħu jirrappreżentaw psikożi alkoħolika, sindromu tal-irtirar tal- alkoħol, jew mard psikjatriku ieħor fl-istess ħin.

Lista ta’ reazzjonijiet avversi f’tabella

Il-frekwenzi huma definiti bħala: komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥ 1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥ 1/1000 sa <1/100), rari (≥ 1/10,000 sa <1/1000), rari ħafna (<1/10,000), jew mhux magħruf (ma tistax tittieħed stima mid-dejta disponibbli).

Tabella 1 Frekwenzi tar-reazzjonijiet avversi

Sistema tal-klassifikazzjoni tal-

Frekwenza

Reazzjoni avversa

Organi

 

 

 

 

 

Disturbi fil-metaboliżmu u n-

Komuni

Tnaqqis fl-aptit

nutrizzjoni

 

 

 

 

 

 

Komuni ħafna

Insomnja

 

 

 

 

Komuni

Disturbi tal-irqad

 

 

 

 

 

Stat konfużjonali

 

 

 

 

 

Irrekwitezza

 

 

 

 

 

Tnaqqis fil-libido (inkluż it-telf tal-

Disturbi Psikjatriċi

 

libido)

 

 

 

 

Mhux magħruf

Alluċinazzjoni ( inkluż l-

 

 

alluċinazzjoni tas-smigħ, l-

 

 

alluċinazzjoni tas-sens tal-mess, l-

 

 

alluċinazzjoni viżwali u l-

 

 

alluċinazzjoni somatika,)

 

 

 

 

 

Dissoċjazzjoni

 

 

 

 

Komuni ħafna

Sturdament

 

 

 

 

 

Uġigħ ta’ ras

 

 

 

 

Komuni

Ħedla tan-ngħas

 

 

 

Disturbi fis-sistema nervuża

 

Rogħda

 

 

 

 

 

Disturbi fl-attenzjoni

 

 

 

 

 

Parasteżija

 

 

 

 

 

Ipoesteżija

 

 

 

Disturbi fil-qalb

Komuni

Takikardja

 

 

 

Palpitazzjonijiet

 

 

 

 

 

 

Komuni ħafna

Dardir

 

 

 

Disturbi gastro-intestinali

Komuni

Rimettar

 

 

 

 

 

Ħalq niexef

 

 

 

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’

Komuni

Iperidrożi

taħt il-ġilda

 

 

 

 

 

Disturbi muskolu-skeletriċi u tat-

Komuni

Spażmi fil-muskoli

tessuti konnettivi

 

 

 

 

 

 

Komuni

Għeja

 

 

 

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet

 

Astinja

ta’ mnejn jingħata

 

Telqa

 

 

 

 

 

Ma tħossokx normali

 

 

 

Investigazzjonijiet

Komuni

Tnaqqis fil-piż

 

 

 

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Fi studju f’pazjenti li kellhom dijanjosi patoloġika għal-logħob, ġew studjati dożi ta’ nalmefene sa 90 mg/jum għal 16-il ġimgħa. Fi studju f’pazjenti b’ċistite interstizjali, 20 pazjent irċevew 108 mg/jum ta’ nalmefene għal aktar minn sentejn. Meta ngħatat doża waħda ta’ 450mg nalmefene ma kien hemm l-ebda bidliet fil-pressjoni tad-demm, fir-rata tat-taħbit tal-qalb, fir-rata ta’ respirazzjon jew fit- temperatura tal-ġisem.

Ma ġiet osservata ebda sekwenza mhux tas-soltu ta’ reazzjonijiet avversi f’dawn il-kundizzjonijiet, iżda l-esperjenza hi limitata.

L-immaniġġjar ta’ doża eċċessiva għandu jinvolvi l-osservazzjoni u sintomatiku.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċini oħra li jaħdmu fuq is-sistema nervuża, mediċini li jintużaw f’każijiet ta’ dipendenza fuq l-alkoħol, Kodiċi ATC: N07BB05

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Nalmefene hu modulatur tas-sistema opjojdi bi profil distinti tar-riċetturi μ, δ, u κ.

-Studji in vitro wrew li nalmefene huwa ligand selettiv tar- riċettur- tal-opjojdi, bl-attività antagonista fir-riċetturi μ u δ, u b’attività parzjali agonista parzjali fir-riċettur κ.

-Studji in vivo wrew li nalmefene inaqqas il-konsum ta’ alkoħol, possibbilment billi jvarja l- funzjonijiet kortico-mesolimbiċi.

Tagħrif mill-istudji mhux kliniċi, mill-istudji kliniċi, u mill-letteratura ma jissuġġerixi ebda tip ta’ dipendenza jew potenzjal ta’ abbuż minn Selincro.

Effikaċja klinika u sigurtà

L-effikaċja ta’ Selincro fuq it-tnaqqis tal-konsum tal-alkoħol f’pazjenti b’dipendenza fuq l-alkoħol (DSM-IV) ġiet evalwata f’żewġ studji dwar l-effikaċja. Pazjenti b’passat ta’ delirium tremens, alluċinazzjonijiet, aċċessjonijiet, mard sinifikanti psikjatriku ieħor jew anormalitajiet sinifikanti fil- funzjoni tal-fwied kif ukoll dawk b’sintomi fiżiċi sinifikanti ta’ nuqqas ta’ alkoħol waqt l-ewwel eżaminazzjoni jew waqt l-għażla b’mod arbitrarju ġew esklużi. Il-parti l-kbira tal-pazjenti (80%) li ġew inklużi kellhom DRL għoli jew għoli ħafna (konsum tal-alkoħol >60 g/jum għall-irġiel u >40 g/jum għan-nisa skont id-DRLs tad-WHO għall-konsum tal-alkoħol) waqt l-ewwel eżaminazzjoni, minn dawn (65%) baqgħu b’DRL għoli jew għoli ħafna bejn l-ewwel eżaminazzjoni u l-għażla b’mod arbitrarju.

Iż-żewġ studji kienu magħmula b’mod arbitrarju, double blind, b’grupp-parallel u kkontrollati bi plaċebo, u wara 6 xhur ta’ kura, il-pazjenti li rċevew Selincro reġgħu ntgħażlu b’mod arbitrarju biex jirċievu jew plaċebo jew Selincro fuq perjodu ta’ xahar. L-effikaċja ta’ Selincro kienet ukoll evalwata fi studju magħmul b’mod arbitrarju, double blind, b’grupp parallel u kkontrollat bil-plaċebo li dam sejjer sena. In ġenerali, l-istudji inkludew 1,941 pazjent, li minnhom 1,144 kienu kkurati b’Selincro 18 mg skont kif meħtieġ.

Fil-viżta inizjali, l-istat kliniku tal-pazjenti, is-sitwazzjoni soċjali, u t-tip ta’ konsum tal-alkoħol ġew

evalwati(skont kif irrapportat mill-pazjent). Fil-viżta meta saret l-għażla b’mod arbitrarju, li seħħet ġimgħa sa ġimgħatejn wara, id-DRL reġgħa ġie evalwat u nbdiet il-kura b’Selincro flimkien ma’ intervent soċjopsikoloġiku (BRENDA) li jikkonċentra fuq l-importanza li l-pazjent isegwi sew il-kura u jnaqqas il-konsum tal-alkoħol. Selincro ġie preskritt biex jittieħed meta jkun meħtieġ biss, li rriżulta li l-pazjenti bħala medja naqsu l-ammont ta’ ġranet li fihom ħadu Selincro kważi bin-nofs.

L-effikaċja ta’ Selincro ġiet imkejla bl-użu ta’ żewġ endpoints primarji: il-bidla mil-linja bażi għas- 6 Xahar fin-numru ta’ ġranet ta xorb eċċessiv ta’ kull xahar (HDDs) u l-bidla mil-linja bażi għas- 6 Xahar fil-konsum ta’ alkoħol totali ta’ kuljum (TAC). L-HDD kien definit bħala ġurnata ta’ konsum ta’ ≥60g ta’ alkoħol pur għall-irġiel u ≥40g għan-nisa.

Tnaqqis sinifikanti fin-numru ta’ HDDs u TAC seħħ f’xi pazjenti fil-perijodu bejn il-viżta inizjali (l- ewwel eżaminazzjoni) u l-għażla b’mod arbitrarju minħabba effetti li ma kinux farmakoloġiċi.

Fl-istudji 1 (n=579) u 2 (n=655), 18% u 33% tal-popolazzjoni totali, rispettivament, naqsu b’mod sinifikanti l-konsum tal-alkoħol tagħhom fil-perijodu bejn l-ewwel eżaminazzjoni u l-għażla b’mod arbitrarju. Għal dawk il-pazjenti b’DRL għoli jew għoli ħafna fil-linja bażi, 35% tal-pazjenti kellhom titjib minħabba effetti li ma kinux farmakoloġiċi fil-perijodu bejn l-ewwel viżta (l-ewwel eżaminazzjoni) u l-għażla b’mod arbitrarju. Waqt l-għażla b’mod arbitrarju, dawn il-pażjenti kkonsumaw ammont daqshekk żgħir ta’ alkoħol li ftit kien hemm lok ta’ aktar titjib (floor effect). Għalhekk, il-pazjenti li baqgħu b’DRL għoli jew għoli ħafna waqt l-għażla b’mod arbitrarju ġew definiti post hoc bħala l-popolazzjoni ta’ mira. F’din il-popolazzjoni post hoc, l-effett tal-kura kien akbar mill-popolazzjoni totali.

L-effikaċja klinika u r-relevanza klinika ta’ Selincro kienu analizzati f’pazjenti b’DRL għoli jew għoli ħafna waqt l-ewwel eżaminazzjoni u waqt l-għażla b’mod arbitrarju. Fil-linja bażi, il-pazjenti kellhom, bħala medja, 23 HDDs kull xahar (11% tal-pazjenti kellhom inqas minn 14 HDDs kull xahar) u kkonsumaw 106 g/jum. Il-parti l-kbira tal-pazjenti kellhom dipendenza fuq l-alkoħol baxxa (55% kellhom punteġġ ta’ 0-13) jew intermedja (36% kellhom punteġġ ta’ 14-21) skont l-iSkala ta’ Dipendenza mill-Alkoħol.

Analiżi ta’ effikaċja post hoc f’pazjenti li baqgħu b’DRL għoli jew għoli ħafna waqt l-għażla b’mod arbitrarju

Fl-iStudju 1, in-numru ta’ pazjenti li ħarġu mill-istudju kien ogħla fil-grupp ta’ Selincro milli fil- grupp ta’ plaċebo (50% kontra 32%, rispettivament). Għall-HDDs kien hemm 23 ġurnata/xahar bħala linja bażi fil-grupp ta’ Selincro (n=171) u 23 ġurnata/xahar bħala linja bażi fil-grupp tal-plaċebo (n=167). Għall-pazjenti li baqgħu fl-istudju u pprovdew tagħrif dwar l-effikaċja fis-6 Xahar, in-numru ta’ HDDs kien ta’ 9 ġranet/xahar fil-grupp ta’ Selincro (n=85) u ta’ 14-il ġurnata/xahar fil-grupp tal- plaċebo (n=114). It-TAC kien ta’ 102 g/ġurnata bħala linja bażi fil-grupp ta’ Selincro (n=171) u ta’ 99 g/ġurnata bħala linja bażi fil-grupp tal-plaċebo (n=167). Għall-pazjenti li baqgħu fl-istudju u pprovdew tagħrif dwar l-effikaċja fis-6 Xahar, it-TAC kien ta’ 40 g/ġurnata fil-grupp ta’ Selincro (n=85) u ta’ 57 g/ġurnata fil-grupp tal-plaċebo (n=114).

Fl-iStudju 2, in-numru ta’ pazjenti li ħarġu mill-istudju kien ogħla fil-grupp ta’ Selincro milli fil- grupp tal-plaċebo (30% kontra 28%, rispettivament). Għall-HDDs kien hemm 23 ġurnata/xahar bħala linja bażi fil-grupp ta’ Selincro (n=148) u 22 ġurnata/xahar bħala linja bażi fil-grupp tal-plaċebo (n=155). Għall-pazjenti li baqgħu fl-istudju u pprovdew tagħrif dwar l-effikaċja fis-6 Xahar, in-numru ta’ HDDs kien ta’ 10 ġranet/xahar fil-grupp ta’ Selincro (n=103) u ta’ 12-il ġurnata/xahar fil-grupp tal-plaċebo (n=111). It-TAC kien ta’ 113 g/ġurnata bħala linja bażi fil-grupp ta’ Selincro (n=148) u ta’ 108 g/ġurnata bħala linja bażi fil-grupp tal-plaċebo (n=155). Għall-pazjenti li baqgħu fl-istudju u pprovdew tagħrif dwar l-effikaċja fis-6 Xahar, it-TAC kien ta’ 44 g/ġurnata fil-grupp ta’ Selincro (n=103) u ta’ 52 g/ġurnata fil-grupp tal-plaċebo (n=111).

Analiżi ta’ rispons minn tagħrif miġbur miż-żewġ studji huwa provdut f’Tabella 2.

Tabella 2 Riżultati miġbura minn Analiżi ta’ Rispons f’Pazjenti b’DRL Għoli jew Għoli Ħafna fl-ewwel eżaminazzjoni u waqt l-Għażla b’mod arbitrarju

Risponsa

Plaċebo

Nalmefene

Odds Ratio (95% CI)

p-value

TAC R70b

19.9%

25.4%

1.44 (0.97; 2.13)

0.067

0-4 HDDċ

16.8%

22.3%

1.54 (1.02; 2.35)

0.040

aL-analiżi tittratta pazjenti li ħarġu mill-istudju bħala persuna li ma rrispondietx

b≥70% tnaqqis mil-linja bażi fit-TAC fis-6 Xahar (perijodu ta’ 28-ġurnata)

ċ 0 to 4 HDDs/xahar fis-6 xahar (perijodu ta’ 28-ġurnata)

L-informazzjoni disponibbli għal Selincro fil-perjodu tal-bidu għall-ewwel xahar, huwa limitat.

Studju ta’ sena

Dan l-istudju kien fih total ta’ 665 pazjent, 52% ta’ dawn il-pazjenti kellhom DRL għoli jew għoli ħafna fil-linja bażi: minn dawn 52% (li jirrappreżentaw 27% tal-popolazzjoni totali) baqgħu b’DRL għoli jew għoli ħafna meta ġew għall-għażla b’mod arbitrarju. F’din il-popolazzjoni ta’ mira post-hoc, aktar pazjenti li kienu qed jirċievi nalmefene ħarġu mill-istudju (45%) meta mqabbla ma’ dawk li kienu qed jirċievu l-plaċebo (31%). Għall-HDDs kien hemm 19-il ġurnata/xahar bħala linja bażi fil- grupp ta’ Selincro (n=141) u 19-il ġurnata/xahar bħala linja bażi fil-grupp tal-plaċebo (n=42). Għall- pazjenti li baqgħu fl-istudju u pprovdew tagħrif dwar l-effikaċja wara sena, in-numru ta’ HDDs kien ta’ 5 ġranet/xahar fil-grupp ta’ Selincro (n=73) u ta’ 10 ġranet/xahar fil-grupp tal-plaċebo (n=29). It- TAC kien ta’ 100 g/ġurnata bħala linja bażi fil-grupp ta’ Selincro (n=141) u ta’ 101 g/ġurnata bħala linja bażi fil-grupp tal-plaċebo (n=42). Għall-pazjenti li baqgħu fl-istudju u pprovdew tagħrif dwar l- effikaċja wara sena, it-TAC kien ta’ 24 g/ġurnata fil-grupp ta’ Selincro (n=78) u ta’ 47 g/ġurnata fil- grupp tal-plaċebo (n=29).

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Selincro f'kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fil-kura ta’ dipendenza tal-alkoħol (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni fuq l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Nalmefene huwa assorbit malajr wara l-għoti orali ta’ pillola waħda ta’ 18.06 mg, bil-konċentrazzjoni massima (Cmax) ta’ 16.5 ng/ml wara madwar 1.5 sigħat u l-espożizzjoni (AUC) ta’ 131 ng*h/ml. Il-biodisponibiltà orali assoluta ta’ nalmefene hija 41%. Amministrazzjoni ta’ ikel li għandu ammont għoli ta’ xaħam iżid l-espożizzjoni totali (AUC) bi 30% u l-konċentrazzjoni massima (Cmax) b’50%; il- ħin biex tintlaħaq il-konċentrazzjoni massima (tmax) jiżdied bi 30 min (tmax hija 1.5 sigħat). Din il-bidla hija meqjusa li mhux probabbli li tkunbħala klinikament relevanti.

Distribuzzjoni

Il-medja tal-frazzjoni ta’ nalmafene magħqud mal-proteini fil-plażma hija madwar 30%. Il-volum ta’ distribuzzjoni (Vd/F) huwa stmat li hu madwar 3200 l.

Dejta tal-okkupanza miksuba b’studju PET wara għoti ta’ doża waħda u dożaġġ ripetut kuljum bi 18.06 mg nalmefene turi 94% sa 100% okkupanza fir-riċettur fi żmien 3 sigħat wara d-dożaġġ, li jissuġġerixxi li nalmefene jaqsam malajr il-barriera tad-demm fil-moħħ.

Bijotrasformazzjoni

Wara l-għoti orali, nalmefene jgħaddi minn metaboliżmu estensiv u rapidu għall-metabolit prinċipali nalmefene 3-O-glucuronide, liema konverżjoni sseħħ bl-attivita prinċipali tal-enzima UGT2B7, u l- enżimi UGT1A3 u UGT1A8 bħala kontributuri minuri. Proporzjon żgħir ta’ nalmefene huwa konvertit għal nalmefene 3-O-sulphate b’sulfazzjoni u għal nornalmefene permezz ta’ CYP3A4/5.

Nornalmefene huwa konvertit ukoll għal nornalmefene 3-O-glucuronide u nornalmefene 3-O-sulphate. Il-metaboliti mhumiex ikkunsidrati li jikkontribwixxu b’effett farmakoloġiku sinifikanti fuq ir- riċetturi opjojdi fil-bnedmin, ħlief għal nalmefene 3-O-sulphate li għandha potenza komparabbli ma’ dik ta’ nalmefene. Madankollu, nalmefene 3-O-sulphate huwa preżenti f’konċentrazzjonijiet anqas minn 10% ta’ dak ta’ nalmefene u għalhekk meqjus improbabbli ħafna li jkun kontributur ewlieni għall-effett farmakoloġiku ta’ nalmefene.

Eliminazzjoni

Metaboliżmu permezz ta’ konjugazzjoni mal-glucuronide huwa l-mekkaniżmu ewlieni ta’ eliminazzjoni għal nalmefene, u l-eliminazzjoni mill-kliewi hija r-rotta ewlenija ta’ tneħħija ta’ nalmefene u l-metaboliti tiegħu. 54% tad-doża totali titneħħa fl-awrina bħala nalmefene 3-O- glucuronide, filwaqt li nalmefene u l-metaboliti l-oħra tiegħu huma preżenti fl-awrina f’ammonti ta’ anqas minn 3% kull wieħed.

It-tneħħija orali ta’ nalmefene (CL/F) kienet stmata bħala 169 l/siegħa u l-half-life terminali kienet stmata bħala 12.5 sigħat.

Minn dejta tad-distribuzzjoni, metaboliżmu u eliminazzjoni, jidher li nalmefene għandu proporzjon għoli ta’ estrazzjoni epatika.

Linearità/nuqqas ta’ linearità

Nalmefene juri profil farmakokinetiku lineari indipendenti mid-doża fil-medda tad-doża bejn

18.06 mg sa 72.24 mg, b’żieda ta’ 4.4 darbiet fis-Cmax u żieda ta’ 4.3 darbiet fl-AUC0-tau (fi jew qrib stat fiss).

Nalmefene ma juri ebda differenzi farmakokinetiċi sostanzjali bejn is-sessi, bejn żgħażagħ u anzjani, jew bejn il-gruppi etniċi.

Madankollu, id-daqs tal-ġisem jidher li jaffettwa xi ftit l-eliminazzjoni ta’ nalmefene (l-eliminazzjoni tiżdied ma’ żieda fid-daqs tal-ġisem), iżda dan mhuwiex ikkunsidrat li għandu relevanza klinika.

Indeboliment renali

L-għoti ta’ doża orali waħda ta’ nalmefene 18.06 mg lil pazjenti b’indeboliment renali ħafif, moderat jew sever, ikklassifikat permezz ta’ rata ta’ filtrazzjoni glomerulari stmata, irriżulta f’espożizzjoni miżjuda għal nalmefene meta mqabbel ma’ dik f’individwi b’saħħithom. Għal pazjenti b’indeboliment renali ħafif, moderat jew sever, l-AUC għal nalmefene kienet 1.1 drabi, 1.4 drabi u 2.4 drabi ogħla rispettivament. Barra minn hekk, is- Cmax u l-half-life ta’ eliminazzjoni għal nalmefene kienu sa

1.6 drabi ogħla f’pazjenti b’indeboliment renali sever. Ma deher ebda tibdil klinikament sinifikanti f’tmax għal kwalunkwe wieħed mill-gruppi. Għall-metabolit maġġuri inattiv nalmefene 3-O- glucuronide, l-AUC u s-Cmax kienu sa 5.1 drabi u 1.8 drabi ogħla f’pazjenti b’indeboliment renali sever, rispettivament (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Indeboliment tal-fwied

Meta mqabbel ma’ individwi b’saħħithom, l-amministrazzjoni ta’ doża waħda ta’ nalmefene 18.06 mg lill-pazjenti b’indeboliment epatiku ħafif jew moderat żiedet l-espożizzjoni. F’pazjenti b’indeboliment epatiku ħafif, l-espożizzjoni żdiedet b’1.5 darba aktar u t-tneħħija orali naqset b’madwar 35%.

F’pazjenti b’indeboliment tal-fwied moderat, l-espożizzjoni żdiedet b’2.9 darba aktar għal AUC u 1.7 darbiet għal Cmax, filwaqt li tneħħija orali naqset b'madwar 60%. L-ebda tibdil klinikament relevanti ma dehru fit-tmax jew half-life tal-eliminazzjoni għal kwalunkwe wieħed mill-gruppi.

M’hemmx dejta farmakokinetika disponibbli wara l-għoti orali ta’ nalmefene lill-pazjenti b’indeboliment epatiku sever (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Anzjani

Ma sar ebda studju speċifiku b’ dożaġġ orali f’pazjenti ≥65 sena. Studju b’amministrazzjoni IV ssuġġerixxa li ma kienx hemm tibdil relevanti fil-farmakokinetika fl-anzjani meta mqabbel ma’ adulti li mhumiex anzjani (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4).

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Intwera li nalmefene għandu potenzjal ta’ sensitizzazzjoni tal-ġilda fil-Local Lymph Node Assay fil- ġrieden wara l-applikazzjoni topikali.

Studji fl-annimali ma jindikawx effetti ħżiena diretti fuq il-fertilità, it-tqala, żvilupp embrijoniku/fetali, ħlas jew żvilupp wara t-twelid.

F’studju ta’ tossiċità fl-iżvilupp tal-embriju/tal-fetu fil-fniek, dehru effetti fuq il-feti fir-rigward ta’ tnaqqis fil-piż tal-fetu u dewmien fl-ossifikazzjoni, iżda ma dehru ebda anormalitajiet maġġuri. L- AUC fil-livell fejn mhu osservat ebda effett avvers (NOAEL) għal dawn l-effetti kien inqas mill- espożizzjoni umana fid-doża klinika rrakkomandata.

F’studji ta’ tossiċità li saru kemm qabel u kemm wara t-twelid fil-firien, ġie osservat li kien hemm żieda fl-imwiet tal-frieħ mat-twelid u tnaqqis fil-vijabilità tal-frieħ wara t-twelid. Dan l-effett huwa kkunsidrat bħala effett indirett relatat mat-tossiċità materna.

Studji fil-firien urew eliminazzjoni ta’ nalmefene jew il-metaboliti tiegħu fil-ħalib.

L-informazzjoni mhux klinika ma turi l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, tossiċità minħabba doża ripetuta, ġenotossiċità, u potenzjal karċinoġeniku.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Il-Qalba tal-pillola

Microcrystalline cellulose

Lactose, anidrat

Crospovidone, tat-tip A

Magnesium stearate

Il-Kisja tal-pillola

Hypromellose

Macrogol 400

Titanium dioxide (E171)

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandu bżonn ta’ ebda kondizzjonijiet speċjali ta’ ħażna.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folji ċari tal-aluminju-PVC/PVdC f’kaxxi tal-kartun

Daqsijiet ta’ pakketti ta’ 7, 14, 28, 42, 49, u 98 pillola miksijin b’rita

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

H. Lundbeck A/S

Ottiliavej 9

DK-2500 Valby

Id-Danimarka

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/12/815/001 7 pilloli

EU/1/12/815/002 14-il pillola

EU/1/12/815/003 28 pillola

EU/1/12/815/004 42 pillola

EU/1/12/815/005 98 pillola

EU/1/12/815/006 49 pillola

EU/1/12/815/007 14-il pillola, portafoll

EU/1/12/815/008 28 pillola, portafoll

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 25 frar 2013

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati