Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Sildenafil Actavis (sildenafil) - G04BE03

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaSildenafil Actavis
Kodiċi ATCG04BE03
Sustanzasildenafil
ManifatturActavis Group PTC ehf

Sildenafil Actavis

sildenafil

Dan id-dokument huwa sommarju tar-rapport pubbliku Ewropew ta’ valutazzjoni (EPAR) għal Sildenafil

Actavis. Dan jispjega kif il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ivvaluta l- mediċina sabiex wasal għall-opinjoni favorevoli tiegħu li tingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-kondizzjonijiet ta' użu għal Sildenafil Actavis.

X’inhu Sildenafil Actavis?

Sildenafil Actavis huwa mediċina li fiha s-sustanza attiva sildenafil. Jiġi f’għamla ta’ pilloli (25, 50 u 100 mg).

Sildenafil Actavis huwa ‘mediċina ġenerika’. Dan ifisser li Sildenafil Actavis huwa simili għall-‘mediċina ta’ referenza’ diġà awtorizzata fl-Unjoni Ewropea (UE) bl-isem Viagra. Għal aktar tagħrif dwar il- mediċini ġeneriċi, ara d-dokument mistoqsijiet-u-tweġibiet hawnhekk.

Għal xiex jintuża Sildenafil Actavis?

Sildenafil Actavis jintuża fit-trattament ta’ rġiel adulti bi problemi waqt erezzjoni (xi drabi tissejjaħ impotenza), meta ma jkunx jista’ jkollhom jew ma jkunux jistgħu jżommu l-pene iebes (erezzjoni) biżżejjed għal attività sesswali sodisfaċenti. Biex Sildenafil Actavis ikun effettiv irid ikun hemm stimulazzjoni sesswali.

Il-mediċina tista’ tinkiseb biss b’riċetta tat-tabib.

Kif jintuża Sildenafil Actavis?

Id-doża rakkomandata ta’ Sildenafil Actavis hija ta’ 50 mg li tittieħed madwar siegħa qabel l-attività sesswali. Jekk Sildenafil Actavis jittieħed mal-ikel, l-effetti tiegħu jistgħu jdumu iktar ma jiġu milli kieku Sildenafil Actavis jittieħed waħdu. Id-doża tista’ tiżdied għal massimu ta’ 100 mg jew titnaqqas

għal 25 mg skont l-effikaċja u l-effetti sekondarji. Il-pazjenti bi problemi fil-fwied jew problemi severi fil-kliewi għandhom jibdew it-trattament bid-doża ta’ 25 mg. Il-doża massima rakkomandata hi ta’ pillola waħda kuljum.

Kif jaħdem Sildenafil Actavis?

Is-sustanza attiva f’Sildenafil Actavis, is-sildenafil, tifforma parti minn grupp ta’ mediċini magħruf bħala inibituri tal-fosfodjesterażi tat-tip 5 (PDE5) (phosphodiesterase type 5 [PDE5] inhibitors). Taħdem billi timblokka l-enzima fosfodjesterażi, li normalment tkisser sustanza magħrufa bħala monofosfat gwanożina ċikliku (cGMP). Waqt stimulazzjoni sesswali normali, fil-pene tiġi prodotta s-cGMP. Din tikkawża r-rilassament tal-muskolu fit-tessut li qisu sponża tal-pene (il-corpora cavernosa). Dan jippermetti lid-demm jimxi fil-corpora, u b’hekk tiġi prodotta erezzjoni. Billi jiġi mblukkat it-tkissir tas- cGMP, Sildenafil Actavis ireġġa' l-funzjoni erettili għan-normal. Xorta jibqa’ l-bżonn ta’ stimulazzjoni sesswali biex isseħħ l-erezzjoni.

Kif ġie studjat Sildenafil Actavis?

Billi Sildenafil Actavis huwa mediċina ġenerika, l-istudji fuq in-nies ġew limitati għal testijiet biex jiddeterminaw il-bijoekwivalenza tiegħu mal-mediċina ta’ referenza, Viagra. Żewġ mediċini jkunu bijoekwivalenti meta jipproduċu l-istess livelli tas-sustanza attiva fil-ġisem.

X’inhuma l-benefiċċji u r-riskji ta’ Sildenafil Actavis?

Peress li Sildenafil Actavis huwa mediċina ġenerika u huwa bijoekwivalenti għall-mediċina ta’ referenza, jitqies li l-benefiċċji u r-riskji tiegħu huma l-istess bħal dawk tal-mediċina ta’ referenza.

Għaliex ġie approvat Sildenafil Actavis?

Is-CHMP kkonkluda li, b’mod konformi mar-rekwiżiti tal-UE, intwera li Sildenafil Actavis għandu kwalità komparabbli u li huwa bijoekwivalenti għal Viagra. Għaldaqstant, il-fehma tas-CHMP kienet li, bħal fil-Viagra, il-benefiċċji jegħlbu r-riskji identifikati. Il-Kumitat irrakkomanda li Sildenafil Actavis jingħata awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.

Aktar tagħrif dwar Sildenafil Actavis

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal

Sildenafil Actavis fl-1-10 ta’ Diċembru 2009.

L-EPAR sħiħ għal Sildenafil Actavis jinstab fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni rigward il- kura b’Sildenafil Actavis , aqra l-fuljett ta’ tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

L-EPAR sħiħ għall-mediċina ta’ referenza jista’ jinstab ukoll fuq is-sit tal-internet tal-Aġenzija.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’08-2014.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati