Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Sildenafil Actavis (sildenafil) – Fuljett ta’ tagħrif - G04BE03

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaSildenafil Actavis
Kodiċi ATCG04BE03
Sustanzasildenafil
ManifatturActavis Group PTC ehf

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Sildenafil Actavis pilloli miksija b’rita tal-25mg, 50mg u 100mg

Sildenafil Actavis 25 mg pilloli miksija b'rita Sildenafil Actavis 50 mg pilloli miksija b’rita Sildenafil Actavis 100 mg pilloli miksija b’rita sildenafil

Aqra dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina għaliex fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. Tagħtihiex lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara,

anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

X’ hemm f’dan il-fuljett

1.X’inhu Sildenafil Actavis u għalxiex jintuża

2.X’ għandek tkun taf qabel ma tieħu Sildenafil Actavis

3.Kif għandek tieħu Sildenafil Actavis

4.X’effetti oħra jista’ jkollu

5.Kif taħżen Sildenafil Actavis

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.Xinhu Sildenafil Actavis u għalxiex jintuża

Sildenafil Actavis fiha is-sustanza attiva sildenafil li tagħmel ma’ grupp ta’ mediċinali msejjħa inibituri tal-fosfodiesterażi tip 5(PDE5). Hija taħdem billi tgħin tirrilassa l-blood vessels li jġorru d- demm għal pene u tippermetti d-demm biex jidħol fil-pene meta tkun eċitat sesswalment. Sildenafil Actavis tgħinek biss biex tikseb erezzjoni jekk inti tiġi stimulat sesswalment.

Sildenafil Actavis hija kura għal rġiel adulti bi problema ta’ erezzjoni tal-pene, kultant magħrufa bħala impotenza. Dan jiġri meta raġel ma jkunx jista’ jikseb, jew iżomm, pene erett u iebes li jkun adattat għal attività sesswali.

2. X’ għandek tkun taf qabel ma tieħu Sildenafil Actavis

Tiħux Sildenafil Actavis

Jekk inti allerġiku għal sildenafil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Jekk inti qed tieħu mediċini li huma msejħa nitrati, minħabba li flimkien jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm li jista’ jkun ta’ ħsara. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li jingħataw spiss biex itaffu l-anġina (jew uġiegħ tas- sider). Jekk inti m’intix ċert, staqsi lill-ispiżjar jew lit-tabib tiegħek.

Jekk inti qed tieħu mediċini li huma magħrufin li jiġġeneraw ossidu nitriku bħal amyl nitrite (“poppers”), dawn ukoll jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm.

Jekk inti qed tieħu riociguat. Din il-mediċina hija użata biex tikkura pressjoni għolja arterjali pulmonari (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u pressjoni għolja pulmonari tromboemboliku kroniku (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid- demm). Inibituri PDE5, bħal Sildenafil Actavis ġew murija li jżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il- mediċina. Jekk qed tieħu riociguat jew m'intiex żgur għid lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek problema serja tal-fwied jew tal-qalb.

Jekk inti dan l-aħħar kellek puplesija jew attakk tal-qalb, jew jekk inti għandek pressjoni baxxa.

Jekk għandek ċertu mard rari mirut tal-għajnejn (bħal retinitis pigmentosa).

Jekk qatt tlift il-vista minħabba newropatija anterjuri iskemika, mhux arteritika tal-għajn (NAION)

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Sildenafil Actavis

-Jekk inti għandek anemija tas-sickle cell (abnormalità taċ-ċelloli ħomor tad-demm), lewkemija (kanċer taċ-celloli tad-demm), mijeloma multipla (kanċer tal-mudullun)

-Jekk inti għandek deformità tal-pene tiegħek, jew il-marda msejħa ta’ Peyronie.

-Jekk inti għandek problemi b’qalbek. It-tabib tiegħek għandu jiċċekja bir-reqqa jekk qalbek tkunx tiflaħ għall-isforz żejjed li jkollok waqt l-att sesswali.

-Jekk fil-preżent inti għandek ulċera fl-istonku, jew problema ta’ fsada (bħal ħemofilja).

-Jekk għall-għarrieda jkollok tnaqqis fil-vista jew titlef il-vista, tiħux iktar Sildenafil Actavis u kellem lit-tabib tiegħek mill-ewwel

Inti m’għandekx tuża Sildenafil Actavis ma’ xi kura oħra, kemm mill-ħalq u kemm lokalizzata, għal problema tal-erezzjoni tal-pene.

M’għandekx tuża Sildenafil Actavis ma’ kuri għal pressjoni għolja arterjali pulmonary (PAH) li jkollhom sildenafil jew xi inhibituri oħra ta’ PDE5.

M’għandekx tieħu Sildenafil Actavis jekk m’għandekx disfunzjoni erettili.

M’għandekx tieħu Sildenafil Actavis jekk inti mara.

Konsiderazzjonijiet speċjali għal pazjenti bi problemi tal-kliewi jew tal-fwied

Inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti għandek problemi tal-kliewi jew tal-fwied. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jnaqqaslek id-doża.

Tfal u adoloxxenti

Sildenafil Actavis m’għandhiex tingħata lil individwi taħt l-età ta’ 18-il sena.

Mediċini oħra u Sildenafil Actavis

Għid lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Il-pilloli Sildenafil Actavis għandhom mnejn jaffettwaw xi mediċini oħra, speċjalment dawk użati għal kura tal-uġigħ tas-sider. F’każ ta’ emerġenza medika, inti għandek tgħid lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek li inti ħadt Sildenafil Actavis u meta. Tiħux Sildenafil Actavis ma’ mediċini oħra sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx li inti tista’ tagħmel dan.

Ma għandekx tieħu Sildenafil Actavis jekk qed tieħu mediċini msejjħa nitrati, minħabba li flimkien dawn il-mediċini jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm li jista’ jkun ta’ ħsara. Dejjem għandek tgħid lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jekk qed tieħu minn dawn l-mediċini li jintużaw sikwit għal kura ta’ anġina pectoris (jew ugiegħ tas-sider).

Ma għandekx tieħu Sildenafil Actavis jekk qed tieħu mediċini li huma magħrufa bħala donaturi ta’ ossidu nitriku bħal amyl nitrite (“poppers”), dawn ukoll jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluz fil- pressjoni tad-demm.

Għid lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek jekk diġa qed tieħu riociguat.

Jekk inti qed tieħu mediċini magħrufin bħala inibituri ta’ protease, bħal dawk għall-kura tal-HIV, it- tabib tiegħek jista’ jibda jtik l-anqas doża (25 mg) ta’ Sildenafil Actavis.

Pazjenti fuq kura ta’ alpha blockers għal pressjoni għolja jew nefħa tal-prostata jistgħu iħossu sturdament qawwi jew sturdament ħafif li jista jkunu kkawżat minn pressjoni baxxa posturali jiġifieri l-pressjoni titbaxxa meta toqgħod bil-qiegħda jew meta tqum bil-wieqfa bil-għaġġla. Xi pazjenti esperjenzaw dawn is-sintomi meta ħadu sildenafil flimkien mal-alpha- blockers. Dan x'aktarx iseħħ fi żmien 4 sigħat wara li jittieħed Sildenafil Actavis. Sabiex titnaqqas iċ-ċans li jistgħu jseħħu dawn is- sintomi, għandek tkun qiegħed fuq doża regolari ta' kuljum tal-alpha-blocker tiegħek qabel ma tibda Sildenafil Actavis. It-tabib tiegħek jista' jibdik fuq doża baxxa (25 mg) ta' Sildenafil Actavis.

Sildenafil Actavis mal-ikel, x-xorb u alkoħol

Sildenafil Actavis tista' tittieħed ma’ jew mingħajr l-ikel. Jista’ jkun li ddum ftit iktar biex tagħmel effett, jekk tittieħed ma’ ikla sostanzjali.

Ix-xorb alkoħoliku jista’ temporanjament ifixkel l-abilità tiegħek li jkollok erezzjoni. Biex tieħu l- aħjar benefiċċju mill-mediċina tiegħek, huwa rrakkomandat li inti ma tixrobx ammont kbir ta’ alkoħol qabel ma tieħu Sildenafil Actavis.

Tqala, treddigħ u fertilità

Sildenafil Actavis mhux indikat biex jintuża min-nisa

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Sildenafil Actavis tista’ tikkawża sturdament u taffettwa l-vista. Qabel ma ssuq jew tuża makkinarju, għandek tkun taf sew l-effett li għandha fuqek Sildenafil Actavis.

Sildenafil Actavis fih lactose

Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, bħal lattożju, għandek tavża lit-tabib tiegħek qabel tieħu Sildenafil Actavis.

3.Kif għandek tieħu Sildenafil Actavis

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina eżattament skond il-parir tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Id-doża rrakkomandata hija 50 mg.

M’għandekx tieħu Sildenafil Actavis iżjed minn darba kuljum.

Inti għandek tieħu Sildenafil Actavis madwar siegħa qabel attivita sesswali. Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ tazza ilma.

Jekk inti tħoss li l-effett ta’ Sildenafil Actavis huwa wisq qawwi jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Sildenafil Actavis tgħinek biss biex ikollok erezzjoni jekk inti tkun stimulat sesswalment. Il-ħin li tieħu Sildenafil Actavis biex taħdem ivarja minn persuna għal oħra, iżda normalment tieħu bejn nofs

siegħa u siegħa. Inti tista’ ssib li Sildenafil Actavis ddum iżjed biex taħdem jekk inti teħodha ma’ ikla kbira.

Jekk Sildenafil Actavis ma tgħinekx biex ikollok erezzjoni, jew jekk l-erezzjoni ma ddumx biżżejjed biex inti jkollok rapport sesswali sħiħ, inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek.

Jekk tieħu Sildenafil Actavis aktar milli suppost:

Tista tesperjenza żieda tal-effetti sekondarji u s-severità tagħhom. Dożi ta’ aktar minn 100 mg ma jżidux l-effiċjenza.

M’għandekx tieħu aktar pilloli milli suppost.

Jekk tieħu aktar pilloli milli suppost, ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ jkollha effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd. L-effetti sekondarji rrappurtati li huma assoċjati mal-użu ta’ sildenafil huma ġeneralment ħfief għal moderati u għal żmien qasir.

Jekk ikollok kwalunkwe minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin, għandek tieqaf tieħu Sildenafil Actavisu tfittex għajnuna medika immedjatament:

Reazzjoni allerġika – din iseħħ b’mod mhux komuni (tista’ taffettwa sa persuna minn kull 100 persuna))

Is-sintomi jinkludu tħarħir fin-nifs f’daqqa, diffikultà biex tieħu n-nifs u sturdament, nefħa fil-kappell tal-għajn, fil-wiċċ, fix-xofftejn jew fil-griżmejn.

Uġigħ fis-sider – dan iseħħ b’mod mhux komuni Jekk dan iseħħ matul jew wara l-att sesswali:

Oqgħod f’pożizzjoni kważi bilqiegħda u pprova rrilassa.

Tużax nitrates biex tikkura l-uġigħ fis-sider.

Erezzjonijiet prolongati u xi kultant bl-uġigħ – dawn iseħħu b’mod rari (jistgħu jaffettwaw sa

persuna minn kull 1,000 persuna)

Jekk għandek erezzjoni li ddum iktar minn 4 sigħat, għandek tikkuntattja immedjatament lit- tabib tiegħek.

Tnaqqis jew telf fil-vista f’daqqa – din iseħħ b’mod rari

Reazzjonijiet serji tal-ġilda – dawn jseħħu b’mod rari

Is-sintomi jistgħu jinkludu tqaxxir sever u nefħa tal-ġilda, infafet fil-ħalq, fil-partijiet ġenitali u madwar l-għajnejn, deni.

Puplesiji jew aċċessjonijiet –dawn iseħħu b’mod rari

Effetti sekondarji oħrajn:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna minn kull 10): uġigħ ta’ ras.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 10): dardir, ħmura fil-wiċċ, fwawar tas-sħana (sintomi jinkludu sensazzjoni f'daqqa ta’ sħana fin-naħa ta’ fuq tal-ġisem tiegħek), indiġestjoni, vista mżewqa (b’xi kulur), vista mċajpra, disturbi fil-vista, imnifsejn miżduda u sturdament.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 100): rimettar, raxx, irritazzjoni fl- għajnejn/għajnejn ħomor, uġigħ fl-għajn, tara leħħiet ta’ dawl bħal berqa, luminożità viżwali, sensittività għad-dawl, għajnejn idemmgħu, taħbit qawwi tal-qalb, taħbit tal-qalb mgħaġġel, pressjoni għolja, pressjoni baxxa, uġigħ fil-muskoli, tħossok bin-ngħas, tnaqqis fis-sens tal-mess, vertigo, tisfir fil-widnejn, ħalq xott, imnifsejn imblukkati jew mimlijin, infjammazzjoni tar-rita tal-imnieħer (sintomi jinkludu tnixxija, għatis u imnieħer miżdud), uġigħ addominali fil-parti ta’ fuq, mard tar-rifluss gastroesofaġeali (sintomi jinkludu ħruq ta’ stonku), demm fl-awrina, uġigħ fid-dirgħajn u r-riġlejn, fsada fl-imnieħer, sensazzjoni ta’ sħana u għejja.

Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 1,000): ħass ħażin, puplesija, attakk tal-qalb, taħbit irregolari tal-qalb, tnaqqis temporanju fil-fluss tad-demm għall-partijiet tal-moħħ, sensazzjoni ta’ issikkar tal-gerżuma, ħalq inemnem, emoraġija fuq wara tal-għajn, vista doppja, preċiżjoni mnaqqsa tal-vista, sensazzjoni mhux normali fil-għajn, nefħa tal-għajn jew tal-kappell tal-għajn, partiċelli żagħar jew tikek fil-vista tiegħek, jaraw ċrieki madwar id-dwal, dilazzjoni tal-ħabba tal-għajn, tibdil fil-kulur tal-abjad tal-għajn, fsada tal-pene, demm fis-semen, imnieħer xott, nefħa fin-naħa ta’ ġewwa tal-imnieħer, tħossok irritabbli u tnaqqis jew telf f’daqqa tas-smigħ.

Minn esperjenza ta’ wara li il-prodott jitqiegħed fuq is-suq, ġew irrappurtati b’mod rari każijiet ta’ anġina instabbli (kundizzjoni tal-qalb) u mewt għal għarrieda. Ta’ min jinnota li il-biċċa l-kbira tal- irġiel, iżda mhux kollha, li kellhom dawn l-effetti sekondarji kellhom problemi tal-qalb qabel ma ħadu din il-mediċina. Mhux possibbli li wieħed jistabbilixxi jekk dawn il-każijiet kinux relatati direttament ma’ sildenafil.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Sildenafil Actavis

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-pakkett. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata tax-xahar.

Aħżen f’temperatura taħt 30°C.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri huma importanti għall-ħarsien tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fiha Sildenafil Actavis

-Is-sustanza attiva hija sildenafil. Kull pillola fiha 25 mg, 50mg jew 100mg ta' sildenafil (bħala ċitrat).

-Is-sustanza attiva hija sildenafil. Kull pillola fiha 25 mg ta' sildenafil (bħala ċitrat).

-Is-sustanza attiva hija sildenafil. Kull pillola fiha 50 mg ta' sildenafil (bħala ċitrat).

-Is-sustanza attiva hija sildenafil. Kull pillola fiha 100 mg ta' sildenafil (bħala ċitrat).

-L-ingredjenti l-oħra huma: lactose monohydrate, microcrystalline cellulose, povidone K29-32, croscarmellose sodium, magnesium stearate, hypromellose, titanium dioxide (E171), macrogol 6000, indigo carmine aluminium lake (E132).

Id-dehra tal-prodott u d-daqs tal-pakkett

Pillola miksija b’rita.

Il-pilloli miksija b'rita Sildenafil Actavis 25 mg huma blu, eliitiċi, bikonvessi, 10.0 x 5.0 mm u mmarkati "SL25" fuq naħa minnhom.

Il-pilloli miksija b’rita Sildenafil Actavis 50 mg huma blu, ellitiċi, bikonvessi, 13.0 x 6.5 mm u mmarkati “SL50” fuq naħa minnhom.

Il-pilloli miksija b’rita Sildenafil Actavis 100 mg huma blu, ellitiċi, bikonvessi, 17.0 x 8.5 mm u mmarkati “SL100” fuq naħa minnhom.

Il-pilloli jiġu f'folji li fihom 1, 2, 4, 8, 12 jew 24 pillola.

Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet kollha jkun għal skop kummerċjali fil-pajjiż tiegħek.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni Għat-Tqegħid fis-suq u l-Manifattur

Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Actavis Group PTC ehf.

Reykjavíkurvegi 76-78

IS-220 Hafnarfjörður

L-Iżlanda

Il-manifattur

Actavis Ltd.

BLB 016 Bulebel Industrial Estate Żejtun ZTN 3000

Malta

Actavis ehf.

Reykjavíkurvegi 78

IS-220 Hafnarfjörður

L-Iżlanda

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok għamel kuntatt mar-rappreżentant lokali tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Aurobino Pharma B.V.

UAB “Actavis Baltics”

Nederland/ Pays-Bas/ Niederlande

Tel: +370 5 260 9615

Tél/Tel: +31 (0)35 542 99 33 3 451 26 88

 

България

Luxembourg/Luxemburg

Актавис ЕАД

Aurobindo Pharma B.V.

Teл.: + 359 2 9321 861

Pays-Bas / Niederlande

 

Tél/Tel: +31 (0)35 542 99 33 3 451 26 88

Česká republika

Magyarország

Actavis CZ a.s.

Actavis Hungary Kft

Tel: +420251113 002

Tel.: +36 1 501 7001

Danmark

Malta

Actavis A/S

Actavis Ltd.

Tlf: +45 72 22 30 00

Tel: + 35621693533

Deutschland

Nederland

PUREN Pharma GmbH & Co.KG

Aurobindo Pharma B.V.

Tel: +49-89-558-9090

Tel: +31 (0)35 542 99 33

Eesti

Norge

UAB “Actavis Baltics” Eesti Filiaal

Actavis Norway AS

Tel: +372 6100 565

Tlf: +47 815 22 099

Ελλάδα

Österreich

Specifar ABEE

Actavis GmbH

Τηλ: +30 210 5401500

Tel: + 43 (0)662 435 235 00

España

Polska

Aurovitas Spain, S.A.U.

Actavis Export Int. Ltd., Malta.

Tfno.: +34 91 630 86 45

Kontakt w Polsce:

 

Tel: (+48 22) 512 29 00.

France

Portugal

Arrow Génériques

Aurovitas, Unipessoal, Lda

Tél: + 33 4 72 72 60 72

Tel: + 351 214 185 104

Hrvatska

România

PharmaVigil d.o.o.

Actavis SRL

Tel: +385(1)3890676

Tel: + 40 21 318 17 77

Ireland

Slovenija

Actavis Ireland Limited

Apta Medica Internacional d.o.o.

Tel: + 353 (0)21 4619040

Tel: +386 51 615 015

Ísland

Slovenská republika

Actavis Group PTC ehf

Actavis s.r.o.

Sími: + 354-550 3300

Tel: +421 2 3255 3800

Italia

Suomi/Finland

Aurobindo Pharma (Italia) s.r.l.

Actavis Oy

Tel: +39 0296392601

Puh/Tel: +358 (0)9 348 233

Κύπρος

Sverige

A. Potamitis Medicare Ltd

Actavis AB

Τηλ: +35722583333

Tel: + 46 8 13 63 70

Latvija

United Kingdom

UAB “Actavis Baltics” Latvijas filiāle

Actavis UK Limited

Tel: +371 67304300

Tel: + 441271385257

Dan il-fuljett ġie rivedut fi {XX/SSSS}.

 

Sorsi oħra ta‘ informazzjoni

 

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website tal-Aġenzija Ewropea dwar il- mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati