Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Sildenafil Teva (sildenafil) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - G04BE03

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaSildenafil Teva
Kodiċi ATCG04BE03
Sustanzasildenafil
ManifatturTeva B.V.  

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Sildenafil Teva 25 mg pilloli miksija b’rita

Sildenafil Teva 50 mg pilloli miksija b’rita

Sildenafil Teva 100 mg pilloli miksija b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Sildenafil Teva 25 mg pilloli miksija b’rita

Kull pillola fiha sildenafil citrate ekwivalenti għal 25 mg ta’ sildenafil.

Sildenafil Teva 50 mg pilloli miksija b’rita

Kull pillola fiha sildenafil citrate ekwivalenti għal 50 mg ta’ sildenafil.

Sildenafil Teva 100 mg pilloli miksija b’rita

Kull pillola fiha sildenafil citrate ekwivalenti għal 100 mg ta’ sildenafil.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita.

Sildenafil Teva 25 mg pilloli miksija b’rita

Pilloli bojod miksija b’rita, f’għamla ovali li fuqhom hemm intaljat ‘S 25’ fuq naħa waħda, u mingħajr disinn fuq in-naħa l-oħra.

Sildenafil Teva 50 mg pilloli miksija b’rita

Pilloli bojod miksija b’rita, f’għamla ovali li fuqhom hemm intaljat ‘S 50’ fuq naħa waħda, u mingħajr disinn fuq in-naħa l-oħra.

Sildenafil Teva 100 mg pilloli miksija b’rita

Pilloli bojod miksija b’rita, f’għamla ovali li fuqhom hemm intaljat ‘S 100’ fuq naħa waħda, u mingħajr disinn fuq in-naħa l-oħra.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Sildenafil Teva hu indikat f’irġiel adulti bi problema ta impotenza fl-irġiel, minħabba li ma jkunx jista’ jilħaq jew iżomm twebbis għal tul ta’ żmien biex l-att sesswali iseħħ b’mod sodisfaċenti.

Biex Sildenafil Teva ikun effettiv, ikun hemm bżonn ta’ stimulazzjoni sesswali.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Użu fl-adulti

Id-doża rrakkomandata hija 50 mg meħuda kif meħtieġ madwar siegħa qabel l-attività sesswali. Bażata fuq effiċjenza u tollerabilità, id-doża tista tiżdied għal 100 mg jew titnaqqas għal 25 mg. Id-doża massima rrakkomandata hija 100 mg. Il-frekwenza tad-dożagg massimu rakkomandat huwa ta’ darba kuljum. Jekk Sildenafil Teva jittieħed mal-ikel, jista’ jkun li l-effett tagħha jdum aktar ma jinħass milli kieku jittieħed fuq stonku vojt (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

Aġġustamenti fid-doża mhumiex meħtieġa għal pazjenti anzjani (ta’ ≥ 65 sena).

Indeboliment tal-kliewi

Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ dożaggi mfissra f’ “Użu fl-adulti” japplikaw għal pazjenti b’indeboliment ħafif għal moderat tal-kliewi (tneħħija ta’ kreatinina = 30-80 mL/min).

Peress li t-tneħħija ta’ sildenafil titnaqqas f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi (tneħħija ta’ kreatinina <30 mL/min) doża ta’ 25 mg għandha tiġi kkunsidrata. Skont l-effikaċja u tollerabilità, id- doża tista’ tiżdied f’inkrementi għal 50 mg sa 100 mg skont il-ħtieġa.

Indeboliment tal-fwied

Peress li t-tneħħija ta’ sildenafil titnaqqas f’pazjenti b’indeboliment tal-fwied (eż. ċirrosi) doża ta’ 25 mg għandha tiġi kkonsidrata. Skont l-effikaċja u tollerabilità, id-doża tista’ tiżdied f’inkrementi għal 50 mg sa 100 mg skont il-ħtieġa.

Popolazzjoni pedjatrika

Sildenafil Teva mhux indikat għal individwi li għad m’għalqux it-18-il sena.

Użu f’pazjenti li jkunu qed jieħdu prodotti mediċinali oħra

Bl-eċċessjoni ta’ ritonavir li mhux rakkomandat li jingħata sildenafil miegħu (ara sezzjoni 4.4) doża tal-bidu ta’ 25 mg għandha tiġi kunsidrata f pazjenti li fl-istess hin ikunu fuq trattament ta’ inibituri ta’ CYP3A4 (ara sezzjoni 4.5).

Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ żvilupp ta’ pressjoni baxxa minħabba l-qagħda, f’pazjenti li jkunu qed jirċievu kura b’alpha-blockers, il-pazjenti għandhom jiġu stabbilizzati b’terapija ta’ alpha-blocker qabel ma jinbeda t-trattament b’sildenafil. Barra minn hekk, għandu jiġi kkunsidrat li tinbeda kura b’sildenafil b’doża ta’ 25 mg (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.5).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Għal użu orali.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

B’mod konsistenti mal-effetti magħrufa tiegħu fuq il-medda ta’ nitric oxide/cyclic guanosine monophosphate (cGMP) (ara sezzjoni 5.1), sildenafil intwera li jsaħħaħ l-effetti ipotensivi ta’ nitrati, u l-amministrazzjoni konġunta b’donaturi ta’ nitric oxide (bħal amyl nitrite) jew nitrati f’xi għamla oħra għalhekk kontraindikata.

It-teħid flimkien ta’ inibituri ta’ PDE5, inkluż sildenafil, ma’ stimulaturi ta’ guanylate cyclase, bħal riociguat, huwa kontraindikat għax hemm il-possibbiltà li dan iwassal għal ipotensjoni sintomatika (ara sezzjoni 4.5).

Sustanzi għal kura ta’ problemi ta’ impotenza, li jinkludu sildenafil, m’għandhomx jintużaw f’irġiel li għalihom l-attività sesswali mhix irrakkomandata (eż. pazjenti bi problemi severi kardjovaskula bħal anġina mhux stabbli jew insuffiċjenza kardijaka severa).

Sildenafil Teva huwa kontraindikat f’dawk il-pazjenti li tilfu il-vista minn għajn waħda minħabba newropatija anterjuri iskimika, mhux arterika tal-għajn (NAION), kemm jekk dan l-episodju ġara wara espożizzjoni għal inibitur ta’ PDE5 kif ukoll jekk le (ara sezzjoni 4.4).

Is-sigurtà ta’ sildenafil ma ġietx studjata f dawn is-sottogruppi ta’ pazjenti li ġejjin, u għalhekk l-użu tiegħu huwa kontraindikat: indeboliment sever tal-fwied, pressjoni baxxa (pressjoni tad-demm <90/50 mmHg), puplesija jew attakk tal-qalb reċenti u mard magħruf ereditarju ta’ degenerazzjoni tar-retina bħal retinitis pigmentosa (minoranza ta’ dawn il-pazjenti għandhom mard genetiku ta’ phosphodiesterases retinali).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Għandha titqies l-istorja medika tal-pazjent u jsir eżami fiżiku, biex issir dijanjożi tal-impotenza u jiġu determinati raġunijiet oħra li jista’ jkun hemm, qabel ma tinbeda kura farmakoloġika.

Fatturi ta’ riskju kardjovaskulari

Qabel ma tinbeda xi kura għal problema tal-impotenza, it-tabib għandu jikkunsidra l-istat kardjuvaskulari tal-pazjent tiegħu, minħabba li hemm grad ta’ riskju għal qalb assoċjat ma’ attività sesswali. Sildenafil għandu effetti vażodilatatorji, li jirriżultaw fi tnaqqis ħafif u temporanju tal-pressjoni tad-demm (ara sezzjoni 5.1). Qabel ma tingħata riċetta għal sildenafil, it-tobba għandhom jikkonsidraw bir-reqqa jekk pazjenti b’kundizzjonijiet fl-isfond hux ser jiġu affettwati ħażin minn dawn l-effetti vażodilatorji, speċjalment waqt l-attività sesswali. Pazjenti li jistgħu jintlaqtu ħazin bl-użu ta’ sustanzi vażodilatatorji jinkludu dawk li jsofru minn ostakolu tal-ħrug tad-demm mill- ventriklu tax-xellug (eż. stenożi tal-aorta, kardjomijopatija ipertrofika osstruttiva), jew dawk bis-sindromu rari ta’ atrofija ta’ sistemi diversi li jidher li jkollu effetti qawwija fuq il-kontroll awtonomu tal-pressjoni tad-demm li jkollu ħsara severa.

Sildenafil Teva iħarrax l-effett ipotensiv ta’ nitrati (ara sezzjoni 4.3).

Wara li tqiegħedet fis-suq, ġew irrappurtati każi kardjuvaskulari serji marbuta mal-użu fl-istess waqt ta’ Sildenafil Teva, fosthom infart mijokardijaku, angina instabbli, mewt zoptu b’attakk tal-qalb, arritmja ventrikulari, emorraġija ċerebrovaskulari, attakk iskimiku transitorju, pressjoni għolja u pressjoni baxxa. Il-maġġoranza ta’ dawn il-pazjenti, iżda mhux kollha, kellhom fatturi ta’ riskju kardjuvaskulari minn qabel. Ħafna każi ġew irrappurtati li ġraw matul jew ftit wara attività sesswali u ftit ġew irrappurtati li graw wara l-użu ta’ sildenafil mingħajr attività sesswali. Mhux possibbli jiġi determinat jekk dawn il-każi humiex relatati direttament ma’ dawn il-fatturi jew ma’ fatturi oħra.

Prijapiżmu

Sustanzi għal kura ta’ impotenza, fosthom sildenafil, għandhom jintużaw b’kawtela f’pazjenti b’deformazzjoni anatomika tal-pene (bħal angulazzjoni, fibrosi fil-korpus kavernożum jew il-marda ta' Peyronie), jew f’pazjenti li għandhom kundizzjonijiet li jagħmluhom predisposti għal prijapiżmu (bħal anemija b’ċelluli f’minġel, majeloma multipla jew lewkimja).

Erezzjonijiet fit-tul u prijapiżmu ġew irrapportati b’sildenafil f’esperjenzja ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Fil-każ ta’ erezzjoni li tippersisti għal iktar minn 4 sigħat, il-pazjent għandu jfittex għajnuna medika immedjatament. Jekk il-prijapiżmu ma jiġix ikkurat immedjatament, tista’ tirriżulta ħsara fit-tessut tal- pene u telf permanenti fil-potenza.

L-użu fl-istess ħin ma’ inibituri oħrajn ta’ PDE5 jew kuri oħrajn għal disfunzjoni erettili

Is-sigurtà u effiċjenza tal-użu ta’ sildenafil ma’ inibituri oħrajn ta’ PDE5, jew ma’ kuri oħrajn għal pressjoni għolja tal-arterja pulmonari (PAH) li jkun fihom sildenafil, jew kuri oħra għal problemi tal- erezzjoni ma ġewx studjati. Għalhekk l-użu ta’ dan it-taħlit, mhux irrakkomandat.

Effetti fuq il-vista

Każijiet ta’ difetti fil-vista relatati mal-amministrazzjoni ta’ sildenafil u inibituri ta’ PDE5 oħrajn ġew irrapportati b'mod spontanju (ara sezzjoni 4.8). Każijiet ta’ newropatija anterjuri iskimika, mhux arteritika tal-għajn, kundizzjoni rari, relatati mal-amministrazzjoni ta’ sildenafil u inibituri ta’ PDE5

oħrajn ġew irrapportati b'mod spontanju fi studju ta’ osservazzjoni (ara sezzjoni 4.8). Il-pazjenti għandhom jkunu avżati li fl-eventwalità li f’daqqa waħda jiżviluppaw kwalunkwe difett fil-vista, dawn għandhom iwaqqfu Sildenafil Teva u jkellmu tabib immedjatament (ara sezzjoni 4.3).

L-użu fl-istess ħin ma’ ritonavir

L-għoti fl-istess ħin ta’ sildenafil ma’ ritonavir mhux irrakkomandat (ara sezzjoni 4.5).

L-użu fl-istess ħin ma’ alpha-blockers

Sildenafil għandu jintuża b’kawtela fost dawk li qed jużaw alpha-blockers peress li l-għoti fl-istess ħin tista’ twassal għal pressjoni sintomatika baxxa f’xi pazjenti (ara sezzjoni 4.5). Huwa probabbli li dan isehh fi żmien 4 sigħat wara li tittieħed id-doża ta’ sildenafil. Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ pressjoni posturali baxxa, il-pazjenti għandhom ikunu emodinamikament stabbli fuq trattament ta’ alpha-blockers qabel ma jinbeda t-trattament b’sildenafil. Għandu jiġi kkunsidrat li tinbeda kura b’sildenafil b’doża ta’ 25 mg (ara sezzjoni 4.2). Barra minn hekk, it-tobba għandhom jgħarrfu lill-pazjenti tagħhom fuq il-passi li jridu jieħdu f każ li jkollhom sintomi ta’ pressjoni posturali baxxa.

L-effett fuq il-ħruġ tad-demm

Studji bi plejtlets umani jindikaw li sildenafil isahhaħ l-effett kontra l-aggregazzjoni ta’ sodium nitroprusside in vitro. M’hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà tal-amminstrazzjoni ta’ sildenafil f’pazjenti b’mard ta’ emorraġiji (tnixxijja tad-demm) jew ulċera attiva fl-istonku. Għalhekk sildenafil għandu jingħata biss lil dawn il-pazjenti wara eżami bir-reqqa tal-benefiċċji u r-riskji.

Nisa

Sildenafil Teva mhux indikat għal użu fin-nisa.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Effetti ta’ prodotti mediċinali oħra fuq sildenafil

Studji in vitro:

Il-metaboliżmu ta’ sildenafil isehh l-aktar permezz tal-iżoformi ta’ ċitokromju P450 (CYP) 3A4 (rotta ewlenija ) u 2C9 (rotta minuri). Għalhekk, l-inibituri ta’ dawn l-iżoenzimi jistgħu jnaqqsu t-tneħħija ta’ sildenafil u l-indutturi ta’ dawn l-iżo-enzimi jistgħu jżidu t-tneħħija ta’ sildenafil.

Studji in vivo:

Analiżi farmakokinetika ta’ tagħrif minn provi kliniċi fuq grupp ta’ pazjenti tindika tnaqqis fit-tneħħija ta’ sildenafil meta ngħata flimkien ma’ inibituri ta’ CYP3A4 (bħal ketoconazole, erythromycin, cimetidine). Għalkemm ma gietx osservata żieda fl-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi f’dawn il-pazjenti, doża tal-bidu ta’ 25 mg ghandha tiġi kkunsidrata meta sildenafil jiġi amministrat fl-istess ħin ma’ inibituri ta’ CYP3A4.

L-għoti wkoll tal-inibitur ta’ HIV protease ritonavir, fi stat stabbli (500 mg darbtejn kuljum) ma’ sildenafil (100 mg doża waħda) irriżulta f’żieda ta’ 300 % (4 darbiet) fis-Cmax ta’ sildenafil u żieda ta’ 1,000 % (11-il darba) fl-AUC tal-plażma ta’ sildenafil. F’24 siegħa, il-livelli ta’ sildenafil fil-plażma kienu għadhom bejn wieħed u ieħor 200 ng/mL, imqabblin ma’ bejn wieħed u ieħor 5 ng/mL meta sildenafil ingħata waħdu. Dan huwa konsistenti mal-effetti sinifikanti ta’ ritonavir fuq varjetà wiesgħa ta’ sustrati ta’ P450. Sildenafil ma kellux effett fuq il-farmakokinetiċi ta’ ritonavir. Skont dawn ir-riżultati farmakokinetiċi il-koamministrazzjoni ta’ sildenafil ma’ ritonavir mhix rakkomandata (ara sezzjoni 4.4) u f’kull eventwalità l-ogħla doża ta’ sildenafil taħt l-ebda ċirkustanza ma għandha tkun iżjed minn 25 mg tul 48 siegħa.

L-għoti wkoll tal-inibitur ta’ HIV protease saquinavir, inibitur ta’ CYP3A4, fi stat stabbli (1200 mg tlett darbiet kuljum) ma’ sildenafil (100 mg doża waħda) irrizulta f żieda ta’ 140 % fis-Cmax ta’ sildenafil u żieda ta’ 210 % fl-AUC ta’ sildenafil. Sildenafil ma kellux effett fuq il-farmakokinteċi ta’ saquinavir (ara sezzjoni 4.2). Inibituri ta’ CYP3A4 aktar b’sahhithom bħal ketoconazole u itraconazole jkunu mistennija li jkollhom effetti akbar.

Meta doża waħda ta’ 100 mg sildenafil ġiet amministrata ma’ erythromycin, inibitur moderat ta’ CYP3A4 fi stat stabbli (500 mg darbtejn kuljum għal ħamest ijiem), kien hemm żieda ta’ 182 % fl-espożizzjoni sistemika (AUC) ta’ sildenafil. F’voluntiera rġiel normali b’sahhithom, ma kienx hemm evidenza ta’ xi effett ta’ azithromycin (500 mg kuljum għal 3 ijiem) fuq ir-rata tal-eliminazzjoni fissa tal-AUC, Cmax u tmax, jew il-half life ta’ wara ta’ sildenafil jew il-metabolit principali tiegħu fiċ-ċirkolazzjoni. Cimetidine (800 mg), inibitur ta’ ċitokromju P450 u inibitur ta’ CYP3A4 mhux speċifiku, wassal għal żieda ta’ 56 % fil-konċentrazzjonijiet ta’ sildenafil fil-plażma meta ngħata flimkien ma’ sildenafil (50 mg) lil voluntiera b’sahhithom.

Il-meraq tal-grejpfrut huwa inibitur dgħajjef tal-metaboliżmu ta’ CYP3A4 li jsehh fil-wiċċ ta’ ġewwa tal-musrana u jista’ jwassal għal żidiet żgħar fil-livelli ta’ sildenafil fil-plażma.

Dożi waħdanin ta’ antaċidu (magnesium hydroxide/aluminium hydroxide) ma effettwatx il-bijodisponiblità ta’ sildenafil.

Għalkemm ma sarux studji speċifiċi ta’ interazzjoni għal prodotti mediċinali kollha, analiżi tal- farmakokinetika tal-popolazzjoni ma wrew l-ebda effett ta’ kura konkomitanti fuq il-farmakokinetika ta’ sildenafil meta miġbura fi gruppi bħala inibituri ta’ CYP2C9 (bħal tolbutamide, warfarin, phenytoin), inibituri ta’ CYP2D6 (bħal selective serotonin reuptake inhibitors, antidipressanti triċikliċi), thiazide u dijuretiċi relatati, dijuretiċi loop u li jirristrinġu t-tnixxija ta’ potassju, inibituri tal-enżima li tikkonverti l-angiotensin, imblokkaturi tal-kanal tal-kalċju, antagonisti beta-adrenoreceptor jew sensitizzaturi tal-metaboliżu CYP450 (bħal rifampicin, barbiturate). Fi studju ta’ voluntiera rġiel b’saħħithom, amministrazzjoni ta’ antagonist tal-endothelin, bosetan, (induttur ta’ CYP3A4 [moderat], CYP2C9 u possibilment ta’ CYP2C19) fi stat fiss (125 mg darbtejn kuljum) flimkien ma’ sildenafil fi stat fiss (80 mg tlett darbiet kuljum) irriżulta fi tnaqqis ta’ 62.6% u 55.4% fl- AUC u Cmax ta’ sildenafil rispettivament. Għalhekk, huwa mistenni li amministrazzjoni konkomitanti ta’ indutturi b’saħħithom ta’ CYP3A4, bħal rifampicin, tista’ twassal għal tnaqqis fil- konċentrazzjonijiet ta’ sildenafil fil-plażma.

Nicorandil huwa ibridu ta’ attivatur tal-kanali tal-potassju u nitrate. Minħabba l-komponent ta’ nitrate, hemm il-potenzjal li jirriżulta f’interazzjoni serja ma’ sildenafil.

Effetti ta’ sildenafil fuq prodotti mediċinali oħra

Studji in vitro:

Sildenafil huwa inibitur dgħajjef ta’ ċitokromju P450 iżoformi 1A2, 2C9, 2C19, 2D6, 2E1 u 3A4 (1C50 > 150 uM). Bl-ogħla konċentrazzjonijiet ta’ plażma ta’ sildenafil ta’ bejn wieħed u ieħor 1 μM wara dożi rakkomandati, mhux probabbli li Sildenafil Teva jibdel it-tneħħija tas-sustrati ta’ dawn l-iżoenzimi.

M’hemmx informazzjoni dwar l-interazzjoni bejn sildenafil u inibituri ta’ phosphodiesterase mhux speċifiċi bħal theophylline jew dipyridamole.

Studji in vivo:

B’mod konsistenti mal-effetti magħrufa ta’ sidenafil fuq il-passaġġ nitric oxide/cGMP (ara sezzjoni 5.1), intwera li sildenafil iħarrax l-effetti ta’ nitrati li jnaqqsu l-pressjoni u għaldaqstant il-koamministrazzjoni ta’ sildenafil u donaturi ta’ nitric oxide jew nitrati hija kontraindikata (ara sezzjoni 4.3).

Riociguat: Studji qabel l-użu kliniku wrew żieda fl-effett li titbaxxa l-pressjoni sistemika tad-demm meta inibituri ta’ PDE5 intużaw flimkien ma’ riociguat. Fi studji kliniċi, ġie muri li riociguat jżid l-

effetti ipotensivi tal-inibituri ta’ PDE5. Fil-popolazzjoni taħt studju ma kien hemm ebda evidenza li dan it-teħid flimkien kellu xi effett kliniku favorevoli. It-teħid fl-istess ħin ta’ riociguat ma’ inibituri ta’ PDE5, inkluż sildenafil, huwa kontraindikat (ara sezzjoni 4.3).

L-għoti fl-istess ħin ta’ sildenafil lil pazjenti li qed jiedu terapija b’alpha-blockers tista’ tirrizulta fi pressjoni baxxa sintomatika fi ftit individwi suxxettibbli. Dan jista’ jsehh l-aktar sa 4 sigħat wara li tittieħed id-doża ta’ sildenofil (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4). Fi tliet studji speċifiċi għal interazzjoni bejn żewġ prodotti mediċinali, l-alpha-blocker doxazocin (4 mg u 8 mg) u sildenafil (25 mg, 50 mg u

100 mg) ġew amministrati fl-istess ħin lil pazjenti bi tkabbir beninju tal-prostata (BPH), stabbilizzati fuq kura b’doxazocin. F’dawn il-popolazjonijiet tal-istudji, kien osservat tnaqqis addizzjonali medju tal-pressjoni meta kienu mimdudin ta’ 7/7 mmHg, 9/5 mmHg u 8/4 mmHg rispettivament u meta bil- wieqfa tnaqqis addizzjonali medju ta’ 6/6 mmHg, 11/4 mmHg u 4/5 mmHg. Meta sildenafil u doxazocine ngħataw fl-istess ħin lil pazjenti stabilizzati fuq kura ta’ doxazocin kien hemm rapporti mhux spissi ta’ pazjenti li kellhom pressjoni baxxa posturali sintomatika. Fost dawn ir-rapporti kien hemm sturdament qawwi u sturdament ħafif imma mhux sinkope.

Ma kienx hemm interazzjonijiet sinifikanti meta sildenafil (50 mg) kien mogħti wkoll ma’ tolbutamide (250 mg) jew warfarin (40 mg), li t-tnejn huma mmetabolizzati b’CYP2C9.

Sildenafil (50 mg) ma ħarrax iż-żieda fil-ħin ta’ fsada kkaġunat mill-acetyl salicyclic acid (150 mg).

Sildenafil (50 mg) ma saħħaħx l-effetti ipotensivi tal-alkoħol f’voluntiera b’saħħithom b’medja tal-ogħla livelli ta’ alkoħol fid-demm ta’ 80 mg/dl.

Ġabra tal-klassijiet li ġejjin ta’ mediċini li jaġixxu kontra l-pressjoni għolja; dijuretiċi, beta-blokers, inibituri ta’ ACE, antagonisti ta’ angiotensin II, prodotti mediċinali kontra l-pressjoni għolja (vażodilataturi u li jaħdmu fuq is-sistema ċentrali), adrenergic neurone blockers, imblokkaturi tal-kanal tal-kalċju u imblokkaturi alpha-adrenoceptor, ma wrew ebda differenza fil-profil ta’ effetti f’pazjenti li ħadu sildenafil mqabblin ma’ kura bil-plaċebo. Fi studju speċifiku ta’ interazzjoni, fejn sildenafil (100 mg) kien mogħti flimkien ma’ amlodipine f’pazjenti bi pressjoni għolja, kien hemm tnaqqis ta’ 8 mmHg fil-pressjoni sistolika tad-demm f’pożizzjoni mimduda. It-tnaqqis korrispondenti fil-pressjoni dijastolika tad-demm f’pożizzjoni mimduda kien ta’ 7 mmHg. Dan it-tnaqqis ulterjuri fil-pressjoni tad-demm kien jixbah lil dak li sehh meta sildenafil ġie amministrat waħdu lil voluntiera b’sahhithom (ara sezzjoni 5.1).

Sildenafil (100 mg) ma affettwax il-farmakokinetika fi stat stabbli tal-inibituri ta’ HIV protease, saquinavir u ritonavir, it-tnejn li huma sustrati CYP3A4.

F’voluntiera rġiel b’saħħithom, sildenafil fi stat fiss (80mg t.i.d.) irriżulta f’żieda ta’ 49.8% fl-AUC ta’ bosentan u żieda ta’ 42% fis-Cmax ta’ bosentan (125mg b.i.d.).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Sildenafil Teva mhux indikat għal użu fin-nisa.

M’hemm l-ebda studji adegwati u kkontrollati tajjeb fuq nisa tqal u li jkunu qed ireddgħu.

Ma nstabu ebda effetti avversi rilevanti fi studji ta’ riproduzzjoni fuq il-firien u l-fniek wara l-għoti ta’ sildenafil mill-ħalq.

Ma kien hemm l-ebda effett fuq il-motilità jew il-morfoloġija tal-isperma wara dożi orali singoli ta’ 100 mg ta’ sildenafil f’voluntiera b’saħħithom (ara sezzjoni 5.1).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Ma sarux studji dwar l-effetti fuq il-ħila biex issuq jew tħaddem magni.

Peress li kien hemm sturdamenti u vista mibdula fil-provi kliniċi b’sildenafil, il-pazjenti għandhom ikunu konxji ta’ kif jirreaggixxu għal Sildenafil Teva, qabel ma jsuqu jew iħaddmu xi magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Is-sigurtà ta’ sildenafil hija bbażata fuq 9,570 pazjent f’74 studju kliniku double-blind bi plaċebo bħala kontroll. L-aktar reazzjonijiet avversi li ġew irrappurtati minn fost il-pazjenti li użaw sildenafil fl-istudji klinici kienu uġigħ ta’ ras, fwawar, dispepsja, sadd fl-imnifsejn, sturdament, dardir, fwawar ta’ sħana, disturb viżiv, ċijanopsija u vista mċajpra.

Reazzjonijiet avversi minn sorvelljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq ġiet miġbura fuq medda ta’ >10 snin. Peress li mhux ir-reazzjonijiet avversi kollha huma rapportati lid-Detentur tal- Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u inklużi fid-database tas-sigurtà, il-frekwenzi ta’ dawn ir- reazzjonijiet ma jistgħux jiġu stabbiliti b’mod affidabbli.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi

Fit-tabella ta’ hawn taħt, ir-reazzjonijiet avversi ta’ importanza medika, li sehhew fl-istudji klinici b’inċidenza iktar milli bil-plaċebo, huma mnizzla skont il-klassi tal-organi u l-frekwenzi (komuni ħafna (≥1/10), komuni (≥1/100 sa <1/10), mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100), rari (≥1/10,000 sa <1/1,000). F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa l-aktar serji huma mniżżla qabel dawk anqas serji.

Tabella 1: Reazzjonijiet avversi ta’ importanza medika b’inċidenza ta’ rapporti akbar minn plaċebo fi studji kliniċi kkontrollati, u reazzjonijiet avversi ta’ importanza medika rrappurtati minn sorveljanza ta’ wara t-tqegħid tal-prodott fis-suq

Sistema tal-

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari ( 1/10,000 u

Klassifika tal-

( 1/10)

( 1/100 u

( 1/1,000 u

<1/1,000)

Organi

 

<1/10)

<1/100)

 

Infezzjonijiet u

 

 

Rinite

 

infestazzjonijiet

 

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

Reazzjonijiet ta’

 

sistema immuni

 

 

ipersensittività

 

Disturbi fis-

Uġigħ fis-sider

Sturdament

Ngħas tqil,

Aċċident

sistema nervuża

 

 

ipostesja

ċerebrovaskulari,

 

 

 

 

Attakk iskimiku

 

 

 

 

temporanju,

 

 

 

 

attakk ta’

 

 

 

 

puplesija,*

 

 

 

 

Rikorrenza ta’

 

 

 

 

puplesija,*

 

 

 

 

Sinkope

Disturbi fl-

 

Diffiklutà biex

Disturbi fid-

Newropatija

għajnejn

 

tagħraf il-

dmugħ ***

anterjuri iskimika,

 

 

kuluri**,

Uġigħ fl-

mhux tal-arterja

 

 

Disturbi fil-

tal-għajn

 

 

vista, Vista

għajnejn,

(NAION), *

 

 

mċajpra

Fotofobija,

Sadda fis-sistema

 

 

 

Fotopsja,

vaskulari ġewwa r-

 

 

 

Iperemija okulari,

retina,*

 

 

 

tara d-dawl

Emorraġija

 

 

 

qawwi,

retinali,

 

 

 

Konġunktivite,

Retinopatija

 

 

 

 

 

 

 

 

arterjosklerotika,

 

 

 

 

Disturb retinali,

 

 

 

 

Glawkoma,

 

 

 

 

Difett fil-kamp

 

 

 

 

viżiv,

 

 

 

 

Diplopja,

 

 

 

 

Preċiżjoni viżiva

 

 

 

 

mnaqqsa,

 

 

 

 

Mijopija,

 

 

 

 

Astenopja, Frak

 

 

 

 

f’wiċċ il-likwidu

 

 

 

 

vitruż,

 

 

 

 

Disturb fil-ħabba

 

 

 

 

tal-għajn,

 

 

 

 

Mijadrijażi,

 

 

 

 

Vista ta’ awreola,

 

 

 

 

Xantopsja,

 

 

 

 

Eritropsja,

 

 

 

 

Kloropsja,

 

 

 

 

Edema tal-għajn,

 

 

 

 

Nefħa tal-għajn,

 

 

 

 

Disturbi fl-

 

 

 

 

għajnejn,

 

 

 

 

Iperemija tal-

 

 

 

 

konġunktiva,

 

 

 

 

Irritazzjoni tal-

 

 

 

 

għajnejn,

 

 

 

 

Sensazzjoni mhux

 

 

 

 

normali fl-

 

 

 

 

għajnejn,

 

 

 

 

Edema fil-kappell

 

 

 

 

tal-għajn,

 

 

 

 

Għajn xotta,

 

 

 

 

Telf fil-kulur

 

 

 

 

sklerali,

 

 

 

 

Disturbi fid-

 

 

 

 

dmugħ

Disturbi fil-

 

 

Vertigo,

Truxija

widnejn u fis-

 

 

Żanżin fil-

 

sistema

 

 

widnejn

 

labirintika

 

 

 

 

Disturbi fil-qalb

 

 

Takikardija,

Mewta kardijaka

 

 

 

Palpitazzjonijiet

għall-għarrieda,*

 

 

 

 

Infart

 

 

 

 

mijokardijaku,

 

 

 

 

Arritmija

 

 

 

 

ventrikulari,*

 

 

 

 

Fibrillazzjoni

 

 

 

 

atrijali, Anġina

 

 

 

 

instabbli

Disturbi

 

Fwawar,

Pressjoni għolja,

 

vaskulari

 

Fwawar tal-

pressjoni baxxa

 

 

 

 

 

 

 

menopawsa

 

 

Disturbi

 

Konġestjoni

Epistassi,

Għafis fuq il-

respiratorji,

 

nażali

Konġestjoni tas-

gerżuma,

toraċiċi u

 

 

sinus

Edema nażali,

medjastinali

 

 

Imnieħer xott

Disturbi gastro-

Dardir,

Mard tar-rifluss

Ipoaestesija orali

intestinali

Dispepsja

gastroesofaġeali,

 

 

 

Rimettar,

 

 

 

Uġigħ ta’ żaqq

 

 

 

fil-parti ta’ fuq,

 

 

 

Ħalq xott

 

Disturbi fil-

 

Raxx

Sindromu ta’

ġilda u fit-

 

 

Stevens-Johnson

tessuti ta’ taħt

 

 

(SJS),* Nekrolisi

il-ġilda

 

 

tossika tal-ġilda

 

 

 

(TEN) *

Disturbi

 

Mijalġja,

 

muskolu-

 

Uġigħ fl-

 

skeletriċi u tat-

 

estremitajiet

 

tessuti

 

 

 

konnettivi

 

 

 

Disturbi fil-

 

Ematurja

 

kliewi u fis-

 

 

 

sistema urinarja

 

 

 

Disturbi fis-

 

 

Emorraġija fil-

sistema

 

 

pene, Prijapiżmu,*

riproduttiva u

 

 

Ematospermja,

fis-sider

 

 

Erezzjoni fit-tul,

 

 

 

 

Disturbi

 

Uġigħ fis-sider,

Irritabilità

ġenerali u

 

Għeja,

 

kondizzjonijiet

 

Tħoss is-sħana

 

ta' mnejn

 

 

 

jingħata

 

 

 

Investigazzjonij

 

Żieda fir-rata li

 

iet

 

biha tħabbat il-

 

 

 

qalb

 

*Irrapportati matul sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq biss

**Kuluri li jidhru viżwalment differenti: Kloropsja, Kromatopsja, Sijanopsja, Eritropsja u Xantopsja

***Żieda fl-ammont ta’ dmugħ: Għajn tinħass xotta, disturbi fid-dmugħ u Żieda fl-ammont ta’ dmugħ

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Fi studju fuq voluntieri b’doża waħda sa 800 mg, ir-reazzjonijiet avversi kienu bħal dawk li dehru f’dożi iżgħar, imma r-rata ta’ inċidenza tagħhom u s-severità kienu ogħla. Dożi sa 200 mg ma rriżultawx f’żieda fl-effikaċja, imma l-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi (uġigħ ta’ ras, ħmura, sturdament, dispepsja, konġestjoni nażali, vista mibdula) kienet ogħla.

F’każi ta’ doża eċċessiva, miżuri normali ta’ appoġġ għandhom jingħataw kif meħtieġ. Dijaliżi tal-kliewi mhux mistennija li tħaffef it-tneħħija għax sildenafil huwa marbut b’mod qawwi ma’ proteini tal-plażma u mhux eliminat fl-urina.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Uroloġiċi; Mediċini użati għal impotenza. Kodiċi ATC: G04BE03.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Sildenafil huwa terapija orali għal problema ta’ impotenza. F’ċirkostanzi naturali, naturali; jiġifieri bl- istimulazzjoni sesswali jiżdied l-ammont ta’ demm li jidħol fil-pene u ma jkunx hemm problema tal- funzjoni erettili.

Il-mekkaniżmu fiżjoloġiku responsabbli biex il-pene jitwebbes jinvolvi t-tnixxija ta’ nitric oxide (NO) fil-corpus cavernosum waqt stimulazzjoni sesswali. Nitric oxide mbagħad jattiva l-enzima guanylate cyclase, li tirriżulta f’livelli miżjuda ta’ cyclic guanosine monophosphate (cGMP), li tipproduċi rilassament fil-muskoli melliesa tal-corpus cavernosum u tikkawża d-dħul tad-demm

Sildenafil huwa impeditur potenti u silettiv ta’ cGMP specific phosphodiesterase type 5 (PDE5) fil-corpus cavernosum, fejn PDE5 huwa responsabbli għad-degradazzjoni ta’ cGMP. Sildenafil għandu sit periferali ta’ azzjoni fuq erezzjonijiet. Sildenafil m’għandu l-ebda effett rilassanti dirett fuq il-corpus cavernosum tal-bniedem iżolat iżda bil-qawwa jsahhaħ l-effett rilassanti ta’ NO fuq dan it-tessut. Meta l-passaġġ NO/cGMP jiġi attivat, bħalma jiġri bi stimulazzjoni sesswali, inibizzjoni ta’ PDE5 minn sildenafil tirrizulta f’livelli aktar għoljin ta cGMP fil-corpus cavernosum. Għalhekk stimulazzjoni sesswali hija neċessarja biex l-effetti terapewtiċi ta’ sildenafil ikunu ta’ ġid.

Effetti farmakodinamiċi

Studji in vitro wrew li sildenafil huwa selettiv għal PDE5, li huwa involut fil-proċess ta’ twebbis. L-effett tiegħu huwa iżjed potenti fuq PDE5 minn phosphodiesterases magħrufa oħra. Hemm selettività ta’ għaxar darbiet għal PDE6 li huwa involut fil-passaġġ ta’ phototransduction fir-retina. Bl-ogħla dożi rrakkomandati, hemm selettività ta’ 80 darba fuq PDE1, u aktar minn 700 darba fuq PDE2, 3, 4, 7, 8, 9,10 u 11. B’mod partikulari, sildenafil għandu selettività ta’ aktar minn 4,000 darba għal PDE5 fuq PDE3, is-cAMP –specific phosphodiesterase isoform involut fil-kontroll tal-kontrattilità.

Effikaċja klinika u sigurtà

Żewġ studji kliniċi kienu speċifikament maħsuba biex jeżaminaw il-perijodu ta’ hin wara d-dożagg li matulu sildenafil jista’ jipproduċi twebbis wara stimulazzjoni sesswali. Fi studju tal-pene bil-plestismografu (RigiScan) f’pazjenti sajmin, il-hin medjan biex jibdew l-erezzjonijiet għal dawk li kisbu 60 % rigidità (suffiċjenti għal rapport sesswali) kien 25 minuta (medda bejn 12-37 minuta) b’sildenafil. Fi studju RigiScan separat, sildenafil kien għadu kapaċi jipproduċi erezzjoni bi tweġiba għal stimulazzjoni sesswali 4-5 sigħat wara d-doża.

Sildenafil jikkaġuna tnaqqis ħafif u temporanju fil-pressjoni tad-demm li, fil-maggoranza tal-każi ma jissarrafx f’effetti kliniċi. L-ogħla tnaqqis medju fil-pressjoni sistolika f’pożizzjoni mimduda wara 100 mg ta’ doża orali ta’ sildenafil kienet ta’ 8.4 mmHg. Il-bidla korrispondenti fil-pressjoni dijastolika f’pożizzjoni mimduda kienet 5.5 mmHg. Dan it-tnaqqis fil-pressjoni tad-demm huwa konsistenti mal-effetti ta’ vażodilatazzjoni ta’ sildenafil, probabbilment minħabba żieda fil-livelli ta’ cGMP fil-muskoli vaskulari melliesa. Dożi waħdanin sa 100 mg ta’ sildenafil li ttieħdu mill-ħalq minn voluntiera b’sahhithom ma għamlu l-ebda effett klinikalment relevanti fuq l-ECG.

Fi studju tal-effetti emodinamiċi ta’ doża orali waħda ta’ 100 mg sildenafil f’14-il pazjenti b’mard sever tal-arterji tal-qalb (CAD) (> 70 % stenożi f’ ta’ mill-anqas arterja waħda tal-qalb), il-pressjoni medja sistolika u dijastolika tad-demm waqt is-serħan naqset b’7 % u 6 % rispettivament meta mqabbla mal-linja bażi. Il-pressjoni medja sistolika tad-demm tal-pulmun naqset b’9 %. Sildenafil ma wera ebda effett fuq l-effiċjenza tal-qalb, u ma fixkilx iċ-ċirkolazzjoni tad-demm fl-arterji dojoq tal- qalb.

Prova ta’ stress waqt l-eżerċizzju, double-blind, ikkontrollata bi plaċebo, evalwat 144 pazjent b’disfunzjoni erettili u anġina stabbli kronika li regolarment irċivew mediċini kontra l-anġina (ħlief nitrati). Ir-riżultati wrew li ma kien hemm l-ebda differenza klinikament rilevanti bejn sildenafil u plaċebo fil-ħin ta’ limitazzjoni għal anġina.

Kien hemm differenzi ħfief u għaddiena fid-diskriminazzjoni tal-kulur (blu/aħdar) f’xi pazjenti li użaw il-Farnsworth-Munsell 100-Hue Test, siegħa wara li ħadu doża ta’ 100 mg, u ebda effett ma deher sagħtejn wara d-doża. Il-mekkaniżmu maħsub għal din il-bidla fid-diskriminazzjoni tal-kulur jinvolvi l-inibizzjoni ta’ PDE6, li huwa involut fil-phototransduction cascade tar-retina. Sildenafil m’għandux effett fuq kemm tkun akuta l-vista jew fuq is-sensittività tal-kuntrast. Fi studju żgħir ikkontrollat bil-plaċebo bħala kontroll ta’ pazjenti b’deġenerazzjoni makulari bikrija dokumentata relatata mal-età (n=9), sildenafil (doża waħda, 100 mg) ma wera ebda tibdil sinifikanti fit-testijiet fuq il-vista li saru (kemm tkun akuta l-vista, Amsler grid, diskriminazzjoni ta’ kulur ta’ dwal tat-traffiku simulati,

Humphrey perimeter u photostress).

Ma kienx hemm effett fuq il-morfologija jew il-motilità tal-isperma wara li voluntiera b’saħħithom ħadu doża waħda ta’ 100 mg mill-ħalq (ara sezzjoni 4.6).

Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra dwar provi kliniċi

Fi provi kliniċi sildenafil ġie mogħti lil aktar minn 8000 pazjent bejn l-etajiet ta’ 19-87 sena. Il-gruppi ta’ pazjenti li ġejjin kienu rappreżentati: anzjani (19.9 %), pazjenti bi pressjoni għolja (30.9 %), dijabete mellitus (20.3 %), mard iskemiku tal-qalb (5.8 %), iperlipidemja (19.8 %), korrimenti fl- ispina dorsali (0.6 %), dipressjoni (5.2 %), b’resezzjoni transuretrali tal-prostata (3.7 %), u prostatektomija radikali(3.3 %). Il-gruppi li ġejjin ma kinux rappreżentati sew jew ġew esklużi fil-provi kliniċi: pazjenti b’interventi kirurġiċi fil-pelvi, pazjenti wara r-radjuterapija, pazjenti b’indeboliment fil-kliewi jew tal-fwied u pazjenti b’ċertu kundizzjonijiet kardjovaskulari (ara sezzjoni 4.3).

Fi studji b’doża fissa, il-proporzjon ta’ pazjenti li rrappurtaw li l-kura tejbet l-erezzjonijiet tagħhom kienu 62 % (25 mg), 74 % (50 mg), u 82 % (100 mg) imqabbla ma’ 25 % tal-plaċebo. Fi provi kliniċi b’kontrolli, ir-rata ta’ diskontinwazzjoni minħabba sildenafil kienet baxxa u simili ma’ tal-plaċebo. Fil-provi kollha, il-proporzjon ta’ pazjenti li rrappurtaw titjib b’sildenafil kienu kif ġejjin: problema ta’ erezzjoni tal-pene psikoġenetika (84 %), problemi tal-erezzjoni mħallta (77 %), problema ta’ erezzjoni organika (68 %), anzjani (67 %), dijabetiċi (59 %), mard iskimiku tal-qalb (69 %), pressjoni għolja (68 %), TURP (61 %), prostatektomija radikali (43 %), korriment fl-ispina dorsali (83 %), dipressjoni (75 %). Sildenafil żamm l-effikaċja u s-sigurtà tiegħu fi studji fuq tul ta’ żmien twil.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini irrinunzjat għall-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’ Sildenafil Teva f’kull sett tal-popolazzjoni pedjatrika fit-trattament ta’ problemi tal-erezzjoni tal-pene. Ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

Sildenafil jiġi assorbit malajr. L-ogħla konċentrazzjonijiet osservati fil-plażma ntlaħqu fi żmien 30 sa 120 minuta (medjan 60 minuta) ta’ doża orali fi stat sajjem. Il-medja assoluta ta’ bijodisponibilità orali hija ta’ 41 % (medda 25-63 %). Wara doża orali ta’ sildenafil l-AUC u Cmax jizdiedu fi proporzjon mad-doża fuq il-medda rrakkomandata tad-doża (25-100-mg).

Meta sildenafil jittieħed mal-ikel, ir-rata ta’ assorbiment titnaqqas b’dewmien medju fit-tmax ta’ 60 minuta u tnaqqis medju fis-Cmax ta’ 29 %.

Distribuzzjoni

Il-medja tal-volum ta’ distribuzzjoni fi stat fiss (Vd) għal sildenafil huwa ta’ 105 l, li jindika distribuzzjoni fit-tessut. Wara doża orali waħda ta’ 100 mg, l-ogħla konċentrazzjoni medja totali fil- plażma ta’ sildenafil kienet madwar 440 ng/mL (CV 40 %). Minħabba li sildenafil (u l-metabolu

ewlenieni tiegħu N-desmethyl fiċ-ċirkolazzjoni) huwa 96 % marbut ma’ proteini tal-plażma, dan irriżulta fl-ogħla konċentrazzjoni ta’ plażma ħielsa għal sildenafil b’18 ng/mL (38 nM). Ir-rabta mal-proteini hija indipendenti mill-konċentrazzjonijiet totali tal-pillola.

F’voluntiera b’saħħithom li ħadu sildenafil (100 mg doża waħda), anqas minn 0.0002 % (medja 188 ng) tad-doża amministrata kienet preżenti fl-isperma 90 minuta wara d-doża.

Biotrasformazzjoni

Sildenafil huwa mneħħi prinċipalment mill-iżoenzimi mikrożomali CYP3A4 (rotta ewlenija) u CYP2C9 (rotta minuri) tal-fwied. Il-metabolit ċirkulatorju ewlieni jirrizulta minn N-demethylation ta’ sildenafil. Dan il-metabolit għandu profil selettiv ta’ phosphodiesterase simili għal sildenafil u potenza in vitro għal PDE5 ta’ madwar 50 % ta’ dik tal-mediċina mhux mibdula. Konċentrazzjonijiet fil-plażma ta’ dan il-metabolit huma ta’ madwar 40 % ta’ dawk li deher għal sildenafil. Il-metabolit N-desmethyl jiġi mmetabolizzat iżjed, b’half-life terminali ta’ madwar 4 h.

Eliminazzjoni

It-tneħħija totali ta’ sildenafil mill-ġisem hi ta’ 41 L/h b’half-life fil-fażi terminali ta’ 3-5 h. Wara li jittieħed jew mill-ħalq jew minn ġol-vina, sildenafil jiġi eliminat bħala metaboliti prinċipalment mal-ippurgar (madwar 80 % tad-doża orali) u f’proporzjon inqas fl-urina (madwar 13 % tad-doża orali mogħtija).

Farmakokinetika fi gruppi speċjali ta’ pazjenti

Anzjani

Voluntiera anzjani b’sahhithom (65 sena jew iżjed) kellhom tneħħija mnaqqsa ta’ sildenafil, li irrizulta f’madwar 90 % konċentrazzjonijiet ogħla ta’ sildenafil fil-plażma u l-metabolit attiv N-desmethly meta mqabbel ma’ dawk li nstabu f’voluntiera żgħażagħ b’sahhithom (18-45 sena). Minħabba differenzi relatati mal-età fir-rabta ma’ proteini tal-plażma, iż-żieda korrispondenti fil-konċentrazzjoni ta’ sildenafil ħieles fil-plażma kienet ta’ madwar 40 %.

Indeboliment tal-kliewi

F’voluntiera b’indeboliment ħafif għal moderat tal-kliewi (tneħħija ta’ kreatinina = 30-80 mL/min), il-farmakokinetika ta’ sildenafil ma tbiddlitx wara doża orali waħda ta’ 50 mg. Il-medja tal-AUC u Cmax tal-metabolit N-desmethyl żdidiet sa b’126 % u sa 73 % rispettivament, meta mqabbla ma’ voluntiera tal-istess età li ma kellhomx ħsara fil-kliewi. Madankollu, minħabba varjazzjonijiet kbar bejn l-individwi, dawn id-differenzi ma kinux statistikament sinifikanti. F’voluntiera b’indeboliment sever tal-kliewi (tneħħija ta’ kreatinina < 30 mL/min), it-tneħħija ta’ sildenafil naqset, u wasslet għal żidiet medji tal-AUC u Cmax ta’ 100 % u 88 % rispettivament meta mqabbla ma’ voluntiera tal-istess

età li ma kellhomx ħsara fil-kliewi. Barra minn dan, il-valuri tal-AUC u s-Cmax tal-metabolit N-desmethyl żdiedu b’mod sinifikanti b’200 % u 79 % rispettivament.

Insuffiċjenza tal-fwied

F’voluntiera b’ċirrożi ħafifa għal moderata tal-fwied ( Child-Pugh A u B) it-tneħħija ta’ sildenafil

tnaqqas, u rriżulta f żidiet fl-AUC (84 %) u Cmax (47 %) mqabbel ma’ voluntiera tal-istess età li ma kellhomx ħsara fil-fwied. Il-farmakokinetika ta’ sildenafil f’pazjenti bi ħsara severa tal-fwied ma ġietx

studjata.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Tagħrif mhux kliniku ibbażat fuq studji konvenzjonali ta’ sigurtà farmakoloġika, effett tossiku minn dożi ripetuti, effett tossiku fuq il-ġeni, riskju ta’ kanċer, effett tossiku fuq is-sistema riproduttiva u l- iżvilupp, ma juri l-ebda periklu speċjali għall-bnedmin.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Il-qalba tal-pillola

Microcrystalline cellulose

Calcium hydrogen phosphate, anidru

Croscarmellose sodium

Magnesium stearate

Il-kisi tar-rita

Poly(vinyl alcohol)

Titanium dioxide (E171)

Macrogol 3350

Talc

6.2Inkompatibbilitajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn l-ebda kundizzjoni ta' temperatura speċjali għall-ħażna. Aħżen fil-pakkett oriġinali, sabiex tilqa’ mill-umdità.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Sildenafil Teva 25 mg pilloli miksija b’rita

Strixxa tal-PVC/Aluminju f’kartun ta’ 2, 4, 8 jew 12-il pillola.

Folji tal-PVC/ Aluminju pperforati li fihom 10 x 1 pilloli ta’ doża waħda.

Sildenafil Teva 50 mg pilloli miksija b’rita

Strixxa tal-PVC/Aluminju f’kartun ta’ 2, 4, 8, 12 jew 24 pillola.

Folji tal-PVC/Aluminju pperforati li fihom 10 x 1 pilloli ta’ doża waħda.

Sildenafil Teva 100 mg pilloli miksija b’rita

Strixxa tal-PVC/Aluminju f’kartun ta’ 2, 4, 8, 12 jew 24 pillola.

Folji tal-PVC/Aluminju pperforati li fihom 10 x 1 pilloli ta’ doża waħda.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Teva B.V.

Swensweg 5

2031GA Haarlem

L-Olanda

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Sildenafil Teva 25 mg pilloli miksija b’rita

EU/1/09/584/002

EU/1/09/584/003

EU/1/09/584/004

EU/1/09/584/005

EU/1/09/584/006

Sildenafil Teva 50 mg pilloli miksija b’rita

EU/1/09/584/008

EU/1/09/584/009

EU/1/09/584/010

EU/1/09/584/011

EU/1/09/584/012

EU/1/09/584/019

Sildenafil Teva 100 mg pilloli miksija b’rita

EU/1/09/584/014

EU/1/09/584/015

EU/1/09/584/016

EU/1/09/584/017

EU/1/09/584/018

EU/1/09/584/020

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 30 Novembru 2009

Data tal-aħħar tiġdid: 09 Settembru 2014

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati