Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Sildenafil Teva (sildenafil) – Fuljett ta’ tagħrif - G04BE03

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaSildenafil Teva
Kodiċi ATCG04BE03
Sustanzasildenafil
ManifatturTeva B.V.  

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Sildenafil Teva 25 mg pilloli miksija b’rita

Sildenafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Sildenafil Teva u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Sildenafil Teva

3.Kif għandek tieħu Sildenafil Teva

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Sildenafil Teva

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

Sildenafil Teva fih is-sustanza attiva sildenafil li jagħmel ma’ grupp ta’ mediċini li jissejħu impedituri ta’ phosphodiesterase tip 5 (PDE5). Hu jaġixxi billi jgħin jirrilassa l-vażi tad-demm fil-pene tiegħek, u hekk jippermetti d-demm jidħol fil-pene meta tkun eċitat sesswalment. Sildenafil Teva jgħinek biss biex ikollok it-twebbis jekk tkun stimlat sesswalment.

Sildenafil Teva huwa trattament għal irġiel adulti li għandhom problema biex jibbies il-pene, li kultant imsejjħa impotenza. Dan jigri meta raġel ma jkunx jista’ jikseb, jew iżomm, pene erett u iebes li jkun adattat għal attività sesswali.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Sildenafil Teva

Tiħux Sildenafil Teva

Jekk inti allerġiku għal sildenafil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Jekk inti qed tieħu mediċini li huma msejħa nitrati, minħabba li flimkien jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm li jista’ jkun ta’ ħsara. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li jingħataw spiss biex itaffu l-anġina (jew “uġigħ fis-sider”). Jekk inti m’intix ċert, staqsi lill-ispiżjar jew lit-tabib tiegħek.

Jekk inti qed tieħu mediċini li huma magħrufin li jiġġeneraw nitric oxide, bħal amyl nitrite (“poppers”), dawn ukoll jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm potenzjalment ta’ ħsara.

qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid- demm). Ġie muri li inibituri ta’ PDE5, bħal sildenafil, iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il- mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek problema severa tal-qalb jew tal-fwied.

Jekk inti dan l-ahhar kellek puplesija jew attakk tal-qalb, jew jekk għandek pressjoni baxxa

Jekk inti għandek ċertu mard rari ereditarju tal-għajnejn (bħal retinitis pigmentosa).

Jekk qatt kellek problemi fit-telf tal-vista minħabba newropatija anterjuri iskimika, mhux arteritika tal-għajn (NAION)

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Sildenafil Teva

Jekk inti għandek anemija tas-sickle cell (abnormalità taċ-ċelloli ħomor tad-demm), lewkemja (kanċer taċ-ċelluli tad-demm), majeloma multipla (kanċer tal-mudullun).

Jekk għandek deformità fil-pene tiegħek, jew il-marda ta’ Peyronie.

Jekk inti għandek problemi b’qalbek. It-tabib tiegħek għandu jiċċekkja bir-reqqa jekk qalbek tkunx tiflaħ għall-isforz żejjed li jkollok waqt l-att sesswali.

Jekk fil-preżent inti għandek ulċera fl-istonku, jew problema ta’ tnixxija tad-demm (bħal emofilja).

jekk f’ħakka t’għajn jkollok tnaqqis fil-vista jew titlef il-vista, tiħux iktar Sildenafil Teva u kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Inti m’għandekx tuża Sildenafil Teva ma’ xi kura oħra kemm mill-ħalq u kemm lokalizzata għal problema tal-erezzjoni tal-pene.

M’għandekx tuża Sildenafil Teva ma’ kuri għal pressjoni għolja arterjali pulmonari (PAH) li jkun fihom sildenafil jew kwalunkwe inibituri oħrajn ta’ PDE5.

M’għandekx tieħu Sildenafil Teva jekk m’għandekx disfunzjoni erettili.

M’għandekx tieħu Sildenafil Teva jekk inti mara.

Tfal u adolexxenti

Sildenafil Teva m’għandux jingħata lil individwi taħt l-età ta’ 18-il sena.

Mediċini oħra u Sildenafil Teva

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Il-pilloli Sildenafil Teva jistgħu jinterferixxu ma xi mediċini oħra, speċjalment dawk użati biex jittrattaw uġigħ fis-sider. F’każ ta’ emerġenza medika, inti għandek tgħid lit-tabib, l-ispiżjar jew l- infermier tiegħek li inti ħadt Sildenafil Teva u meta. Tieħux Sildenafil Teva ma’ mediċini oħra sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx li inti tista’ tagħmel dan.

M’għandekx tieħu Sildenafil Teva jekk qed tieħu mediċini msejħa nitrati, peress li flimkien dawn il- mediċini jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni li jista’ jkun ta’ ħsara. Dejjem għandek tgħid lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jekk qed tieħu minn dawn l-mediċini li jintużaw sikwit għal kura ta’ anġina pectoris (jew “uġigħ fis-sider”).

M’għandekx tieħu Sildenafil Teva jekk qed tieħu mediċini magħrufa bħala donaturi ta’ nitric oxide bħal amyl nitrite (“poppers”) peress li l-kombinazzjoni ta’ dawn ukoll jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni potenzjalment.

Għid lit-tabib jew spiżjar tiegħek jekk diġà qed tieħu riociguat.

Jekk inti qed tieħu mediċini magħrufa bħala inibituri ta’ protease, bħal dawk għall-kura tal-HIV, it-tabib tiegħek jista’ jibda jtik l-anqas doża (25 mg) ta’ Sildenafil Teva.

Pazjenti fuq kura ta’ alpha blockers għal pressjoni għolja jew nefħa tal-prostata jistgħu iħossu sturdament qawwi jew sturdament ħafif li tista’ tkun ikkawżata minn pressjoni posturali baxxa, jiġifieri l-pressjoni titbaxxa meta toqgħod bilqiegħda jew meta tqum bilwieqfa malajr. Xi pazjenti ħassew dawn is-sintomi meta kienu qed jieħdu Sildenafil Teva ma’ alpha-blockers. Dan ġeneralment iseħħ fi żmien 4 sigħat wara li tkun ħadt Sildenafil Teva. Biex tnaqqas iċ-ċans li dawn is-sintomi jistgħu jseħħu, għandek tkun fuq doża regolari ta’ kuljum ta’ alpha blocker li qed tieħu qabel ma tibda Sildenafil Teva. It-tabib tiegħek jista’ jibdik b’doża aktar baxxa (25 mg) ta’ Sildenafil Teva.

Sildenafil Teva ma’ ikel, xorb u alkoħol

Sildenafil Teva jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt. Madnakollu, għandek mnejn issib li Sildenafil Teva iddum biex jaħdem aktar wara li tkun ħadt ikla tqila.

Ix-xorb alkoħoliku jista’ temporanjament ixxekkel il-ħila tiegħek ikollok titwebbis. Biex tieħu l-aħjar benefiċċju mill-mediċina tiegħek, huwa rrakkomandat li inti ma tixrobx ammont kbir ta’ alkoħol qabel ma tieħu Sildenafil Teva.

Tqala, treddigħ u fertilità

Sildenafil Teva mhux indikat biex jużawh in-nisa.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Sildenafil Teva jista’ jikkawża sturdament u jaffettwa l-vista. Għandek tkun taf sew kif tirreaġixxi għal Sildenafil Teva qabel ma ssuq jew tuża inġenji.

3.Kif għandek tieħu Sildenafil Teva

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Id-doża li ssoltu tibda biha hi ta’ 50 mg.

M’għandekx tieħu Sildenafil Teva aktar minn darba kuljum.

Tiħux Sildenafil Teva pilloli miksija b’rita flimkien ma’ pilloli li fihom sildenafil li jinħallu fil-ħalq.

Inti għandek tippjana li tieħu Sildenafil Teva madwar siegħa qabel ma tippjana li jkollok x’taqsam sesswalment mal-partner. Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ tazza ilma.

Jekk inti jkollok l-impressjoni li l-effett ta’ Sildenafil Teva huwa qawwi jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Sildenafil Teva jgħinek biss biex ikollok erezzjoni jekk inti tkun stimulat sesswalment. Il-ħin li jieħu Sildenafil Teva biex jaħdem ivarja minn persuna għal oħra, iżda normalment jieħu bejn nofs siegħa u siegħa. Inti tista’ ssib li Sildenafil Teva iddum iżjed biex jaħdem jekk inti tkun ħadt ikla kbira.

Jekk Sildenafil Teva ma jgħinekx biex jkollok erezzjoni, jew jekk l-erezzjoni ma ddumx biżżejjed biex inti jkollok rapport sesswali sħiħ, inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek.

Jekk tieħu Sildenafil Teva aktar milli suppost:

Tista tesperjenza zieda fl-effetti sekondarji u fis-severità tagħhom. Dozi ta’ aktar minn 100 mg ma jżidux l-effikaċja.

M’għandekx tieħu aktar pilloli milli suppost.

Jekk tieħu aktar pilloli milli suppost, ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-medicina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Dawn l-effetti sekondarji rrappurtati mal-użu ta’ Sildenafil Teva huma ġeneralment ħfief għal moderati u għal żmien qasir.

Jekk ikollok kwalunkwe minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin, għandek tieqaf tieħu Sildenafil Teva u tfittex għajnuna medika immedjatament:

Reazzjoni allerġika -din isseħħ b’mod mhux komuni (tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 100)

Is-sintomi jinkludu tħarħir fin-nifs f’daqqa, diffikultà biex tieħu n-nifs u sturdament, nefħa fil- kappell tal-għajn, fil-wiċċ u fil-griżmejn.

Uġigħ fis-sider - dan iseħħ b’mod mhux komuni Jekk dan iseħħ matul jew wara l-att sesswali:

-Oqgħod f’pożizzjoni kważi bilqiegħda u pprova rrilassa.

-Tużax nitrati biex tikkura l-uġigħ fis-sider.

Erezzjonijiet prolongati u kultant bl-uġigħ – dan iseħħ rari (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000)

Jekk għandek erezzjoni li ddum iktar minn 4 sigħat, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Tnaqqis jew telf fil-vista f’daqqa – dan iseħħ rari

Reazzjonijiet serji tal-ġilda – dan iseħħ rari

Is-sintomi jistgħu jinkludu tqaxxir sever u nefħa tal-ġilda, infafet fil-ħalq, fil-partijiet ġenitali u madwar l-għajnejn, deni.

Puplesiji jew aċċessjonijiet – dan iseħħ rari

Effetti sekondarji oħrajn:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna minn kull 10): uġigħ ta’ ras.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 10): dardir, ħmura fil-wiċċ, fwawar (sintomi jinkludu sensazzjoni f’daqqa ta’ sħana fil-parti ta’ fuq ta’ ġismek), indiġestjoni, vista mżewwqa b’xi kulur, vista mċajpra, disturb fil-vista, sadd fl-imnifsejn u sturdament.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 100): rimettar, raxx tal-ġilda, irritazzjoni tal- għajnejn, għajnejn ħomor/għajnejn kulur id-demm, uġigħ fl-għajnejn, tara teptip ta’ dawl, luminożità fil-vista, sensittività għad-dawl, għajnejn idemmgħu, taħbit tal-qalb mgħaġġel, taħbit tal-qalb rapidu, pressjoni tad-demm għolja, pressjoni tad-demm baxxa, uġigħ fil-muskoli, tħossok bi ngħas, tnaqqis fis-sens tal-mess, vertiġini, tisfir fil-widnejn, ħalq xott, imnifsejn imblukkati jew misdudin, infjammazzjoni tar-rita tal-imnieħer (sintomi jinkludu flissjoni, għatis u imnieħer misdud), uġigħ fil- parti ta’ fuq tal-addome, mard ta’ rifluss gastro-esofaġeali (sintomi jinkludu ħruq ta’ stonku), preżenza tad-demm fl-awrina, uġigħ fid-dirgħajn jew fir-riġlejn, fsada mill-imnieħer, tħossok taħraq u ma tiflaħx

Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 persuna minn kull 1,000): ħass ħażin, attakk tal-qalb, taħbit tal-qalb irregolari, fluss tad-demm imnaqqas temporanjament għal partijiet tal-moħħ, sensazzjoni ta’ għafis fil- gerżuma, ħalq imtextex, fsada fuq wara tal-għajn, vista doppja, tnaqqis fl-akutezza fil-vista, sensazzjoni anormali fl-għajn, nefħa tal-għajn jew tal-kappell tal-għajn, frak żgħar jew tikek fil-vista tiegħek, tara raġġieri madwar id-dwal, twessigħ tal-ħabba tal-għajn, telf fil-kulur tal-abjad tal-għajn,

fsada fil-pene, preżenza ta’ demm fis-semen, imnieħer xott, nefħa fuq ġewwa tal-imnieħer, tħossok irritabbli u tnaqqis f’daqqa jew telf ta’ smigħ.

Minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, ġew irrapportati b’mod rari każijiet ta’ anġina instabbli (kundizzjoni tal-qalb) u mewta f’daqqa. Huwa importanti li jiġi nnotat li ħafna, iżda mhux l-irġiel kollha li esperjenzaw dawn l-effetti sekondarji, kellhom problemi tal-qalb qabel ma ħadu din il-mediċina. Mhux possibbli li wieħed jistabbilixxi jekk dawn il-każijiet kinux relatati direttament ma’ sildenafil.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Sildenafil Teva

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri huma importanti għall-ħarsien tal-ambjent. Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Sildenafil Teva

Is-sustanza attiva hi sildenafil. Kull pillola fiha 25 mg ta’ sildenafil (bħala l-melħ ċitrat)

Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: microcrystalline cellulose, calcium hydrogen phosphate anidru, croscarmellose sodium, magnesium stearate

Kisja: poly(vinyl alcohol), titanium dioxide (E171), macrogol 3350, talc.

Kif jidher Sildenafil Teva u l-kontenut tal-pakkett

Sildenafil Teva 25 mg huma bojod, f’għamla ovali, miksija b’rita li fuqhom hemm intaljat ‘S 25’ mg fuq naħa waħda u huma mingħajr disinn fuq in-naħa l-oħra.

Sildenafil Teva jiġi f’pakketti b’folji ta’ 2, 4, 8 u 12-il pillola, u folji perforati li fihom 10 x 1 pillola ta’ doża waħda.

Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva B.V.

Swensweg 5 2031GA Haarlem L-Olanda

Manifattur:

TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company Pallagi út 13,

4042 Debrecen, L-Ungerija

TEVA UK Ltd

Brampton Road,

Hampden Park,

Eastbourne,

East Sussex, BN22 9AG

Ir-Renju Unit

Teva Pharma,S.L.U.

Polígono Industrial Malpìca, calle C,no.4 50016 Zaragoza

Spanja

Teva Operations Poland Sp.z.o.o. ul Mogilska 80. 31-546, Krakow, Il-Polonja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB “Sicor Biotech”

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 02 03

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

ratiopharm GmbH

Teл: +359 2 489 95 82

Allemagne/Deutschland

Tél: +49 731 402 02

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tlf: +45 44 98 55 11

L-Irlanda

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

TEVA GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: (49) 731 402 08

Tel: +31 (0) 800 0228400

Eesti

Norge

Teva Eesti esindus UAB Sicor Biotech

Teva Norway AS

Eesti filiaal

Tlf: (47) 66 77 55 90

Tel: +372 661 0801

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 007

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +(34) 91 387 32 80

Tel.: +(48) 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda

Tél: +(33) 1 55 91 78 00

Tel: (351) 21424 80 00

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel:+ 385 1 37 20 000

Tel: +4021 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 (0)51 321740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy

Teva Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Finnland

Tel: +(421) 2 5726 7911

Puh/Tel: +358 9 180 5900.

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +(39) 0289179805

Puh/tel: +358 9 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε.

Teva Sweden AB

Ελλάδα

Tel: +(46) 42 12 11 00

Τηλ: +30 210 72 79 099

Latvija

United Kingdom

UAB Sicor Biotech filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 67 323 666

Tel: +(44) 1323 501 111

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Sildenafil Teva 50 mg pilloli miksija b’rita

Sildenafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Sildenafil Teva u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Sildenafil Teva

3.Kif għandek tieħu Sildenafil Teva

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Sildenafil Teva

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Sildenafil Teva u għalxiex jintuża

Sildenafil Teva fih is-sustanza attiva sildenafil li jagħmel ma’ grupp ta’ mediċini li jissejħu impedituri ta’ phosphodiesterase tip 5 (PDE5). Hu jaġixxi billi jgħin jirrilassa l-vażi tad-demm fil-pene tiegħek, u hekk jippermetti d-demm jidħol fil-pene meta tkun eċitat sesswalment. Sildenafil Teva jgħinek biss biex ikollok it-twebbis jekk tkun stimlat sesswalment.

Sildenafil Teva huwa trattament għal irġiel adulti li għandhom problema biex jibbies il-pene, li kultant imsejjħa impotenza. Dan jigri meta raġel ma jkunx jista’ jikseb, jew iżomm, pene erett u iebes li jkun adattat għal attività sesswali.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Sildenafil Teva

Tiħux Sildenafil Teva

Jekk inti allerġiku għal sildenafil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Jekk inti qed tieħu mediċini li huma msejħa nitrati, minħabba li flimkien jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm li jista’ jkun ta’ ħsara. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li jingħataw spiss biex itaffu l-anġina (jew “uġigħ fis-sider”). Jekk inti m’intix ċert, staqsi lill-ispiżjar jew lit-tabib tiegħek.

Jekk inti qed tieħu mediċini li huma magħrufin li jiġġeneraw nitric oxide, bħal amyl nitrite (“poppers”), dawn ukoll jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm potenzjalment ta’ ħsara.

qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid- demm). Ġie muri li inibituri ta’ PDE5, bħal sildenafil, iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il- mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek problema severa tal-qalb jew tal-fwied.

Jekk inti dan l-ahhar kellek puplesija jew attakk tal-qalb, jew jekk għandek pressjoni baxxa

Jekk inti għandek ċertu mard rari ereditarju tal-għajnejn (bħal retinitis pigmentosa).

Jekk qatt kellek problemi fit-telf tal-vista minħabba newropatija anterjuri iskimika, mhux arteritika tal-għajn (NAION)

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Sildenafil Teva

Jekk inti għandek anemija tas-sickle cell (abnormalità taċ-ċelloli ħomor tad-demm), lewkemja (kanċer taċ-ċelluli tad-demm), majeloma multipla (kanċer tal-mudullun).

Jekk għandek deformità fil-pene tiegħek, jew il-marda ta’ Peyronie.

Jekk inti għandek problemi b’qalbek. It-tabib tiegħek għandu jiċċekkja bir-reqqa jekk qalbek tkunx tiflaħ għall-isforz żejjed li jkollok waqt l-att sesswali.

Jekk fil-preżent inti għandek ulċera fl-istonku, jew problema ta’ tnixxija tad-demm (bħal emofilja).

jekk f’ħakka t’għajn jkollok tnaqqis fil-vista jew titlef il-vista, tiħux iktar Sildenafil Teva u kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Inti m’għandekx tuża Sildenafil Teva ma’ xi kura oħra kemm mill-ħalq u kemm lokalizzata għal problema tal-erezzjoni tal-pene.

M’għandekx tuża Sildenafil Teva ma’ kuri għal pressjoni għolja arterjali pulmonari (PAH) li jkun fihom sildenafil jew kwalunkwe inibituri oħrajn ta’ PDE5.

M’għandekx tieħu Sildenafil Teva jekk m’għandekx disfunzjoni erettili.

M’għandekx tieħu Sildenafil Teva jekk inti mara.

Tfal u adolexxenti

Sildenafil Teva m’għandux jingħata lil individwi taħt l-età ta’ 18-il sena.

Mediċini oħra u Sildenafil Teva

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Il-pilloli Sildenafil Teva jistgħu jinterferixxu ma xi mediċini oħra, speċjalment dawk użati biex jittrattaw uġigħ fis-sider. F’każ ta’ emerġenza medika, inti għandek tgħid lit-tabib, l-ispiżjar jew l- infermier tiegħek li inti ħadt Sildenafil Teva u meta. Tieħux Sildenafil Teva ma’ mediċini oħra sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx li inti tista’ tagħmel dan.

M’għandekx tieħu Sildenafil Teva jekk qed tieħu mediċini msejħa nitrati, peress li flimkien dawn il- mediċini jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni li jista’ jkun ta’ ħsara. Dejjem għandek tgħid lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jekk qed tieħu minn dawn l-mediċini li jintużaw sikwit għal kura ta’ anġina pectoris (jew “uġigħ fis-sider”).

M’għandekx tieħu Sildenafil Teva jekk qed tieħu mediċini magħrufa bħala donaturi ta’ nitric oxide bħal amyl nitrite (“poppers”) peress li l-kombinazzjoni ta’ dawn ukoll jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni potenzjalment.

Għid lit-tabib jew spiżjar tiegħek jekk diġà qed tieħu riociguat.

Jekk inti qed tieħu mediċini magħrufa bħala inibituri ta’ protease, bħal dawk għall-kura tal-HIV, it-tabib tiegħek jista’ jibda jtik l-anqas doża (25 mg) ta’ Sildenafil Teva.

Pazjenti fuq kura ta’ alpha blockers għal pressjoni għolja jew nefħa tal-prostata jistgħu iħossu sturdament qawwi jew sturdament ħafif li tista’ tkun ikkawżata minn pressjoni posturali baxxa, jiġifieri l-pressjoni titbaxxa meta toqgħod bilqiegħda jew meta tqum bilwieqfa malajr. Xi pazjenti ħassew dawn is-sintomi meta kienu qed jieħdu Sildenafil Teva ma’ alpha-blockers. Dan ġeneralment iseħħ fi żmien 4 sigħat wara li tkun ħadt Sildenafil Teva. Biex tnaqqas iċ-ċans li dawn is-sintomi jistgħu jseħħu, għandek tkun fuq doża regolari ta’ kuljum ta’ alpha blocker li qed tieħu qabel ma tibda Sildenafil Teva. It-tabib tiegħek jista’ jibdik b’doża aktar baxxa (25 mg) ta’ Sildenafil Teva.

Sildenafil Teva ma’ ikel xorb u alkoħol

Sildenafil Teva jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt. Madnakollu, għandek mnejn issib li Sildenafil Teva iddum biex jaħdem aktar wara li tkun ħadt ikla tqila.

Ix-xorb alkoħoliku jista’ temporanjament ixxekkel il-ħila tiegħek ikollok titwebbis. Biex tieħu l-aħjar benefiċċju mill-mediċina tiegħek, huwa rrakkomandat li inti ma tixrobx ammont kbir ta’ alkoħol qabel ma tieħu Sildenafil Teva.

Tqala, treddigħ u fertilità

Sildenafil Teva mhux indikat biex jużawh in-nisa.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Sildenafil Teva jista’ jikkawża sturdament u jaffettwa l-vista. Għandek tkun taf sew kif tirreaġixxi għal Sildenafil Teva qabel ma ssuq jew tuża inġenji.

3. Kif għandek tieħu Sildenafil Teva

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Id-doża li ssoltu tibda biha hi ta’ 50 mg.

M’għandekx tieħu Sildenafil Teva aktar minn darba kuljum.

Tiħux Sildenafil Teva pilloli miksija b’rita flimkien ma’ pilloli li fihom sildenafil li jinħallu fil-ħalq.

Inti għandek tippjana li tieħu Sildenafil Teva madwar siegħa qabel ma tippjana li jkollok x’taqsam sesswalment mal-partner. Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ tazza ilma.

Jekk inti jkollok l-impressjoni li l-effett ta’ Sildenafil Teva huwa qawwi jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Sildenafil Teva jgħinek biss biex ikollok erezzjoni jekk inti tkun stimulat sesswalment. Il-ħin li jieħu Sildenafil Teva biex jaħdem ivarja minn persuna għal oħra, iżda normalment jieħu bejn nofs siegħa u siegħa. Inti tista’ ssib li Sildenafil Teva iddum iżjed biex jaħdem jekk inti tkun ħadt ikla kbira.

Jekk Sildenafil Teva ma jgħinekx biex jkollok erezzjoni, jew jekk l-erezzjoni ma ddumx biżżejjed biex inti jkollok rapport sesswali sħiħ, inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek.

Jekk tieħu Sildenafil Teva aktar milli suppost:

Tista tesperjenza zieda fl-effetti sekondarji u fis-severità tagħhom. Dozi ta’ aktar minn 100 mg ma jżidux l-effikaċja.

M’għandekx tieħu aktar pilloli milli suppost.

Jekk tieħu aktar pilloli milli suppost, ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-medicina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Dawn l-effetti sekondarji rrappurtati mal-użu ta’ Sildenafil Teva huma ġeneralment ħfief għal moderati u għal żmien qasir.

Jekk ikollok kwalunkwe minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin, għandek tieqaf tieħu Sildenafil Teva u tfittex għajnuna medika immedjatament:

Reazzjoni allerġika -din isseħħ b’mod mhux komuni (tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 100)

Is-sintomi jinkludu tħarħir fin-nifs f’daqqa, diffikultà biex tieħu n-nifs u sturdament, nefħa fil- kappell tal-għajn, fil-wiċċ u fil-griżmejn.

Uġigħ fis-sider - dan iseħħ b’mod mhux komuni Jekk dan iseħħ matul jew wara l-att sesswali:

-Oqgħod f’pożizzjoni kważi bilqiegħda u pprova rrilassa.

-Tużax nitrati biex tikkura l-uġigħ fis-sider.

Erezzjonijiet prolongati u kultant bl-uġigħ – dan iseħħ rari (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000)

Jekk għandek erezzjoni li ddum iktar minn 4 sigħat, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Tnaqqis jew telf fil-vista f’daqqa – dan iseħħ rari

Reazzjonijiet serji tal-ġilda – dan iseħħ rari

Is-sintomi jistgħu jinkludu tqaxxir sever u nefħa tal-ġilda, infafet fil-ħalq, fil-partijiet ġenitali u madwar l-għajnejn, deni.

Puplesiji jew aċċessjonijiet – dan iseħħ rari

Effetti sekondarji oħrajn:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna minn kull 10): uġigħ ta’ ras.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 10): dardir, ħmura fil-wiċċ, fwawar (sintomi jinkludu sensazzjoni f’daqqa ta’ sħana fil-parti ta’ fuq ta’ ġismek), indiġestjoni, vista mżewwqa b’xi kulur, vista mċajpra, disturb fil-vista, sadd fl-imnifsejn u sturdament.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 100): rimettar, raxx tal-ġilda, irritazzjoni tal- għajnejn, għajnejn ħomor/għajnejn kulur id-demm, uġigħ fl-għajnejn, tara teptip ta’ dawl, luminożità fil-vista, sensittività għad-dawl, għajnejn idemmgħu, taħbit tal-qalb mgħaġġel, taħbit tal-qalb rapidu, pressjoni tad-demm għolja, pressjoni tad-demm baxxa, uġigħ fil-muskoli, tħossok bi ngħas, tnaqqis fis-sens tal-mess, vertiġini, tisfir fil-widnejn, ħalq xott, imnifsejn imblukkati jew misdudin, infjammazzjoni tar-rita tal-imnieħer (sintomi jinkludu flissjoni, għatis u imnieħer misdud), uġigħ fil- parti ta’ fuq tal-addome, mard ta’ rifluss gastro-esofaġeali (sintomi jinkludu ħruq ta’ stonku), preżenza tad-demm fl-awrina, uġigħ fid-dirgħajn jew fir-riġlejn, fsada mill-imnieħer, tħossok taħraq u ma tiflaħx

Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 persuna minn kull 1,000): ħass ħażin, attakk tal-qalb, taħbit tal-qalb irregolari, fluss tad-demm imnaqqas temporanjament għal partijiet tal-moħħ, sensazzjoni ta’ għafis fil- gerżuma, ħalq imtextex, fsada fuq wara tal-għajn, vista doppja, tnaqqis fl-akutezza fil-vista, sensazzjoni anormali fl-għajn, nefħa tal-għajn jew tal-kappell tal-għajn, frak żgħar jew tikek fil-vista

tiegħek, tara raġġieri madwar id-dwal, twessigħ tal-ħabba tal-għajn, telf fil-kulur tal-abjad tal-għajn, fsada fil-pene, preżenza ta’ demm fis-semen, imnieħer xott, nefħa fuq ġewwa tal-imnieħer, tħossok irritabbli u tnaqqis f’daqqa jew telf ta’ smigħ.

Minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, ġew irrapportati b’mod rari każijiet ta’ anġina instabbli (kundizzjoni tal-qalb) u mewta f’daqqa. Huwa importanti li jiġi nnotat li ħafna, iżda mhux l-irġiel kollha li esperjenzaw dawn l-effetti sekondarji, kellhom problemi tal-qalb qabel ma ħadu din il-mediċina. Mhux possibbli li wieħed jistabbilixxi jekk dawn il-każijiet kinux relatati direttament ma’ sildenafil.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5. Kif taħżen Sildenafil Teva

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri huma importanti għall-ħarsien tal-ambjent. Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Sildenafil Teva

Is-sustanza attiva hi sildenafil. Kull pillola fiha 50 mg ta’ sildenafil (bħala l-melħ ċitrat)

Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: microcrystalline cellulose, calcium hydrogen phosphate anidru, croscarmellose sodium, magnesium stearate

Kisja: poly(vinyl alcohol), titanium dioxide (E171), macrogol 3350, talc.

Kif jidher Sildenafil Teva u l-kontenut tal-pakkett

Sildenafil Teva 50 mg huma bojod, f’għamla ovali, miksija b’rita li fuqhom hemm intaljat ;S 50’ fuq naħa waħda, u huma mingħajr disinn fuq in-naħa l-oħra.

Sildenafil Teva jiġi f’pakketti b’folji ta’ 2, 4, 8, 12 u 24 -il pillola, u folji perforati li fihom 10 x 1 pillola ta’ doża waħda.

Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Teva B.V.

Swensweg 5

2031GA Haarlem

L-Olanda

Manifattur:

TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company Pallagi út 13,

4042 Debrecen, L-Ungerija

TEVA UK Ltd

Brampton Road,

Hampden Park,

Eastbourne,

East Sussex

BN22 9AG

Ir-Renju Unit

Teva Pharma,S.L.U.

Polígono Industrial Malpìca, calle C,no.4 50016 Zaragoza

Spanja

Teva Operations Poland Sp.z.o.o. ul Mogilska 80. 31-546, Krakow, Il-Polonja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB “Sicor Biotech”

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 02 03

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

ratiopharm GmbH

Teл: +359 2 489 95 82

Allemagne/Deutschland

Tél: +49 731 402 02

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tlf: +45 44 98 55 11

L-Irlanda

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

TEVA GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: (49) 731 402 08

Tel: +31 (0) 800 0228400

Eesti

Norge

Teva Eesti esindus UAB Sicor Biotech

Teva Norway AS

Eesti filiaal

Tlf: (47) 66 77 55 90

Tel: +372 661 0801

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 007

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +(34) 91 387 32 80

Tel.: +(48) 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda

Tél: +(33) 1 55 91 78 00

Tel: (351) 21424 80 00

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel:+ 385 1 37 20 000

Tel: +4021 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 (0)51 321740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy

Teva Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Finnland

Tel: +(421) 2 5726 7911

Puh/Tel: +358 9 180 5900.

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +(39) 0289179805

Puh/tel: +358 9 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε.

Teva Sweden AB

Ελλάδα

Tel: +(46) 42 12 11 00

Τηλ: +30 210 72 79 099

Latvija

United Kingdom

UAB Sicor Biotech filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 67 323 666

Tel: +(44) 1323 501 111

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Sildenafil Teva 100 mg pilloli miksija b’rita

Sildenafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Sildenafil Teva u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Sildenafil Teva

3.Kif għandek tieħu Sildenafil Teva

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Sildenafil Teva

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Sildenafil Teva u għalxiex jintuża

Sildenafil Teva fih is-sustanza attiva sildenafil li jagħmel ma’ grupp ta’ mediċini li jissejħu impedituri ta’ phosphodiesterase tip 5 (PDE5). Hu jaġixxi billi jgħin jirrilassa l-vażi tad-demm fil-pene tiegħek, u hekk jippermetti d-demm jidħol fil-pene meta tkun eċitat sesswalment. Sildenafil Teva jgħinek biss biex ikollok it-twebbis jekk tkun stimlat sesswalment. Inti m’għandekx tieħu Sildenafil Teva jekk m’għandekx problema biex titwebbes. Inti m’għandekx tieħu Sildenafil Teva jekk inti mara

Sildenafil Teva huwa trattament għal irġiel adulti li għandhom problema biex jibbies il-pene, li kultant imsejjħa impotenza. Dan jigri meta raġel ma jkunx jista’ jikseb, jew iżomm, pene erett u iebes li jkun adattat għal attività sesswali.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Sildenafil Teva

Tiħux Sildenafil Teva

Jekk inti allerġiku għal sildenafil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Jekk inti qed tieħu mediċini li huma msejħa nitrati, minħabba li flimkien jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm li jista’ jkun ta’ ħsara. Għid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li jingħataw spiss biex itaffu l-anġina (jew “uġigħ fis-sider”). Jekk inti m’intix ċert, staqsi lill-ispiżjar jew lit-tabib tiegħek.

Jekk inti qed tieħu mediċini li huma magħrufin li jiġġeneraw nitric oxide, bħal amyl nitrite (“poppers”), dawn ukoll jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni tad-demm potenzjalment ta’ ħsara.

qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid-

demm). Ġie muri li inibituri ta’ PDE5, bħal sildenafil, iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il- mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek problema severa tal-qalb jew tal-fwied.

Jekk inti dan l-ahhar kellek puplesija jew attakk tal-qalb, jew jekk għandek pressjoni baxxa

Jekk inti għandek ċertu mard rari ereditarju tal-għajnejn (bħal retinitis pigmentosa).

Jekk qatt kellek problemi fit-telf tal-vista minħabba newropatija anterjuri iskimika, mhux arteritika tal-għajn (NAION)

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek qabel tieħu Sildenafil Teva

Jekk inti għandek anemija tas-sickle cell (abnormalità taċ-ċelloli ħomor tad-demm), lewkemja (kanċer taċ-ċelluli tad-demm), majeloma multipla (kanċer tal-mudullun).

Jekk għandek deformità fil-pene tiegħek, jew il-marda ta’ Peyronie.

Jekk inti għandek problemi b’qalbek. It-tabib tiegħek għandu jiċċekkja bir-reqqa jekk qalbek tkunx tiflaħ għall-isforz żejjed li jkollok waqt l-att sesswali.

Jekk fil-preżent inti għandek ulċera fl-istonku, jew problema ta’ tnixxija tad-demm (bħal emofilja).

jekk f’ħakka t’għajn jkollok tnaqqis fil-vista jew titlef il-vista, tiħux iktar Sildenafil Teva u kellem lit-tabib tiegħek minnufih.

Inti m’għandekx tuża Sildenafil Teva ma’ xi kura oħra kemm mill-ħalq u kemm lokalizzata għal problema tal-erezzjoni tal-pene.

M’għandekx tuża Sildenafil Teva ma’ kuri għal pressjoni għolja arterjali pulmonari (PAH) li jkun fihom sildenafil jew kwalunkwe inibituri oħrajn ta’ PDE5.

M’għandekx tieħu Sildenafil Teva jekk m’għandekx disfunzjoni erettili.

M’għandekx tieħu Sildenafil Teva jekk inti mara.

Tfal u adolexxenti

Sildenafil Teva m’għandux jingħata lil individwi taħt l-età ta’ 18-il sena.

Mediċini oħra u Sildenafil Teva

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar, jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Il-pilloli Sildenafil Teva jistgħu jinterferixxu ma xi mediċini oħra, speċjalment dawk użati biex jittrattaw uġigħ fis-sider. F’każ ta’ emerġenza medika, inti għandek tgħid lit-tabib, l-ispiżjar jew l- infermier tiegħek li inti ħadt Sildenafil Teva u meta. Tieħux Sildenafil Teva ma’ mediċini oħra sakemm it-tabib tiegħek ma jgħidlekx li inti tista’ tagħmel dan.

M’għandekx tieħu Sildenafil Teva jekk qed tieħu mediċini msejħa nitrati, peress li flimkien dawn il- mediċini jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni li jista’ jkun ta’ ħsara. Dejjem għandek tgħid lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jekk qed tieħu minn dawn l-mediċini li jintużaw sikwit għal kura ta’ anġina pectoris (jew “uġigħ fis-sider”).

M’għandekx tieħu Sildenafil Teva jekk qed tieħu mediċini magħrufa bħala donaturi ta’ nitric oxide bħal amyl nitrite (“poppers”) peress li l-kombinazzjoni ta’ dawn ukoll jistgħu jikkawżaw tnaqqis perikoluż fil-pressjoni potenzjalment.

Għid lit-tabib jew spiżjar tiegħek jekk diġà qed tieħu riociguat.

Jekk inti qed tieħu mediċini magħrufa bħala inibituri ta’ protease, bħal dawk għall-kura tal-HIV, it-tabib tiegħek jista’ jibda jtik l-anqas doża (25 mg) ta’ Sildenafil Teva.

Pazjenti fuq kura ta’ alpha blockers għal pressjoni għolja jew nefħa tal-prostata jistgħu iħossu sturdament qawwi jew sturdament ħafif li tista’ tkun ikkawżata minn pressjoni posturali baxxa, jiġifieri l-pressjoni titbaxxa meta toqgħod bilqiegħda jew meta tqum bilwieqfa malajr. Xi pazjenti ħassew dawn is-sintomi meta kienu qed jieħdu Sildenafil Teva ma’ alpha-blockers. Dan ġeneralment iseħħ fi żmien 4 sigħat wara li tkun ħadt Sildenafil Teva. Biex tnaqqas iċ-ċans li dawn is-sintomi jistgħu jseħħu, għandek tkun fuq doża regolari ta’ kuljum ta’ alpha blocker li qed tieħu qabel ma tibda Sildenafil Teva. It-tabib tiegħek jista’ jibdik b’doża aktar baxxa (25 mg) ta’ Sildenafil Teva.

Sildenafil Teva ma’ ikel xorb u alkoħol

Sildenafil Teva jista’ jittieħed mal-ikel jew fuq stonku vojt. Madnakollu, għandek mnejn issib li Sildenafil Teva iddum biex jaħdem aktar wara li tkun ħadt ikla tqila.

Ix-xorb alkoħoliku jista’ temporanjament ixxekkel il-ħila tiegħek ikollok titwebbis. Biex tieħu l-aħjar benefiċċju mill-mediċina tiegħek, huwa rrakkomandat li inti ma tixrobx ammont kbir ta’ alkoħol qabel ma tieħu Sildenafil Teva.

Tqala, treddigħ u fertilità

Sildenafil Teva mhux indikat biex jużawh in-nisa.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Sildenafil Teva jista’ jikkawża sturdament u jaffettwa l-vista. Għandek tkun taf sew kif tirreaġixxi għal Sildenafil Teva qabel ma ssuq jew tuża inġenji.

4.Kif għandek tieħu Sildenafil Teva

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Id-doża li ssoltu tibda biha hi ta’ 50 mg.

M’għandekx tieħu Sildenafil Teva aktar minn darba kuljum.

Tiħux Sildenafil Teva pilloli miksija b’rita flimkien ma’ pilloli li fihom sildenafil li jinħallu fil-ħalq.

Inti għandek tippjana li tieħu Sildenafil Teva madwar siegħa qabel ma tippjana li jkollok x’taqsam sesswalment mal-partner. Ibla’ l-pillola sħiħa ma’ tazza ilma.

Jekk inti jkollok l-impressjoni li l-effett ta’ Sildenafil Teva huwa qawwi jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Sildenafil Teva jgħinek biss biex ikollok erezzjoni jekk inti tkun stimulat sesswalment. Il-ħin li jieħu Sildenafil Teva biex jaħdem ivarja minn persuna għal oħra, iżda normalment jieħu bejn nofs siegħa u siegħa. Inti tista’ ssib li Sildenafil Teva iddum iżjed biex jaħdem jekk inti tkun ħadt ikla kbira.

Jekk Sildenafil Teva ma jgħinekx biex jkollok erezzjoni, jew jekk l-erezzjoni ma ddumx biżżejjed biex inti jkollok rapport sesswali sħiħ, inti għandek tgħid lit-tabib tiegħek.

Jekk tieħu Sildenafil Teva aktar milli suppost

Tista tesperjenza zieda fl-effetti sekondarji u fis-severità tagħhom. Dozi ta’ aktar minn 100 mg ma jżidux l-effikaċja.

M’għandekx tieħu aktar pilloli milli suppost.

Jekk tieħu aktar pilloli milli suppost, ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-medicina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Dawn l-effetti sekondarji rrappurtati mal-użu ta’ Sildenafil Teva huma ġeneralment ħfief għal moderati u għal żmien qasir.

Jekk ikollok kwalunkwe minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin, għandek tieqaf tieħu Sildenafil Teva u tfittex għajnuna medika immedjatament:

Reazzjoni allerġika -din isseħħ b’mod mhux komuni (tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 100)

Is-sintomi jinkludu tħarħir fin-nifs f’daqqa, diffikultà biex tieħu n-nifs u sturdament, nefħa fil- kappell tal-għajn, fil-wiċċ u fil-griżmejn.

Uġigħ fis-sider - dan iseħħ b’mod mhux komuni Jekk dan iseħħ matul jew wara l-att sesswali:

-Oqgħod f’pożizzjoni kważi bilqiegħda u pprova rrilassa.

-Tużax nitrati biex tikkura l-uġigħ fis-sider.

Erezzjonijiet prolongati u kultant bl-uġigħ – dan iseħħ rari (jista’ jaffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000)

Jekk għandek erezzjoni li ddum iktar minn 4 sigħat, għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Tnaqqis jew telf fil-vista f’daqqa – dan iseħħ rari

Reazzjonijiet serji tal-ġilda – dan iseħħ rari

Is-sintomi jistgħu jinkludu tqaxxir sever u nefħa tal-ġilda, infafet fil-ħalq, fil-partijiet ġenitali u madwar l-għajnejn, deni.

Puplesiji jew aċċessjonijiet – dan iseħħ rari

Effetti sekondarji oħrajn:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna minn kull 10): uġigħ ta’ ras.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 10): dardir, ħmura fil-wiċċ, fwawar (sintomi jinkludu sensazzjoni f’daqqa ta’ sħana fil-parti ta’ fuq ta’ ġismek), indiġestjoni, vista mżewwqa b’xi kulur, vista mċajpra, disturb fil-vista, sadd fl-imnifsejn u sturdament.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna minn kull 100): rimettar, raxx tal-ġilda, irritazzjoni tal- għajnejn, għajnejn ħomor/għajnejn kulur id-demm, uġigħ fl-għajnejn, tara teptip ta’ dawl, luminożità fil-vista, sensittività għad-dawl, għajnejn idemmgħu, taħbit tal-qalb mgħaġġel, taħbit tal-qalb rapidu, pressjoni tad-demm għolja, pressjoni tad-demm baxxa, uġigħ fil-muskoli, tħossok bi ngħas, tnaqqis fis-sens tal-mess, vertiġini, tisfir fil-widnejn, ħalq xott, imnifsejn imblukkati jew misdudin, infjammazzjoni tar-rita tal-imnieħer (sintomi jinkludu flissjoni, għatis u imnieħer misdud), uġigħ fil- parti ta’ fuq tal-addome, mard ta’ rifluss gastro-esofaġeali (sintomi jinkludu ħruq ta’ stonku), preżenza tad-demm fl-awrina, uġigħ fid-dirgħajn jew fir-riġlejn, fsada mill-imnieħer, tħossok taħraq u ma tiflaħx

Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 persuna minn kull 1,000): ħass ħażin, attakk tal-qalb, taħbit tal-qalb irregolari, fluss tad-demm imnaqqas temporanjament għal partijiet tal-moħħ, sensazzjoni ta’ għafis fil- gerżuma, ħalq imtextex, fsada fuq wara tal-għajn, vista doppja, tnaqqis fl-akutezza fil-vista,

sensazzjoni anormali fl-għajn, nefħa tal-għajn jew tal-kappell tal-għajn, frak żgħar jew tikek fil-vista tiegħek, tara raġġieri madwar id-dwal, twessigħ tal-ħabba tal-għajn, telf fil-kulur tal-abjad tal-għajn, fsada fil-pene, preżenza ta’ demm fis-semen, imnieħer xott, nefħa fuq ġewwa tal-imnieħer, tħossok irritabbli u tnaqqis f’daqqa jew telf ta’ smigħ.

Minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, ġew irrapportati b’mod rari każijiet ta’ anġina instabbli (kundizzjoni tal-qalb) u mewta f’daqqa. Huwa importanti li jiġi nnotat li ħafna, iżda mhux l-irġiel kollha li esperjenzaw dawn l-effetti sekondarji, kellhom problemi tal-qalb qabel ma ħadu din il-mediċina. Mhux possibbli li wieħed jistabbilixxi jekk dawn il-każijiet kinux relatati direttament ma’ sildenafil.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5. Kif taħżen Sildenafil Teva

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif tarmi mediċini li m’għandekx bżonn. Dawn il-miżuri huma importanti għall-ħarsien tal-ambjent. Żommu fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Sildenafil Teva

Is-sustanza attiva hi sildenafil.

Kull pillola fiha 100 mg ta’ sildenafil (bħala l-melħ ċitrat)

Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: microcrystalline cellulose, calcium hydrogen phosphate anidru, croscarmellose sodium, magnesium stearate

Kisja: poly(vinyl alcohol), titanium dioxide (E171), macrogol 3350, talc.

Kif jidher Sildenafil Teva u l-kontenut tal-pakkett

Sildenafil Teva 100 mg huma bojod, f’għamla ovali, miksija b’rita li fuqhom hemm intaljat ‘S 100’ fuq naħa waħda, u huma mingħajr disinn fuq in-naħa l-oħra.

Sildenafil Teva jiġi f’pakketti b’folji ta’ 2, 4, 8, 12 u 24-il pillola, u folji perforati li fihom 10 x 1 pillola ta’ doża waħda.

Jista’ jkun li mhux id-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva B.V.

Swensweg 5

2031GA Haarlem

L-Olanda

Manifattur

TEVA Pharmaceutical Works Private Limited Company Pallagi út 13,

4042 Debrecen, L-Ungerija

TEVA UK Ltd

Brampton Road,

Hampden Park,

Eastbourne,

East Sussex, BN22 9AG

Ir-Renju Unit

Teva Pharma, S.A.U.

Polígono Industrial Malpìca, calle C,no.4 50016 Zaragoza

Spanja

Teva Operations Poland Sp.z.o.o. ul Mogilska 80. 31-546, Krakow, Il-Polonja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB “Sicor Biotech”

Tel/Tél: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 02 03

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

ratiopharm GmbH

Teл: +359 2 489 95 82

Allemagne/Deutschland

Tél: +49 731 402 02

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland

Tlf: +45 44 98 55 11

L-Irlanda

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

TEVA GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: (49) 731 402 08

Tel: +31 (0) 800 0228400

Eesti

Norge

Teva Eesti esindus UAB Sicor Biotech

Teva Norway AS

Eesti filiaal

Tlf: (47) 66 77 55 90

Tel: +372 661 0801

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 007

España

Polska

Teva Pharma, S.L.U.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tél: +(34) 91 387 32 80

Tel.: +(48) 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

Teva Pharma - Produtos Farmacêuticos Lda

Tél: +(33) 1 55 91 78 00

Tel: (351) 21424 80 00

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel:+ 385 1 37 20 000

Tel: +4021 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 (0)51 321740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy

Teva Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Finnland

Tel: +(421) 2 5726 7911

Puh/Tel: +358 9 180 5900.

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +(39) 0289179805

Puh/tel: +358 9 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε.

Teva Sweden AB

Ελλάδα

Tel: +(46) 42 12 11 00

Τηλ: +30 210 72 79 099

Latvija

United Kingdom

UAB Sicor Biotech filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 67 323 666

Tel: +(44) 1323 501 111

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati