Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Sildenafil ratiopharm (sildenafil) – Fuljett ta’ tagħrif - G04BE03

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaSildenafil ratiopharm
Kodiċi ATCG04BE03
Sustanzasildenafil
ManifatturRatiopharm GmbH

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Sildenafil ratiopharm 25 mg pilloli miksija b’rita

Sildenafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib u lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Sildenafil ratiopharm u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Sildenafil ratiopharm

3.Kif għandek tieħu Sildenafil ratiopharm

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Sildenafil ratiopharm

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

Sildenafil ratiopharm fih is-sustanza attiva sildenafil li jappartjeni għall-grupp ta’ mediċini msejħa inibituri ta’ phosphodiesterase ta’ tip 5 (PDE5). Din il-mediċina tippermetti li sseħħ erezzjoni għal ħin twil biżżejjed biex inti tista’ jkollok attività sesswali sodisfaċenti b’mod sħiħ. Inaqqas l-azzjoni tal- kimika naturali f’ġismek, li ġġiegħel li ma jkunx hemm erezzjonijiet. Sildenafil ratiopharm ser jaħdem biss meta tkun stimulat sesswalment.

Għalxiex jintuża Sildenafil ratiopharm

Sildenafil ratiopharm hu kura għal irġiel adulti b’disfunzjoni erettili, xi kultant tissejjaħ impotenza. Dan jiġri meta raġel ma jkunx jista’ jikseb erezzjoni jew iżomm pene iebes u erett biżżejjed biex ikollu attività sesswali.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Sildenafil ratiopharm

Tiħux Sildenafil ratiopharm

-jekk inti allerġiku għal sildenafil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

-jekk qed tieħu mediċini li fihom in-nitrates (eż. glycerol trinitrate) jew donaturi ta’ nitric oxide (eż. amyl nitrite, imsejħa wkoll “poppers”). Dawn il-mediċini ta’ spiss jintużaw biex itaffu s- sintomi ta’ wġigħ fis-sider (anġina pectoris). Li tieħu dawn il-mediċini ma’ Sildenafil ratiopharm jista’ jaffettwa serjament il-pressjoni tad-demm tiegħek Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin. Jekk ma tkunx ċert, staqsi lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek.

-qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid- demm). Ġie muri li inibituri ta’ PDE5, bħal sildenafil, iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il- mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

-jekk għandek problema severa tal-qalb.

-jekk dan l-aħħar kellek puplesija jew attakk tal-qalb.

-jekk għandek pressjoni tad-demm baxxa.

-jekk għandek problema severa tal-fwied.

-jekk għandek ċertu mard ereditarju rari tal-għajnejn (bħal retinite pigmentosa).

-jekk xi darba kellek telf ta’ vista minħabba kundizzjoni tal-għajnejn magħrufa bħala “puplesija tal-għajnejn” (newropatija ottika iskemika anterjuri mhux arteritika, NAION).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib u l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Sildenafil ratiopharm

-jekk għandek problemi tal-qalb. F’dak il-każ, it-tabib tiegħek għandu jiċċekkja bir-reqqa jekk qalbek tiflaħx għall-istress addizzjonali meta tkun qed tagħmel attività sesswali.

-jekk tbati minn kwalunkwe minn dawn id-disturbi jew sintomi li ġejjin, għax jista’ jkollok iktar effetti sekondarji:

anormalità taċ-ċelluli tad-demm ħomor (anemija taċ-ċelluli sickle);

kanċer tad-demm (lewkimja);

kanċer tal-mudullun (majeloma multipla);

kwalunkwe marda jew deformità tal-pene.

-jekk tbati minn kwalunkwe minn dawn id-disturbi li ġejjin, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek, u dan ser jiċċekkja bir-reqqa jekk din il-mediċina hijiex adattata għalik:

jekk bħalissa għandek ulċera fl-istonku;

jekk għandek disturb biex jagħqad id-demm (eż. emofilja).

-jekk tbati minn problemi tal-kliewi jew tal-fwied. Jekk jogħġbok għid lit-tabib dwar dan. F’dan il-każ, hu jista’ jiddeċiedi li jagħtik doża iktar baxxa.

M’għandekx tieħu din il-mediċina

-jekk diġà qed tieħu kuri oħrajn għal disfunzjoni erettili.

-jekk diġà qed tieħu kuri oħrajn għal pressjoni għolja arterjali pulmonari (PAH) li jkun fihomsildenafil jew kwalunkwe inibituri oħrajn ta’ PDE5.

-jekk m’għandekx disfunzjoni erettili.

-jekk inti mara.

Jekk ikollok tnaqqis jew telf ta’ vista għal għarrieda, tiħux aktar Sildenafil ratiopharm u ikkuntattja lit- tabib tiegħek IMMEDJATAMENT.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina m’għandhiex tingħata lil tfal u adolexxenti taħt l-età ta’ 18-il sena.

Mediċini oħra u Sildenafil ratiopharm

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista' tieħu xi mediċina oħra.

F’emerġenza medika, għandek tgħid lil xi persuna li tkun qed tieħu ħsiebek li ħadt Sildenafil ratiopharm.

TIĦUX Sildenafil ratiopharm jekk qed tieħu mediċini li fihom in-nitrati (eż. glycerol trinitrate) jew donaturi ta’ nitric oxide (eż. amyl nitrite, imsejħa wkoll “poppers”). Dawn il-mediċini ta’ spiss jintużaw biex itaffu s-sintomi ta’ wġigħ fis-sider (anġina pectoris). It-teħid fl-istess ħin ta’ nitrates jew donaturi ta’ nitric oxide ma’ Sildenafil ratiopharm jista’ jkollu effetti qawwija fuq il-pressjoni tad- demm tiegħek.

Għid lit-tabib jew spiżjar tiegħek jekk diġà qed tieħu riociguat.

Li tieħu Sildenafil ratiopharm flimkien ma’ xi mediċini jista’ jwassal għal problemi. Għalhekk, għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin:

-ritonavir jew saquinavir (mediċini għall-kura ta’ infezzjonijiet bl-HIV);

-ketoconazole jew itraconazole (mediċini għall-kura ta’ infezzjonijiet fungali);

-erythromycin (antibijotiku);

-cimetidine (mediċina għall-kura ta’ qrusa fl-istonku u ulċeri peptiċi);

-alpha blockers (grupp ta’ mediċini għall-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja jew prostata mkabbra [iperplasija prostatika beninna]).

Xi pazjenti li jkunu qed jieħdu alpha blockers jista’ jkollhom sturdament jew mejt meta jqumu bilwieqfa. Dawn huma sintomi ta’ tnaqqis fil-pressjoni tad-demm meta tqum malajr minn pożizzjoni bilqiegħda jew mimduda (pressjoni baxxa li tiddependi mill-qagħda). Dawn is- sintomi normalment iseħħu fi żmien 4 sigħat minn x’ħin tkun ħadt Sildenafil ratiopharm. Sabiex tnaqqas il-probabbiltà li jseħħu dawn is-sintomi, għandek tibda tieħu Sildenafil ratiopharm biss meta tkun diġà kkontrollat tajjeb fuq doża regolari ta’ kuljum tal-alpha blocker.

Jekk qed tieħu waħda minn dawn il-mediċini, it-tabib tiegħek jista’ jibdiek fuq l-inqas doża (25 mg) ta’ Sildenafil ratiopharm. Jekk qed tieħu ritonavir, ma tistax taqbeż doża massima ta’ 25 mg ta’ sildenafil f’perijodu ta’ 48 siegħa.

Sildenafil ratiopharm ma’ ikel, xorb u alkoħol

Meta din il-mediċina tittieħed mal-ikel jista’ jkun li Sildenafil ratiopharm idum xi ftit aktar biex jaħdem.

Ix-xorb alkoħoliku jista’ jagħmel id-diffikultajiet li wieħed jikseb erezzjoni xierqa. Sabiex tikseb il- benefiċċju massimu mill-mediċina tiegħek, hu rrakkomandat li tevita l-alkoħol qabel ma tieħu din il- mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Din il-mediċina tista’ tikkawża xi sturdament, jew taffettwa l-viżta jew is-smigħ. Jekk tħossok stordut, jew jekk il-viżta jew is-smigħ tiegħek jiġu affettwati wara li tieħu Sildenafil ratiopharm, m’għandekx issuq jew tħaddem kwalunkwe għodda jew magni.

3.Kif għandek tieħu Sildenafil ratiopharm

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija

Hu pillola Sildenafil ratiopharm waħda miksija b’rita madwar siegħa qabel l-attività sesswali. Ibla’ l- pillola miksija b’rita sħiħa ma’ tazza ilma.

M’għandekx tieħu iktar pilloli miksija b’rita milli jgħidlek it-tabib tiegħek.

M’għandekx tieħu Sildenafil ratiopharm iktar minn darba kuljum.

Din il-mediċina se tgħinek tikseb erezzjoni jekk tkun sesswalment stimulat biss. L-ammont ta’ ħin li jieħu Sildenafil ratiopharm biex jaħdem ivarja minn persuna għall-oħra, iżda normalment jieħu bejn nofs siegħa u siegħa. Tista’ tinnota li din il-mediċina se tgħinek tieħu aktar żmien biex taħdem jekk teħodha ma’ ikla kbira.

Jekk din il-mediċina ma tgħinekx tikseb erezzjoni, jew jekk l-erezzjoni tiegħek ma ddumx biżżejjed biex ikun jista’ jkollok att sesswali sodisfaċenti, għandek tgħid lit-tabib tiegħek.

Jekk tieħu Sildenafil ratiopharm aktar milli suppost

Irġiel li jieħu Sildenafil ratiopharm iżżejjed jista’ jkollhom iktar effetti sekondarji jew jista’ jkollhom uġigħ sever fil-muskoli. Jekk tieħu iktar Sildenafil ratiopharm minn dak li hemm fuq ir-riċetta, għid it- tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Dawn l-effetti sekondarji rrappurtati ma’ l-użu ta’ sildenafil huma ġeneralment ħfief għal moderati u ma jdumux.

Jekk ikollok kwalunkwe minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin, għandek tieqaf tieħu Sildenafil ratiopharm u tfittex għajnuna medika immedjatament:

-Reazzjoni allerġika - din isseħħ b’mod mhux komuni (tista’ taffettwa persuna 1 minn kull 100).

Is-sintomi jinkludu tħarħir tan-nifs f’daqqa, diffikulta’ biex tieħu n-nifs u sturdament, nefħa fil-kapell ta’ l-għajn, fil-wiċċ u fil-griżmejn.

-Uġigħ fis-sider - dan iseħħ b’mod mhux komuni. Jekk dan iseħħ matul jew wara l-att sesswali:

Oqgħod f’pożizzjoni kważi bilqiegħda u pprova rrilassa.

Tużax nitrates biex tikkura l-uġigħ fis-sider.

- Erezzjonijiet li jdumu żmien twil u kultant bl-uġieħ -dawn iseħħu b’mod rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000).

Jekk ikollok erezzjoni bħal din, li ddum kontinwament għal iktar minn 4 sigħat, għandek tikkuntattja tabib immedjatament.

-Tnaqqis jew telf fil-vista f’daqqa - dan iseħħ b’mod rari.

-Reazzjonijiet serji tal-ġilda - dawn iseħħu b’mod rari.

Is-sintomi jistgħu jinkludu tqaxxir sever u nefħa tal-ġilda, infafet fil-ħalq, fil-partijiet ġenitali u madwar l-għajnejn, deni.

-Puplesiji jew aċċessjonijiet - dawn iseħħu b’mod rari.

Effetti sekondarji oħrajn:

Komuni ħafna (jistgħu' jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10): uġigħ ta’ ras.

Komuni (jistgħu' jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10): dardir, ħmura fil-wiċċ, fwawar tal- menopawsa (sintomi jinkludu sensazzjoni f’daqqa ta’ sħana fil-parti ta’ fuq tal-ġisem), indiġestjoni, vista mżewwqa b’xi kulur, vista mċajpra, disturb viżiv,imnifsejn miżduda u sturdament.

Mhux komuni (jistgħu' jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100): rimettar, raxx, irritazzjoni fl-għajnejn, għajnejn ħomor, uġigħ fl-għajn, tara leħħiet ta’ dawl bħal berqa, luminożità viżiva, sensittività għad- dawl, għajnejn idemmgħu, taħbit qawwi tal-qalb, taħbit tal-qalb mgħaġġel, pressjoni għolja, pressjoni baxxa, uġigħ fil-muskoli, ngħas tqil, tnaqqis fis-sens tal-mess, vertigo, tisfir fil-widnejn, ħalq xott, imnifsejn imblukkati jew mimlijin, infjammazzjoni tar-rita tal-imnieħer (sintomi jinkludu tnixxija, għatis u sadda), uġigħ addominali fil-parti ta’ fuq, mard tar-rifluss gastro-esofaġeali (sintomi jinkludu ħruq ta’ stonku), preżenza ta’ demm fl-awrina, uġigħ fid-dirgħajn u r-riġlejn, fsada fl-imnieħer, sensazzjoni ta’ sħana u għeja.

Rari (jistgħu' jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000): ħass ħażin, puplesija, attakk tal-qalb, taħbit irregolari tal-qalb, fluss tad-demm temporanjament imnaqqas għal partijiet tal-moħħ, sensazzjoni ta’ ssikkar tal-gerżuma, telf ta’ sensazzjoni fil-ħalq, fsada fuq wara tal-għajnejn, tara doppju, tnaqqis fil- preċiżjoni viżiva, sensazzjoni mhux normali fl-għajnejn, nefħa tal-għajn jew tal-kappell tal-għajn, frak jew tikek żgħar fil-vista tiegħek, tara dijademi madwar id-dwal, dilatazzjoni tal-ħabba tal-għajn, telf ta’ kulur tal-abjad tal-għajnejn, fsada fil-pene, preżenza ta’ demm fis-semen, imnieħer xott, nefħa fuq ġewwa tal-imnieħer, tħossok irritabbli u telf f’daqqa tas-smigħ.

Minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, b’mod rari ġew irrappurtati każijiet ta’anġina instabbli (kundizzjoni tal-qalb) mewt għall-għarrieda. Ta’ min wieħed jinnota li l-biċċa l-kbira tal-irġiel, iżda mhux kollha, li kellhom dawn l-effetti sekondarji kellhom problemi tal-qalb qabel ma ħadu din il- mediċina. Mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit jekk dawn l-avvenimenti kinux marbuta direttament ma’ Sildenafil ratiopharm.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Sildenafil ratiopharm

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi, li tidher fuq il-kaxxa tal-kartun ta’ barra u fuq il- folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Sildenafil ratiopharm

-Is-sustanza attiva hi sildenafil.

Kull pillola miksija b’rita fiha sildenafil citrate ekwivalenti għal 25 mg ta’ sildenafil.

-Is-sustanzi l-oħra huma: microcrystalline cellulose, hypromellose, croscarmellose sodium, magnesium stearate, calcium hydrogen phosphate anhydrous, talc, macrogol 6000, titanium dioxide, iron oxide red.

Kif jidher Sildenafil ratiopharm u l-kontenut tal-pakkett

Sildenafil ratiopharm huma pilloli miksija b’rita, minn bojod sa bojod jagħtu fil-griż, oblunga b’tarf.

Sildenafil ratiopharm hu fornut f’pakketti ta’ 1, 2, 4, 8 jew 12-il pillola miksija b’rita fil-folji. Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq ratiopharm GmbH

Graf-Arco-Straße 3 89079 Ulm Il-Ġermanja

Manifattur

Merckle GmbH

Ludwig-Merckle-Straße 3

89143 Blaubeuren

Il-Ġermanja

Teva Operations Poland Sp. z o.o. ul. Mogilska 80

31-546 Kraków Il-Polonja

HBM Pharma s.r.o Sklabinská 30 036 80 Martin Is-Slovakkja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB "Sicor Biotech"

Tél/Tel: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 0203

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

ratiopharm GmbH, Allemagne/Deutschland

Teл: +359 2 489 95 82

Tél/Tel: +49 731 402 02

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland, L Irlanda

Tlf: +45 44 98 55 11

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

ratiopharm GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 02

Tel: +31 800 0228 400

Eesti

Norge

UAB "Sicor Biotech" Eesti filiaal

Teva Norway AS

Tel: +372 661 0801

Tlf: +47 66 77 55 90

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 007

España

Polska

ratiopharm España, S.A.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 91 567 29 70

Tel.: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

ratiopharm, Comércio e Indústria de Produtos

Tél: +33 1 55 91 78 00

Farmacêuticos, Lda

Tel: +351 21 476 75 50

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: +385 1 37 20 000

Tel: +40 21 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 51 321740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy, Finnland

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Sími: +358 20 180 5900

Tel: +421 2 57 26 79 11

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +39 02 89 17 98 1

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε., Ελλάδα

Teva Sweden AB

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +46 42 12 11 00

Latvija

United Kingdom

UAB "Sicor Biotech" filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 673 23 666

Tel: +44 1977 628500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Sildenafil ratiopharm 50 mg pilloli miksija b’rita

Sildenafil

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Sildenafil ratiopharm u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Sildenafil ratiopharm

3.Kif għandek tieħu Sildenafil ratiopharm

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Sildenafil ratiopharm

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Sildenafil ratiopharm u għalxiex jintuża

Sildenafil ratiopharm fih is-sustanza attiva sildenafil li jappartjeni għall-grupp ta’ mediċini msejħa inibituri ta’ phosphodiesterase ta’ tip 5 (PDE5). Din il-mediċina tippermetti li sseħħ erezzjoni għal ħin twil biżżejjed biex inti tista’ jkollok attività sesswali sodisfaċenti b’mod sħiħ. Inaqqas l-azzjoni tal- kimika naturali f’ġismek, li ġġiegħel li ma jkunx hemm erezzjonijiet. Sildenafil ratiopharm ser jaħdem biss meta tkun stimulat sesswalment.

Għalxiex jintuża Sildenafil ratiopharm

Sildenafil ratiopharm hu kura għal irġiel adulti b’disfunzjoni erettili, xi kultant tissejjaħ impotenza. Dan jiġri meta raġel ma jkunx jista’ jikseb erezzjoni jew iżomm pene iebes u erett biżżejjed biex ikollu attività sesswali.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Sildenafil ratiopharm

Tiħux Sildenafil ratiopharm

-jekk inti allerġiku għal sildenafil jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

-jekk qed tieħu mediċini li fihom in-nitrates (eż. glycerol trinitrate) jew donaturi ta’ nitric oxide (eż. amyl nitrite, imsejħa wkoll “poppers”). Dawn il-mediċini ta’ spiss jintużaw biex itaffu s- sintomi ta’ wġigħ fis-sider (anġina pectoris). Li tieħu dawn il-mediċini ma’ Sildenafil ratiopharm jista’ jaffettwa serjament il-pressjoni tad-demm tiegħek Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin. Jekk ma tkunx ċert, staqsi lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek.

-qed/a tieħu riociguat. Din il-mediċina tintuża għat-trattament tal-ipertensjoni arterjali pulmonarja (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni) u ipertensjoni pulmonarja tromboembolika kronika (i.e., pressjoni għolja tad-demm fil-pulmuni kkawżata minn ċapep fid- demm). Ġie muri li inibituri ta’ PDE5, bħal sildenafil, iżidu l-effetti ipotensivi ta’ din il- mediċina. Jekk qed/a tieħu riociguat jew m’intix ċert/a għid lit-tabib tiegħek.

-jekk għandek problema severa tal-qalb.

-jekk dan l-aħħar kellek puplesija jew attakk tal-qalb.

-jekk għandek pressjoni tad-demm baxxa.

-jekk għandek problema severa tal-fwied.

-jekk għandek ċertu mard ereditarju rari tal-għajnejn (bħal retinite pigmentosa).

-jekk xi darba kellek telf ta’ vista minħabba kundizzjoni tal-għajnejn magħrufa bħala “puplesija tal-għajnejn” (newropatija ottika iskemika anterjuri mhux arteritika, NAION).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib u l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Sildenafil ratiopharm

-jekk għandek problemi tal-qalb. F’dak il-każ, it-tabib tiegħek għandu jiċċekkja bir-reqqa jekk qalbek tiflaħx għall-istress addizzjonali meta tkun qed tagħmel attività sesswali.

-jekk tbati minn kwalunkwe minn dawn id-disturbi jew sintomi li ġejjin, għax jista’ jkollok iktar effetti sekondarji:

anormalità taċ-ċelluli tad-demm ħomor (anemija taċ-ċelluli sickle);

kanċer tad-demm (lewkimja);

kanċer tal-mudullun (majeloma multipla);

kwalunkwe marda jew deformità tal-pene.

-jekk tbati minn kwalunkwe minn dawn id-disturbi li ġejjin, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek, u dan ser jiċċekkja bir-reqqa jekk din il-mediċina hijiex adattata għalik:

jekk bħalissa għandek ulċera fl-istonku;

jekk għandek disturb biex jagħqad id-demm (eż. emofilja).

-jekk tbati minn problemi tal-kliewi jew tal-fwied. Jekk jogħġbok għid lit-tabib dwar dan. F’dan il-każ, hu jista’ jiddeċiedi li jagħtik doża iktar baxxa.

M’għandekx tieħu din il-mediċina

-jekk diġà qed tieħu kuri oħrajn għal disfunzjoni erettili.

-jekk diġà qed tieħu kuri oħrajn għal pressjoni għolja arterjali pulmonari (PAH) li jkun fihomsildenafil jew kwalunkwe inibituri oħrajn ta’ PDE5.

-jekk m’għandekx disfunzjoni erettili.

-jekk inti mara.

Jekk ikollok tnaqqis jew telf ta’ vista għal għarrieda, tiħux aktar Sildenafil ratiopharm u ikkuntattja lit- tabib tiegħek IMMEDJATAMENT.

Tfal u adolexxenti

Din il-mediċina m’għandhiex tingħata lil tfal u adolexxenti taħt l-età ta’ 18-il sena.

Mediċini oħra u Sildenafil ratiopharm

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista' tieħu xi mediċina oħra.

F’emerġenza medika, għandek tgħid lil xi persuna li tkun qed tieħu ħsiebek li ħadt Sildenafil ratiopharm.

TIĦUX Sildenafil ratiopharm jekk qed tieħu mediċini li fihom in-nitrati (eż. glycerol trinitrate) jew donaturi ta’ nitric oxide (eż. amyl nitrite, imsejħa wkoll “poppers”). Dawn il-mediċini ta’ spiss jintużaw biex itaffu s-sintomi ta’ wġigħ fis-sider (anġina pectoris). It-teħid fl-istess ħin ta’ nitrates jew donaturi ta’ nitric oxide ma’ Sildenafil ratiopharm jista’ jkollu effetti qawwija fuq il-pressjoni tad- demm tiegħek.

Għid lit-tabib jew spiżjar tiegħek jekk diġà qed tieħu riociguat.

Li tieħu Sildenafil ratiopharm flimkien ma’ xi mediċini jista’ jwassal għal problemi. Għalhekk, għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini li ġejjin:

-ritonavir jew saquinavir (mediċini għall-kura ta’ infezzjonijiet bl-HIV);

-ketoconazole jew itraconazole (mediċini għall-kura ta’ infezzjonijiet fungali);

-erythromycin (antibijotiku);

-cimetidine (mediċina għall-kura ta’ qrusa fl-istonku u ulċeri peptiċi);

-alpha blockers (grupp ta’ mediċini għall-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja jew prostata mkabbra [iperplasija prostatika beninna]).

Xi pazjenti li jkunu qed jieħdu alpha blockers jista’ jkollhom sturdament jew mejt meta jqumu bilwieqfa. Dawn huma sintomi ta’ tnaqqis fil-pressjoni tad-demm meta tqum malajr minn pożizzjoni bilqiegħda jew mimduda (pressjoni baxxa li tiddependi mill-qagħda). Dawn is- sintomi normalment iseħħu fi żmien 4 sigħat minn x’ħin tkun ħadt Sildenafil ratiopharm. Sabiex tnaqqas il-probabbiltà li jseħħu dawn is-sintomi, għandek tibda tieħu Sildenafil ratiopharm biss meta tkun diġà kkontrollat tajjeb fuq doża regolari ta’ kuljum tal-alpha blocker.

Jekk qed tieħu waħda minn dawn il-mediċini, it-tabib tiegħek jista’ jibdiek fuq l-inqas doża (25 mg) ta’ Sildenafil ratiopharm. Jekk qed tieħu ritonavir, ma tistax taqbeż doża massima ta’ 25 mg ta’ sildenafil f’perijodu ta’ 48 siegħa.

Sildenafil ratiopharm ma’ ikel, xorb u alkoħol

Meta din il-mediċina tittieħed mal-ikel jista’ jkun li Sildenafil ratiopharm idum xi ftit aktar biex jaħdem.

Ix-xorb alkoħoliku jista’ jagħmel id-diffikultajiet li wieħed jikseb erezzjoni xierqa. Sabiex tikseb il- benefiċċju massimu mill-mediċina tiegħek, hu rrakkomandat li tevita l-alkoħol qabel ma tieħu din il- mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Din il-mediċina tista’ tikkawża xi sturdament, jew jaffettwa l-viżta jew is-smigħ. Jekk tħossok stordut, jew jekk il-viżta jew is-smigħ tiegħek jiġu affettwati wara li tieħu Sildenafil ratiopharm, m’għandekx issuq jew tħaddem kwalunkwe għodda jew magni.

3. Kif għandek tieħu Sildenafil ratiopharm

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija

Hu ½ jew pillola Sildenafil ratiopharm waħda miksija b’rita skont ir-riċetta tat-tabib tiegħek madwar siegħa qabel l-attività sesswali. Ibla’ l-pillola miksija b’rita sħiħa ma’ tazza ilma.

M’għandekx tieħu iktar pilloli miksija b’rita milli jgħidlek it-tabib tiegħek.

M’għandekx tieħu Sildenafil ratiopharm iktar minn darba kuljum.

Din il-mediċina se tgħinek tikseb erezzjoni jekk tkun sesswalment stimulat biss. L-ammont ta’ ħin li jieħu Sildenafil ratiopharm biex jaħdem ivarja minn persuna għall-oħra, iżda normalment jieħu bejn nofs siegħa u siegħa. Tista’ tinnota li din il-mediċina se tgħinek tieħu aktar żmien biex taħdem jekk teħodha ma’ ikla kbira.

Jekk din il-mediċina ma tgħinekx tikseb erezzjoni, jew jekk l-erezzjoni tiegħek ma ddumx biżżejjed biex ikun jista’ jkollok att sesswali sodisfaċenti, għandek tgħid lit-tabib tiegħek.

Jekk tieħu Sildenafil ratiopharm aktar milli suppost

Irġiel li jieħu Sildenafil ratiopharm iżżejjed jista’ jkollhom iktar effetti sekondarji jew jista’ jkollhom uġigħ sever fil-muskoli. Jekk tieħu iktar Sildenafil ratiopharm minn dak li hemm fuq ir-riċetta, għid it- tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Dawn l-effetti sekondarji rrappurtati ma’ l-użu ta’ sildenafil huma ġeneralment ħfief għal moderati u ma jdumux.

Jekk ikollok kwalunkwe minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin, għandek tieqaf tieħu Sildenafil ratiopharm u tfittex għajnuna medika immedjatament:

-Reazzjoni allerġika - din isseħħ b’mod mhux komuni (tista’ taffettwa persuna 1 minn kull 100).

Is-sintomi jinkludu tħarħir tan-nifs f’daqqa, diffikulta’ biex tieħu n-nifs u sturdament, nefħa fil-kapell ta’ l-għajn, fil-wiċċ u fil-griżmejn.

-Uġigħ fis-sider - dan iseħħ b’mod mhux komuni. Jekk dan iseħħ matul jew wara l-att sesswali:

Oqgħod f’pożizzjoni kważi bilqiegħda u pprova rrilassa.

Tużax nitrates biex tikkura l-uġigħ fis-sider.

- Erezzjonijiet li jdumu żmien twil u kultant bl-uġieħ -dawn iseħħu b’mod rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000).

Jekk ikollok erezzjoni bħal din, li ddum kontinwament għal iktar minn 4 sigħat, għandek tikkuntattja tabib immedjatament.

-Tnaqqis jew telf fil-vista f’daqqa - dan iseħħ b’mod rari.

-Reazzjonijiet serji tal-ġilda - dawn iseħħu b’mod rari.

Is-sintomi jistgħu jinkludu tqaxxir sever u nefħa tal-ġilda, infafet fil-ħalq, fil-partijiet ġenitali u madwar l-għajnejn, deni.

-Puplesiji jew aċċessjonijiet - dawn iseħħu b’mod rari.

Effetti sekondarji oħrajn:

Komuni ħafna (jistgħu' jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10): uġigħ ta’ ras.

Komuni (jistgħu' jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10): dardir, ħmura fil-wiċċ, fwawar tal- menopawsa (sintomi jinkludu sensazzjoni f’daqqa ta’ sħana fil-parti ta’ fuq tal-ġisem), indiġestjoni, vista mżewwqa b’xi kulur, vista mċajpra, disturb viżiv,imnifsejn miżduda u sturdament.

Mhux komuni (jistgħu' jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100): rimettar, raxx, irritazzjoni fl-għajnejn, għajnejn ħomor, uġigħ fl-għajn, tara leħħiet ta’ dawl bħal berqa, luminożità viżiva, sensittività għad- dawl, għajnejn idemmgħu, taħbit qawwi tal-qalb, taħbit tal-qalb mgħaġġel, pressjoni għolja, pressjoni baxxa, uġigħ fil-muskoli, ngħas tqil, tnaqqis fis-sens tal-mess, vertigo, tisfir fil-widnejn, ħalq xott, imnifsejn imblukkati jew mimlijin, infjammazzjoni tar-rita tal-imnieħer (sintomi jinkludu tnixxija, għatis u sadda), uġigħ addominali fil-parti ta’ fuq, mard tar-rifluss gastro-esofaġeali (sintomi jinkludu ħruq ta’ stonku), preżenza ta’ demm fl-awrina, uġigħ fid-dirgħajn u r-riġlejn, fsada fl-imnieħer, sensazzjoni ta’ sħana u għeja.

Rari (jistgħu' jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000): ħass ħażin, puplesija, attakk tal-qalb, taħbit irregolari tal-qalb, fluss tad-demm temporanjament imnaqqas għal partijiet tal-moħħ, sensazzjoni ta’ ssikkar tal-gerżuma, telf ta’ sensazzjoni fil-ħalq, fsada fuq wara tal-għajnejn, tara doppju, tnaqqis fil-

preċiżjoni viżiva, sensazzjoni mhux normali fl-għajnejn, nefħa tal-għajn jew tal-kappell tal-għajn, frak jew tikek żgħar fil-vista tiegħek, tara dijademi madwar id-dwal, dilatazzjoni tal-ħabba tal-għajn, telf ta’ kulur tal-abjad tal-għajnejn, fsada fil-pene, preżenza ta’ demm fis-semen, imnieħer xott, nefħa fuq ġewwa tal-imnieħer, tħossok irritabbli u telf f’daqqa tas-smigħ.

Minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, b’mod rari ġew irrappurtati każijiet ta’anġina instabbli (kundizzjoni tal-qalb) mewt għall-għarrieda. Ta’ min wieħed jinnota li l-biċċa l-kbira tal-irġiel, iżda mhux kollha, li kellhom dawn l-effetti sekondarji kellhom problemi tal-qalb qabel ma ħadu din il- mediċina. Mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit jekk dawn l-avvenimenti kinux marbuta direttament ma’ Sildenafil ratiopharm.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Sildenafil ratiopharm

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi, li tidher fuq il-kaxxa tal-kartun ta’ barra u fuq il- folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Sildenafil ratiopharm

-Is-sustanza attiva hi sildenafil.

Kull pillola miksija b’rita fiha sildenafil citrate ekwivalenti għal 50 mg ta’ sildenafil.

-Is-sustanzi l-oħra huma: microcrystalline cellulose, hypromellose, croscarmellose sodium, magnesium stearate, calcium hydrogen phosphate anhydrous, talc, macrogol 6000, titanium dioxide, iron oxide red.

Kif jidher Sildenafil ratiopharm u l-kontenut tal-pakkett

Sildenafil ratiopharm huma pilloli miksija b’rita, oblunga, minn bojod sa bojod jagħtu fil-griż, b’tarf u sinjal minn fejn tista’ taqsamhom fuq naħa waħda. Il-pillola tista’ tinqasam f’dożi indaqs.

Sildenafil ratiopharm hu fornut f’pakketti ta’ 1, 2, 4, 8, 12 jew 24 pillola miksija b’rita fil-folji. Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq ratiopharm GmbH

Graf-Arco-Straße 3 89079 Ulm Il-Ġermanja

Manifattur

Merckle GmbH

Ludwig-Merckle-Straße 3

89143 Blaubeuren

Il-Ġermanja

Teva Operations Poland Sp. z o.o. ul. Mogilska 80

31-546 Kraków Il-Polonja

HBM Pharma s.r.o Sklabinská 30 036 80 Martin Is-Slovakkja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB "Sicor Biotech"

Tél/Tel: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 0203

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

ratiopharm GmbH, Allemagne/Deutschland

Teл: +359 2 489 95 82

Tél/Tel: +49 731 402 02

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland, L Irlanda

Tlf: +45 44 98 55 11

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

ratiopharm GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 02

Tel: +31 800 0228 400

Eesti

Norge

UAB "Sicor Biotech" Eesti filiaal

Teva Norway AS

Tel: +372 661 0801

Tlf: +47 66 77 55 90

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 007

España

Polska

ratiopharm España, S.A.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 91 567 29 70

Tel.: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

ratiopharm, Comércio e Indústria de Produtos

Tél: +33 1 55 91 78 00

Farmacêuticos, Lda

Tel: +351 21 476 75 50

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: +385 1 37 20 000

Tel: +40 21 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 51 321740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy, Finnland

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Sími: +358 20 180 5900

Tel: +421 2 57 26 79 11

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +39 02 89 17 98 1

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε., Ελλάδα

Teva Sweden AB

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +46 42 12 11 00

Latvija

United Kingdom

UAB "Sicor Biotech" filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 673 23 666

Tel: +44 1977 628500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Sildenafil ratiopharm 100 mg pilloli miksija b’rita

Kull pillola miksija b’rita fiha sildenafil citrate ekwivalenti għal 100 mg ta’ sildenafil.

-Is-sustanzi l-oħra huma: microcrystalline cellulose, hypromellose, croscarmellose sodium, magnesium stearate, calcium hydrogen phosphate anhydrous, talc, macrogol 6000, titanium dioxide, iron oxide red.

Kif jidher Sildenafil ratiopharm u l-kontenut tal-pakkett

Sildenafil ratiopharm huma pilloli miksija b’rita, oblunga, minn bojod sa bojod jagħtu fil-griż, b’tarf u sinjal minn fejn tista’ taqsamhom fuq naħa waħda. Il-pillola tista’ tinqasam f’dożi indaqs.

Sildenafil ratiopharm hu fornut f’pakketti ta’ 1, 2, 4, 8, 12, 24 jew 48 pillola miksija b’rita fil-folji. Jista jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għal skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq ratiopharm GmbH

Graf-Arco-Straße 3 89079 Ulm Il-Ġermanja

Manifattur

Merckle GmbH

Ludwig-Merckle-Straße 3

89143 Blaubeuren

Il-Ġermanja

Teva Operations Poland Sp. z o.o. ul. Mogilska 80

31-546 Kraków Il-Polonja

HBM Pharma s.r.o Sklabinská 30 036 80 Martin Is-Slovakkja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB "Sicor Biotech"

Tél/Tel: +32 3 820 73 73

Tel: +370 5 266 0203

България

Luxembourg/Luxemburg

Тева Фармасютикълс България ЕООД

ratiopharm GmbH, Allemagne/Deutschland

Teл: +359 2 489 95 82

Tél/Tel: +49 731 402 02

Česká republika

Magyarország

Teva Pharmaceuticals CR, s.r.o.

Teva Gyógyszergyár Zrt.

Tel: +420 251 007 111

Tel.: +36 1 288 64 00

Danmark

Malta

Teva Denmark A/S

Teva Pharmaceuticals Ireland, L Irlanda

Tlf: +45 44 98 55 11

Tel: +353 51 321740

Deutschland

Nederland

ratiopharm GmbH

Teva Nederland B.V.

Tel: +49 731 402 02

Tel: +31 800 0228 400

Eesti

Norge

UAB "Sicor Biotech" Eesti filiaal

Teva Norway AS

Tel: +372 661 0801

Tlf: +47 66 77 55 90

Ελλάδα

Österreich

Teva Ελλάς Α.Ε.

ratiopharm Arzneimittel Vertriebs-GmbH

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +43 1 97 007

España

Polska

ratiopharm España, S.A.

Teva Pharmaceuticals Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 91 567 29 70

Tel.: +48 22 345 93 00

France

Portugal

Teva Santé

ratiopharm, Comércio e Indústria de Produtos

Tél: +33 1 55 91 78 00

Farmacêuticos, Lda

Tel: +351 21 476 75 50

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L

Tel: +385 1 37 20 000

Tel: +40 21 230 65 24

Ireland

Slovenija

Teva Pharmaceuticals Ireland

Pliva Ljubljana d.o.o.

Tel: +353 51 321740

Tel: +386 1 58 90 390

Ísland

Slovenská republika

ratiopharm Oy, Finnland

TEVA Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

Sími: +358 20 180 5900

Tel: +421 2 57 26 79 11

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

ratiopharm Oy

Tel: +39 02 89 17 98 1

Puh/Tel: +358 20 180 5900

Κύπρος

Sverige

Teva Ελλάς Α.Ε., Ελλάδα

Teva Sweden AB

Τηλ: +30 210 72 79 099

Tel: +46 42 12 11 00

Latvija

United Kingdom

UAB "Sicor Biotech" filiāle Latvijā

Teva UK Limited

Tel: +371 673 23 666

Tel: +44 1977 628500

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati