Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Somac Control (pantoprazole) – Fuljett ta’ tagħrif - A02BC02

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaSomac Control
Kodiċi ATCA02BC02
Sustanzapantoprazole
ManifatturTakeda GmbH

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għal min qed jagħmel użu minnu

SOMAC Control 20 mg pilloli gastro-reżistenti

Pantoprazole

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Dejjem ħu din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew kif qallek it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Staqsi lill-ispiżjar tiegħek jekk tkun trid aktar tagħrif jew pariri.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

-Għandek tkellem tabib jekk ma tħossokx aħjar jew jekk tmur għall-agħar wara ġimagħtejn.

-M’għandekx tieħu l-pilloli SOMOC Control għal iktar minn 4 ġimgħat mingħajr ma tkellem tabib.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu SOMAC Control u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu SOMAC Control

3.Kif għandek tieħu SOMAC Control

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen SOMAC Control

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu SOMAC Control u għalxiex jintuża

SOMAC Control fih is-sustanza attiva pantoprazole, li timblokka l-’pompa’ li tipproduċi l-aċidu fl- istonku. Għaldaqstant inaqqas l-ammont ta’ aċidu fl-istonku tiegħek.

SOMAC Control jintuża għal kura għal żmien qasir ta’ sintomi tar-rifluss (per eżempju qrusa fl- istonku, rigurġitazzjoni tal-aċidu) fl-adulti.

Rifluss hu fluss lura tal-aċidu mill-istonku għal ġol-gerżuma (“pajp tal-ikel”), li tista’ ssir infjammata u tuġgħek. Dan jista’ jikkawżalek sintomi bħal sensazzjoni ta’ ħruq bl-uġigħ fis-sider li jitla ‘l fuq sal- gerżuma (qrusa fl-istonku) u togħma qarsa fil-ħalq (rigurġitazzjoni tal-aċidu).

Jista’ jkollok solliev mis-sintomi tar-rifluss tal-aċidu u tal-qrusa fl-istonku wara jum wieħed biss ta’ kura b’SOMAC Control, iżda din il-mediċina mhijiex intenzjonata li tagħtik solliev immedjat. Jista’ jkun meħtieġ li tieħu l-pilloli għal 2-3 ijiem konsekuttivi biex ittaffi s-sintomi.

Għandek tkellem tabib jekk ma tħossokx aħjar jew jekk tmur għall-agħar wara ġimagħtejn.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu SOMAC Control

Tiħux SOMAC Control:

-jekk inti allerġiku għal pantoprazole jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

-jekk qed tieħu impedituri tal-protease ta’ HIV bħal atazanavir; nelfavir (għal kura ta’ infezzjoni bl-HIV). Ara “Mediċini oħra u SOMAC Control.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu SOMAC Control

-jekk kont ikkurat/a għal qrusa fl-istonku jew indiġestjoni kontinwament għal 4 ġimgħat jew iktar

-jekk għandek iktar minn 55 sena u qed tieħu kura ta’ kuljum għall-indiġestjoni mingħajr riċetta tat-tabib

-jekk għandek iktar minn 55 sena u għandek sintomi tar-rifluss ġodda jew sintomi li nbidlu dan l-aħħar

-jekk kellek operazzjoni minħabba ulċera gastrika jew tal-istonku

-jekk għandek problemi tal-fwied jew suffejra (sfura tal-ġilda jew fl-għajnejn)

-jekk regolarment tara lit-tabib tiegħek għal problemi jew kundizzjonijiet serji

-jekk ser ikollok endoskopija jew test tan-nifs imsejjaħ C-urea test

-jekk qatt kellek reazzjoni fil-ġilda wara kura b’mediċina simili għal SOMAC Control li tnaqqas l-aċtu fl-istonku.

-Inti wasalt biex ikollok test tad-demm speċifiku (Kromogranin A)

-Jekk qed tieħu impedituri ta’ protease ta’ HIV bħal atazanavir; nelfinavir (għat-trattament ta’ infezzjoni ta’ HIV) fl-istess waqt ma’ pantoprazole, staqsi lit-tabib għal parir speċifiku.

Tiħux dan il-prodott għal aktar minn 4 ġimgħat mingħajr ma tikkonsulta mat-tabib tiegħek. Jekk is- sintomi tar-rifluss tiegħek (uġigħ fl-istonku jew regurġitazzjoni aċiduża) jippersistu għal aktar minn ġimagħtejn, ikkonsulta t-tabib tiegħek li ser jiddeċiedi dwar il-bżonn għal teħid fuq perijodu ta’ żmien twil ta’ dan il-prodott mediċinali.

Jekk ser tieħu SOMAC Control għal perijodi itwal, dan jista’ jikkaġuna riskji addizzjonali, bħal:

-assorbiment imnaqqas ta’ Vitamina B12, u nuqqas ta’ Vitamina B12 jekk diġà għandek ħażna baxxa fil-ġisem ta’ Vitamina B12

-ksur tal-ġenbejn, il-polz jew l-ispina dorsali jekk diġà tbati minn osteoporożi jew jekk qed tieħu kortikosterojdi (li jistgħu jżidu r-riskju ta’ osteoporożi).

-livelli tal-manjesju fid-demm tiegħek li jonqsu (sintomi potenzjali: għeja, kontrazzjonijiet muskolari involontarji, diżorjentazzjoni, konvulżjonijiet, sturdament, rata ta’ taħbit aktar mgħaġġla tal-qalb). Livelli baxxi ta’ manjesju jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-livelli ta’ potassju jew kalċju fid-demm. Għandek tkellem lit-tabib tiegħek jekk ilek tuża dan il-prodott għal aktar minn 4 ġimgħat. It-tabib tiegħek għandu mnejn ikun irid jagħmel testijiet regolari tad-demm biex jissorvelja l-livelli ta’ manjesju tiegħek.

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament, qabel jew wara li tieħu din il-mediċina, jekk tinnota kwalunkwe mis-sintomi li ġejjin, li jistgħu jkunu sinjal ta’ marda oħra li tkun iktar serja:

-telf ta’ piż mhux intenzjonat (mhux marbut ma’ dieta jew programm ta’ eżerċizzju)

-rimettar, partikularment jekk ikun ripetut

-tirremetti d-demm; dan jista’ jidher bħala frak tal-kafè skur fir-rimettar tiegħek

-tinnota d-demm fl-ippurgar tiegħek; li jista’ jidher iswed jew qisu qatran

-diffikultà biex tibla’ jew uġigħ meta tibla’

-tidher musfar u tħossok dgħajjef (anemija)

-uġigħ fis-sider

-uġigħ fl-istonku

-dijarea severa u/jew persistenti, għax din il-mediċina kienet assoċjata ma’ żieda żgħira ta’ dijarea infettiva

-Jekk ikollok raxx fuq il-ġilda tiegħek, speċjalment f’postijiet li jiġu esposti għax-xemx kellem lit-tabib tiegħek kemm jista’ jkun malajr, peress li jista’ jkollok bżonn twaqqaf il-kura tiegħek

b’SOMAC Control. Tinsiex issemmi effetti ħżiena oħrajn bħal uġigħ fil-ġogi tiegħek. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li jkollok bżonn tagħmel xi testijiet.

Jista’ jkollok solliev mis-sintomi tar-rifluss tal-aċidu u tal-qrusa fl-istonku wara jum wieħed biss ta’ kura b’SOMAC Control, iżda din il-mediċina mhijiex intenzjonata li tagħtik solliev immedjat. M’għandekx tieħdu bħala miżura preventiva.

Jekk kont tbati minn qrusa ripetuta fl-istonku jew sintomi ta’ indiġestjoni għal xi żmien, ftakar biex tara lit-tabib tiegħek regolarment.

Tfal u adolexxenti

SOMAC Control m’għandux jintuża fi tfal u adolexxenti li għadhom m’għalqux it-18-il sena minħabba nuqqas ta’ tagħrif dwar is-sigurtà f’dan il-grupp ta’ etajiet iżgħar..

Mediċini oħra u SOMAC Control

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tuża riċentement użajt jew tista’ tuża kwalunkwe mediċina oħra.

SOMAC Control jista’ jwaqqaf ċertu mediċini oħra milli jaħdmu sew. Partikolarment mediċini li fihom xi wieħed mis-sustanzi attivi li ġejjin:-

-Impedituri tal-protease tal-HIV bħal atazanavir, nelfinavir (għat-trattament ta’ infezzjoni ta’- HIV). M’għandekx tuża SOMAC Control jekk qed tieħu impedituri tal-protease tal-HIV. Ara ‘Tiħux SOMAC Control’.

-ketoconazole (użat għal infezzjonijiet fungali).

-warfarin u phenprocoumon (jintużaw biex iraqqu d-demm u għall-prevenzjoni tal-emboli). Jista’ jkollok bżonn ta’ testijiet tad-demm addizzjonali

-atazanavir (jintuża għal kura ta’ infezzjoni bl-HIV). M’għandekx tuża SOMAC Control jekk qed tieħu atazanavir.

-methotrexate (użat għat-trattament ta’ artrite rewmatojdi, psorjasi, u kanċer) – jekk qed tieħu methotrexate t-tabib tiegħek għandu mnejn iwaqqaf it-trattament tiegħek bi SOMAC Control peress li pantoprazole jista’ jgħolli l-livelli ta’ methotrexate fid-demm.

Tiħux SOMAC Control ma’ mediċini oħrajn li jillimitaw l-ammont ta’ aċidu li jiġi prodott fl-istonku tiegħek, bħal inibitur tal-pompa tal-proton ieħor (omeprazole, lansoprazole jew rabeprazole) jew antagonist ta’ H2 (eż. ranitidine, famotidine).

Madankollu, tista’ tieħu SOMAC Control ma’ antaċidi (eż. magaldrate, alginic acid, sodium bicarbonate, aluminium hydroxide, magnesium carbonate, jew kumbinazzjonijiet tagħhom), jekk ikun meħtieġ.

Tqala u treddigħ

M’għandekx tieħu din il-mediċina jekk inti tqila jew qed tredda’

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina

SOMAC

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jekk ikollok effetti sekondarji bħal sturdament jew disturb fil-vista, m’għandekx issuq jew tuża magni.

3.Kif għandek tieħu SOMAC Control

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina eżatt kif deskritt f’dan il-fuljett jew skont il-parir tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rakkomandata hija pillola waħda kuljum. Taqbiżx din id-doża rakkomandata ta’ 20 mg ta’ pantoprazole kuljum.

Għandek tieħu din il-mediċina għal mill-inqas 2-3 ijiem konsekuttivi. Għandek tieqaf tieħu SOMAC Control meta ma jkollokx aktar sintomi. Jista’ jkollok solliev mis-sintomi tar-rifluss tal-aċidu u tal- qrusa fl-istonku wara jum wieħed biss ta’ kura b’SOMAC Control, iżda din il-mediċina mhijiex intenzjonata li tagħtik solliev immedjat.

Jekk ma jkollok l-ebda solliev tas-sintomi wara li tkun ħadt din il-mediċina għal ġimagħtejn kontinwament, kellem lit-tabib tiegħek.

Tieħux il-pilloli SOMAC Control għal iktar minn 4 ġimgħat mingħajr ma tkellem lit-tabib tiegħek.

Ħu l-pillola qabel l-ikel, fl-istess ħin kuljum. Għandek tibla’ l-pillola sħiħa ma’ ftit ilma. Tomgħodx jew taqsam il-pillola.

Jekk tieħu SOMAC Control aktar milli suppost

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk ħadt aktar mid-doża rakkomandata. Jekk hu possibbli ħu l- mediċina u dan il-fuljett miegħek.

Jekk tinsa tieħu SOMAC Control

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull doża li tkun insejt tieħu. Ħu d-doża normali li jkun imiss l-għada, fil-ħin tas-soltu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux fuq kulħadd.

Għid lit-tabib tiegħek immedjatament jew ikkuntattja d-dipartiment tal-emerġenza tal-eqreb sptar, jekk ikollok xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji serji. Tieħux iżjed din il-mediċina, iżda ħu dan il-fuljett u/jew il-pilloli miegħek.

-Reazzjonijiet allerġiċi serji (rari: jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’1,000): Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva, dawk hekk imsejħa reazzjonijiet anafilattiċi, xokk anafilattiku u anġjoedema. Sintomi tipiċi huma: nefħa fil-wiċċ, xufftejn, ħalq, ilsien u/jew gerżuma, li tista’ tikkawża diffikultà biex tibla’ jew biex tieħu n-nifs, urtikarja (raxx bħal dak ikkawżat mill-ħurrieq), sturdament sever b’taħbit tal-qalb mgħaġġel ħafna u ħafna għaraq.

-Reazzjonijiet serji tal-ġilda (frekwenza mhux magħrufa: frekwenza ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli): raxx flimkien ma’ nefħa, infafet jew tqaxxir tal-ġilda, telf ta’ ġilda u ħruġ ta’ demm madwar l-għajnejn, imnieħer, ħalq jew fil-partijiet ġenitali, u deterjorament mgħaġġel tas- saħħa ġenerali tiegħek, jew raxx meta tkun espost/a għax-xemx.

-Reazzjonijiet serji oħra (frekwenza mhux magħrufa): sfurija tal-ġilda u l-għajnejn (minħabba ħsara severa fil-fwied), jew problemi fil-kliewi bħal uġigħ meta tagħmel l-awrina u uġigħ fin-naħa t’isfel tad-dahar bid-deni.

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

-Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’10): polipi beninni fl-istonku

-Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’100):

uġigħ ta’ ras; sturdament; dijarea; dardir, rimettar; nefħa u gass fl-istonku; stitikezza; ħalq xott; uġigħ ta’ żaqq u skonfort; raxx tal-ġilda jew urtikarja; ħakk; tħossok dgħajjef, għajjien jew ġeneralment ma tħossokx tajjeb; problemi biex torqod; żieda fl-enzimi tal-fwied f’test tad- demm; ksur fil-ġenbejn, il-polz jew l-ispina dorsali.

-Effetti sekondarji rari:

sens ta’ togħma distort jew jitlaq għal kollox, disturbi fil-vista bħal vista mċajpra; uġigħ fil- ġogi; uġigħ fil-muskoli; tibdil fil-piż; temperatura għolja tal-ġisem; nefħa tal-estremitajiet; depressjoni; żieda fil-livelli tal-bilirubina u x-xaħam fid-demm (kienu osservati f’testijiet tad- demm), sider li jikber fl-irġiel, deni għoli u tnaqqis f’daqqa f’ċelluli granulari tad-demm bojod fiċ-ċirkolazzjoni (kif jidher fit-testijiet tad-demm).

-Effetti sekondarji rari ħafna (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’10,000):

diżorjentament; tnaqqis fin-numru ta’ plejtlits fid-demm, li jista’ jikkawża li joħroġlok id-demm jew titbenġel iktar mis-soltu; tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli bojod tad-demm, li jista’ jwassal għal infezzjonijiet iktar frekwenti, bi tnaqqis koeżistenti mhux normali fl-għadd ta’ ċelluli tad-demm bojod u ħomor, kif ukoll fil-plejtlits (kif jidher fit-testijiet tad-demm).

-Frekwenza mhux magħrufa:

alluċinazzjoni, konfużjoni (speċjalment f’pazjenti bi storja medika ta’ dawn is-sintomi); tnaqqis fil-livell ta’ sodium fid-demm, tnaqqis fil-livell ta’ manjesju fid-demm, raxx, possibbilment b’uġigħ fil-ġogi.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen SOMAC Control

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna u fuq il-folja wara ‘EXP’. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għal l-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni ta’ l-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih SOMAC Control

-Is-sustanza attiva hi pantoprazole. Kull pillola fiha 20 mg ta’ pantoprazole (bħala sodium sesquihydrate).

-Is-sustanzi l-oħra huma:

-Qalba: sodium carbonate (anhydrous), mannitol, crospovidone, povidone K90, calcium stearate.

-Kisja: hypromellose, povidone, titanium dioxide (E171), yellow iron oxide (E172), propylene glycol, methacrylic acid-ethyl acrylate copolymer, sodium lauril sulfate, polysorbate 80, triethyl citrate.

-Linka tal-istampar: shellac, red, black and yellow iron oxide (E172), u soluzzjoni tal-ammonja, ikkonċentrata.

Kif jidher SOMAC Control u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli gastro-reżistenti huma pilloli sofor, ovali, bikonvessi, miksija b’rita u stampati bi “P20” fuq naħa waħda.

SOMAC Control hu disponibbli f’folji Alu/Alu bi jew mingħajr cardboard reinforcement. Il-pakketti fihom 7 jew 14-il pillola gastro-reżistenti. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għall-skop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Takeda GmbH

Byk-Gulden-Straße 2, 78467 Konstanz

Il-Ġermanja

Manifattur

Takeda GmbH

Sit tal-produzzjoni Oranienburg

Lehnitzstraße 70-98, 16515 Oranienburg

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Luxembourg/Luxemburg

Takeda Belgium

Takeda Belgium

Tél/Tel: + 32 2 464 06 11

Tél/Tel: + 32 2 464 06 11

takeda-belgium@takeda.com

takeda-belgium@takeda.com

България

Magyarország

Такеда България

Takeda Pharma Kft.

Teл.: + 359 (2) 958 27 36

 

Tel: +361 2707030

Česká republika

Malta

Takeda Pharmaceuticals Czech Republic s.r.o.

Takeda Italia S.p.A.

Tel: + 420 234 722 722

Tel: +39 06 502601

Danmark

Nederland

Takeda Pharma A/S

Takeda Nederland bv

Tlf: + 45 46 77 11 11

Tel: +31 23 56 68 777

 

nl.medical.info@takeda.com

Deutschland

Norge

Takeda GmbH

Takeda Nycomed AS

Tel: 0800 825 3324

Tlf: + 47 6676 3030

medinfo@takeda.de

infonorge@takeda.com

Eesti

Österreich

Takeda Pharma AS

Takeda Pharma Ges.m.b.H.

Tel: +372 617 7669

Tel: +43 (0)800-20 80 50

info@takeda.ee

 

Ελλάδα

Polska

TAKEDA ΕΛΛΑΣ Α.Ε

Takeda Polska Sp. z o.o.

Τηλ: +30 210 6729570

Tel.: + 48 22 608 13 00

gr.info@takeda.com

 

España

Portugal

Takeda Farmacéutica España S.A.

Takeda - Farmacêuticos Portugal, Lda.

Tel: + 349 1 714 9900

Tel: + 351 21 120 1457

spain@takeda.com

 

France

România

Takeda France S.A.S.

Takeda Pharmaceuticals SRL

Tél: + 33 1 46 25 16 16

Tel: + 40 21 335 03 91

Hrvatska

Slovenija

Takeda Pharmaceuticals

Takeda GmbH, Podružnica Slovenija

Croatia d.o.o.

Tel: + 386 (0) 59082480

Tel: +385 1 377 88 96

 

Ireland

 

Takeda Products Ireland Limited

 

Tel: + 353 16 42 00 21

 

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Takeda Pharmaceuticals Slovakia s.r.o.

tel: +354 535 7000

Tel: +421 (2) 20602600

vistor@vistor.is

 

Italia

Suomi/Finland

Takeda Italia S.p.A.

Takeda Oy

Tel: +3906502601

Puh/Tel: + 358 20 746 5000

Κύπρος

Sverige

TAKEDA ΕΛΛΑΣ Α.Ε

Takeda Pharma AB

Τηλ: +30 210 6729570

Tel: + 46 8 731 28 00

gr.info@takeda.com

infosweden@takeda.com

Latvija

United Kingdom

Takeda Latvia SIA

Takeda UK Limited

Tel: + 371 67840082

Tel: +44 (0)1628 537 900

Lietuva

 

Takeda, UAB

 

Tel: +370 521 09070

 

lt-info@takeda.com

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’<{XX/SSSS}>

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

_________________________________________________________________________________

Ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin għal tibdil fl-istil ta’ ħajja u fid-dieta jistgħu wkoll jgħinu biex itaffu l-qrusa fl-istonku jew sintomi marbuta mal-aċidu.

-Evita ikliet kbar

-Kul bil-mod

-Tpejjipx iżjed

-Naqqas il-konsum tal-alkoħol u tal-kafeina

-Naqqas il-piż (jekk inti oħxon/ħoxna)

-Evita ħwejjeġ jew ċintorini ssikkati

-Tikolx inqas minn tliet sigħat qabel tmur torqod

-Tella’ l-bedhead (jekk tbati minn sintomi ta’ bil-lejl)

-Naqqas l-ammont ta’ ikel li tiekol li jista’ jikkawża qrusa fl-istonku. Dan jista’ jinkludi: Ċikkulata, peppermint, spearmint, ikel imxaħħam u moqli, ikel aċiduż, ikel imħawwar, frott taċ- ċitru u ġjus tal-frott, tadam.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati