Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Sprycel (dasatinib) – Fuljett ta’ tagħrif - L01XE06

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaSprycel
Kodiċi ATCL01XE06
Sustanzadasatinib
ManifatturBristol-Myers Squibb Pharma EEIG

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

SPRYCEL 20 mg pilloli miksija b’rita SPRYCEL 50 mg pilloli miksija b’rita SPRYCEL 70 mg pilloli miksija b’rita SPRYCEL 80 mg pilloli miksija b’rita SPRYCEL 100 mg pilloli miksija b’rita SPRYCEL 140 mg pilloli miksija b’rita

dasatinib

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu SPRYCEL u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu SPRYCEL

3.Kif għandek tieħu SPRYCEL

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen SPRYCEL

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu SPRYCEL u għalxiex jintuża

SPRYCEL fih is-sustanza attiva dasatinib. Din il-mediċina tintuża biex tikkura l-lewkimja kronika tal- majelojd (CML) fl-adulti. Lewkimja hija kanċer taċ-ċelloli l-bojod tad-demm. Dawn iċ-ċelloli l-bojod normalment jgħinu lill-ġisem jiġġieled kontra infezzjoni. F’nies b’CML, ċelloli bojod li jissejħu granuloċiti jibdew jikbru mingħajr kontroll. SPRYCEL jinibixxi t-tkabbir ta’ dawn iċ-ċelloli tal- lewkimja.

SPRYCEL jintuża wkoll biex jikkura l-lewkimja limfoblastika akuta (ALL) b’Philadelphia chromosome positive (Ph+) u b’lymphoid blast CML f’adulti li ma jkunux qegħdin jibbenefikaw minn terapiji precedenti. F’nies b’ALL, ċelloli bojod imsejjħin limfoċiti jimmultiplikaw malajr wisq u jgħixu għal żmien twil wisq. SPRYCEL jinibixxi t-tkabbir ta’ dawn iċ-ċelloli tal-lewkimja.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kif jaħdem SPRYCEL jew għaliex din il-mediċina ġiet preskritta lilek, staqsi lit-tabib tiegħek.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu SPRYCEL

Tiħux SPRYCEL

jekk inti allerġiku/a għal dasatinib jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6).

Jekk tista’ tkun allerġiku/a, staqsi lit-tabib tiegħek għall-parir.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tuża SPRYCEL

jekk qed tieħu mediċini biex traqqaq id-demm jew biex timpedixxi emboli (ara “Mediċini oħra u SPRYCEL”)

jekk tbati minn problema tal-fwied jew tal-qalb, jew jekk kellek waħda

jekk tibda tħoss diffikultà biex tieħu nifs, uġigħ fis-sider, jew sogħla meta tieħu SPRYCEL: dan jista’ jkun sinjal ta’ akkumulazzjoni ta’ fluwidu fil-pulmun jew fis-sider (li jista’ jkun aktar komuni f’pazjenti ta’ 65 sena u aktar), jew minħabba tibdil fil-vini/arterji tad-demm li jissupplixxu l-pulmuni

jekk qatt kellek jew jekk issa jista’ jkun li għandek l-infezzjoni tal-epatite B. Dan minħabba li SPRYCEL jista’ jwassal sabiex epatite B jerġa’ jiġi attiv, u f’xi każijiet dan jista’ jkun fatali. Il- pazjenti ser jiġu ċċekjati bir-reqqa mit-tabib tagħhom għal sinjali ta’ din l-infezzjoni qabel ma tibda l-kura.

It-tabib tiegħek jimmonitorja regolarment il-kundizzjoni tiegħek sabiex jara jekk SPRYCEL hux qed ikollu l-effett mixtieq. Waqt li tkun qed tieħu SPRYCEL, isirulek testijiet tad-demm b’mod regolari.

Tfal u adoloxxenti

SPRYCEL m’huwiex rakkomandat għal pazjenti taħt it-18-il sena. Hemm esperjenza limitata fuq l-użu ta’ SPRYCEL f’dan il-grupp t’età.

Mediċini oħra u SPRYCEL

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Prinċipalment, SPRYCEL jiġi mmaniġġat mill-fwied. Ċerti mediċini jistgħu jinterferixxu mal-effett ta’ SPRYCEL meta jittieħdu flimkien.

Dawn il-mediċini m’għandhomx jintużaw ma’ SPRYCEL:

ketoconazole, itraconazole - dawn huma mediċini antifungali

erythromycin, clarithromycin, telithromycin - dawn huma antibijotiċi

ritonavir - din hija mediċina antivirali

dexamethasone - dan huwa kortikosterojde

phenytoin, carbamazepine, phenobarbital - dawn huma trattamenti kontra l- epilessija

rifampicin - dan huwa trattament għat- tuberkolożi

famotidine, omeprazole - dawn huma mediċini li jimblukkaw l-aċidi ta’ l-istonku

St. John’s wort - preparazzjoni li ġejja mill-ħxejjex li tinkiseb mingħajr riċetta, li tintuża għall- kura tad-dipressjoni u kundizzjonijiet oħrajn (magħrufa wkoll bħala Hypericum perforatum)

Tiħux mediċini li jinnewtralizzaw l-aċidi fl-istonku (antaċidi bħal aluminium hydroxide jew magnesium hydroxide) fis-sagħtejn ta’ qabel jew sagħtejn wara t-teħid ta’ SPRYCEL.

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu mediċini li jraqqu d-demm jew li jimpedixxu emboli.

SPRYCEL ma’ ikel u xorb

Tiħux SPRYCEL mal-grejpfrut jew mal-meraq tal-grejpfrut.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew taħseb li tista’ tkun tqila, għid lit-tabib tiegħek minnufih. SPRYCEL m’għandux jintuża waqt tqala sakemm dan ma jkunx assolutament meħtieġ. It-tabib tiegħek se jiddiskuti miegħek ir-riskju potenzjali li tieħu SPRYCEL matul it-tqala.

Kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa li jkunu qegħdin jieħdu SPRYCEL jingħataw il-parir li jużaw kontraċezzjoni effettiva matul it-trattament.

Jekk qed tredda’, għid lit-tabib tiegħek. Għandek twaqqaf it-treddigħ jekk tkun qed tieħu SPRYCEL.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Oqgħod attent/a meta tkun qed issuq jew tħaddem magni fil-każ li tesperjenza effetti sekondarji bħalma huma sturdament u vista mċajpra. M’huwiex magħruf jekk SPRYCEL jaffetwax l-abbiltà tiegħek li ssuq jew tħaddem magni.

SPRYCEL fih lactose

Jekk it-tabib ikun qallek li għandek intolleranza għal xi zokkor, kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu SPRYCEL

SPRYCEL jiġi preskritt lilek biss minn tabib b’esperjenza fil-mediċini biex jikkura l-lewkimja. Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. SPRYCEL huwa preskritt għall-adulti.

Id-doża tal-bidu rakkomandata għal pazjenti b’CML ta’ fażi kronika hija 100 mg darba kuljum.

Id-doża tal-bidu rakkomandata għal pazjenti b’CML aċċellerata jew ta’ blast crisis jew Ph+ ALL hija ta’ 140 mg darba kuljum.

Ħu l-pilloli tiegħek fl-istess ħin kuljum.

Skont il-mod kif int tirrispondi għat-trattament, it-tabib jista’ jissuġġerixxi doża ikbar jew iżgħar, jew jista’ jwaqqaf it-trattament għal ftit taż-żmien. Għal dożi ikbar jew iżgħar, jista’ jkollok tieħu kombinazzjonijiet ta’ pilloli ta’ qawwiet differenti.

Il-pilloli jistgħu jiġu f’pakketti b’folji li jindikaw il-ġranet. Dawn huma folji li juru l-jiem tal-

ġimgħa. Hemm vleġeġ biex juru liema pillola jmiss li tittieħed skont l-iskeda tal-kura tiegħek.

Kif għandek tieħu SPRYCEL

Ibla’ l-pilloli sħaħ. Tfarrakhomx. Jistgħu jittieħdu mal-ikel jew mingħajr l-ikel.

Struzzjonijiet speċjali dwar l-immaniġġar ta’ SPRYCEL

Mhuwiex probabbli li l-pilloli SPRYCEL jinkisru. Iżda jekk jinkisru, persuni li m’humiex il-pazjent għandhom jużaw ingwanti meta jmissu SPRYCEL.

Kemm iddum tieħu SPRYCEL

Ħu SPRYCEL kuljum sakemm it-tabib jgħidlek biex tieqaf. Kun żgur li tieħu SPRYCEL għat-tul taż- żmien li hemm miktub fir-riċetta.

Jekk tieħu SPRYCEL aktar milli suppost

Jekk aċċidentalment ħadt wisq pilloli, kellem lit-tabib tiegħek minnufih. Jista’ jkollok bżonn attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu SPRYCEL

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu. Ħu d-doża skedata li jmiss fil-ħin li jkun imissek toħodha.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Dawn li ġejjin jistgħu jkunu lkoll sinjali ta’ effetti sekondarji serji:

jekk għandek uġigħ f’sidrek, diffikultà biex tieħu nifs, sogħla u ħass ħażin

jekk joħroġlok xi demm jew tesperjenza xi tbenġil mingħajr ma tkun korrejt

jekk issib demm fir-rimettar, fl-ippurgar jew fl-awrina tiegħek, jew jekk ikollok ippurgar iswed

jekk ikollok sinjal ta’ infezzjoni bħal deni, kesħa qawwija

jekk ikollok deni, uġigħ fil-ħalq jew fil-griżmejn, infafet jew tqaxxir tal-ġilda u/jew

tal-membrani mukużi

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek minnufih jekk tara xi sintomu minn dawn ta’ hawn fuq.

Effetti sekondarji komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10)

Infezzjonijiet (inkluż batterjali, virali u fungali)

Qalb u pulmun: qtugħ ta’ nifs

Problemi fid-diġestjoni: dijarrea, tħossok jew tkun ma tiflaħx (dardir, rimettar)

Ġilda, xagħar, għajn, ġenerali: raxx tal-ġilda, deni, nefħa madwar il-wiċċ, l-idejn u s-saqajn, uġigħ ta’ ras, tħossok għajjien jew debboli, fsada

Uġigħ: uġigħ fil-muskoli, uġigħ fiż-żaqq (addominali)

It-testijiet jistgħu juru: għadd baxx ta’ platelets tad-demm, għadd baxx ta’ ċelloli bojod tad- demm (newtropenja), anemija, fluwidu madwar il-pulmun

Effetti sekondarji komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10)

Infezzjonijiet: pnewmonja, infezzjoni bil-virus herpes, infezzjoni fl-apparat tal-parti ta’ fuq tas- sistema respiratorja, infezzjoni serja tad-demm jew tat-tessuti (inkluż każijiet mhux komuni ta’ riżultat fatali)

Qalb u pulmun: palpitazzjonijiet, taħbit tal-qalb irregolari, insuffiċjenza tal-qalb konġestiva, muskolu tal-qalb dgħajjef, pressjoni tad-demm għolja, żieda fil-pressjoni tad-demm fil-pulmun, sogħla

Problemi fid-diġestjoni: disturbi fl-aptit, disturbi fit-togħma, żaqq (addome) minfuħa jew bil- gass, infjammazzjoni tal-kolon, stitikezza, ħruq ta’ stonku, ulċeri fil-ħalq, żieda fil-piż, tnaqqis fil-piż, gastrite

Ġilda, xagħar, għajn, ġenerali: tingiż tal-ġilda, ħakk, ġilda xotta, akne, infjammazzjoni tal- ġilda, ħsejjes persistenti fil-widnejn, telf ta’ xagħar, għaraq eċċessiv, disturb fil-vista (inkluż vista mċajpra u vista ddisturbata), għajnejn xotti, tbenġil, dipressjoni, nuqqas ta’ rqad, fwawar, sturdament, kontużjoni (tbenġil), anoreksja, ngħas, edema ġeneralizzata

Uġigħ: uġigħ fil-ġogi, dgħjufija muskolari, uġigħ fis-sider, uġigħ madwar is-saqajn u l-idejn, kesħa, ebusija fil-muskoli u fil-ġogi, spażmu fil-muskoli

It-testijiet jistgħu juru: fluwidu madwar il-qalb, fluwidu fil-pulmun, arritmja, newtropenja bid-deni, fsada gastro-intestinali, livelli għoljin ta’ aċidu uriku fid-demm

Effetti sekondarji mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100)

Qalb u pulmun: attakk tal-qalb (inkluż riżultat fatali), infjammazzjoni tar-rita (borża fibruża) madwar il-qalb, taħbit irregolari tal-qalb, uġigħ fis-sider minħabba nuqqas ta’ provvista tad- demm fil-qalb (anġina), pressjoni tad-demm baxxa, tidjiq tal-passaġġ tal-arja li jista’ jikkawża diffikultajiet fit-teħid tan-nifs, ażżma, żieda fil-pressjoni tad-demm fl-arterji (kanali tad-demm) tal-pulmun

Problemi fid-diġestjoni: infjammazzjoni tal-frixa, ulċera peptika, infjammazzjoni tal-passaġġ tal-ikel, żaqq (addome) minfuħa, tiċrit tal-ġilda tal-kanal anali, diffikultà biex tibla’, infjammazzjoni tal-bużżieqa tal-marrara, imblukkar tal-passaġġi biljari, rifluss gastroesofagali (kundizzjoni fejn l-aċidu u kontenut ieħor tal-istonku jerġgħu jitilgħu fil-gerżuma)

Ġilda, xagħar, għajn, ġenerali: reazzjoni allerġika inkluż infafet sensittivi, ħomor fuq il-ġilda (eritema nodosum), ansjetà, konfużjoni, tibdil fil-burdata, aptit sesswali mnaqqas, ħass ħażin, rogħda, infjammazzjoni tal-għajnejn li tikkawża ħmura jew uġigħ, marda tal-ġilda kkaratterizzata minn tbajja’ sensittivi, ħomor, definiti sewwa b’feġġa f’daqqa ta’ deni u għadd miżjud ta’ ċelloli tad-demm bojod (dermatożi newtrofilika), telf tas-smigħ, sensittività għad- dawl, disturb fil-vista, żieda fid-dmugħ, disturb fil-kulur tal-ġilda, infjammazzjoni tat-tessut grass taħt il-ġilda, ulċeri tal-ġilda, infafet fuq il-ġilda, disturb fid-dwiefer, disturb fix-xagħar, disturb fl-idejn u fis-saqajn, kollass renali, frekwenza tal-awrina, tkabbir tas-sider fl-irġiel, disturb mestrwali, dgħjufija ġenerali u skumdità, funzjoni baxxa tat-tirojde, telf tal-bilanċ waqt il-mixi, osteonekrożi (marda ta’ fluss tad-demm imnaqqas lejn l-għadam, li tista’ tikkawża telf tal-għadam u mewt tal-għadam), artrite, nefħa fil-ġilda fi kwalunkwe post fil-ġisem

Uġigħ: infjammazzjoni tal-vina li tista’ tikkawża ħmura, sensittività u nefħa, infjammazzjoni tat-tendini

Moħħ: telf tal-memorja

It-testijiet jistgħu juru: riżultati ta’ testijiet tad-demm mhux normali u possibbilment funzjoni indebolita tal-kliewi kkawżata mill-prodotti eliminati tat-tumur li jkun qiegħed imut (sindromu ta’ liżi tat-tumur), livelli baxxi ta’ albumina fid-demm, livelli baxxi ta’ limfoċiti (tip ta’ ċelloli bojod tad-demm) fid-demm, livell għoli ta’ kolesterol fid-demm, nodi limfatiċi minfuħin, fsada fil-moħħ, irregolarità tal-attività elettrika tal-qalb, qalb minfuħa, infjammazzjoni tal-fwied, proteina fl-awrina, fosfokinażi tal-kreatina miżjuda (enzima li tinstab prinċipalment fil-qalb, fil- moħħ u fil-muskoli skeletali), żieda fit-troponin (enzima li tinstab prinċipalment fil-qalb u fil- muskoli skeletali), żieda fil-gamma-glutamyltransferase (enzima li tinstab prinċipalment fil- fwied)

Effetti sekondarji rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000)

Qalb u pulmun: tkabbir tal-ventrikula tal-lemin fil-qalb, infjammazzjoni tal-muskolu tal-qalb, ġbir ta’ kundizzjonijiet li jirriżultaw minn imblokk tal-provvista tad-demm għall-muskolu tal- qalb (sindromu koronarju akut), waqfien tal-qalb (waqfien tal-fluss tad-demm mill-qalb), mard tal-arterji koronarji (tal-qalb), infjammazzjoni tat-tessut li jiksi l-qalb u l-pulmun, emboli, emboli fil-pulmun

Problemi fid-diġestjoni: telf ta’ nutrijenti vitali bħal proteina mill-passaġġ diġestiv tiegħek, sadd fl-imsaren, fistla anali (ftuħ anormali mill-anus għall-ġilda ta’ madwar l-anus), indeboliment tal-funzjoni tal-kliewi, dijabete

Ġilda, xagħar, għajn, ġenerali: konvulżjoni, infjammazzjoni tan-nerv ottiku li jista’ jikkawża telf komplet jew parzjali tal-vista, tbajja’ blu-vjola tal-ġilda, funzjoni abnormalment għolja tat- tirojde, infjammazzjoni tal-glandola tat-tirojde, atassja (kundizzjoni assoċjata ma’ nuqqas ta’ koordinazzjoni muskolari), diffikultà fil-mixi, korriment, infjammazzjoni tal-vini fil-ġilda, fibrożi tal-ġilda

Moħħ: puplesija, episodju temporanju ta’ disfunzjoni newroloġika ikkawżata minn telf ta’ fluss tad-demm, paraliżi tan-nervituri tal-wiċċ, dimenzja

Effetti sekondarji oħra li kienu rrappurtati (frekwenza mhix magħrufa) jinkludu:

Infjammazzjoni tal-pulmun

Ħruġ ta’ demm fl-istonku jew fl-imsaren li jista’ jikkawża l-mewt

Rikorrenza (riattivazzjoni) tal-infezzjoni tal-epatite B meta kellek l-epatite B fil-passat (infezzjoni fil-fwied)

Reazzjoni bid-deni, infafet fuq il-ġilda, u ulċerazzjoni tal-membrani mukużi

Mard tal-kliewi b’sintomi li jinkludu edima u riżultati ta’ testijiet tal-laboratorju anormali bħal proteina fl-awrina u livell baxx ta’ proteina fid-demm

It-tabib tiegħek jeżaminak għal xi wħud minn dawn l-effetti matul it-trattament tiegħek.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen SPRYCEL

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta tal-flixkun, il-folja jew il- kartuna wara EXP. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih SPRYCEL

Is-sustanza attiva hi dasatinib. Kull pillola miksija b’rita fiha 20 mg, 50 mg, 70 mg, 80 mg, 100 mg jew 140 mg ta’ dasatinib (bħala monoidrat).

Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola: lactose monohydrate (ara sezzjoni 2 “X’għandek tkun taf qabel ma tieħu SPRYCEL”); microcrystalline cellulose; croscarmellose sodium; hydroxypropylcellulose; magnesium stearate

Kisja b’rita: hypromellose; titanium dioxide; macrogol 400

Kif jidher SPRYCEL u l-kontenut tal-pakkett

SPRYCEL 20 mg: il-pillola miksija b’rita tvarja minn bajda għal offwajt, bikonvessa, tonda b’“BMS” imnaqqxa fuq naħa u “527” fuq in-naħa l-oħra.

SPRYCEL 50 mg: il-pillola miksija b’rita tvarja minn bajda għal offwajt, bikonvessa, ovali b’“BMS” imnaqqxa fuq naħa u “528” fuq in-naħa l-oħra.

SPRYCEL 70 mg: il-pillola miksija b’rita tvarja minn bajda għal offwajt, bikonvessa, tonda b’“BMS” imnaqqxa fuq naħa u “524” fuq in-naħa l-oħra.

SPRYCEL 80 mg: il-pillola miksija b’rita tvarja minn bajda għal offwajt, bikonvessa, triangulari b’“BMS 80” imnaqqxa fuq naħa waħda u “855” fuq in-naħa l-oħra.

SPRYCEL 100 mg: il-pillola miksija b’rita tvarja minn bajda għal offwajt, bikonvessa, ovali u b’“BMS 100” imnaqqxa fuq naħa waħda u “852” fuq in-naħa l-oħra.

SPRYCEL 140 mg: il-pillola miksija b’rita tvarja minn bajda għal offwajt, bikonvessa, tonda u b’“BMS 140” imnaqqxa fuq naħa waħda u “857” fuq in-naħa l-oħra.

SPRYCEL 20 mg, 50 mg jew 70 mg pilloli miksija b’rita huma disponibbli f’kaxxa tal-kartun li jkun fiha 56 pillola miksija b’rita f’4 folji kalendarji ta’ 14-il pillola miksija b’rita kull waħda, u f’kaxex tal- kartun li fihom 60 pillola miksija b’rita f’folji ta’ doża waħda pperforati. Huma wkoll disponibbli fi fliexken b’għatu li ma jinfetaħx faċilment mit-tfal, li fihom 60 pillola miksija b’rita. Kull kaxxa tal- kartun fiha flixkun wieħed.

SPRYCEL 80 mg, 100 mg jew 140 mg pilloli miksija b’rita huma disponibbli f’kaxxi tal-kartun li fihom 30 pillola miksija b’rita f’folji perforati b’doża waħda. Huma disponibbli wkoll fi fliexken b’għatu li ma jinfetaħx faċilment mit-tfal, li jkun fihom 30 pillola miksija b’rita. Kull kaxxa tal-kartun fiha flixkun wieħed.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

BRISTOL-MYERS SQUIBB PHARMA EEIG

Uxbridge Business Park

Sanderson Road

Uxbridge UB8 1DH

Ir-Renju Unit

Manifattur

Bristol-Myers Squibb S.r.l. Contrada Fontana del Ceraso 03012 Anagni (FR)

L-Italja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

Lietuva

N.V. Bristol-Myers Squibb Belgium S.A.

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft.

Tél/Tel: + 32 2 352 76 11

Tel: +370 52 369140

България

Luxembourg/Luxemburg

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft. N.V. Bristol-Myers Squibb Belgium S.A.

Teл.: + 359 800 12 400

Tél/Tel: + 32 2 352 76 11

Česká republika

Magyarország

Bristol-Myers Squibb spol. s r.o.

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft.

Tel: + 420 221 016 111

Tel.: + 36 1 301 9700

Danmark

Malta

Bristol-Myers Squibb

BRISTOL-MYERS SQUIBB S.R.L.

Tlf: + 45 45 93 05 06

Tel: + 39 06 50 39 61

Deutschland

Nederland

Bristol-Myers Squibb GmbH & Co. KGaA

Bristol-Myers Squibb B.V.

Tel: + 31 (0)30 300 2222

Eesti

Norge

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft. Bristol-Myers Squibb Norway Ltd

Tel: +372 640 1030

Tlf: + 47 67 55 53 50

Ελλάδα

Österreich

BRISTOL-MYERS SQUIBB A.E.

Bristol-Myers Squibb GesmbH

Τηλ: + 30 210 6074300

Tel: + 43 1 60 14 30

España

Polska

BRISTOL-MYERS SQUIBB, S.A.

BRISTOL-MYERS SQUIBB POLSKA SP. Z O.O.

Tel: + 34 91 456 53 00

Tel.: + 48 22 5796666

France

Portugal

Bristol-Myers Squibb SARL

Bristol-Myers Squibb Farmacêutica Portuguesa,

Tél: + 33 (0)1 58 83 84 96

S.A.

 

Tel: + 351 21 440 70 00

Hrvatska

România

Bristol-Myers Squibb spol. s r.o.

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft.

TEL: +385 1 2078 508

Tel: + 40 (0)21 272 16 00

Ireland

Slovenija

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals

Bristol-Myers Squibb spol. s r.o.

Tel: + 353 (1 800) 749 749

Tel: +386 1 2355 100

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Bristol-Myers Squibb spol. s r.o.

Sími: + 354 535 7000

Tel: + 421 2 59298411

Italia

Suomi/Finland

BRISTOL-MYERS SQUIBB S.R.L.

Oy Bristol-Myers Squibb (Finland) Ab

Tel: + 39 06 50 39 61

Puh/Tel: + 358 9 251 21 230

Κύπρος

Sverige

BRISTOL-MYERS SQUIBB A.E.

Bristol-Myers Squibb AB

Τηλ: + 357 800 92666

Tel: + 46 8 704 71 00

Latvija

United Kingdom

Bristol-Myers Squibb Gyógyszerkereskedelmi Kft. Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd

Tel: +371 67708347

Tel: + 44 (0800) 731 1736

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini:

http://www.ema.europa.eu/. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati