Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Stocrin (efavirenz) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AG03

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaStocrin
Kodiċi ATCJ05AG03
Sustanzaefavirenz
ManifatturMerck Sharp

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Stocrin 50 mg kapsuli ibsin efavirenz

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Stocrin u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Stocrin

3.Kif għandek tieħu Stocrin

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Stocrin

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Stocrin u gћalxiex jintuża

Stocrin, li fih is-sustanza attiva efavirenz, jagħmel parti minn klassi ta’ mediċini antiretrovirali li jissejħu inibituri non-nukleosidi ta’ reverse transcriptase (NNTRIs). Hija mediċina antiretrovirali li tissielet infezzjoni bil-virus tal-immunodefiċjenza umana (HIV) billi tnaqqas l-ammont ta’ virus fid-demm. Jintuża minn adulti, adolexxenti u tfal minn 3 snin ’il fuq.

It-tabib tiegħek ordnalek Stocrin għax għandek l-infezzjoni tal-HIV. Meta Stocrin jittieħed flimkien ma’ mediċini antiretrovirali oħra, inaqqas l-ammont ta’ virus fid-demm. Dan se jsaħħaħlek is-sistema immuni u jnaqqas ir-riskju li tiżviluppa mard assoċjat mal-infezzjoni tal-HIV.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Stocrin

Tiħux Stocrin:

jekk inti allerġiku/a għal efavirenz jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6). Ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir.

jekk għandek mard tal-fwied sever

jekk bħalissa qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini:

-astemizole jew terfenadine (użata biex tikkura sintomi allerġiċi)

-bepridil (użata biex tikkura ħruq fl-istonku)

-cisapride (użata biex tikkura ħruq fl-istonku)

-ergot alkaloids (eżempju, ergotamine, dihydroergotamine, ergonovine, u methylergonovine) (użati biex jikkuraw l-emikranji u uġigħ ta’ ras regolari)

-midazolam jew triazolam (użati biex jgħinuk torqod)

-pimozide (użata biex tikkura ċerti kundizzjonijiet mentali)

-

St. John's wort

(Hypericum perforatum) (rimedju erbali użat biex jikkura dipressjoni u ansjetà

Jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini, għid lit-tabib tiegħek minnufih. Jekk tieħu dawn il-mediċini ma’ Stocrin jista’ jkollok effetti mhux mixtieqa serji u/jew ta’ theddida għall-ħajja jew tista’ timpedixxi lil Stocrin milli jaħdem b’mod xieraq.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Stocrin

Stocrin irid jittieħed ma’ mediċini oħra li jaħdmu kontra l-virus tal-HIV. Jekk Stocrin jinbeda għax il-kura preżenti ma waqqfitx il-virus milli joktor, trid tibda fl-istess ħin mediċina oħra li ma kontx qed tieħu qabel.

Xorta tista’ tgħaddi l-HIV meta tkun qiegħed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jonqos b’terapija antiretrovirali effettiva. Huwa importanti li tieħu prekawzjonijiet sabiex tevita milli tinfetta lil ħaddieħor permezz ta’ kuntatt sesswali jew trasferiment ta’ demm. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tipprevjeni li tinfetta persuni oħra. Din il-mediċina mhix kura għall-infezzjoni tal-HIV u tista’ tkompli tiżviluppa infezzjonijiet jew mard ieħor marbuta ma’ l-HIV.

Waqt li qed tieħu Stocrin trid tibqa’ taħt il-kura tat-tabib tiegħek.

Għid lit-tabib tiegħek:

-Jekk għandek storja ta’ mard mentali, inkluż dipressjoni, jew ta’ abbuż minn sustanzi jew alkoħol. Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tħossok imdejjaq/imdejqa, jgħaddulek ħsibijiet ta’ suwiċidju jew ikollok ħsibijiet strambi (ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibbli).

-jekk għandek storja ta’ konvulżjonijiet (attakki jew aċċessjonijiet) jew jekk tkun qed tiġi kkurat/a b’terapija antikonvulsanti bħal carbamazepine, phenobarbital u phenytoin. Jekk qed tieħu xi mediċina minn dawn, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jara l-livell ta’ mediċina antikonvulsanti fid-demm tiegħek sabiex jiżgura li dan ma jkunx affettwat waqt li tkun qed tieħu Stocrin. It-tabib tiegħek jista’ jagħtik antikonvulsant differenti.

-jekk għandek storja medika ta’ mard fil-fwied inkluż epatite kronika attiva.

Pazjenti b’epatite B jew Ċ kronika u li huma kkurati b’aġenti antiretrovirali ta’ kombinazzjoni għandhom riskju ikbar li jiżviluppaw problemi tal-fwied serji jew li saħansitra jistgħu jkunu ta’ theddid għall-ħajja. It-tabib tiegħek jista’ jwettaq testijiet tad-demm sabiex jara kemm ikun qiegħed jaħdem tajjeb il-fwied tiegħek jew jista’ jibdillek il-mediċina m’oħra. Jekk ikollok mard fil-fwied serju, tiħux Stocrin (ara Sezzjoni 2, Tiħux Stocrin).

Ladarba tibda tieħu Stocrin oqgħod attent/a għal:

-sinjali ta’ sturdament, diffikultà fl-irqad, ħedla, diffikultà fil-konċentrazzjoni jew ħolm mhux normali. Dawn l-effetti sekondarji jistgħu jibdew fl-ewwel jum jew jumejn tat-trattament u normalment jisparixxu wara l-ewwel ġimagħtejn sa 4 ġimgħat.

-kwalunkwe sinjal ta’ raxx tal-ġilda. Jekk tara xi sinjal ta’ raxx tal-ġilda b’infafet jew deni, waqqaf Stocrin u għid lit-tabib tiegħek minnufih. Jekk kellek raxx meta kont qed tieħu NNRTI ieħor, tista’ tkun f’riskju akbar li jkollok raxx bi Stocrin.

-kwalunkwe sinjal ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni. F’xi pazjenti li jkollhom infezzjoni avvanzata tal-HIV (AIDS) u storja ta’ infezzjoni opportunistika, jista’ jkun li ftit wara li tibda l-kura kontra l-HIV, iseħħu sinjali u sintomi ta’

infjammazzjoni minn infezzjonijiet li ġew qabel. Huwa maħsub li dan jiġri minħabba li r-rispons immunitarju tal-ġisem jitjieb, u għalhekk il-ġisem jibda jikkumbatti l-infezzjonijiet li setgħu kienu hemm mingħajr sintomi ovvji. Jekk tinnota xi sintomi ta’ infezzjoni, għid mal-ewwel lit-tabib tiegħek.

Flimkien mal-infezzjonijiet opportunistiċi, disturbi awtoimmuni (kundizzjoni li sseħħ meta s-sistema immuni tattakka tessut b’saħħtu tal-ġisem) jistgħu jseħħu wkoll wara li tibda tieħu mediċini għall-kura tal-infezzjoni tiegħek bl-HIV.

Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu ħafna xhur wara l-bidu tal-kura. Jekk tinnota kwalunkwe sintomu ta' infezzjoni jew sintomi oħrajn bħal dgħufija fil-muskoli, dgħufija li tibda fl-idejn u fis-saqajn u li tinfirex ’il fuq lejn il-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew attività eċċessiva, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek immedjatament biex tfittex il-kura meħtieġa.

-problemi fl-għadam. Xi pazjenti li jieħdu terapija antiretrovirali kombinata jistgħu jiżviluppaw marda fl-għadam li tissejjaħ astjonekrożi (mewt tat-tessut tal-għadam minħabba n-nuqqas ta’ demm lejn l-għadam). Xi wħud mill-ħafna fatturi ta’ riskju li jistgħu jwasslu għal din il-marda jinkludu t-tul tat-terapija antiretrovirali kombinata, użu ta’ kortikosterojdi, konsum tal-alkoħol, immunosoppressjoni severa u indiċi ogħla tal-massa tal-ġisem fost oħrajn. Sinjali ta’ ostjonekrożi huma għebusija tal-ġogi, uġigħ (speċjalment tal-ġenb, l-irkoppa u l-ispalla) u diffikultà fil-moviment. Jekk tinnota xi sintomu minn dawn jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Stocrin mhuwiex rakkomandat għal tfal taħt it-3 snin jew li jiżnu inqas minn 13-il kg għax ma ġiex studjat biżżejjed f'dawn il-pazjenti.

Mediċini oħra u Stocrin

Ma għandekx tieħu Stocrin ma’ ċerti mediċini. Dawn huma elenkati taħt Tiħux Stocrin, fil-bidu ta’ Sezzjoni 2. Jinkludu mediċini komuni u rimedju erbali (St. John’s wort) li jistgħu jikkawżaw interazzjonijiet serji.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Stocrin jista’ jinteraġġixxi ma’ mediċini oħrajn, inklużi preparazzjonijiet erbali bħall-estratti ta’ Ginkgo biloba. B’konsegwenza ta’ hekk, l-ammonti ta’ Stocrin jew mediċini oħrajn fid-demm tiegħek jistgħu jiġu affettwati.. Dan jista’ jwaqqaf lill-mediċini milli jaħdmu kif suppost, jew jista’ jiggrava kwalunkwe effett sekondarju. F’xi każijiet, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża tiegħek jew jiċċekkja l-livelli tad-demm tiegħek. Huwa importanti li tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tkun qed tieħu xi ħaġa minn dawn:

Mediċini oħrajn użati għal infezzjoni tal-HIV:

-inibituri tal-protease: darunavir, indinavir, lopinavir/ritonavir, ritonavir, atazanavir, saquinavir jew fosamprenavir/saquinavir imsaħħin b’ritonavir. It-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li jagħtik mediċina alternattiva jew li jibdel id-doża tal-inibituri tal-protease.

-maraviroc

-il-pillola ta’ kombinazzjoni li fiha efavirenz, emtricitabine u tenofovir ma għandhiex tittieħed ma’ Stocrin, sakemm dan ma jkunx rakkomandat mit-tabib tiegħek, minħabba li din fiha efavirenz, is-sustanza attiva ta’ Stocrin.

Mediċini użati biex jikkuraw infezzjoni bil-virus tal-epatite Ċ: boceprevir, telaprevir, simeprevir.

Mediċini użati biex jikkuraw infezzjonijiet batterjali, inkluż tuberkolożi u kumpless ta’ avju mijobatterjum: clarithromycin, rifabutin, rifampicin. It-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li jibdel

id-doża tiegħek jew li jagħtik antibijotiku alternattiv. Barra minn hekk, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik b’riċetta doża għolja ta’ Stocrin.

Mediċini użati biex jikkuraw infezzjonijiet fungali (antifungali):

-voriconazole. Stocrin jista’ jnaqqas l-ammont ta’ voriconazole fid-demm tiegħek u voriconazole jista’ jżid l-ammont ta’ Stocrin fid-demm tiegħek. Jekk tieħu dawn iż-żewġ mediċini flimkien, id-doża ta’ voriconazole għandha tiżdied u d-doża ta’ efavirenz għandha titnaqqas. Għandek tara dan mat-tabib tiegħek l-ewwel.

-itraconazole. Stocrin jista’ jnaqqas l-ammont ta’ itraconazole fid-demm tiegħek.

-posaconazole. Stocrin jista’ jnaqqas l-ammont ta’ posaconazole fid-demm tiegħek.

Mediċini użati biex jikkuraw il-malarja:

-artemether/lumefantrine: Stocrin jista’ jnaqqas l-ammont ta’ artemether/lumefantrine fid- demm tiegħek.

-atovaquone/proguanil: Stocrin jista’ jnaqqas l-ammont ta’ atovaquone/proguanil fid- demm tiegħek.

Mediċini użati biex jikkuraw konvulżjonijiet/attakki (antikonvulżjonijiet): carbamazepine, phenytoin, phenobarbital. Stocrin jista’ jnaqqas l-ammont ta’ antikonvulżant fid-demm tiegħek. Carbamazepine jista’ jnaqqas il-probabbiltà li Stocrin jaħdem. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jikkunsidra li jagħtik antikonvulżant differenti.

Mediċini użati biex ibaxxu l-ammont ta’ xaħam fid-demm (magħrufin ukoll bħala statini): atorvastatin, pravastatin, simvastatin. Stocrin jista’ jnaqqas l-ammont ta’ statini fid-demm tiegħek. It-tabib tiegħek jara l-livelli ta’ kolesterol tiegħek u jikkunsidra jibdilx id-doża tal-istatin tiegħek, jekk ikun hemm bżonn.

Methadone (mediċina użata biex tikkura l-vizzju ta’ opjati): it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża ta’ methadone tiegħek.

Sertraline (mediċina użata biex tikkura d-dipressjoni): it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża ta’ sertraline tiegħek.

Bupropion (mediċina użata biex tikkura d-dipressjoni jew biex tgħinek tieqaf tpejjep): it-tabib tiegħek għandu mnejn ikollu bżonn ibiddel id-doża tiegħek ta’ bupropion.

Diltiazem jew mediċini simili (magħrufin bħala imblokkaturi tal-kanal tal-kalċju li huma mediċini li normalment jintużaw għal pressjoni għolja tad-demm jew problemi tal-qalb): meta tibda tieħu Stocrin, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża tiegħek tal- imblokkatur tal-kanal tal-kalċju.

Immunosuppressanti bħal cyclosporine, sirolimus, jew tacrolimus (mediċini użati biex jimpedixxu rifjut ta’ trapjant ta’ organu): meta tibda jew tieqaf tieħu Stocrin, it-tabib tiegħek jimmonitorja l-livelli tal-immunosuppressant fil-plasma tiegħek mill-qrib u jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża tiegħu.

Kontraċettiv ormonali, bħal pilloli ta’ kontroll tat-twelid, kontraċettiv injettat (per eżempju, Depo-Provera), jew kontraċettiv impjantat (per eżempju, Implanon): għandek tuża wkoll metodu ta’ kontraċezzjoni barriera affidabbli (ara Tqala, treddigħ u fertilità). Stocrin jista’ jagħmel lill-kontraċettivi ormonali inqas probabbli li jaħdmu. Kien hemm esperjenzi ta’ tqala fost nisa li kien qegħdin jieħdu Stocrin filwaqt li kienu qed jużaw kontraċettiv impjantat, għalkemm ma ġiex stabbilit li l-kura ta’ Stocrin kien dik li kkawżat lill-kontraċettiv biex ma jaħdimx.

Warfarin jew acenocoumarol (mediċini użati biex inaqqsu t-tagħqid tad-demm): it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża tiegħek ta’ warfarin jew ta’ acenocoumarol.

Estratti ta’ Ginkgo biloba (preparazzjoni erbali)

Stocrin ma’ ikel u xorb

Jekk tieħu Stocrin fuq stonku vojt tista’ ttaffi l-effetti mhux mixtieqa. Il-meraq tal-grejpfrut għandu jiġi evitat meta tieħu Stocrin.

Tqala u treddigħ

In-nisa m’għandhomx jinqabdu tqal waqt kura bi Stocrin u għal 12-il ġimgħa wara. It-tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel test tat-tqala biex ikun ċert li m’intix tqila qabel tibda l-kura bi Stocrin.

Jekk tista’ tinqabad tqila waqt li tkun qed tieħu Stocrin, inti trid tuża forma affidabbli ta’ kontraċezzjoni barriera (per eżempju, kondom) ma’ metodi oħra ta’ kontraċezzjoni fosthom kontraċettivi orali (pillola) jew kontraċettivi oħra ormonali, (per eżempju impjanti, injezzjoni). Efavirenz jista’ jibqa’ fid-demm tiegħek għal xi żmien wara li titwaqqaf it-terapija. Għalhekk, inti għandek tkompli tuża miżuri ta’ kontraċezzjoni, bħal fuq, għal 12-il ġimgħa wara li tieqaf tieħu Stocrin.

Għid lit-tabib tiegħek jekk int tqila jew jekk beħsiebek toħroġ tqila. Jekk int tqila, għandek tieħu Stocrin biss jekk int u t-tabib tiegħek tiddeċiedu li jkun hemm bżonn tieħdu b’mod ċar. Itlob parir mingħand it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Ġew osservati difetti serji tat-twelid f’annimali mhux imwielda u fit-trabi ta’ nisa kkurati b’efavirenz jew b’mediċina ta’ kombinazzjoni li fiha efavirenz, emtricitabine u tenofovir waqt it-tqala. Jekk ħadt Stocrin jew il-pillola ta’ kombinazzjoni li fiha efavirenz, emtricitabine u tenofovir waqt it-tqala tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel testijiet regolari tad-demm u testijiet dijanjostiċi oħra biex jimmonitorja l-iżvilupp tat-tarbija tiegħek.

M’għandekx tredda’ lit-tarbija tiegħek jekk qed tieħu Stocrin.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Stocrin fih efavirenz u jista’ jikkawża sturdament, tnaqqis fil-konċentrazzjoni u ngħas. Jekk inti affettwat, issuqx u tużax għodod jew makkinarju.

Stocrin fih il-lactose f’kull doża ta’ kuljum ta’ 600 mg.

Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali. Individwi b’dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jużaw Stocrin soluzzjoni orali, li ma fihiex lactose.

3.Kif gћandek tieћu Stocrin

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. It-tabib tiegħek se jagħtik istruzzjonijiet dwar it-teħid tad-doża kif suppost.

Id-doża għall-adulti hija ta’ 600 mg kuljum.

Id-doża ta’ Stocrin jista’ jkollha bżonn tiżdied jew titnaqqas jekk tkun qed tieħu ċerti mediċini (ara Mediċini oħra u Stocrin).

Stocrin huwa għal użu orali. Huwa rakkomandat li Stocrin jittieħed fuq stonku vojt preferibbilment qabel l-irqad. Dan jista’ jagħmel xi effetti sekondarji (eżempju, sturdament, ħedla) inqas ta’ fastidju. Bi stonku vojt nifhmu siegħa qabel jew sagħtejn wara ikla.

Huwa rrakkomandat li l-kapsula tinbelasħiħa mal-ilma.

Stocrin irid jittieħed kuljum.

Stocrin qatt m’għandu jintuża waħdu biex jikkura l-HIV. Stocrin dejjem għandu jittieħed flimkien ta’ mediċini oħra anti-HIV.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

Id-doża għat-tfal li jiżnu 40 kg jew aktar hija ta’ 600 mg darba kuljum.

Id-doża għat-tfal li jiżnu anqas minn 40 kg hija kkalkulata skont il-piż tal-ġisem u tittieħed darba kuljum kif muri hawn taħt:

Piż tal-Ġisem

Stocrin

kg

Doża (mg)

13 sa < 15

15 sa < 20

20 sa < 25

25 sa < 32.5

32.5 sa < 40

Jekk tieħu Stocrin aktar milli suppost

Jekk tieħu wisq Stocrin ikkuntattja lit-tabib jew l-eqreb dipartiment tal-emerġenza għal parir. Żomm il-pakkett tal-mediċina miegħek sabiex tkun tista’ tiddeskrivi faċilment dak li tkun ħadt.

Jekk tinsa tieħu Stocrin

Ipprova taqbiżx doża. Jekk taqbeż doża, ħu d-doża li jmiss kemm jista’ jkun malajr, imma tiħux doża doppja biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu. Jekk għandek bżonn l-għajnuna biex tippjana l-aħjar ħin għall-mediċina tiegħek, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk tieqaf tieħu Stocrin

Meta l-ħażna tiegħek ta’ Stocrin tibda tonqos, ġib iktar mit-tabib jew spiżjar tiegħek. Dan importanti ħafna billi l-ammont ta’ virus jista’ jibda jikber jekk il-mediċina titwaqqaf anke għal żmien qasir. Imbagħad il-virus jista’ jsir iktar iebes biex tikkurah.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Meta tkun qiegħda tiġi kkurata infezzjoni tal-HIV, mhux dejjem ikun possibbli li jingħad jekk xi wħud mill-effetti mhux mixtieqa humiex ikkawżati minn Stocrin jew minn mediċini oħrajn li tkun qed tieħu fl-istess ħin, jew mill-marda tal-HIV infisha.

Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment marbut mas-saħħa u l-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestja għal dawn il-bidliet.

L-iktar reazzjonijiet mhux mixtieqa li jiġu nnutati, marbuta ma’ Stocrin meta jingħata flimkien ma’ mediċini oħra ta’ kontra l-HIV u li ġew irrapportati jinkludu raxx u sintomi marbuta mas-sistema nervuża.

Għandek tikkonsulta lit-tabib jekk għandek raxx, billi xi wħud jistgħu ikunu serji; madankollu, il-biċċa l-kbira mill-każijiet ta’ raxx jgħibu mingħajr bidla fil-kura bi Stocrin. Ir-raxx kien iktar komuni fit-tfal milli f’adulti kkurati bi Stocrin.

Is-sintomi tas-sistema nervuża aktarx li joħorġu meta tibda l-kura, imma ġeneralment jonqsu fl-ewwel ftit ġimgħat. Fi studju wieħed, sintomi fis-sistema nervuża ħafna drabi seħħew wara l-ewwel siegħa sa 3 sigħat wara t-teħid tad-doża. Jekk tkun affettwat, it-tabib tiegħek jista’ jissuġġerilek li tieħu Stocrin f’ħin l-irqad u fuq stonku vojt. Xi pazjenti jkollhom sintomi iktar serji li jistgħu jaffettwaw il-burdata u l-ħila li jaħsbu b’mod ċar. Xi pazjenti waslu biex jikkommettu suwiċidju. Dawn il-problemi aktarx li

jseħħu iktar fost dawk li għandhom storja medika ta’ mard mentali. Dejjem għarraf lit-tabib tiegħek mal-ewwel jekk għandek xi wieħed minn dawn is-sintomi jew xi effetti mhux mixtieqa waqt li qed tieħu Stocrin.

Għid lit-tabib tiegħek jekk tosserva xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin: Komuni ħafna (jaffettwaw aktar minn utent wieħed minn kull 10)

-raxx tal-ġilda

Komuni (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 100)

-ħolm mhux normali, diffikultà fil-konċentrazzjoni, sturdament, uġigħ ta’ ras, diffikultà fl-irqad, ħedla, problemi bil-koordinazzjoni jew bil-bilanċ

-uġigħ ta’ stonku, dijarea, tħossok ma tiflaħx (nawsja), rimettar

-ħakk

-għeja

-tħossok anzjuż/a, tħossok imdejjaq/imdejqa

Testijiet jistgħu juru:

-żieda tal-enzimi tal-fwied fid-demm

-żieda ta’ trigliċeridi (xaħmijiet) fid-demm

Mhux komuni (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 1,000)

-nervożiżmu, tinsa l-affarijiet, konfużjoni, attakki (aċċessjonijiet), ħsibijiet mhux normali

-viżta mċajpra

-sensazzjoni ta’ tidwir jew għelib (vertiġni)

-uġigħ fl-istonku kkawżat minn infjammazzjoni tal-frixa

-reazzjoni allerġika (sensittività eċċessiva) li tista’ tikkawża reazzjonijiet severi tal-ġilda (ertema multiforme, is-sindromu ta’ Stevens-Johnson)

-ġilda jew għajnejn sofor, ħakk, jew uġigħ fl-istonku kkawżat minn infjammazzjoni tal-fwied

-tkabbir tas-sider fl-irġiel

-imġiba ta’ rabja, tibdil fil-burdati, tara u tisma’ affarijiet li mhumiex veru hemm (alluċinazzjonijiet), manija (kundizzjoni mentali kkaratterizzata minn episodji ta’ attività eċċessiva, ferħ kbir jew irritabbiltà), paranoja, ħsibijiet ta’ suwiċidju.

-tisfir, żarżir jew xi ħoss persistenti ieħor fil-widnejn

-tregħid

-fwawar

Testijiet jistgħu juru:

-żieda ta’ kolesterol fid-demm

Rari (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 10,000)

-raxx bil-ħakk ikkawżat minn reazzjoni għad-dawl tax-xemx

-insuffiċjenza tal-fwied, li f’xi każijiet twassal għal mewt jew trapjant tal-fwied, seħħet b’efavirenz. Il-biċċa l-kbira tal-każijiet seħħew f’pazjenti li diġà kellhom mard tal-fwied, iżda kien hemm ftit rapporti f’pazjenti li qatt ma kellhom mard tal-fwied qabel.

-sentimenti inspjegabbli ta’ dwejjaq mhux assoċjati ma’ alluċinazzjonijiet, iżda jista' jkun diffiċli li taħseb b’mod ċar jew b’mod sensibbli

-suwiċidju

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Stocrin

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Stocrin

Kull kapsula Stocrin fiha 50 mg tas-sustanza attiva efavirenz.

Is-sustanzi l-oħra tat-trab fil-kapsula iebsa huma: sodium laurilsulfate, lactose monohydrate, magnesium stearate u sodium starch glycolate.

Il-qoxra tal-kapsula fiha: gelatine, sodium laurilsulfate, iron oxide isfar (E172), titanium dioxide (E171) u silicon dioxide (E551).

Il-kapsuli huma stampati b’linka li fiha cochineal carminic acid (E120), indigo carmine (E132), u titanium dioxide (E171).

Kif jidher Stocrin u l-kontenut tal-pakkett

Il-kapsuli ibsin Stocrin tal-50 mg jiġu fi fliexken ta’ 30 kapsula.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-

Manifattur

Suq

Merck Sharp & Dohme Limited

Merck Sharp & Dohme B.V.

Hertford Road, Hoddesdon

Waarderweg 39

Hertfordshire EN11 9BU

Postbus 581

Ir-Renju Unit

2003 PC Haarlem

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

MSD Belgium BVBA/SPRL

Tél/Tel: 0800 38 693 (+32(0)27766211) dpoc_belux@merck.com

България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737 info-msdbg@merck.com

Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111 dpoc_czechslovak @merck.com

Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: +45 44 82 40 00 dkmail@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel.: +370 5 278 02 47 msd_lietuva@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

MSD Belgium BVBA/SPRL Tél/Tel: +32(0)27766211 dpoc_belux@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +361 888 53 00 hungary_msd@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558) malta_info@merck.com

Deutschland

Bristol-Myers Squibb GmbH & CO. KGaA

Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: +372 6144 200 msdeesti@merck.com

Eλλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε

Τηλ: + 30-210 98 97 300 dpoc_greece@merck.com

España

Bristol-Myers Squibb, S.A.

Tel: +34 91 456 53 00

Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333 croatia_info@merck.com

France

Bristol-Myers Squibb Sarl.

Tél: +33 (0) 810 410 500

Ireland

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd.

Tel: +353 (1 800) 749 749

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Ιtalia

Bristol-Myers Squibb S.r.l. Tel: +39 06 50 39 61

Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 80000 673 (+357 22866700) cyprus_info@merck.com

Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371 67364 224 msd_lv@merck.com

Nederland

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153) medicalinfo.nl@merck.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00 msdnorge@msd.no

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H. Tel: +43 (0) 1 26 044 msd-medizin@merck.com

Polska

MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00 msdpolska@merck.com

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 4465700 clic@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: + 4021 529 29 00 msdromania@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: + 386 1 5204201 msd_slovenia@merck.com

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel.: +421 2 58282010 dpoc_czechslovak @merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0) 9 804650 info@msd.fi

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 (0)77 5700488 medicinskinfo@merck.com

United Kingdom

Tel: +44 (0800) 731 1736

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Stocrin 100 mg kapsuli ibsin efavirenz

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Stocrin u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Stocrin

3.Kif għandek tieħu Stocrin

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Stocrin

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Stocrin u gћalxiex jintuża

Stocrin, li fih is-sustanza attiva efavirenz, jagħmel parti minn klassi ta’ mediċini antiretrovirali li jissejħu inibituri non-nukleosidi ta’ reverse transcriptase (NNTRIs). Hija mediċina antiretrovirali li tissielet infezzjoni bil-virus tal-immunodefiċjenza umana (HIV) billi tnaqqas l-ammont ta’ virus fid-demm. Jintuża minn adulti, adolexxenti u tfal minn 3 snin ’il fuq.

It-tabib tiegħek ordnalek Stocrin għax għandek l-infezzjoni tal-HIV. Meta Stocrin jittieħed flimkien ma’ mediċini antiretrovirali oħra, inaqqas l-ammont ta’ virus fid-demm. Dan se jsaħħaħlek is-sistema immuni u jnaqqas ir-riskju li tiżviluppa mard assoċjat mal-infezzjoni tal-HIV.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Stocrin

Tiħux Stocrin:

jekk inti allerġiku/a għal efavirenz jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6). Ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir.

jekk għandek mard tal-fwied sever

jekk bħalissa qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini:

-astemizole jew terfenadine (użata biex tikkura sintomi allerġiċi)

-bepridil (użata biex tikkura ħruq fl-istonku)

-cisapride (użata biex tikkura ħruq fl-istonku)

-ergot alkaloids (eżempju, ergotamine, dihydroergotamine, ergonovine, u methylergonovine) (użati biex jikkuraw l-emikranji u uġigħ ta’ ras regolari)

-midazolam jew triazolam (użati biex jgħinuk torqod)

-pimozide (użata biex tikkura ċerti kundizzjonijiet mentali)

-St. John's wort (Hypericum perforatum) (rimedju erbali użat biex jikkura dipressjoni u ansjetà

Ġew osservati difetti serji tat-twelid f’annimali mhux imwielda u fit-trabi ta’ nisa kkurati b’efavirenz jew b’mediċina ta’ kombinazzjoni li fiha efavirenz, emtricitabine u tenofovir waqt it-tqala. Jekk ħadt Stocrin jew il-pillola ta’ kombinazzjoni li fiha efavirenz, emtricitabine u tenofovir matul it-tqala tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel testijiet regolari tad-demm u testijiet dijanjostiċi oħra biex jimmonitorja l-iżvilupp tat-tarbija tiegħek.

M’għandekx tredda’ lit-tarbija tiegħek jekk qed tieħu Stocrin.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Stocrin fih efavirenz u jista’ jikkawża sturdament, tnaqqis fil-konċentrazzjoni u ngħas. Jekk inti affettwat, issuqx u tużax għodod jew makkinarju.

Stocrin fih il-lactose f’kull doża ta’ kuljum ta’ 600 mg.

Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali. Individwi b’dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jużaw Stocrin soluzzjoni orali, li ma fihiex lactose.

3. Kif gћandek tieћu Stocrin

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. It-tabib tiegħek se jagħtik istruzzjonijiet dwar it-teħid tad-doża kif suppost.

Id-doża għall-adulti hija ta’ 600 mg kuljum.

Id-doża ta’ Stocrin jista’ jkollha bżonn tiżdied jew titnaqqas jekk tkun qed tieħu ċerti mediċini (ara Mediċini oħra u Stocrin).

Stocrin huwa għal użu orali. Huwa rakkomandat li Stocrin jittieħed fuq stonku vojt preferibbilment qabel l-irqad. Dan jista’ jagħmel xi effetti sekondarji (eżempju, sturdament, ħedla) inqas ta’ fastidju. Bi stonku vojt nifhmu siegħa qabel jew sagħtejn wara ikla.

Huwa rrakkomandat li l-kapsula tinbelasħiħa mal-ilma.

Stocrin irid jittieħed kuljum.

Stocrin qatt m’għandu jintuża waħdu biex jikkura l-HIV. Stocrin dejjem għandu jittieħed flimkien ta’ mediċini oħra anti-HIV.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

Id-doża għat-tfal li jiżnu 40 kg jew aktar hija ta’ 600 mg darba kuljum.

Id-doża għat-tfal li jiżnu anqas minn 40 kg hija kkalkulata skont il-piż tal-ġisem u tittieħed darba kuljum kif muri hawn taħt:

Piż tal-Ġisem

Stocrin

kg

Doża (mg)

13 sa < 15

15 sa < 20

20 sa < 25

25 sa < 32.5

32.5 sa < 40

Jekk tieħu Stocrin aktar milli suppost

Jekk tieħu wisq Stocrin ikkuntattja lit-tabib jew l-eqreb dipartiment tal-emerġenza għal parir. Żomm il-pakkett tal-mediċina miegħek sabiex tkun tista’ tiddeskrivi faċilment dak li tkun ħadt.

Jekk tinsa tieħu Stocrin

Ipprova taqbiżx doża. Jekk taqbeż doża, ħu d-doża li jmiss kemm jista’ jkun malajr, imma tiħux doża doppja biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu. Jekk għandek bżonn l-għajnuna biex tippjana l-aħjar ħin għall-mediċina tiegħek, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk tieqaf tieħu Stocrin

Meta l-ħażna tiegħek ta’ Stocrin tibda tonqos, ġib iktar mit-tabib jew spiżjar tiegħek. Dan importanti ħafna billi l-ammont ta’ virus jista’ jibda jikber jekk il-mediċina titwaqqaf anke għal żmien qasir. Imbagħad il-virus jista’ jsir iktar iebes biex tikkurah.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Meta tkun qiegħda tiġi kkurata infezzjoni tal-HIV, mhux dejjem ikun possibbli li jingħad jekk xi wħud mill-effetti mhux mixtieqa humiex ikkawżati minn Stocrin jew minn mediċini oħrajn li tkun qed tieħu fl-istess ħin, jew mill-marda tal-HIV infisha.

Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment marbut mas-saħħa u l-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestja għal dawn il-bidliet.

L-iktar reazzjonijiet mhux mixtieqa li jiġu nnutati, marbuta ma’ Stocrin meta jingħata flimkien ma’ mediċini oħra ta’ kontra l-HIV u li ġew irrapportati jinkludu raxx u sintomi marbuta mas-sistema nervuża.

Għandek tikkonsulta lit-tabib jekk għandek raxx, billi xi wħud jistgħu ikunu serji; madankollu, il-biċċa l-kbira mill-każijiet ta’ raxx jgħibu mingħajr bidla fil-kura bi Stocrin. Ir-raxx kien iktar komuni fit-tfal milli f’adulti kkurati bi Stocrin.

Is-sintomi tas-sistema nervuża aktarx li joħorġu meta tibda l-kura, imma ġeneralment jonqsu fl-ewwel ftit ġimgħat. Fi studju wieħed, sintomi fis-sistema nervuża ħafna drabi seħħew wara l-ewwel siegħa sa 3 sigħat wara t-teħid tad-doża. Jekk tkun affettwat, it-tabib tiegħek jista’ jissuġġerilek li tieħu Stocrin f’ħin l-irqad u fuq stonku vojt. Xi pazjenti jkollhom sintomi iktar serji li jistgħu jaffettwaw il-burdata u l-ħila li jaħsbu b’mod ċar. Xi pazjenti waslu biex jikkommettu suwiċidju. Dawn il-problemi aktarx li

jseħħu iktar fost dawk li għandhom storja medika ta’ mard mentali. Dejjem għarraf lit-tabib tiegħek mal-ewwel jekk għandek xi wieħed minn dawn is-sintomi jew xi effetti mhux mixtieqa waqt li qed tieħu Stocrin.

Għid lit-tabib tiegħek jekk tosserva xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin: Komuni ħafna (jaffettwaw aktar minn utent wieħed minn kull 10)

-raxx tal-ġilda

Komuni (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 100)

-ħolm mhux normali, diffikultà fil-konċentrazzjoni, sturdament, uġigħ ta’ ras, diffikultà fl-irqad, ħedla, problemi bil-koordinazzjoni jew bil-bilanċ

-uġigħ ta’ stonku, dijarea, tħossok ma tiflaħx (nawsja), rimettar

-ħakk

-għeja

-tħossok anzjuż/a, tħossok imdejjaq/imdejqa

Testijiet jistgħu juru:

-żieda tal-enzimi tal-fwied fid-demm

-żieda ta’ trigliċeridi (xaħmijiet) fid-demm

Mhux komuni (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 1,000)

-nervożiżmu, tinsa l-affarijiet, konfużjoni, attakki (aċċessjonijiet), ħsibijiet mhux normali

-viżta mċajpra

-sensazzjoni ta’ tidwir jew għelib (vertiġni)

-uġigħ fl-istonku kkawżat minn infjammazzjoni tal-frixa

-reazzjoni allerġika (sensittività eċċessiva) li tista’ tikkawża reazzjonijiet severi tal-ġilda (ertema multiforme, is-sindromu ta’ Stevens-Johnson)

-ġilda jew għajnejn sofor, ħakk, jew uġigħ fl-istonku kkawżat minn infjammazzjoni tal-fwied

-tkabbir tas-sider fl-irġiel

-imġiba ta’ rabja, tibdil fil-burdati, tara u tisma’ affarijiet li mhumiex veru hemm (alluċinazzjonijiet), manija (kundizzjoni mentali kkaratterizzata minn episodji ta’ attività eċċessiva, ferħ kbir jew irritabbiltà), paranoja, ħsibijiet ta’ suwiċidju.

-tisfir, żarżir jew xi ħoss persistenti ieħor fil-widnejn

-tregħid

-fwawar

Testijiet jistgħu juru:

-żieda ta’ kolesterol fid-demm

Rari (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 10,000)

-raxx bil-ħakk ikkawżat minn reazzjoni għad-dawl tax-xemx

-insuffiċjenza tal-fwied, li f’xi każijiet twassal għal mewt jew trapjant tal-fwied, seħħet b’efavirenz. Il-biċċa l-kbira tal-każijiet seħħew f’pazjenti li diġà kellhom mard tal-fwied, iżda kien hemm ftit rapporti f’pazjenti li qatt ma kellhom mard tal-fwied qabel.

-sentimenti inspjegabbli ta’ dwejjaq mhux assoċjati ma’ alluċinazzjonijiet, iżda jista' jkun diffiċli li taħseb b’mod ċar jew b’mod sensibbli

-suwiċidju

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Stocrin

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Stocrin

Kull kapsula Stocrin fiha 100 mg tas-sustanza attiva efavirenz.

Is-sustanzi l-oħra tat-trab fil-kapsula iebsa huma: sodium laurilsulfate, lactose monohydrate, magnesium stearate u sodium starch glycolate.

Il-qoxra tal-kapsula fiha: gelatine, sodium laurilsulfate, titanium dioxide (E171) u silicon dioxide (E551).

Il-kapsuli huma stampati b’linka li fiha cochineal carminic acid (E120), indigo carmine (E132), u titanium dioxide (E171).

Kif jidher Stocrin u l-kontenut tal-pakkett

Il-kapsuli ibsin Stocrin tal-100 mg jiġu fi fliexken ta’ 30 kapsula.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-

Manifattur

Suq

Merck Sharp & Dohme Limited

Merck Sharp & Dohme B.V.

Hertford Road, Hoddesdon

Waarderweg 39

Hertfordshire EN11 9BU

Postbus 581

Ir-Renju Unit

2003 PC Haarlem

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

MSD Belgium BVBA/SPRL

Tél/Tel: 0800 38 693 (+32(0)27766211) dpoc_belux@merck.com

България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737 info-msdbg@merck.com

Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111 dpoc_czechslovak @merck.com

Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: +45 44 82 40 00 dkmail@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel.: +370 5 278 02 47 msd_lietuva@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

MSD Belgium BVBA/SPRL Tél/Tel: +32(0)27766211 dpoc_belux@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +361 888 53 00 hungary_msd@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558) malta_info@merck.com

Deutschland

Bristol-Myers Squibb GmbH & CO. KGaA

Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: +372 6144 200 msdeesti@merck.com

Eλλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε

Τηλ: + 30-210 98 97 300 dpoc_greece@merck.com

España

Bristol-Myers Squibb, S.A.

Tel: +34 91 456 53 00

Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333 croatia_info@merck.com

France

Bristol-Myers Squibb Sarl.

Tél: +33 (0) 810 410 500

Ireland

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd.

Tel: +353 (1 800) 749 749

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Ιtalia

Bristol-Myers Squibb S.r.l. Tel: +39 06 50 39 61

Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 80000 673 (+357 22866700) cyprus_info@merck.com

Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371 67364 224 msd_lv@merck.com

Nederland

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153) medicalinfo.nl@merck.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00 msdnorge@msd.no

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H. Tel: +43 (0) 1 26 044 msd-medizin@merck.com

Polska

MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00 msdpolska@merck.com

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 4465700 clic@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: + 4021 529 29 00 msdromania@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: + 386 1 5204201 msd_slovenia@merck.com

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel.: +421 2 58282010 dpoc_czechslovak @merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0) 9 804650 info@msd.fi

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 (0)77 5700488 medicinskinfo@merck.com

United Kingdom

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd.

Tel: +44 (0800) 731 1736

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Stocrin 200 mg kapsuli ibsin efavirenz

Huwa rrakkomandat li l-kapsula tinbela’ sħiħa mal-ilma.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun jew il-folja wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Stocrin

Kull kapsula iebsa Stocrin fiha 200 mg tas-sustanza attiva efavirenz.

Is-sustanzi l-oħra tat-trab fil-kapsula iebsa huma: sodium laurilsulfate, lactose monohydrate, magnesium stearate u sodium starch glycolate.

Il-qoxra tal-kapsula fiha: gelatine, sodium laurilsulfate, iron oxide isfar (E172), u silicon dioxide (E551).

Il-kapsuli huma stampati b’linka li fiha cochineal carminic acid (E120), indigo carmine (E132), u titanium dioxide (E171).

Kif jidher Stocrin u l-kontenut tal-pakkett

Il-kapsuli Stocrin tal-200mg jiġu fi fliexken ta’ 90 kapsula u f’pakketti li fihom 42 x 1 kapsula f’folji tal-aluminju perforati għal dożi waħedhom. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-

Manifattur

Suq

Merck Sharp & Dohme Limited

Merck Sharp & Dohme B.V.

Hertford Road, Hoddesdon

Waarderweg 39

Hertfordshire EN11 9BU

Postbus 581

Ir-Renju Unit

2003 PC Haarlem

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

MSD Belgium BVBA/SPRL

Tél/Tel: 0800 38 693 (+32(0)27766211) dpoc_belux@merck.com

България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737 info-msdbg@merck.com

Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111 dpoc_czechslovak @merck.com

Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: +45 44 82 40 00 dkmail@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel.: +370 5 278 02 47 msd_lietuva@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

MSD Belgium BVBA/SPRL Tél/Tel: +32(0)27766211 dpoc_belux@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +361 888 53 00 hungary_msd@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558) malta_info@merck.com

Deutschland

Bristol-Myers Squibb GmbH & CO. KGaA

Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: +372 6144 200 msdeesti@merck.com

Eλλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε

Τηλ: + 30-210 98 97 300 dpoc_greece@merck.com

España

Bristol-Myers Squibb, S.A.

Tel: +34 91 456 53 00

Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333 croatia_info@merck.com

France

Bristol-Myers Squibb Sarl.

Tél: +33 (0) 810 410 500

Ireland

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd.

Tel: +353 (1 800) 749 749

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Ιtalia

Bristol-Myers Squibb S.r.l. Tel: +39 06 50 39 61

Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 80000 673 (+357 22866700) cyprus_info@merck.com

Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371 67364 224 msd_lv@merck.com

Nederland

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153) medicalinfo.nl@merck.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00 msdnorge@msd.no

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H. Tel: +43 (0) 1 26 044 msd-medizin@merck.com

Polska

MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00 msdpolska@merck.com

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 4465700 clic@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: + 4021 529 29 00 msdromania@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: + 386 1 5204201 msd_slovenia@merck.com

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel.: +421 2 58282010 dpoc_czechslovak @merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0) 9 804650 info@msd.fi

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 (0)77 5700488 medicinskinfo@merck.com

United Kingdom

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd.

Tel: +44 (0800) 731 1736

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Stocrin 30 mg/ml soluzzjoni orali efavirenz

Id-doża għall-adulti hija ta’ 24 ml kuljum.

Id-doża ta’ Stocrin jista’ jkollha bżonn tiżdied jew titnaqqas jekk tkun qed tieħu ċerti mediċini (ara Mediċini oħra u Stocrin).

Is-soluzzjoni orali ta’ Stocrin tista’ tittieħed mal-ikel jew mingħajr ikel.

Id-doża ta’ Stocrin soluzzjoni orali f’mg mhix l-istess bħal Stocrin kapsuli ibsin jew pilloli miksijin b’rita.

Stocrin irid jittieħed kuljum.

Stocrin qatt m’għandu jintuża waħdu biex jikkura l-HIV. Stocrin dejjem għandu jittieħed flimkien ta’ mediċini oħra anti-HIV.

Id-doża ta’ Stocrin soluzzjoni orali trid tiġi ppreparata b’siringa orali li tiġi fil-kartuna.

Meta jintuża l-ewwel darba, l-adapter tal-flixkien irid jitpoġġa fl- għonq tal-flixkun. Biex tagħmel hekk, neħħi l-għatu li ma jinfetaħx mit-tfal u s-sġilli tal-fojl. L-adapter tal-flixkun, li diġà huma mwaħħal mal-bokka tas-siringa, jista’ jiddaħħal fl-għonq tal-flixkun u magħfus sew ‘l isfel.

Issepara s-siringa mill-adapter. L-adapter għandu jkun marbut sewe ma’ l-għonq biex l-għatu jista’ jitneħħa mingħajr ma dan jinqala’.

Bil-flixkun wieqaf, poġġu tarf is-siringa fl-adapter tal-flixkun.

Dawwar il-flixkun rasu ‘l isfel bis-siringa għadha f’postha. Żomm il- flixkun u s-siringa sodi b’id waħda u blid l-oħra iġbed lura l-planġer ftit lil hinn mill-marka tad-doża li hemm bżonn. Jekk fis-siringa jidhru l-bżieżaq tal-arja, żomm il-flixkun rasu ‘l isfel u mbotta bil-mod il- planger u erġà iġbdu lura. Irrepeti sakemm ma jkunx hemm bżieżaq tal-arja fis-siringa.

Biex tkejjel id-doża bir-reqqa, żomm il-flixkun rasu ‘l isfel u mbotta l- planġer ‘il ġewwa bil-mod sakemm il-parti ta’ fuq taċ-ċirku l-iswed (it-tarf l-eqreb lejn il-ponta tas-siringa) tasal sad-doża. Dawwar il- flixkun sew u neħħi s-siringa. Imsaħ l-adapter u agħlaq sew bit-tapp.

Qabel ma tagħti d-doża tas-soluzzjoni orali kun ċert/a li l-pazjenti qiegħed bil-qiegħda dritt jew bil-wieqfa. Daħħal it-traf tas-siringa kemm kemm ġol-ħalq u ppronta lejn il-ħadd. Agħfas il-planġer bil- mod biex dak li jkun ikollu ċans jibla’ l-mediċina. Tagħfis bil-għaġla jista’ jwassal biex dak li jkun jifga’.

Wara l-użu, ħalli s-siringa fl-ilma fietel bis-sapun għal mill-inqas minuta. Iġbed l-ilma fietel bis-sapun fis-siringa sakemm tkun mimlija u żvojtaha għal kollox. Irrepeti mill-inqas tliet darbiet. Neħħi l-virga tal-planġer mill-kanna u laħlaħ sew iż-żewg partijiet fl-ilma fietel tal-vit. Jekk xi partijiet mis-siringa mhumiex nodfa, irrepeti dawn l-istruzzjonijiet għat-tindif. Ħalli l-partijiet jinxfu għal kollox qabel ma terġa’ tintrema’ s-siringa. Tpoġġix is-siringa fil-magni tal-ħasil tal-platti.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

Id-doża għat-tfal li jiżnu 40 kg jew aktar hija ta’ 24 ml darba kuljum.

Id-doża għat-tfal li jiżnu anqas minn 40 kg hija kkalkulata skont il-piż tal-ġisem u tittieħed darba kuljum kif muri hawn taħt:

Piż tal-Ġisem

Stocrin soluzzjoni orali (30 mg/ml)

kg

Doża (ml)

3 - < 5 snin

5 snin jew akbar

13 sa < 15

15 sa < 20

20 sa < 25

25 sa < 32.5

32.5 sa < 40

-

-

Jekk tieħu Stocrin aktar milli suppost

Jekk tieħu wisq Stocrin ikkuntattja lit-tabib jew l-eqreb dipartiment tal-emerġenza għal parir. Żomm il-pakkett tal-mediċina miegħek sabiex tkun tista’ tiddeskrivi faċilment dak li tkun ħadt.

Jekk tinsa tieħu Stocrin

Ipprova taqbiżx doża. Jekk taqbeż doża, ħu d-doża li jmiss kemm jista’ jkun malajr, imma tiħux doża doppja biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu. Jekk għandek bżonn l-għajnuna biex tippjana l-aħjar ħin għall-mediċina tiegħek, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk tieqaf tieħu Stocrin

Meta l-ħażna tieghek ta’ Stocrin tibda tonqos, ġib iktar mit-tabib jew spiżjar tiegħek. Dan importanti ħafna billi l-ammont ta’ virus jista’ jibda jikber jekk il-mediċina titwaqqaf anke għal żmien qasir. Imbagħad il-virus jista’ jsir iktar iebes biex tikkurah.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Meta tkun qiegħda tiġi kkurata infezzjoni tal-HIV, mhux dejjem ikun possibbli li jingħad jekk xi wħud mill-effetti mhux mixtieqa humiex ikkawżati minn Stocrin jew minn mediċini oħrajn li tkun qed tieħu fl-istess ħin, jew mill-marda tal-HIV infisha.

Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment marbut mas-saħħa u l-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestja għal dawn il-bidliet.

L-iktar reazzjonijiet mhux mixtieqa li jiġu nnutati, marbuta ma’ Stocrin meta jingħata flimkien ma’ mediċini oħra ta’ kontra l-HIV u li ġew irrapportati jinkludu raxx u sintomi marbuta mas-sistema nervuża.

Għandek tikkonsulta lit-tabib jekk għandek raxx, billi xi wħud jistgħu ikunu serji; madankollu, il-biċċa l-kbira mill-każijiet ta’ raxx jgħibu mingħajr bidla fil-kura bi Stocrin. Ir-raxx kien iktar komuni fit-tfal milli f’adulti kkurati bi Stocrin.

Is-sintomi tas-sistema nervuża aktarx li joħorġu meta tibda l-kura, imma ġeneralment jonqsu fl-ewwel ftit ġimgħat. Fi studju wieħed, sintomi fis-sistema nervuża ħafna drabi seħħew wara l-ewwel siegħa sa 3 sigħat wara t-teħid tad-doża. Jekk tkun affettwat, it-tabib tiegħek jista’ jissuġġerilek li tieħu Stocrin f’ħin l-irqad u fuq stonku vojt. Xi pazjenti jkollhom sintomi iktar serji li jistgħu jaffettwaw il-burdata u l-ħila li jaħsbu b’mod ċar. Xi pazjenti waslu biex jikkommettu suwiċidju. Dawn il-problemi aktarx li jseħħu iktar fost dawk li għandhom storja medika ta’ mard mentali. Dejjem għarraf lit-tabib tiegħek mal-ewwel jekk għandek xi wieħed minn dawn is-sintomi jew xi effetti mhux mixtieqa waqt li qed tieħu Stocrin.

It-tfal li ħadu Stocrin soluzzjoni orali u nelfinavir flimkien ma’ mediċini antiretrovirali oħra kellhom dijarrea.

Għid lit-tabib tiegħek jekk tosserva xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin: Komuni ħafna (jaffettwaw aktar minn utent wieħed minn kull 10)

-raxx tal-ġilda

Komuni (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 100)

-ħolm mhux normali, diffikultà fil-konċentrazzjoni, sturdament, uġigħ ta’ ras, diffikultà fl-irqad, ħedla, problemi bil-koordinazzjoni jew bil-bilanċ

-uġigħ ta’ stonku, dijarea, tħossok ma tiflaħx (nawsja), rimettar

-ħakk

-għeja

-tħossok anzjuż/a, tħossok imdejjaq/imdejqa

Testijiet jistgħu juru:

-żieda tal-enzimi tal-fwied fid-demm

-żieda ta’ trigliċeridi (xaħmijiet) fid-demm

Mhux komuni (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 1,000)

-nervożiżmu, tinsa l-affarijiet, konfużjoni, attakki (aċċessjonijiet), ħsibijiet mhux normali

-viżta mċajpra

-sensazzjoni ta’ tidwir jew għelib (vertiġni)

-uġigħ fl-istonku kkawżat minn infjammazzjoni tal-frixa

-reazzjoni allerġika (sensittività eċċessiva) li tista’ tikkawża reazzjonijiet severi tal-ġilda (ertema multiforme, is-sindromu ta’ Stevens-Johnson)

-ġilda jew għajnejn sofor, ħakk, jew uġigħ fl-istonku kkawżat minn infjammazzjoni tal-fwied

-tkabbir tas-sider fl-irġiel

-imġiba ta’ rabja, tibdil fil-burdati, tara u tisma’ affarijiet li mhumiex veru hemm (alluċinazzjonijiet), manija (kundizzjoni mentali kkaratterizzata minn episodji ta’ attività eċċessiva, ferħ kbir jew irritabbiltà), paranoja, ħsibijiet ta’ suwiċidju.

-tisfir, żarżir jew xi ħoss persistenti ieħor fil-widnejn

-tregħid

-fwawar

Testijiet jistgħu juru:

-żieda ta’ kolesterol fid-demm

Rari (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 10,000)

-raxx bil-ħakk ikkawżat minn reazzjoni għad-dawl tax-xemx

-insuffiċjenza tal-fwied, li f’xi każijiet twassal għal mewt jew trapjant tal-fwied, seħħet b’efavirenz. Il-biċċa l-kbira tal-każijiet seħħew f’pazjenti li diġà kellhom mard tal-fwied, iżda kien hemm ftit rapporti f’pazjenti li qatt ma kellhom mard tal-fwied qabel.

-sentimenti inspjegabbli ta’ dwejjaq mhux assoċjati ma’ alluċinazzjonijiet, iżda jista' jkun diffiċli li taħseb b’mod ċar jew b’mod sensibbli

-suwiċidju

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Stocrin

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Il-flixkun ta’ Stocrin soluzzjoni orali għandu jintuża fi żmien xahar minn meta jinfetaħ għall-ewwel darba.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Stocrin

Kull ml ta’ Stocrin soluzzjoni orali fih 30 mg tas-sustanza attiva efavirenz.

Is-sustanzi l-oħra huma: medium chain triglycerides, benzoic acid (E210) u togħma ta’ frawli/menta.

Kif jidher Stocrin u l-kontenut tal-pakkett

Stocrin 30 mg/ml soluzzjoni orali tiġi fi fliexken ta’ 180 ml. Fil-kartuna hemm inkluża siringa orali b’adapter tal-għonq tal-flixkun tat-tip push-in.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-

Manifattur

Suq

Merck Sharp & Dohme Limited

Merck Sharp & Dohme B.V.

Hertford Road, Hoddesdon

Waarderweg 39

Hertfordshire EN11 9BU

Postbus 581

Ir-Renju Unit

2003 PC Haarlem

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

MSD Belgium BVBA/SPRL

Tél/Tel: 0800 38 693 (+32(0)27766211) dpoc_belux@merck.com

България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737 info-msdbg@merck.com

Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111 dpoc_czechslovak @merck.com

Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: +45 44 82 40 00 dkmail@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel.: +370 5 278 02 47 msd_lietuva@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

MSD Belgium BVBA/SPRL Tél/Tel: +32(0)27766211 dpoc_belux@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +361 888 53 00 hungary_msd@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558) malta_info@merck.com

Deutschland

Bristol-Myers Squibb GmbH & CO. KGaA

Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: +372 6144 200 msdeesti@merck.com

Eλλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε

Τηλ: + 30-210 98 97 300 dpoc_greece@merck.com

España

Bristol-Myers Squibb, S.A.

Tel: +34 91 456 53 00

Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333 croatia_info@merck.com

France

Bristol-Myers Squibb Sarl.

Tél: +33 (0) 810 410 500

Ireland

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd.

Tel: +353 (1 800) 749 749

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Ιtalia

Bristol-Myers Squibb S.r.l. Tel: +39 06 50 39 61

Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 80000 673 (+357 22866700) cyprus_info@merck.com

Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371 67364 224 msd_lv@merck.com

Nederland

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153) medicalinfo.nl@merck.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00 msdnorge@msd.no

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H. Tel: +43 (0) 1 26 044 msd-medizin@merck.com

Polska

MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00 msdpolska@merck.com

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 4465700 clic@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: + 4021 529 29 00 msdromania@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: + 386 1 5204201 msd_slovenia@merck.com

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel.: +421 2 58282010 dpoc_czechslovak @merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0) 9 804650 info@msd.fi

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 (0)77 5700488 medicinskinfo@merck.com

United Kingdom

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd.

Tel: +44 (0800) 731 1736

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Stocrin 600 mg pilloli miksija b’rita efavirenz

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Stocrin u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Stocrin

3.Kif għandek tieħu Stocrin

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Stocrin

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Stocrin u gћalxiex jintuża

Stocrin, li fih is-sustanza attiva efavirenz, jagħmel parti minn klassi ta’ mediċini antiretrovirali li jissejħu inibituri non-nukleosidi ta’ reverse transcriptase (NNTRIs). Hija mediċina antiretrovirali li tissielet infezzjoni bil-virus tal-immunodefiċjenza umana (HIV) billi tnaqqas l-ammont ta’ virus fid-demm. Jintuża minn adulti, adolexxenti u tfal minn 3 snin ’il fuq.

It-tabib tiegħek ordnalek Stocrin għax għandek l-infezzjoni tal-HIV. Meta Stocrin jittieħed flimkien ma’ mediċini antiretrovirali oħra, inaqqas l-ammont ta’ virus fid-demm. Dan se jsaħħaħlek is-sistema immuni u jnaqqas ir-riskju li tiżviluppa mard assoċjat mal-infezzjoni tal-HIV.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Stocrin

Tiħux Stocrin:

jekk inti allerġiku/a għal efavirenz jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6). Ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek għal parir.

jekk għandek mard tal-fwied sever

jekk bħalissa qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini:

-astemizole jew terfenadine (użata biex tikkura sintomi allerġiċi)

-bepridil (użata biex tikkura ħruq fl-istonku)

-cisapride (użata biex tikkura ħruq fl-istonku)

-ergot alkaloids (eżempju, ergotamine, dihydroergotamine, ergonovine, u methylergonovine) (użati biex jikkuraw l-emikranji u uġigħ ta’ ras regolari)

-midazolam jew triazolam (użati biex jgħinuk torqod)

-pimozide (użata biex tikkura ċerti kundizzjonijiet mentali)

-St. John's wort (Hypericum perforatum) (rimedju erbali użat biex jikkura dipressjoni u ansjetà

Jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il-mediċini, għid lit-tabib tiegħek minnufih. Jekk tieħu dawn il-mediċini ma’ Stocrin jista’ jkollok effetti mhux mixtieqa serji u/jew ta’ theddida għall-ħajja jew tista’ timpedixxi lil Stocrin milli jaħdem b’mod xieraq.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Stocrin

Stocrin irid jittieħed ma’ mediċini oħra li jaħdmu kontra l-virus tal-HIV. Jekk Stocrin jinbeda għax il-kura preżenti ma waqqfitx il-virus milli joktor, trid tibda fl-istess ħin mediċina oħra li ma kontx qed tieħu qabel.

Xorta tista’ tgħaddi l-HIV meta tkun qiegħed tieħu din il-mediċina, għalkemm ir-riskju jonqos b’terapija antiretrovirali effettiva. Huwa importanti li tieħu prekawzjonijiet sabiex tevita milli tinfetta lil ħaddieħor permezz ta’ kuntatt sesswali jew trasferiment ta’ demm. Iddiskuti mat-tabib tiegħek il-prekawzjonijiet meħtieġa biex tipprevjeni li tinfetta persuni oħra. Din il-mediċina mhix kura għall-infezzjoni tal-HIV u tista’ tkompli tiżviluppa infezzjonijiet jew mard ieħor marbuta ma’ l-HIV.

Waqt li qed tieħu Stocrin trid tibqa’ taħt il-kura tat-tabib tiegħek.

Għid lit-tabib tiegħek:

-Jekk għandek storja ta’ mard mentali, inkluż dipressjoni, jew ta’ abbuż minn sustanzi jew alkoħol. Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tħossok imdejjaq/imdejqa, jgħaddulek ħsibijiet ta’ suwiċidju jew ikollok ħsibijiet strambi (ara sezzjoni 4, Effetti sekondarji possibbli).

-jekk għandek storja ta’ konvulżjonijiet (attakki jew aċċessjonijiet) jew jekk tkun qed tiġi kkurat/a b’terapija antikonvulsanti bħal carbamazepine, phenobarbital u phenytoin. Jekk qed tieħu xi mediċina minn dawn, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn li jara l-livell ta’ mediċina antikonvulsanti fid-demm tiegħek sabiex jiżgura li dan ma jkunx affettwat waqt li tkun qed tieħu Stocrin. It-tabib tiegħek jista’ jagħtik antikonvulsant differenti.

-jekk għandek storja medika ta’ mard fil-fwied inkluż epatite kronika attiva.

Pazjenti b’epatite B jew Ċ kronika u li huma kkurati b’aġenti antiretrovirali ta’ kombinazzjoni għandhom riskju ikbar li jiżviluppaw problemi tal-fwied serji jew li saħansitra jistgħu jkunu ta’ theddid għall-ħajja. It-tabib tiegħek jista’ jwettaq testijiet tad-demm sabiex jara kemm ikun qiegħed jaħdem tajjeb il-fwied tiegħek jew jista’ jibdillek il-mediċina m’oħra. Jekk ikollok mard fil-fwied serju, tiħux Stocrin (ara Sezzjoni 2, Tiħux Stocrin).

Ladarba tibda tieħu Stocrin oqgħod attent/a għal:

-sinjali ta’ sturdament, diffikultà fl-irqad, ħedla, diffikultà fil-konċentrazzjoni jew ħolm mhux normali. Dawn l-effetti sekondarji jistgħu jibdew fl-ewwel jum jew jumejn tat-trattament u normalment jisparixxu wara l-ewwel ġimagħtejn sa 4 ġimgħat.

-kwalunkwe sinjal ta’ raxx tal-ġilda. Jekk tara xi sinjal ta’ raxx tal-ġilda b’infafet jew deni, waqqaf Stocrin u għid lit-tabib tiegħek minnufih. Jekk kellek raxx meta kont qed tieħu NNRTI ieħor, tista’ tkun f’riskju akbar li jkollok raxx bi Stocrin.

-kwalunkwe sinjal ta’ infjammazzjoni jew infezzjoni. F’xi pazjenti li jkollhom infezzjoni avvanzata tal-HIV (AIDS) u storja ta’ infezzjoni opportunistika, jista’ jkun li ftit wara li tibda l-kura kontra l-HIV, iseħħu sinjali u sintomi ta’

infjammazzjoni minn infezzjonijiet li ġew qabel. Huwa maħsub li dan jiġri minħabba li r-rispons immunitarju tal-ġisem jitjieb, u għalhekk il-ġisem jibda jikkumbatti l-infezzjonijiet li setgħu kienu hemm mingħajr sintomi ovvji. Jekk tinnota xi sintomi ta’ infezzjoni, għid mal-ewwel lit-tabib tiegħek.

Flimkien mal-infezzjonijiet opportunistiċi, disturbi awtoimmuni (kundizzjoni li sseħħ meta s-sistema immuni tattakka tessut b’saħħtu tal-ġisem) jistgħu jseħħu wkoll wara li tibda tieħu mediċini għall-kura tal-infezzjoni tiegħek bl-HIV.

Disturbi awtoimmuni jistgħu jseħħu ħafna xhur wara l-bidu tal-kura. Jekk tinnota kwalunkwe sintomu ta' infezzjoni jew sintomi oħrajn bħal dgħufija fil-muskoli, dgħufija li tibda fl-idejn u fis-saqajn u li tinfirex ’il fuq lejn il-tronk tal-ġisem, palpitazzjonijiet, rogħda jew attività eċċessiva, jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek immedjatament biex tfittex il-kura meħtieġa.

-problemi fl-għadam. Xi pazjenti li jieħdu terapija antiretrovirali kombinata jistgħu jiżviluppaw marda fl-għadam li tissejjaħ astjonekrożi (mewt tat-tessut tal-għadam minħabba n-nuqqas ta’ demm lejn l-għadam). Xi wħud mill-ħafna fatturi ta’ riskju li jistgħu jwasslu għal din il-marda jinkludu t-tul tat-terapija antiretrovirali kombinata, użu ta’ kortikosterojdi, konsum tal-alkoħol, immunosoppressjoni severa u indiċi ogħla tal-massa tal-ġisem fost oħrajn. Sinjali ta’ ostjonekrożi huma għebusija tal-ġogi, uġigħ (speċjalment tal-ġenb, l-irkoppa u l-ispalla) u diffikultà fil-moviment. Jekk tinnota xi sintomu minn dawn jekk jogħġbok informa lit-tabib tiegħek.

Tfal u adolexxenti

Stocrin mhuwiex rakkomandat għal tfal taħt it-3 snin jew li jiżnu inqas minn 13-il kg għax ma ġiex studjat biżżejjed f'dawn il-pazjenti.

Mediċini oħra u Stocrin

Ma għandekx tieħu Stocrin ma’ ċerti mediċini. Dawn huma elenkati taħt Tiħux Stocrin, fil-bidu ta’ Sezzjoni 2. Jinkludu mediċini komuni u rimedju erbali (St. John’s wort) li jistgħu jikkawżaw interazzjonijiet serji.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

Stocrin jista’ jinteraġġixxi ma’ mediċini oħrajn, inklużi rimedji preparazzjonijiet bħall-estratti ta’ Ginkgo biloba. B’konsegwenza ta’ hekk, l-ammonti ta’ Stocrin jew mediċini oħrajn fid-demm tiegħek jistgħu jiġu affettwati.. Dan jista’ jwaqqaf lill-mediċini milli jaħdmu kif suppost, jew jista’ jiggrava kwalunkwe effett sekondarju. F’xi każijiet, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża tiegħek jew jiċċekkja l-livelli tad-demm tiegħek. Huwa importanti li tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tkun qed tieħu xi ħaġa minn dawn:

Mediċini oħrajn użati għal infezzjoni tal-HIV:

-inibituri tal-protease: darunavir, indinavir, lopinavir/ritonavir, ritonavir, atazanavir, saquinavir jew fosamprenavir/saquinavir imsaħħin b’ritonavir. It-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li jagħtik mediċina alternattiva jew li jibdel id-doża tal-inibituri tal-protease.

-maraviroc

-il-pillola ta’ kombinazzjoni li fiha efavirenz, emtricitabine u tenofovir ma għandhiex tittieħed ma’ Stocrin, sakemm dan ma jkunx rakkomandat mit-tabib tiegħek, minħabba li din fiha efavirenz, is-sustanza attiva ta’ Stocrin.

Mediċini użati biex jikkuraw infezzjoni bil-virus tal-epatite Ċ: boceprevir, telaprevir, simeprevir.

Mediċini użati biex jikkuraw infezzjonijiet batterjali, inkluż tuberkolożi u kumpless ta’ avju mijobatterjum: clarithromycin, rifabutin, rifampicin. It-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li jibdel

id-doża tiegħek jew li jagħtik antibijotiku alternattiv. Barra minn hekk, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik b’riċetta doża għolja ta’ Stocrin.

Mediċini użati biex jikkuraw infezzjonijiet fungali (antifungali):

-voriconazole. Stocrin jista’ jnaqqas l-ammont ta’ voriconazole fid-demm tiegħek u voriconazole jista’ jżid l-ammont ta’ Stocrin fid-demm tiegħek. Jekk tieħu dawn iż-żewġ mediċini flimkien, id-doża ta’ voriconazole għandha tiżdied u d-doża ta’ efavirenz għandha titnaqqas. Għandek tara dan mat-tabib tiegħek l-ewwel.

-itraconazole. Stocrin jista’ jnaqqas l-ammont ta’ itraconazole fid-demm tiegħek.

-posaconazole. Stocrin jista’ jnaqqas l-ammont ta’ posaconazole fid-demm tiegħek.

Mediċini użati biex jikkuraw il-malarja:

-artemether/lumefantrine: Stocrin jista’ jnaqqas l-ammont ta’ artemether/lumefantrine fid- demm tiegħek.

-atovaquone/proguanil: Stocrin jista’ jnaqqas l-ammont ta’ atovaquone/proguanil fid- demm tiegħek.

Mediċini użati biex jikkuraw konvulżjonijiet/attakki (antikonvulżjonijiet): carbamazepine, phenytoin, phenobarbital. Stocrin jista’ jnaqqas l-ammont ta’ antikonvulżant fid-demm tiegħek. Carbamazepine jista’ jnaqqas il-probabbiltà li Stocrin jaħdem. It-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jikkunsidra li jagħtik antikonvulżant differenti.

Mediċini użati biex ibaxxu l-ammont ta’ xaħam fid-demm (magħrufin ukoll bħala statini): atorvastatin, pravastatin, simvastatin. Stocrin jista’ jnaqqas l-ammont ta’ statini fid-demm tiegħek. It-tabib tiegħek jara l-livelli ta’ kolesterol tiegħek u jikkunsidra jibdilx id-doża tal-istatin tiegħek, jekk ikun hemm bżonn.

Methadone (mediċina użata biex tikkura l-vizzju ta’ opjati): it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża ta’ methadone tiegħek.

Sertraline (mediċina użata biex tikkura d-dipressjoni): it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jibdel id-doża ta’ sertraline tiegħek.

Bupropion (mediċina użata biex tikkura d-dipressjoni jew biex tgħinek tieqaf tpejjep): it-tabib tiegħek għandu mnejn ikollu bżonn ibiddel id-doża tiegħek ta’ bupropion.

Diltiazem jew mediċini simili (magħrufin bħala imblokkaturi tal-kanal tal-kalċju li huma mediċini li normalment jintużaw għal pressjoni għolja tad-demm jew problemi tal-qalb): meta tibda tieħu Stocrin, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża tiegħek tal- imblokkatur tal-kanal tal-kalċju.

Immunosuppressanti bħal cyclosporine, sirolimus, jew tacrolimus (mediċini użati biex jimpedixxu rifjut ta’ trapjant ta’ organu): meta tibda jew tieqaf tieħu Stocrin, it-tabib tiegħek jimmonitorja l-livelli tal-immunosuppressant fil-plasma tiegħek mill-qrib u jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża tiegħu.

Kontraċettiv ormonali, bħal pilloli ta’ kontroll tat-twelid, kontraċettiv injettat (per eżempju, Depo-Provera), jew kontraċettiv impjantat (per eżempju, Implanon): għandek tuża wkoll metodu ta’ kontraċezzjoni barriera affidabbli (ara Tqala, treddigħ u fertilità). Stocrin jista’ jagħmel lill-kontraċettivi ormonali inqas probabbli li jaħdmu. Kien hemm esperjenzi ta’ tqala fost nisa li kien qegħdin jieħdu Stocrin filwaqt li kienu qed jużaw kontraċettiv impjantat, għalkemm ma ġiex stabbilit li l-kura ta’ Stocrin kien dik li kkawżat lill-kontraċettiv biex ma jaħdimx.

Warfarin jew acenocoumarol (mediċini użati biex inaqqsu t-tagħqid tad-demm): it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jaġġusta d-doża tiegħek ta’ warfarin jew ta’ acenocoumarol.

Estratti ta’ Ginkgo biloba (preparazzjoni erbali)

Stocrin ma’ ikel u xorb

Jekk tieħu Stocrin fuq stonku vojt tista’ ttaffi l-effetti mhux mixtieqa. Il-meraq tal-grejpfrut għandu jiġi evitat meta tieħu Stocrin.

Tqala u treddigħ

In-nisa m’għandhomx jinqabdu tqal waqt kura bi Stocrin u għal 12-il ġimgħa wara. It-tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel test tat-tqala biex ikun ċert li m’intix tqila qabel tibda l-kura bi Stocrin.

Jekk tista’ tinqabad tqila waqt li tkun qed tieħu Stocrin, inti trid tuża forma affidabbli ta’ kontraċezzjoni barriera (per eżempju, kondom) ma’ metodi oħra ta’ kontraċezzjoni fosthom kontraċettivi orali (pillola) jew kontraċettivi oħra ormonali, (per eżempju impjanti, injezzjoni). Efavirenz jista’ jibqa’ fid-demm tiegħek għal xi żmien wara li titwaqqaf it-terapija. Għalhekk, inti għandek tkompli tuża miżuri ta’ kontraċezzjoni, bħal fuq, għal 12-il ġimgħa wara li tieqaf tieħu Stocrin.

Għid lit-tabib tiegħek jekk int tqila jew jekk beħsiebek toħroġ tqila. Jekk int tqila, għandek tieħu Stocrin biss jekk int u t-tabib tiegħek tiddeċiedu li jkun hemm bżonn tieħdu b’mod ċar. Itlob parir mingħand it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Ġew osservati difetti serji tat-twelid f’annimali mhux imwielda u fit-trabi ta’ nisa kkurati b’efavirenz jew b’mediċina ta’ kombinazzjoni li fiha efavirenz, emtricitabine u tenofovir waqt it-tqala. Jekk ħadt Stocrin jewil-pillola ta’ kombinazzjoni li fiha efavirenz, emtricitabine u tenofovir waqt it-tqala tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel testijiet regolari tad-demm u testijiet dijanjostiċi oħra biex jimmonitorja l-iżvilupp tat-tarbija tiegħek.

M’għandekx tredda’ lit-tarbija tiegħek jekk qed tieħu Stocrin.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Stocrin fih efavirenz u jista’ jikkawża sturdament, tnaqqis fil-konċentrazzjoni u ngħas. Jekk inti affettwat, issuqx u tużax għodod jew makkinarju.

Stocrin fih il-lactose f’kull doża ta’ kuljum ta’ 600 mg.

Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali. Individwi b’dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jużaw Stocrin soluzzjoni orali, li ma fihiex lactose.

3. Kif gћandek tieћu Stocrin

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. It-tabib tiegħek se jagħtik istruzzjonijiet dwar it-teħid tad-doża kif suppost.

Id-doża għall-adulti hija ta’ 600 mg kuljum.

Id-doża ta’ Stocrin jista’ jkollha bżonn tiżdied jew titnaqqas jekk tkun qed tieħu ċerti mediċini (ara Mediċini oħra u Stocrin).

Stocrin huwa għal użu orali. Huwa rakkomandat li Stocrin jittieħed fuq stonku vojt preferibbilment qabel l-irqad. Dan jista’ jagħmel xi effetti sekondarji (eżempju, sturdament, ħedla) inqas ta’ fastidju. Bi stonku vojt nifhmu siegħa qabel jew sagħtejn wara ikla.

Huwa rrakkomandat li l-pillola tinbela’ sħiħa mal-ilma.

Stocrin irid jittieħed kuljum.

Stocrin qatt m’għandu jintuża waħdu biex jikkura l-HIV. Stocrin dejjem għandu jittieħed flimkien ta’ mediċini oħra anti-HIV.

Użu fit-tfal u fl-adolexxenti

Id-doża għat-tfal li jiżnu 40 kg jew aktar hija ta’ 600 mg darba kuljum.

Id-doża għat-tfal li jiżnu anqas minn 40 kg hija kkalkulata skont il-piż tal-ġisem u tittieħed darba kuljum kif muri hawn taħt:

Piż tal-Ġisem

Stocrin

kg

Doża (mg)

13 sa < 15

15 sa < 20

20 sa < 25

25 sa < 32.5

32.5 sa < 40

hemm disponibbli pilloli miksijin b’rita ta’ Stocrin 50 mg, 200 mg u 600 mg.

Jekk tieħu Stocrin aktar milli suppost

Jekk tieħu wisq Stocrin ikkuntattja lit-tabib jew l-eqreb dipartiment tal-emerġenza għal parir. Żomm il-pakkett tal-mediċina miegħek sabiex tkun tista’ tiddeskrivi faċilment dak li tkun ħadt.

Jekk tinsa tieħu Stocrin

Ipprova taqbiżx doża. Jekk taqbeż doża, ħu d-doża li jmiss kemm jista’ jkun malajr, imma tiħux doża doppja biex tpatti għad-doża li tkun insejt tieħu. Jekk għandek bżonn l-għajnuna biex tippjana l-aħjar ħin għall-mediċina tiegħek, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk tieqaf tieħu Stocrin

Meta l-ħażna tiegħek ta’ Stocrin tibda tonqos, ġib iktar mit-tabib jew spiżjar tiegħek. Dan importanti ħafna billi l-ammont ta’ virus jista’ jibda jikber jekk il-mediċina titwaqqaf anke għal żmien qasir. Imbagħad il-virus jista’ jsir iktar iebes biex tikkurah.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l- infermier tiegħek.

4. Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Meta tkun qiegħda tiġi kkurata infezzjoni tal-HIV, mhux dejjem ikun possibbli li jingħad jekk xi wħud mill-effetti mhux mixtieqa humiex ikkawżati minn Stocrin jew minn mediċini oħrajn li tkun qed tieħu fl-istess ħin, jew mill-marda tal-HIV infisha.

Matul it-terapija kontra l-HIV jista’ jkun hemm żieda fil-piż u fil-livelli ta’ lipidi u glukożju fid-demm. Dan huwa parzjalment marbut mas-saħħa u l-istil ta’ ħajja mreġġa’ lura, u fil-każ ta’ lipidi fid-demm xi kultant minħabba l-mediċini kontra l-HIV infushom. It-tabib tiegħek ser jittestja għal dawn il-bidliet.

L-iktar reazzjonijiet mhux mixtieqa li jiġu nnutati, marbuta ma’ Stocrin meta jingħata flimkien ma’ mediċini oħra ta’ kontra l-HIV u li ġew irrapportati jinkludu raxx u sintomi marbuta mas-sistema nervuża.

Għandek tikkonsulta lit-tabib jekk għandek raxx, billi xi wħud jistgħu ikunu serji; madankollu, il-biċċa l-kbira mill-każijiet ta’ raxx jgħibu mingħajr bidla fil-kura bi Stocrin. Ir-raxx kien iktar komuni fit-tfal milli f’adulti kkurati bi Stocrin.

Is-sintomi tas-sistema nervuża aktarx li joħorġu meta tibda l-kura, imma ġeneralment jonqsu fl-ewwel ftit ġimgħat. Fi studju wieħed, sintomi fis-sistema nervuża ħafna drabi seħħew wara l-ewwel siegħa sa 3 sigħat wara t-teħid tad-doża. Jekk tkun affettwat, it-tabib tiegħek jista’ jissuġġerilek li tieħu Stocrin

f’ħin l-irqad u fuq stonku vojt. Xi pazjenti jkollhom sintomi iktar serji li jistgħu jaffettwaw il-burdata u l-ħila li jaħsbu b’mod ċar. Xi pazjenti waslu biex jikkommettu suwiċidju. Dawn il-problemi aktarx li jseħħu iktar fost dawk li għandhom storja medika ta’ mard mentali. Dejjem għarraf lit-tabib tiegħek mal-ewwel jekk għandek xi wieħed minn dawn is-sintomi jew xi effetti mhux mixtieqa waqt li qed tieħu Stocrin.

Għid lit-tabib tiegħek jekk tosserva xi wieħed minn dawn l-effetti sekondarji li ġejjin: Komuni ħafna (jaffettwaw aktar minn utent wieħed minn kull 10)

-raxx tal-ġilda

Komuni (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 100)

-ħolm mhux normali, diffikultà fil-konċentrazzjoni, sturdament, uġigħ ta’ ras, diffikultà fl-irqad, ħedla, problemi bil-koordinazzjoni jew bil-bilanċ

-uġigħ ta’ stonku, dijarea, tħossok ma tiflaħx (nawsja), rimettar

-ħakk

-għeja

-tħossok anzjuż/a, tħossok imdejjaq/imdejqa

Testijiet jistgħu juru:

-żieda tal-enzimi tal-fwied fid-demm

-żieda ta’ trigliċeridi (xaħmijiet) fid-demm

Mhux komuni (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 1,000)

-nervożiżmu, tinsa l-affarijiet, konfużjoni, attakki (aċċessjonijiet), ħsibijiet mhux normali

-viżta mċajpra

-sensazzjoni ta’ tidwir jew għelib (vertiġni)

-uġigħ fl-istonku kkawżat minn infjammazzjoni tal-frixa

-reazzjoni allerġika (sensittività eċċessiva) li tista’ tikkawża reazzjonijiet severi tal-ġilda (ertema multiforme, is-sindromu ta’ Stevens-Johnson)

-ġilda jew għajnejn sofor, ħakk, jew uġigħ fl-istonku kkawżat minn infjammazzjoni tal-fwied

-tkabbir tas-sider fl-irġiel

-imġiba ta’ rabja, tibdil fil-burdati, tara u tisma’ affarijiet li mhumiex veru hemm (alluċinazzjonijiet), manija (kundizzjoni mentali kkaratterizzata minn episodji ta’ attività eċċessiva, ferħ kbir jew irritabbiltà), paranoja, ħsibijiet ta’ suwiċidju.

-tisfir, żarżir jew xi ħoss persistenti ieħor fil-widnejn

-tregħid

-fwawar

Testijiet jistgħu juru:

-żieda ta’ kolesterol fid-demm

Rari (jaffettwaw utent wieħed sa 10 minn kull 10,000)

-raxx bil-ħakk ikkawżat minn reazzjoni għad-dawl tax-xemx

-insuffiċjenza tal-fwied, li f’xi każijiet twassal għal mewt jew trapjant tal-fwied, seħħet b’efavirenz. Il-biċċa l-kbira tal-każijiet seħħew f’pazjenti li diġà kellhom mard tal-fwied, iżda kien hemm ftit rapporti f’pazjenti li qatt ma kellhom mard tal-fwied qabel.

-sentimenti inspjegabbli ta’ dwejjaq mhux assoċjati ma’ alluċinazzjonijiet, iżda jista' jkun diffiċli li taħseb b’mod ċar jew b’mod sensibbli

-suwiċidju

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5. Kif taħżen Stocrin

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u l-kartuna wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra X’fih Stocrin

Kull pillola miksija b’rita ta’ Stocrin fiha 600 mg tas-sustanza attiva efavirenz.

Is-sustanzi l-oħra fil-qalba tal-pillola huma: croscarmellose sodium, microcrystalline cellulose, sodium laurilsulfate, hydroxypropylcellulose, lactose monohydrate, u magnesium stearate.

Il-kisja tar-rita fiha: hypromellose (E464), titanium dioxide (E171), macrogol 400, iron oxide isfar (E172), u xema’ tal-carnauba.

Kif jidher Stocrin u l-kontenut tal-pakkett

Stocrin 600 mg pilloli miksija b’rita huma disponibbli fi fliexken ta’ 30 pillola

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-

Manifattur

Suq

Merck Sharp & Dohme Limited

Merck Sharp & Dohme B.V.

Hertford Road, Hoddesdon

Waarderweg 39

Hertfordshire EN11 9BU

Postbus 581

Ir-Renju Unit

2003 PC Haarlem

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

MSD Belgium BVBA/SPRL

Tél/Tel: 0800 38 693 (+32(0)27766211) dpoc_belux@merck.com

България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737 info-msdbg@merck.com

Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111 dpoc_czechslovak @merck.com

Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: +45 44 82 40 00 dkmail@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel.: +370 5 278 02 47 msd_lietuva@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

MSD Belgium BVBA/SPRL Tél/Tel: +32(0)27766211 dpoc_belux@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +361 888 53 00 hungary_msd@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558) malta_info@merck.com

Deutschland

Bristol-Myers Squibb GmbH & CO. KGaA

Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: +372 6144 200 msdeesti@merck.com

Eλλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε

Τηλ: + 30-210 98 97 300 dpoc_greece@merck.com

España

Bristol-Myers Squibb, S.A.

Tel: +34 91 456 53 00

Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333 croatia_info@merck.com

France

Bristol-Myers Squibb Sarl.

Tél: +33 (0) 810 410 500

Ireland

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd.

Tel: +353 (1 800) 749 749

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Ιtalia

Bristol-Myers Squibb S.r.l. Tel: +39 06 50 39 61

Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 80000 673 (+357 22866700) cyprus_info@merck.com

Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371 67364 224 msd_lv@merck.com

Nederland

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153) medicalinfo.nl@merck.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00 msdnorge@msd.no

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H. Tel: +43 (0) 1 26 044 msd-medizin@merck.com

Polska

MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00 msdpolska@merck.com

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 4465700 clic@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: + 4021 529 29 00 msdromania@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: + 386 1 5204201 msd_slovenia@merck.com

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel.: +421 2 58282010 dpoc_czechslovak @merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0) 9 804650 info@msd.fi

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 (0)77 5700488 medicinskinfo@merck.com

United Kingdom

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd.

Tel: +44 (0800) 731 1736

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Stocrin 50 mg pilloli miksija b’rita efavirenz

Ġew osservati difetti serji tat-twelid f’annimali mhux imwielda u fit-trabi ta’ nisa kkurati b’efavirenz jew b’mediċina ta’ kombinazzjoni li fiha efavirenz, emtricitabine u tenofovir waqt it-tqala. Jekk ħadt Stocrin jew il-pillola ta’ kombinazzjoni li fiha efavirenz, emtricitabine, and tenofovir waqt it-tqala tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel testijiet regolari tad-demm u testijiet dijanjostiċi oħra biex jimmonitorja l-iżvilupp tat-tarbija tiegħek.

Kull pillola miksija b’rita ta’ Stocrin fiha 50 mg tas-sustanza attiva efavirenz.

Is-sustanzi l-oħra fil-qalba tal-pillola huma: croscarmellose sodium, microcrystalline cellulose, sodium laurilsulfate, hydroxypropylcellulose, lactose monohydrate, u magnesium stearate.

Il-kisja tar-rita fiha: hypromellose (E464), titanium dioxide (E171), macrogol 400, iron oxide isfar (E172), u xema’ tal-carnauba.

Kif jidher Stocrin u l-kontenut tal-pakkett

Stocrin 50 mg pilloli miksija b’rita huma disponibbli fi fliexken ta’ 30 pillola

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-

Manifattur

Suq

Merck Sharp & Dohme Limited

Merck Sharp & Dohme B.V.

Hertford Road, Hoddesdon

Waarderweg 39

Hertfordshire EN11 9BU

Postbus 581

Ir-Renju Unit

2003 PC Haarlem

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

MSD Belgium BVBA/SPRL

Tél/Tel: 0800 38 693 (+32(0)27766211) dpoc_belux@merck.com

България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737 info-msdbg@merck.com

Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111 dpoc_czechslovak @merck.com

Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: +45 44 82 40 00 dkmail@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel.: +370 5 278 02 47 msd_lietuva@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

MSD Belgium BVBA/SPRL Tél/Tel: +32(0)27766211 dpoc_belux@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +361 888 53 00 hungary_msd@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558) malta_info@merck.com

Deutschland

Bristol-Myers Squibb GmbH & CO. KGaA

Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: +372 6144 200 msdeesti@merck.com

Eλλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε

Τηλ: + 30-210 98 97 300 dpoc_greece@merck.com

España

Bristol-Myers Squibb, S.A.

Tel: +34 91 456 53 00

Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333 croatia_info@merck.com

France

Bristol-Myers Squibb Sarl.

Tél: +33 (0) 810 410 500

Ireland

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd.

Tel: +353 (1 800) 749 749

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Ιtalia

Bristol-Myers Squibb S.r.l. Tel: +39 06 50 39 61

Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 80000 673 (+357 22866700) cyprus_info@merck.com

Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371 67364 224 msd_lv@merck.com

Nederland

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153) medicalinfo.nl@merck.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00 msdnorge@msd.no

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H. Tel: +43 (0) 1 26 044 msd-medizin@merck.com

Polska

MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00 msdpolska@merck.com

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 4465700 clic@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: + 4021 529 29 00 msdromania@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: + 386 1 5204201 msd_slovenia@merck.com

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel.: +421 2 58282010 dpoc_czechslovak @merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0) 9 804650 info@msd.fi

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 (0)77 5700488 medicinskinfo@merck.com

United Kingdom

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd.

Tel: +44 (0800) 731 1736

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Stocrin 200 mg pilloli miksija b’rita efavirenz

Kull pillola miksija b’rita ta’ Stocrin fiha 200 mg tas-sustanza attiva efavirenz.

Is-sustanzi l-oħra fil-qalba tal-pillola huma: croscarmellose sodium, microcrystalline cellulose, sodium laurilsulfate, hydroxypropylcellulose, lactose monohydrate, u magnesium stearate.

Il-kisja tar-rita fiha: hypromellose (E464), titanium dioxide (E171), macrogol 400, iron oxide isfar (E172), u xema’ tal-carnauba.

Kif jidher Stocrin u l-kontenut tal-pakkett

Stocrin 200 mg pilloli miksija b’rita huma disponibbli fi fliexken ta’ 90 pillola

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-

Manifattur

Suq

Merck Sharp & Dohme Limited

Merck Sharp & Dohme B.V.

Hertford Road, Hoddesdon

Waarderweg 39

Hertfordshire EN11 9BU

Postbus 581

Ir-Renju Unit

2003 PC Haarlem

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Belgique/België/Belgien

MSD Belgium BVBA/SPRL

Tél/Tel: 0800 38 693 (+32(0)27766211) dpoc_belux@merck.com

България

Мерк Шарп и Доум България ЕООД Тел.: +359 2 819 3737 info-msdbg@merck.com

Česká republika

Merck Sharp & Dohme s.r.o. Tel.: +420 233 010 111 dpoc_czechslovak @merck.com

Danmark

MSD Danmark ApS Tlf: +45 44 82 40 00 dkmail@merck.com

Lietuva

UAB Merck Sharp & Dohme Tel.: +370 5 278 02 47 msd_lietuva@merck.com

Luxembourg/Luxemburg

MSD Belgium BVBA/SPRL Tél/Tel: +32(0)27766211 dpoc_belux@merck.com

Magyarország

MSD Pharma Hungary Kft. Tel.: +361 888 53 00 hungary_msd@merck.com

Malta

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Tel: 8007 4433 (+356 99917558) malta_info@merck.com

Deutschland

Bristol-Myers Squibb GmbH & CO. KGaA

Eesti

Merck Sharp & Dohme OÜ Tel.: +372 6144 200 msdeesti@merck.com

Eλλάδα

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε

Τηλ: + 30-210 98 97 300 dpoc_greece@merck.com

España

Bristol-Myers Squibb, S.A.

Tel: +34 91 456 53 00

Hrvatska

Merck Sharp & Dohme d.o.o. Tel: + 385 1 6611 333 croatia_info@merck.com

France

Bristol-Myers Squibb Sarl.

Tél: +33 (0) 810 410 500

Ireland

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd.

Tel: +353 (1 800) 749 749

Ísland

Vistor hf.

Sími: +354 535 7000

Ιtalia

Bristol-Myers Squibb S.r.l. Tel: +39 06 50 39 61

Κύπρος

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited Τηλ: 80000 673 (+357 22866700) cyprus_info@merck.com

Latvija

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija Tel: +371 67364 224 msd_lv@merck.com

Nederland

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 9999000 (+31 23 5153153) medicalinfo.nl@merck.com

Norge

MSD (Norge) AS Tlf: +47 32 20 73 00 msdnorge@msd.no

Österreich

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H. Tel: +43 (0) 1 26 044 msd-medizin@merck.com

Polska

MSD Polska Sp. z o.o. Tel.: +48 22 549 51 00 msdpolska@merck.com

Portugal

Merck Sharp & Dohme, Lda Tel: +351 21 4465700 clic@merck.com

România

Merck Sharp & Dohme Romania S.R.L. Tel: + 4021 529 29 00 msdromania@merck.com

Slovenija

Merck Sharp & Dohme, inovativna zdravila d.o.o.

Tel: + 386 1 5204201 msd_slovenia@merck.com

Slovenská republika

Merck Sharp & Dohme, s. r. o. Tel.: +421 2 58282010 dpoc_czechslovak @merck.com

Suomi/Finland

MSD Finland Oy

Puh/Tel: +358 (0) 9 804650 info@msd.fi

Sverige

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB Tel: +46 (0)77 5700488 medicinskinfo@merck.com

United Kingdom

Bristol-Myers Squibb Pharmaceuticals Ltd.

Tel: +44 (0800) 731 1736

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati