Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Thalidomide Celgene (Thalidomide Pharmion) (thalidomide) – Fuljett ta’ tagħrif - L04AX02

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaThalidomide Celgene (Thalidomide Pharmion)
Kodiċi ATCL04AX02
Sustanzathalidomide
ManifatturCelgene Europe Limited  

Fuljett ta’ tagħrif Informazzjoni għall-utent

Thalidomide Celgene 50 mg kapsuli ibsin

Thalidomide

TWISSIJA

Thalidomide jikkaġuna mankamenti fit-twelid u mewt tal-fetu. Tiħux thalidomide jekk int tqila jew tista’ toħroġ tqila. Għandek issegwi l-parir dwar il-kontraċezzjoni li jagħtik it-tabib tiegħek.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett.

1.X’inhu Thalidomide Celgene u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Thalidomide Celgene

3.Kif għandek tieħu Thalidomide Celgene

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Thalidomide Celgene

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Thalidomide Celgene u għalxiex jintuża X’inhu Thalidomide Celgene

Thalidomide Celgene fih sustanza attiva msejħa thalidomide. Din tappartjeni għal grupp ta’ mediċini li jaffettwaw kif taħdem is-sistema immuni tiegħek.

Għalxiex jintuża Thalidomide Celgene:

Thalidomide Celgene jintuża ma’ żewġ mediċini oħrajn imsejħa ‘melphalan’ u ‘prednisone’ biex jittratta adulti li jkollhom 65 u aktar, b’tip ta’ kanċer imsejjaħ majeloma multipla. Jintuża f’nies li ġew iddijanjostikati dan l-aħħar u li fil-passat qatt ma ngħataw riċetta għal mediċina oħra għal majeloma multipla tagħhom, jew li ma jistgħux jiġu kkurati b’doża qawwija ta’ kimoterapija, li tista’ tkun diffiċli ħafna għall-ġisem biex jimmaniġġjaha.

X’inhi majeloma multipla?

Il-majeloma multipla hi tip ta’ kanċer li taffettwa ċertu tip ta’ ċellula bajda tad-demm imsejħa ċ-ċellula tal-plażma. Dawn iċ-ċelluli jinġabru fil-mudullun u jiddividu bla kontroll. Dan jista’ jagħmel ħsara lill-għadam u lill-kliewi. Il-majeloma multipla ġeneralment ma tistax tiġi kkurata. Madankollu, is- sinjali u s-sintomi jistgħu jitnaqqsu bil-kbir jew jgħibu għal perjodu ta’ żmien. Dan jissejjaħ ‘trażżin tal-marda’.

Kif jaħdem Thalidomide Celgene

Thalidomide Celgene jaħdem billi jgħin lis-sistema immuni tal-ġisem u jattakka direttament lill- kanċer. Jaħdem b’numru ta’ modi differenti:

billi jwaqqaf liċ-ċelluli tal-kanċer milli jiżviluppaw

billi jwaqqaf il-vini milli jikbru ġol-kanċer

billi jistimula parti tas-sistema immuni biex tattakka liċ-ċelluli tal-kanċer.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Thalidomide Celgene

Inti tkun ingħatajt istruzzjonijiet speċifiċi mit-tabib tiegħek, b’mod partikolari dwar l-effetti ta’ thalidomide fuq trabi li għadhom ma twieldux (miġbura fil-qosor fil-Programm ta’ Prevenzjoni ta’ Tqala ta’ Thalidomide Celgene).

Suppost li inti ngħatajt kard tal-pazjent jew dokumenti relevanti oħra mit-tabib tiegħek. Aqrah bir- reqqa u imxi mal-istruzzjoni relatati.

Jekk ma tifhimx sew dawn l-istruzzjonijiet, jekk jogħġbok staqsi lit-tabib tiegħek jispjegaħhomlok mill-ġdid qabel tieħu thalidomide. Ara wkoll tagħrif aktar f’din is-sezzjoni taħt “Twissijiet u prekawzjonijiet” u “Tqala u treddigħ”.

Tiħux Thalidomide Celgene jekk:

jekk int tqila jew taħseb li inti tqila jew qed taħseb biex tinqabad tqila, peress li Thalidomide

Celgene jista’ jikkawża difetti tat-twelid u mewt tal-fetu.

jekk tista' tinqabad tqila, ħlief jekk inti ssegwi l-miżuri kollha ta’ prevenzjoni ta’ tqala biex ma jħallukx toħroġ tqila (ara sezzjoni 2 “Twissijiet u prekawzjonijiet” u “Tqala u treddigħ”).

jekk tista’ toħroġ tqila, it-tabib tiegħek se jikteb ma’ kull riċetta li l-miżuri neċessarji ttieħdu, u se jagħtik din il-konferma.

jekk inti allerġiku għal thalidomide jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina mniżżla fis- sezzjoni 6 “Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra”.

Tiħux Thalidomide Celgene jekk xi wieħed minn dawn ta’ fuq japplika għalik. Jekk m’intiex ċert/a, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabek tieħu Thalidomide Celgene.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek qabel tibda tieħu din il-mediċina fis- sitwazzjonijiet li ġejjin:

Għan-nisa li jieħdu Thalidomide Celgene

Qabel tibda t-trattament, inti għandek tistaqsi lit-tabib tiegħek jekk inti tistax tinqabad tqila, anke jekk dan ikun improbabbli.

Jekk inti tista’ tinqabad tqila:

It-tabib tiegħek ser jagħmel żgur li inti jkollok testijiet tat-tqala o qabel it-tratatment

o kull 4 ġimgħat qabel it-trattament

o 4 ġimgħat wara li tispiċċa t-trattament

Għandek tuża metodu wieħed effettiv ta’ kontraċezzjoni:

o għal 4 ġimgħat qabel tibda t-trattament o waqt it-trattament

o sa 4 ġimgħat wara li twaqqaf it-trattament

It-tabib tiegħek ser jgħidlek liema metodu ta’ kontraċezzjoni għandek tuża.

Jekk inti tista’ tinqabad tqila, it-tabib tiegħek jista’ jirrekordja ma’ kull riċetta li l-miżuri meħtieġa hekk kif ġew spjegati fil-qosor hawn fuq, ikunu twettqu u ser jagħtik storja ta’ dan fil-kard tal-pazjent jew kwalunkwe dokumenti relevanti oħra.

Għall-irġiel li jieħdu Thalidomide Celgene

Thalidomide jgħaddi fis-semen. Għalhekk ma tistax ikollok x'taqsam sesswalment ma' xi ħadd mingħajr protezzjoni.

It-tqala u kwalunkwe esponiment matul it-tqala jrid jiġi evitat. Dejjem uża kondom: o waqt it-trattament

o għal ġimgħa wara li tieqaf mit-trattament.

Inti m’għandekx tagħti semen:

o waqt it-trattament

o għal ġimgħa wara li tieqaf mit-trattament

Għall-pazjenti kollha

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Thalidomide Celgene jekk:

jekk qatt kellek attakk tal-qalb, jekk fil-passat qatt kellek emboli (biċċiet) ta’ demm magħqud, jew jekk tpejjep, għandek pressjoni tad-demm għolja jew livelli għoljin ta’ kolesterol. Matul il-kura b’Thalidomide ikollok żieda fir-riskju li tiżviluppa emboli tad-demm fil-vini u fl-arterji.

jekk xi darba kellek jew għandek rata ta’ taħbit ta’ qalb bil-mod (din tista’ tkun sintomu ta’ bradikardija).

jekk xi darba kellek jew għandek newropatija, i.e. tnemnim, koordinazzjoni mhux normali jew uġigħ f’idejk jew f’saqajk.

qabdek tħeddil.

għandek ammont totali għoli ta’ tumur ġo ġismek kollu, li jinkludi l-mudullun. Dan jista’ jwassal għal kundizzjoni fejn it-tumuri jitkissru u jikkawżaw livelli mhux tas-soltu ta’ kimiċi fil-ġisem li jistgħu jwasslu għal insuffiċjenza tal-kliewi (din il-kundizzjoni tissejjaħ Sindrome tal-Lisi tat- Tumur).

kellek deni, tertir ta’ bard u rogħda severa, u possibbilment dawn kienu kkumplikati minn pressjoni tad-demm baxxa u konfużjoni (dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ infezzjonijiet severi).

kellek reazzjoni allerġika waqt li kont qed tieħu thalidomide, bħal raxx, ħakk, nefħa, sturdament jew problemi biex tieħu n-nifs.

Ma tifhimx ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-kontraċezzjoni mogħtija lilek mit-tabib tiegħek jew jekk tħoss li ma tistax issegwi dan il-parir.

għandek pressjoni tad-demm għolja mill-qalb għall-pulmun.

għandek jew qatt kellek infezzjoni virali fil-passat, partikularment ġidri r-riħ, zona, infezzjoni bil- virus tal-epatite B, jew HIV. Jekk ikollok xi dubju, staqsi lit-tabib tiegħek. Il-kura b’thalidomide tista’ tikkawża li l-virus jerġa’ jsir attiv f’pazjenti li jġorru l-virus, u dan jirriżulta f’rikorrenza tal- infezzjoni. It-tabib tiegħek għandu jiċċekkja jekk qatt kellek infezzjoni bl-epatite B.

Inti m’għandekx tagħti d-demm waqt it-trattament b’Thalidomide Celgene u għal ġimgħa wara li tkun waqaft mit-trattament.

Jekk inti m’intiex żgur jekk xi wieħed minn dak imsemmi hawn fuq japplikax għalik, kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Thalidomide Celgene.

Tfal u adolexxenti

Thalidomide Celgene mhux rakkomandat għall-użu fi tfal u żgħażagħ li m’għalqux it-18-il sena.

Mediċini oħra u Thalidomide Celgene

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu jew ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Dan jinkludi mediċini miksuba mingħajr riċetta, li jinkludu mediċini magħmulin mill-ħaxix.

Ara li tgħid lit-tabib tiegħek jekk qed tieħu kwalunkwe mediċini li:

jikkawżaw ħedla peress li thalidomide jista’ jħarrax l-effetti tagħhom. Dawn jinkludu sedattivi (bħal anxiolytics, mediċini ipnotiċi, mediċini antipsikotiċi, antistamini H1, derivattivi ta’ opiate, barbiturates u alkoħol).

ibaxxu r-rata ta’ taħbit tal-qalb (bradikardija indotta, bħal anti-cholinesterases u imblokkaturi beta).

jintużaw għal problemi tal-qalb u kumplikazzjonijiet (bħal digoxin), jew għat-traqqiq tad-demm (bħal warfarin).

huma kuri oħrajn għal kanċer.

jintużaw għal kontraċezzjoni.

Thalidomide Celgene ma’ ikel, xorb u alkoħol

Thalidomide Celgene jista’ jittieħed ma’ l-ikel jew fuq stonku vojt (ara sezzjoni 3, “Kif tieħu Thalidomide Celgene”).

M’għandekx tieħu alkoħol meta qed tieħu Thalidomide Celgene. Dan minħabba li alkoħol jista’ iħeddlek u Thalidomide Celgene jista’ jagħmlek aktar bi ngħas.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Tqala

Thalidomide jikkaġuna mankamenti severi jew mewt fit-tarbija mhix mwielda.

Saħansitra kapsula waħda meħuda minn mara tqila jista’ jikkaġuna mankamenti serji fuq it-tarbija.

Dawn il-mankamenti jistgħu jinkludu driegħ jew riġlejn mqassra, idejn jew riġlejn malformati u

problemi bl-organi interni

Jekk inti tqila inti m’għandekx tieħu Thalidomide Celgene. Barraminhekk, inti m’għandekx tinqabad tqila waqt li qed tieħu Thalidomide Celgene.

Għandek tuża metodu effettiv ta’ kontraċezzjoni jekk inti mara li tista’ tinqabad tqila (ara sezzjoni 2, “X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Thalidomide Celgene”).

Għandek twaqqaf it-trattament u tinforma lit-tabib minnufih jekk:

Taqbeż jew taħseb li qbiżt pirjid jew jekk għandek demm menstrwali mhux tas-soltu, jew qed tissuspetta li inti tqila.

Inti jkollok x’taqsam ma’ persuna tas-sess oppost mingħajr ma tuża metodu effettiv ta’

kontraċezzjoni.

Jekk toħroġ tqila matul it-trattament b’thalidomide, int trid twaqqaf it-trattament u tavża lit-tabib tiegħek minnufih.

Għall-irġiel li jieħdu Thalidomide Celgene li għandhom partner mara li tista’ tinqabad tqila, jekk jogħġbok ara sezzjoni 2 “X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Thalidomide Celgene”. Jekk is-sieħba tiegħek toħroġ tqila waqt li int qed tieħu thalidomide, int għandek tavża lit-tabib tiegħek minnufih.

Treddigħ

Treddax waqt li tkun qed tieħu Thalidomide Celgene għax mhux magħruf jekk thalidomide jgħaddix fil-ħalib tas-sider uman.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

M’għandekx issuq jew tuża kwalunke għodda jew inġenji jekk tħoss xi effetti kollaterali, bħal stordament, għeja, ngħas jew vista mċajpra.

3.Kif għandek tieħu Thalidomide Celgene

Dejjem għandek tieħu Thalidomide Celgene skont il-parir tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Iċċekkja mat-tabib, jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Kemm għandek tieħu

Id-doża rakkomandata hija ta’ 200 mg (4 kapsuli x 50 mg) kuljum għal adulti li jkollhom 75 sena u anqas jew 100 mg (2 x 50 mg kapsuli) kuljum għal adulti li jkollhom iktar minn 75 sena. Madankollu t-tabib tiegħek ser jagħżillek id-doża, jimmonitorja l-progress tiegħek u għandu mnejn jaġġusta d-doża tiegħek. It-tabib tiegħek ser jgħidlek kif tieħu Thalidomide Celgene u għal kemm żmien trid tibqa’ tieħdu (ara sezzjoni 2, “X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Thalidomide Celgene”).

Thalidomide Celgene jittieħed kuljum fiċ-ċikli ta’ trattament, kull ċiklu jdum 6 ġimgħat, flimkien ma' melphalan u prednisone li jittieħdu fil-ġranet 1 sa 4 ta' kull ċiklu ta' sitt ġimgħat.

Kif għandek tieħu din il-mediċina

Tkissirx, tiftaħx u tomgħodx il-kapsuli. Jekk it-trab minn kapsula miksura ta’ Thalidomide Celgene imiss mal-ġilda, aħsel il-ġilda immedjatament u bir-reqqa bis-sapun u bl-ilma.

Ħu din il-medċina mill-ħalq

Ibla’ l-kapsula sħiħa b’tazza mimlija bl-ilma

Tkissirix jew tomgħodha

Ħu l-kapsuli bħala doża waħda qabel tmur fis-sodda. Dan jagħmilha anqas probabbli li tħossok bi ngħas f’ħinijiet oħra.

Biex tneħħi l-kapsula mill-folja, agħfas ’il barra tarf wieħed biss tal-kapsula biex tgħaddiha minn ġol- fojl. Tagħfasx fuq iċ-ċentru tal-kapsula, għax dan jista’ jikkawża li din tinqasam.

Jekk tieħu aktar Thalidomide Celgene milli suppost

Jekk tieħu aktar Thalidomide Celgene milli suppost, kellem lit-tabib tiegħek jew mur l-isptar minnufih. Jekk hu possibbli, hu l-pakkett tal-mediċina u dan il-fuljett miegħek.

Jekk tinsa tieħu Thalidomide Celgene

Jekk tinsa tieħu Thalidomide Celgene, fil-ħin regolari tiegħek u

u għaddew inqas minn 12-il siegħa: ħu l-kapsuli tiegħek minnufih.

għaddew aktar minn 12-il siegħa: tiħux il-kapsuli tiegħek. Ħu l-kapsuli tiegħek li jmiss fil-ħin tas- soltu fil-ġurnata ta’ wara.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

L-effetti sekondarji li ġejjin jistgħu jseħħu b’din il-mediċina:

Tibqax tieħu Thalidomide Celgene u ara tabib minnufih jekk tinduna b’ xi effetti sekondarji minn dawk li ġejjin – għandek mnejn ikollok bżonn trattament mediku urġenti:

Reazzjonijiet severi tal-ġilda inklużi raxxijiet li huma effett sekondarju komuni u l-ġilda trabbi l- infafet u mukoża (Sindromu ta’ Stevens Johnson u nekrolożi epidermali tossika, li huma effetti sekondarji rari). Int għandu mnejn ikollok temperatura għolja (deni) fl-istess ħin.

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tinduna b’xi wieħed mill-effeti sekondarji serji li ġejjin:

Tirżih, tnemnim, koordinazzjoni annormali jew uġigħ fl-idejn u s-saqajn.

Dan jista’ jkun dovut għal ħsara fin-nervituri (li tissejjaħ newropatija periferali’), li hu effett sekondarju komuni ħafna. Dan jista jsir sever ħafna, iweġġa’ u jikkawża diżabilità. Jekk ikollok sintomi bħal dawn, kellem lit-tabib tiegħek immedjatament, billi hu jista' jnaqqas id-doża jew iwaqqaf il-kura. Dan l-effett sekondarju ġeneralment iseħħ jekk tkun ilek tieħu din il-mediċina għal diversi xhur imma tista’ tiġri aktar kmieni minn hekk. Din tista’ isseħħ f’xi waqt wara li jkun waqaf it-trattament. Jista’ ma jmurx jew imur bil-mod.

Uġigħ f’daqqa fis-sider u diffikultà biex tieħu n-nifs.

Dan jista’ jkun dovut għal emboli tad-demm fl-arterji li twassal għal pulmun (li tissejjaħ

‘emboliżmu pulmonari’), li hu effett sekondarju komuni . Dan jista’ jseħħ waqt it-trattment jew wara li t-trattment ikun intemm

Uġigħ jew nefħa f’riġlejk, speċjalment fil-parti ta’ isfel ta’ saqajk jew fil-pexxun.

Dan jista’ jkun dovut għal emboli tad-demm fil-vini ta’ riġlejk (trombożi profonda tal-vina) li huwa effett sekondarju komuni. Din tista’ sseħħ waqt it-trattament, jew wara li t-tratatment ikun waqaf

Uġigħ fis-sider li jinfirex lejn id-dirgħajn, l-għonq, ix-xedaq, id-dahar jew l-istonku, tħoss li għandek l-għaraq u tkun bla nifs, tħossok imdardar jew tirremetti.

Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ attakk tal-qalb/infart mijokardijaku (li jista’ jkun minħabba emboli tad-demm fl-arterji ta’ qalbek).

Issibha bi tqila tara jew titkellem, li hi ħaġa temporanja.

Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ aċċessjoni (li tista’ tkun ikkaġunata minn embolu f’arterja f’moħħok).

Deni, tertir ta’ bard, uġigħ fil-griżmejn, sogħla, ulċeri tal-ħalq jew kwalunkwe sintomi oħrajn ta’ infezzjoni.

Ħruġ ta’ demm jew tbenġil fl-assenza ta’ feriti.

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

Hu importanti li tinnota li numru żgħir ta’ pazjenti b’majeloma multipla jistgħu jiżviluppaw tipi addizzjonali ta’ kanċer, speċjalment tumuri malinni ematoloġiċi, u hu possibbli li dan ir-riskju jista’ jiżdied bil-kura b’Thalidomide Celgene; għalhekk it-tabib tiegħek għandu jevalwa bir-reqqa l- benefiċċju u r-riskju meta tingħata riċetta għal Thalidomide Celgene.

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda f’10)

Stitikezza.

Tħossok stordut.

Ngħas, tħossok għajjien.

Rogħda (tkexkiex).

Nefħa fl-idejn u fis-saqajn.

Għadd baxx ta’ ċelloli fid-demm. Dan għandu mnejn ifisser li x’aktarx ser tiżviluppa infezzjonijiet. It-tabib tiegħek għandu mnejn jimmonitorja l-għadd taċ-ċelluli tad-demm tiegħek matul it- trattament b’Thalidomide Celgene.

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’10)

Indiġestjoni, tħossok ma tiflaħx (dardir), tħossok marid (remettar), ħalq xott.

Raxx, ġilda xotta.

Tħossok debboli, jaqbdek ħass ħażin jew ma tħossokx sod fuq saqajk, nuqqas ta’ enerġija jew saħħa, pressjoni baxxa tad-demm.

Deni, tħossok ma tiflaħx.

Rasek qed tħossha ddur madwarek, jagħmilha diffiċli li toqgħod bil-wieqfa u timxi b’mod normali.

Vista mċajpra.

Infezzjoni fis-sider (pnewmonja), mard tal-pulmun.

Il-qalb tħabbat bil-mod, insuffiċjenza tal-qalb.

Diprexxin, konfużjoni, bidliet fil-burdata, ansjetà.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’100)

Infjammazzjoni u nefħa fit-tubi tal-pulmuni tiegħek (bronkite).

Infjammazzjoni taċ-ċelloli li jinsabu fir-riti tal-istonku.

Toqba f’parti mill-musrana l-kbira tiegħek (kolon) li tista’ tikkaġuna infezzjoni.

Effetti sekondarji addizzjonali ġew rapportati wara li din il-mediċina ġiet mpoġġija fis-suq. Dawn jinkludu

Tajrojd li mhux attiv kemm suppost (ipotajrojdiżmu).

L-imsaren jinsaddu.

Nuqqas ta’ ħajra sesswali, pereżempju impotenza.

Tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli tad-demm bojod (newtropenija) flimkien ma’ deni u infezzjoni.

Infezzjoni severa tad-demm (sepsis) akkompanjata minn deni, tertir ta’ bard u rogħda severa u possibbilment ikkumplikata minn pressjoni tad-demm baxxa u konfużjoni (xokk settiku).

Tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli tad-demm ħomor u bojod u plejtlits fl-istess ħin (panċitopenija).

Sindrome tal-lisi Tat-tumur - kumplikazzjonijiet metaboliċi li jistgħu jseħħu waqt il-kura tal-kanċer u xi kultant anki mingħajr il-kura. Dawn il-kumplikazzjonijiet huma kkawżati mill-prodotti li jifdal minn ċelluli tal-kanċer li jkunu qed imutu, u jistgħu jinkludu dawn li ġejjin: tibdil fil-kimika tad- demm; livell għoli ta’ potassju, fosfru, uric acid, u livell baxx ta’ kalċju, li konsegwentement iwassal għal tibdil fil-funzjoni tal-kliewi, tat-taħbit tal-qalb, puplesiji, u xi kultant il-mewt.

Reazzjonijiet allerġiċi bħal raxx b’ħakk lokalizzat jew mal-ġisem kollu u anġjoedema (tipi ta’ reazzjoni allerġika li jistgħu jimmanifestaw rwieħhom bħala ħorriqija, raxx, nefħa fl-għajnejn, il- ħalq jew il-wiċċ, diffikultà biex tieħu n-nifs, jew ħakk).

Tnaqqis fis-smigħ jew tittarrax.

Konvulżjonijiet.

Mard tal-kliewi (insuffiċjenza renali).

Ħsara fil-fwied (disturb tal-fwied) li tinkludi riżultati mhux normali tat-testijiet tal-fwied.

Ħruġ ta’ demm mill-istonku jew mill-imsaren (emorraġija gastrointestinali).

Irregolaritajiet tat-taħbit tal-qalb (imblokk tal-qalb jew fibrillazzjoni atrijali), tħoss li se jħossok ħażin jew iħossok ħażin.

Aggravament tas-sintomi tal-marda ta’ Parkinson (bħal rogħda, dipressjoni jew konfużjoni).

Uġigħ fin-naħa ta’ fuq taż-żaqq u/jew fid-dahar, li jista’ jkun sever u li jippersisti għal ftit jiem, possibbilment akkompanjat minn dardir, rimettar, deni u rata mgħaġġla tal-polz − dawn is-sintomi jistgħu jkunu minħabba infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite).

Żieda fil-pressjoni tad-demm fil-vini/arterji li jfornu l-pulmun, li tista’ twassal għal qtugħ ta’ nifs, għeja, sturdament, uġigħ fis-sider, taħbit ta’ qalb aktar mgħaġġel, jew nefħa fis-saqajn jew fl- għekiesi (pressjoni għolja pulmonari).

Infezzjonijiet virali, li jinkludu herpes zoster (magħrufa wkoll bħala “ħruq ta’ Sant’Antnin”, marda virali li tikkawża raxx fil-ġilda bl-uġigħ u bl-infafet) u r-rikorrenza tal-infezzjoni bl-epatite B (li jistgħu jikkawżaw sfurija tal-ġilda u l-għajnejn, awrina ta’ kulur kannella skur, uġigħ fl-istonku fuq in-naħa tal-lemin, deni u li tħossok imdardar jew li tirremetti).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Thalidomide Celgene

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kard tal-kartiera u l-folja wara EXP. Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota kwalunkwe ħsara jew sinjali ta’ tbagħbis.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Fi tmiem it-trattament tiegħek inti trid tirritorna l-kapsuli mhux użati kollha għand l-ispiżjar jew it- tabib. Dawn il-miżuri ser jimpedixxu l-użu ħażin.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Thalidomide Celgene

Is-sustanza attiva hi thalidomide. Kull kapsula fiha 50 mg ta’ thalidomide

Is-sustanzi mhux attivi l-oħra huma pregelatinized starch u magnesium stearate. Il-qoxra tal- kapsula fiha ġelatina u titanium dioxide (E171). L-inka tal-istampar hi magħmula minn xellak, black iron oxide (E172) u propylene glycol.

Kif jidher Thalidomide Celgene u l-kontenut tal-pakkett

Thalidomide Celgene huma kapsuli bojod iebsa mmarkati “Thalidomide Celgene 50 mg”. Il-kapsuli jiġu f’kards tal-kartiera li fihom 28 kapsula (2 folji ta’ 14-il kapsula kull waħda).

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Celgene Europe Limited 1 Longwalk Road Stockley Park

Uxbridge

UB11 1DB Ir-Renju Unit

JEW

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Celgene Europe Limited

1 Longwalk Road

Stockley Park

Uxbridge

UB11 1DB

Ir-Renju Unit

Manifattur

Penn Pharmaceutical Services Limited

Tafarnaubach Industrial Estate

Tredegar

Gwent

NP22 3AA

Ir-Renju Unit

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Jekk jogħġbok ikkuntattja d-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq jekk teħtieġ informazzjoni oħra f’għamla oħra.

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-

Mediċini http://www.ema.europa.eu/. Hemm ukoll links għal siti elettroniċi oħra dwar mard rari u kura.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati