Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Tobi Podhaler (tobramycin) – Fuljett ta’ tagħrif - J01GB01

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaTobi Podhaler
Kodiċi ATCJ01GB01
Sustanzatobramycin
ManifatturNovartis Europharm Ltd  

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

TOBI Podhaler 28 mg trab li jittieħed man-nifs, kapsuli ibsin

Tobramycin

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu TOBI Podhaler u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu TOBI Podhaler

3.Kif għandek tieħu TOBI Podhaler

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen TOBI Podhaler

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

L-istruzzjonijiet dwar kif tuża l-inhaler Podhaler (aqleb wara)

1.X’inhu TOBI Podhaler u gћalxiex jintuża

X'inhu TOBI Podhaler

TOBI Podhaler fih mediċina msejħa tobramycin li hija antibijotiku. Dan l-antibijotiku jappartjeni lil klassi msejħa aminoglikosidi.

Għalxiex jintuża TOBI Podhaler

TOBI Podhaler jintuża minn pazjenti minn 6 snin ’il fuq b’fibrożi ċistika biex jikkuraw infezzjonijiet fil-pulmun ikkawżati minn mikrobi msejħa Pseudomonas aeruginosa.

Biex tikseb l-aħjar riżultati minn din il-mediċina, jekk jogħġbok użaha kif jgħidlek dan il-fuljett.

Kif jaħdem TOBI Podhaler

TOBI Podhaler huwa trab li jittieħed man-nifs misjub f’kapsuli. Meta tiġbed TOBI Podhaler man-nifs, l-antibijotiku jidħol direttament fil-pulmun tiegħek biex jiġġieled il-mikrobi li qed jikkawżaw l- infezzjoni u jtejjeb in-nifs tiegħek.

X’inhu Pseudomonas aeruginosa

Huwa mikrobu komuni ħafna li xi darba jew oħra matul jinfetta l-pulmun ta’ kważi kull min għandu fibrożi ċistika. Uħud taqbadhom din l-infezzjoni meta jikbru, oħrajn meta jkunu għadhom żgħar ħafna. Huwa wieħed mill-aktar mikrobi li jagħmlu ħsara lill-persuni b’fibrożi ċistika. Jekk l-infezzjoni ma tkunx ittrattata kif jixraq, tkompli tagħmel il-ħsara lill-pulmun, u tikkawża aktar problemi tan-nifs.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu TOBI Podhaler

Tiħux TOBI Podhaler

jekk inti allerġiku għal tobramycin, għal kull tip ta’ antibijotiku aminoglikoside jew għal xi

sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Jekk dan jgħodd għalik, għid lit-tabib tiegħek mingħajr ma tieħu TOBI Podhaler.

Jekk taħseb li tista’ tkun allerġiku/a, staqsi lit-tabib tiegħek għal parir.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Għid lit-tabib tiegħek jekk qatt kellek xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

problemi fis-smigħ (inkluż ħsejjes fil-widnejn u sturdamenti)

problemi fil-kliewi

diffikultà mhux tas-soltu biex tieħu n-nifs inkluż tħarħir jew sogħla, tagħfis f’sidrek

demm mal-isputum (is-sustanza li tittella’ meta tisgħol)

dgħufija fil-muskoli li ddum jew tiggrava maż-żmien, sintomu ħafna drabi marbut ma’ kundizzjonijiet bħalma huma l-mijastenja jew il-marda ta’ Parkinson.

Jekk xi waħda minn dawn tgħodd għalik, għid lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu TOBI Podhaler.

Jekk għandek 65 sena jew aktar, it-tabib tiegħek jista’ jkollu bżonn jagħmillek testijiet oħrajn biex jiddeċiedi jekk TOBI Podhaler jgħoddx għalik.

Meta tiġbed il-mediċini man-nifs, dan jista’ jikkawża tagħfis f’sidrek u tħarħir u dan jista’ jseħħ minnufih wara li tiġbed TOBI Podhaler man-nifs. It-tabib tiegħek se jissorvelja l-ewwel doża tiegħek ta’ TOBI Podhaler u jiċċekkja l-funzjoni tal-pulmun qabel ma tieħu d-doża u wara. It-tabib tiegħek jista’ jitolbok tuża mediċini xierqa oħrajn qabel ma tieħu TOBI Podhaler.

Meta tiġbed il-mediċini man-nifs tista’ tibda tisgħol u dan jista’ jseħħ b’TOBI Podhaler. Kellem lit- tabib tiegħek jekk is-sogħla tibqa’ u tidba ddejqek.

Ċerti tipi ta’ Pseudomonas jistgħu jsiru reżistenti għall-kura b’antibijotiċi matul iż-żmien. Dan ifisser li matul iż-żmien anke TOBI Podhaler jista’ ma jaħdimx kif mixtieq. Kellem lit-tabib tiegħek jekk din il-ħaġa qiegħda tinkwetak.

Jekk qed tieħu tobramycin jew antibijotiku aminoglikoside ieħor b’injezzjoni, jistgħu kultant jikkawżaw nuqqas ta’ smigħ, sturdament u ħsara fil-kliewi.

Tfal

TOBI Podhaler m'għandux jingħata lil tfal taħt is-6 snin.

Mediċini oħra u TOBI Podhaler

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

M’għandekx tieħu l-mediċini li ġejjin meta qed tieħu TOBI Podhaler:

Furosemide jew ethacrynic acid, djuretiċi

Mediċini oħrajn bi proprjetajiet djuretiċi bħalma huma l-urea jew il-mannitol mogħti fil-vina.

Mediċini oħrajn li jistgħu jagħmlu ħsara lill-kliewi jew lis-smigħ tiegħek.

Il-mediċini li ġejjin jistgħu jżidu l-possibbiltà li jkun hemm effetti li jagħmlu l-ħsara jekk jingħataw waqt li qed tieħu injezzjonijiet b’tobramycin jew b’antibijotiku aminoglikoside ieħor:

Amphotericin B, cefalotin, polymyxins (użati biex jikkuraw infezzjonijiet b’mikrobi), ciclosporin, tacrolimus (użati biex inaqqsu l-attività tas-sistema immuna). Dawn il-mediċini jistgħu jagħmlu ħsara lill-kliewi.

Komposti ta’ platinu bħalma huma l-carboplatin u ċ-cisplatin (użati biex jikkuraw xi forom ta’ kanċer). Dawn il-mediċini jistgħu jagħmlu ħsara lill-kliewi jew lis-smigħ.

Antikolinesterasi bħalma huma neostigmine u pyridostigmine (użati biex jikkuraw id-dgħufija fil-muskoli), jew tossina botulinika. Dawn il-mediċini jistgħu jwasslu biex tibda tidher dgħufija

fil-muskoli jew biex tmur għall-agħar.

Jekk qed tieħu waħda minn dawn il-mediċini ta’ hawn fuq jew aktar, iddiskuti mat-tabib tiegħek qabel ma tieħu TOBI Podhaler.

Tqala u treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Mhuwiex magħruf jekk meta qed tiġbed din il-mediċina man-nifs u inti tqila għandux xi effetti sekondarji.

Meta t-tobramycin u antibijotiċi aminoglikosidi oħrajn jingħataw b’injezzjoni, dawn jistgħu jagħmlu ħsara lit-tarbija fil-ġuf, fosthom turxien.

Jekk qed tredda’, għandek tkellem lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

TOBI Podhaler m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

3.Kif gћandek tieħu TOBI Podhaler

Dejjem għandek tieħu TOBI Podhaler skont il-parir eżatt tat-tabib. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Min ikun qed jieħu ħsieb lil pazjent għandhom jagħtu assistenza lit-tfal li jkunu se jibdew kura b’TOBI Podhaler, b’mod partikolari għal dawk li jkollhom 10 snin jew iżgħar, u għandhom ikomplu jissorveljawhom sakemm ma jkunu kapaċi jużaw Podhaler kif suppost u mingħajr għajnuna.

Kemm għandek tieħu TOBI Podhaler

Iġbed man-nifs il-kontenut ta’ 4 kapsuli darbtejn kuljum (4 kapsuli filgħodu u 4 kapsuli filgħaxija), billi tuża l-inhaler Podhaler.

Id-doża hija l-istess għal kulħadd minn 6 snin ’il fuq. Teħux aktar mid-doża rrakkomandata.

Meta għandek tieħu TOBI Podhaler

Jekk tieħu l-kapsuli tiegħek kuljum fl-istess ħin jgħinek tiftakar meta għandek toħodhom. Iġbed man- nifs il-kontenut ta’ 4 kapsuli darbtejn kuljum kif ġej:

4 kapsuli filgħodu li jridu jittieħdu man-nifs permezz tal-inhaler Podhaler.

4 kapsuli filgħaxija li jridu jittieħdu man-nifs permezz tal-inhaler Podhaler.

L-aħjar li tħalli madwar 12-il siegħa bejn doża u oħra, imma bejniethom trid tħalli mill-inqas 6 sigħat.

Jekk qed tieħu bosta mediċini differenti man-nifs u qed issegwi terapiji oħrajn minħabba l-fibrożi ċistika, għandek tieħu TOBI Podhaler wara li tkun ħadt l-oħrajn kollha. Jekk jogħġbok iċċekkja mat- tabib tiegħek l-ordni li fiha għandek tieħu l-mediċini.

Kif għandek tieħu TOBI Podhaler

Għal użu b’inalazzjoni biss.

Tiblax il-kapsuli.

Uża dawn il-kapsuli mal-inhaler li hawn f’dan il-pakkett biss. Il-kapsuli għandhom jinżammu fil-folja bil-kapsuli sakemm ma jasalx il-bżonn li tużahom.

Meta tiftaħ il-pakkett il-ġdid tal-ġimgħa, uża l-inhaler il-ġdid misjub fil-pakkett. Kull inhaler jintuża għal sebat ijiem biss.

Jekk jogħġbok aqra l-istruzzjonijiet lejn tmiem dan il-fuljett għal aktar tagħrif dwar kif għandek tuża l-inhaler.

Kemm għandek iddum tieħu TOBI Podhaler

Wara li tkun ħadt TOBI Podhaler għal 28 jum, umbagħad għandek waqfa ta’ 28 jum, li matulhom m’inti se tieħu l-ebda TOBI Podhaler man-nifs. Wara tibda kors ieħor.

Importanti li tibqa’ tuża l-prodott darbtejn kuljum matul it-28 jum ta’ kura u li tibqa’ timxi mal- proċedura, jiġifieri 28 jum ta' kura u 28 jum bla kura.

META TIEĦU TOBI

META MHUX TIEĦU

Podhaler

TOBI Podhaler

Ħu TOBI Podhaler

Tieħu l-ebda TOBI

man-nifs darbtejn

Podhaler matul it-

kuljum, kuljum għal

28 jum li ġejjin

28 jum

 

Irrepeti ċ-ċiklu

Kompli ħu TOBI Podhaler kif jgħidlek it-tabib tiegħek.

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar għal kemm żmien għandek tibqa’ tieħu TOBI Podhaler, kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Jekk tieħu TOBI Podhaler aktar milli suppost

Jekk tieħu wisq TOBI Podhaler man-nifs, kellem minnufih lit-tabib tiegħek. Jekk tibla’ TOBI Podhaler, tinkwetax imma għid minnufih lit-tabib tiegħek.

Jekk tinsa tieħu TOBI Podhaler

Jekk tinsa tieħu TOBI Podhaler u fadal mill-inqas 6 sigħat għad-doża li jmiss, ħu d-doża tiegħek minnufih. Inkella, stenna d-doża li jmissek. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull dożża li tkun insejt tieħu.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ jikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Persuni b’fibrożi ċistika għandhom bosta sintomi ta’ din il-marda. Dawn xorta jistgħu jibqgħu jseħħu waqt li qed jittieħed TOBI Podhaler, imma m’għandhomx isiru aktar spiss jew inkella agħar mis-soltu.

Jekk il-marda li qed taffettwalek il-pulmun tidher li sejra għall-agħar waqt li qed tieħu TOBI Podhaler, kellem minnufih lit-tabib tiegħek.

Uħud mill-effetti sekondarji jafu jkunu gravi.

Diffikultà mhux tas-soltu biex tieħu n-nifs inkluż tħarħir jew sogħla u tagħfis f’sidrek (komuni).

Jekk inti tesperjenza kwalunkwe wieħed minn dawn, ieqaf ħu TOBI Podhaler u għid minnufih lit- tabib tiegħek.

Tisgħol id-demm (komuni ħafna)

Tnaqqis fis-smigħ (iż-żarżir fil-widnejn huwa sinjal potenzjali ta' twissija li jindika nuqqas ta’ smigħ), ħsejjes (bħalma hu t-tisfir) fil-widnejn (komuni).

Jekk inti tesperjenza kwalunkwe wieħed minn dawn, għid lit-tabib tiegħek minnufih.

Effetti sekondarji oħrajn jistgħu jkunu:

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar persuna waħda f’kull 10)

Qtugħ ta’ nifs

Sogħla, sogħla produttiva, tibdil fil-vuċi (ħanqa)

Grieżem misluħa

Deni

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda f’kull 10)

Tħarħir, rales (tfaqqigħ)

Skumdità fis-sider, uġigħ fis-sider li ġej mill-muskoli jew mill-għadam

Imnieħer misdud

Tinfaġar

Rimettar, nawsja

Dijarea

Raxx

Problemi fis-sens tat-tegħim

Telf tal-vuċi

Mhux magħrufa (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli)

Tħossok ma tiflaħx

Bidla fil-kulur tas-sustanza li ttella’ mas-sogħla (bżieq)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen TOBI Podhaler

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kontenitur jew il-folja bil- kapsuli.

Żomm fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Malli l-kapsula titneħħa mill-folja bil-kapsuli (mill-folja), il-kapsula trid tintuża minnufih.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għandekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X'fih TOBI Podhaler

Is-sustanza attiva hi t-tobramycin. Kapsula waħda fiha 28 mg tobramycin.

Is-sustanzi l-oħra huma DSPC 1,2-distearoyl-sn-glycero-3-phosphocholine, calcium chloride u sulphuric acid (għall-aġġustament tal-pH).

Kif jidher TOBI Podhaler u l-kontenut tal-pakkett

TOBI Podhaler trab li jittieħed man-nifs, kapsuli iebsa jikkonsisti fi trab li jagħti fl-abjad jew kważi fl- abjad u li jittieħed man-nifs misjub f’kapsuli iebsa bla kulur b’'”NVR AVCI” stampata b’linka blu fuq naħa waħda tal-kapsula u bil-lowgo ta' Novartis stampat bil-blu fuq in-naħa l-oħra tal-kapsula.

TOBI Podhaler jingħata f’pakketti għal xahar li jinkludu kartuniet għal 4 ġimgħat u inhaler Podhaler żejjed merfugħ fil-kontenitur tiegħu.

Kull kartuna għal ġimgħa fiha 7 folji (folji bil-kapsuli) ta’ 8 kapsuli kull waħda, u inhaler Podhaler merfugħ fil-kontenitur tiegħu.

Dawn huma l-qisien tal-pakketti disponibbli:

56 kapsula iebsa bi trab li jittieħed man-nifs u inhaler wieħed (pakkett għal ġimgħa)

224 (4 x 56) kapsula iebsa bi trab li jittieħed man-nifs u 5 inhalers (pakkett b’ħafna għal xahar) 448 (8 x 56) kapsula iebsa bi trab li jittieħed man-nifs b’10 inhalers (pakketti b’ħafna għal xahrejn imgeżwrin fil-fojl)

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu disponibbli f’pajjiżek.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Novartis Europharm Limited

Frimley Business Park

Camberley GU16 7SR

Ir-Renju Unit

Manifattur

Novartis Pharma GmbH

Roonstrasse 25

D-90429 Nürnberg

Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Novartis Pharma N.V.

Novartis Pharma Services Inc.

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Tel: +370 5 269 16 50

България

Luxembourg/Luxemburg

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharma N.V.

Тел.: +359 2 489 98 28

Tél/Tel: +32 2 246 16 11

Česká republika

Magyarország

Novartis s.r.o.

Novartis Hungária Kft. Pharma

Tel: +420 225 775 111

Tel.: +36 1 457 65 00

Danmark

Malta

Novartis Healthcare A/S

Novartis Pharma Services Inc.

Tlf: +45 39 16 84 00

Tel: +356 2122 2872

Deutschland

Nederland

Novartis Pharma GmbH

Novartis Pharma B.V.

Tel: +49 911 273 0

Tel: +31 26 37 82 111

Eesti

Norge

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Norge AS

Tel: +372 66 30 810

Tlf: +47 23 05 20 00

Ελλάδα

Österreich

Novartis (Hellas) A.E.B.E.

Novartis Pharma GmbH

Τηλ: +30 210 281 17 12

Tel: +43 1 86 6570

España

Polska

Novartis Farmacéutica, S.A.

Novartis Poland Sp. z o.o.

Tel: +34 93 306 42 00

Tel.: +48 22 375 4888

France

Portugal

Novartis Pharma S.A.S.

Novartis Farma - Produtos Farmacêuticos, S.A.

Tél: +33 1 55 47 66 00

Tel: +351 21 000 8600

Hrvatska

România

Novartis Hrvatska d.o.o.

Novartis Pharma Services Romania SRL

Tel. +385 1 6274 220

Tel: +40 21 31299 01

Ireland

Slovenija

Novartis Ireland Limited

Novartis Pharma Services Inc.

Tel: +353 1 260 12 55

Tel: +386 1 300 75 50

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Novartis Slovakia s.r.o.

Sími: +354 535 7000

Tel: +421 2 5542 5439

Italia

Suomi/Finland

Novartis Farma S.p.A.

Novartis Finland Oy

Tel: +39 02 96 54 1

Puh/Tel: +358 (0)10 6133 200

Κύπρος

Sverige

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Sverige AB

Τηλ: +357 22 690 690

Tel: +46 8 732 32 00

Latvija

United Kingdom

Novartis Pharma Services Inc.

Novartis Pharmaceuticals UK Ltd.

Tel: +371 67 887 070

Tel: +44 1276 698370

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

 

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu

TAGĦRIF DWAR KIF TUŻA L-INHALER PODHALER

Jekk jogħġbok aqra sew l-istruzzjonijiet li ġejjin biex tkun taf kif għandek tuża l-inhaler Podhaler u tieħu ħsiebu.

Fil-pakkett tiegħek għal ġimgħa ta’ TOBI Podhaler

Kull kartuna għal ġimgħa ta’ TOBI Podhaler fiha:

inhaler wieħed (l-inhaler Podhaler) u l-kontenitur fejn jintrefa’.

7 folji bil-kapsuli (folja għal kull ġurnata tal-ġimgħa).

Kull folja bil-kapsuli fiha 8 kapsuli (li jikkorrispondu għad-doża ta’ kuljum: il-kontenut ta’

4 kapsuli li jridu jittieħdu man-nifs filgħodu u l-kontenut ta’ 4 kapsuli li jridu jittieħdu man-nifs filgħaxija).

 

 

 

Folja bil-kapsuli

Inhaler

Kontenitur fejn jintrefa’

Kif tiġbed il-mediċina tiegħek man-nifs bl-inhaler Podhaler

Uża biss l-inhaler Podhaler misjub fil-pakkett. Tużax il-kapsuli TOBI Podhaler ma’ xi inhaler ieħor, u tużax l-inhaler Podhaler biex tieħu xi mediċina oħra.

Meta tiftaħ pakkett ġdid għal ġimgħa, uża l-inhaler Podhaler il-ġdid misjub fil-pakkett. Kull inhaler Podhaler jintuża għal sebat ijiem biss. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini u inhalers li m’għandekx bżonn.

Tiblax il-kapsuli. It-trab li hemm fil-kapsuli qiegħed biex tiġbdu man-nifs.

Dejjem żomm il-kapsuli fil-folja bil-kapsuli sa meta jkollok bżonn li tużahom. Toħroġx il- kapsuli mill-folja minn qabel.

Meta l-inhaler Podhaler mhuwiex qed jintuża, erfgħu fil-kontenitur tiegħu u agħlqu sew.

1.Aħsel idejk u xxuttahom sew.

2.• Qabel ma tużah, oħroġ l-inhaler mill-kontenitur tiegħu billi żżomm il-qiegħ u ddawwar il-parti ta’ fuq tal- kontenitur kontra idejk.

Qiegħed il-parti ta’ fuq tal-kontenitur fil-ġenb.

Ħares lejn l-inhaler biex tkun ċert li m’għandux ħsarat

jew ħmieġ.

Żomm l-inhaler wieqaf fuq il-qiegħ tal-kontenitur.

3.• Żomm il-qafas tal-inhaler u ħoll il-bokkin billi ddawru kontra idejk.

Poġġi l-bokkin fil-ġenb, x'imkien nadif u xott.

4.Aqta’ matul il-perforazzjonijiet tal-folja bil-kapsuli mat- tul u mal-wiesgħa, kif indikat fi stampi (1) u (2).

5.• Qaxxar il-fojl li hemm fuq wara tal-folja bil-kapsuli biex tikxef kapsula waħda biss.

• Oħroġ il-kapsula mill-folja.

6.• Poġġi l-kapsula mill-ewwel fit-toqba tal-kapsula fl- inhaler (1).

Erġa’ poġġi l-bokkin.

Dawwar il-bokkin u ssikkah sakemm jieqaf. Tissikkahx iżżejjed (2).

7.• Żomm l-inhaler bil-bokkin iħares ’l isfel.

Taqqab il-kapsula billi tagħfas bis-saħħa l-buttuna l-blu b’sebgħek l-oħxon sakemm tista’, u wara itlaqha.

Issa tista’ tiġbed il-kapsula man-nifs billi tieħu 2 nifsijiet

separati ’l ġewwa (Stadji 8 u 9).

8.Iġbed il-kapsula man-nifsl-ewwel nifs:

Qabel tqiegħed il-bokkin f’ħalqek, ħu nifs qawwi ’l barra minn ħalqek, lil hinn mill-inhaler

Poġġi ħalqek mal-bokkin u ross xofftejk sew madwaru.

Ħu nifs wieħed ’il ġewwa u fil-fond u iġbed it-trab. Neħħi l-inhaler minn ħalqek, u żomm in-nifs għal madwar 5 sekondi.

Wara ħu nifs normali ’l barra, mhux fl-inhaler.

9.Iġbed il-kapsula man-nifsit-tieni nifs

Ħu ftit nifsijiet normali mhux fl-inhaler.

Meta tlesti, ħu t-tieni nifs billi tirrepeti Stadju 8, u billi tuża l-istess kapsula.

10.Ħoll il-bokkin (1) u neħħi l-kapsula mit-toqba tal-kapsula fl-inhaler (2).

11.Ħares lejn il-kapsula użata. Għandha tidher imtaqqba u vojta. Jekk tbattlet, armi l-kapsula.

Jekk il-kapsula tkun ittaqqbet imma għad fadlilha t-trab:

Poġġi l-kapsula mill-ġdid fit-toqba tal-kapsula fl-inhaler (Stadju 6). Poġġi l-ewwel in-naħa mtaqqba tal-kapsula.

Erġa’ poġġi l-bokkin u rrepeti Stadji 8, 9 u 10.

Jekk il-kapsula ma tidhirx imtaqqba:

Poġġi l-kapsula mill-ġdid fit-toqba tal-kapsula fl-inhaler (Stadju 6).

Erġa’ poġġi l-bokkin u rrepeti Stadji 7, 8 u 9.

Wara dan jekk il-kapsula xorta għadha mimlija u tidher

li ma ttaqqbitx, biddel l-inhaler mal-inhaler żejjed u rrepeti Stadji 2, 3, 6, 7, 8, 9 u 10.

12.Ħu t-3 kapsuli l-oħra bl-istess mod.

Għaldaqstant għal kull kapsula li fadallek, irrepeti Stadji

5, 6, 7, 8, 9, 10 u 11.

Armi l-kapsuli kollha l-vojta.

13.• Erġa’ poġġi l-bokkin u ssikkah sew sakemm jieqaf. Meta tkun ġbidt id-doża sħiħa (4 kapsuli), imsaħ il- bokkin b'biċċa nadifa u xotta.

Taħsilx l-inhaler bl-ilma.

14.• Erfa’ l-inhaler lura fil-kontenitur tiegħu.

• Dawwar il-parti ta’ fuq tal-kontenitur favur idejk sakemm jissikka sew.

FTAKAR:

Għal użu b’inalazzjoni biss.

Tiblax il-kapsuli TOBI Podhaler.

Uża biss l-inhaler misjub fil-pakkett.

Dejjem żomm il-kapsuli TOBI Podhaler fil-folja bil-kapsuli. Oħroġ il-kapsula biss kif tkun se tużaha. Taħżinx il-kapsuli fl-inhaler.

Dejjem żomm il-kapsuli TOBI Podhaler u l-inhaler f’post xott.

Qatt m’għandek tqiegħed il-kapsula TOBI Podhaler direttament fil-bokkin tal-inhaler.

Dejjem żomm l-inhaler bil-bokkin iħares ’l isfel meta ttaqqab il-kapsula.

Tagħfasx il-buttuna li ttaqqab il-kapsula għal aktar minn darba.

Qatt m’għandek tonfoħ fil-bokkin tal-inhaler.

Qatt m’għandek taħsel l-inhaler Podhaler bl-ilma. Żommu xott u erfgħu fil-kontenitur tiegħu.

Tagħrif ieħor

Xi kultant, biċċiet żgħar ħafna tal-kapsula jistgħu jgħaddu mill-ilqugħ li hemm fl-inhaler u jidħlu f’ħalqek.

Jekk jiġri dan, jista' jkun li tħoss dawn il-biċċiet fuq ilsienek.

Mhuwiex perikoluż jekk dawn il-biċċiet jinbelgħu jew jgħaddu man-nifs.

Il-probabbiltajiet li l-kapsula titkisser f’biċċiet jiżdiedu jekk il-kapsula tittaqqab bi żball għal aktar minn darba jew jekk l-inhaler mhux qed jinżamm bil-bokkin iħares ’l isfel waqt Stadju 7.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati