Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Tolura (telmisartan) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - C09CA07

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaTolura
Kodiċi ATCC09CA07
Sustanzatelmisartan
ManifatturKrka, d.d., Novo mesto  

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Tolura 20 mg pilloli

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola fiha 20 mg telmisartan.

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 74.9 mg sorbitol (E420) u 28.5 mg lactose.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola

20 mg: pilloli tondi ta’ lewn bajdani għal kważi bajdani

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Pressjoni għolja

Il-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali fl-adulti.

Prevenzjoni kardjovaskulari

Tnaqqis fil-morbidità kardjovaskulari f’adulti bi:

-mard kardjovaskulari aterotrombotiku manifestat (storja ta’ mard koronarju tal-qalb, puplesija, jew mard arterjali periferali) jew

-dijabete melittus tip 2 bi ħsara dokumentata lil organu bersalljat.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali

Id-doża effettiva normalment hi ta’ 40 mg darba kuljum. Xi pazjenti jistgħu jibbenefikaw anke b’doża ta’ 20 mg kuljum. F’każijiet fejn il-pressjoni li trid tinkiseb ma tintlaħaqx, id-doża ta’ telmisartan tista’ tiżdied għal massimu ta’ 80 mg darba kuljum. Inkella, telmisartan jista’ jintuża flimkien ma’ tipi ta’ dijuretiċi tat-tip thiazide, bħal hydrochlorothiazide, li ntwera li għandu effett addizzjonali li jnaqqas il- pressjoni tad-demm b’telmisartan. Meta wieħed jikkunsidra ż-żieda fid-doża, irid iżomm f’moħħu li l-effett anti-ipertensiv ġeneralament jintlaħaq minn erba’ sa tmien ġimgħat wara l-bidu tal-kura (ara sezzjoni 5.1).

Prevenzjoni kardjovaskulari

Id-doża rakkomandata hi ta’ 80 mg darba kuljum. Mhux magħruf jekk dożi inqas minn 80 mg ta’ telmisartan humiex effettivi biex inaqqsu l-morbidità kardjovaskulari.

Meta tibda t-terapija b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbidità kardjovaskulari, monitoraġġ mill-qrib tal-pressjoni tad-demm hu rakkomandat, u jekk ikun xieraq għandu mnejn ikun meħtieġ li jsir aġġustament tal-mediċini li jnaqqsu l-pressjoni tad-demm.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi

Hemm esperjenza limitata disponibbli f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi li qegħdin fuq emodijalisi. Doża tal-bidu aktar baxxa ta’ 20 mg hi rakkomandata f’dawn il-pazjenti (ara sezzjoni 4.4). M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fil-pożoloġija għal pazjenti li għandhom indeboliment renali minn ħafif sa moderat.

Pazjenti b’indeboliment tal-fwied

Tolura hu kontraindikat f’pazjenti b’indeboliment serju tal-fwied (ara sezzjoni 4.3).

F’pazjenti b’indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat, il-pożoloġija m’għandhiex taqbeż 40 mg darba kuljum (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti anzjani

L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ għal pazjenti anzjani.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Tolura fi tfal u adolexxenti li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

Dejta disponibbli attwalment hi deskritta fis-sezzjonijiet 5.1 u 5.2 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-pożoloġija ma tista’ tingħata.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pilloli telmisartan huma biex jingħataw darba kuljum mill-ħalq u għandhom jittieħdu flimkien ma’ likwidu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu qabel tmiss il-prodott mediċinali jew qabel tamministra l-prodott mediċinali

Telmisartan għandu jinżamm fil-folja ssiġillata minħabba l-karatteristika igroskopika tal-pilloli. Il- pilloli għandhom jinħarġu mill-folja ftit qabel l-għoti (ara sezzjoni 6.6).

4.3Kontraindikazzjonijiet

-Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1

-It-tieni u t-tielet trimestru tat-tqala u t-treddigħ (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.6)

-Disturbi ostruttivi biljari

-Indeboliment sever epatiku

L-użu fl-istess ħin ta’ Tolura ma’ prodotti li jkun fihom aliskiren hu kontraindikat f’pazjenti b’dijabete mellitus jew indeboliment tal-kliewi (GFR < 60 ml/min/1.73 m2) (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.1).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Tqala

Antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jinbdew waqt it-tqala. Ħlief jekk it-tkomplija tal-kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il-pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l-pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-tqala. Meta t- tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf

immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.6).

Indeboliment epatiku

Tolura m’għandhiex tingħata lil pazjenti b’kolestasi, b’disturbi ostruttivi tal-marrara jew li għandhom insuffiċjenza severa epatika (ara sezzjoni 4.3), għax telmisartan huwa eliminat fil-biċċa l-kbira tiegħu mal-bili. Jista’ jkun mistenni li dawn il-pazjenti jkollhom rata ta’ tneħħija epatika mnaqqsa għal telmisartan. Tolura għandha tintuża biss b’attenzjoni f’pazjenti li għandhom indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat.

Pressjoni għolja renovaskulari

Hemm riskju ogħla ta’ pressjoni baxxa severa u insuffiċjenza renali meta pazjenti bi stenosi bilaterali fl-arterja renali jew bi stenosi tal-arterja għal kilwa waħda li tkun taħdem, ikunu kkurati bi prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin-aldosterone.

Indeboliment renali u trapjant renali

Meta Tolura tintuża f’pazjenti li għandhom indeboliment fil-funzjoni renali, monitoraġġ perjodiku tal-livelli tal-potassju u tal-kreatinina tas-serum hu rakkomandat. M’hemmx esperjenza dwar l-għoti ta’ Tolura f’pazjenti bi trapjant renali riċenti.

Ipovolemija intravaskulari

Pressjoni sintomatika baxxa ħafna, speċjalment wara l-ewwel doża ta’ Tolura, tista’ sseħħ f’pazjenti li għandhom volum u/jew sodium li jkun tnaqqas b’terapija dijuretika vigoruża, restrizzjoni tal-melħ fid- dieta, dijarea jew rimettar. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu kkoreġuti qabel ma tingħata Tolura. It-tnaqqis tal-volum u/jew tas-sodium għandu jiġi kkoreġut qabel ma’ tingħata Tolura.

Imblokk doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS)

Hemm evidenza li l-użu fl-istess ħin ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren iżid ir-riskju ta’ pressjoni baxxa, iperkalimja u tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi). Imblokk doppju ta’ RAAS permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren għalhekk mhuwiex rakkomandat (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.1).

Jekk terapija b’imblokk doppju tkun ikkunsidrata li hi assolutament meħtieġa, din għandha ssir biss taħt is-superviżjoni ta’ speċjalista u tkun suġġetta għal monitoraġġ frekwenti mill-qrib tal-funzjoni tal- kliewi, elettroliti u pressjoni tad-demm.

Inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl-istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

Kundizzjonijiet oħrajn bl-istimulazzjoni tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone

F’pazjenti fejn it-ton vaskulari u l-funzjoni renali jiddependu b’mod predominanti mill-attività tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (eż. pazjenti b’insuffiċjenza konġestiva severa tal-qalb jew li għandhom mard prinċipali renali, li jinkludi stenosi tal-arterja renali), il-kura bi prodotti mediċinali oħrajn li jaffettwaw din is-sistema kienet assoċjata ma’ pressjoni baxxa ħafna akuta, iperażotemija, oligurja, jew b’mod rari ma’ insuffiċjenza renali akuta (ara sezzjoni 4.8).

Aldosteroniżmu primarju

Pazjenti b’aldosteroniżmu primarju ġeneralment mhux ser jirrispondu għal prodotti mediċinali kontra l-pressjoni għolja li jaġixxu permezz tal-inibizzjoni tas-sistema renin-angiotensin. Għalhekk, l-użu ta’ telmisartan mhuwiex rakkomandat.

Stenosi tal-valv mitrali u aortiku, kardjomijopatija ipertropika ostruttiva

Bħal fil-każ ta’ mediċini oħrajn li jwessgħu l-arterji/vini, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil pazjenti li jbatu minn stenosi mitrali jew aortika, jew kardjomijopatija ipertropika ostruttiva.

Pazjenti dijabetiċi kkurati bl-insulina jew mediċini kontra d-dijabete

F’dawn pazjenti tista’ sseħħ ipogliċemija bil-kura b’telmisartan. Għalhekk, f’dawn il-pazjenti għandu jiġi kkunsidrat monitoraġġ adattat tal-glucose fid-demm; aġġustament fid-doża tal-insulina jew tal- mediċini kontra d-dijabete jista’ jkun meħtieġ, meta indikat.

Iperkalemija

L-użu ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin-aldosterone, jista’ jikkawża iperkalemija.

Fl-anzjani, f’pazjenti b’insuffiċjenza renali, f’pazjenti dijabetiċi, f’pazjenti li jkunu kkurati fl-istess ħin bi prodotti mediċinali oħrajn li jistgħu jżidu l-livelli tal-potassju, u/jew f’pazjenti b’avvenimenti interkurrenti, l-iperkalemija tista’ tkun fatali.

Qabel tikkunsidra l-użu fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin- aldosterone, il-proporzjon tal-benefiċċju/riskju għandu jkun evalwat.

Il-fatturi ewlenin tar-riskju għall-iperkalemija li għandhom ikunu kkunsidrati huma:

-Dijabete mellitus, indeboliment renali, età (> 70 sena).

-Kumbinazzjoni ma’ prodott mediċinali wieħed jew aktar li jaffettwaw is-sistema renin- angiotensin-aldosterone u/jew is-supplimenti tal-potassju. Prodotti mediċinali jew klassi terapewtika ta’ prodotti mediċinali li jistgħu jikkawżaw l-iperkalemija huma sostituti tal-melħ li fihom il-potassju, dijuretiċi li ma jneħħux potassju, inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, mediċini mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (li jinkludu inibituri COX-2 selettivi), eparina, immunosoppressur (cyclosporin jew tacrolimus), trimethoprim.

-Avvenimenti interkurrenti, b’mod partikulari d-deidrazzjoni, dikumpensazzjoni akuta kardijaka, aċidożi metabolika, funzjoni renali li tmur għall-agħar, kundizzjoni renali li tmur għall-agħar għal għarrieda (eż. mard infettiv), lisi ċellulari (eż. iskemija akuta fir-riġlejn jew fid-dirgħajn, rabdomijolosi, estensjoni tat-trawma).

Monitoraġġ mill-qrib tal-potassju fis-serum f’pazjenti li qegħdin f’riskju hu rakkomandat (ara sezzjoni 4.5).

Sorbitol

Il-pilloli ta’ Tolura fihom sorbitol (E420). Pazjenti li għandhom problemi ereditarji ta’ intolleranza għal fructose m’għandhomx jieħdu Tolura.

Lactose

Il-pilloli ta’ Tolura fihom lactose. Pazjenti li għandhom problemi ereditarji ta’ intolleranza għal galactose, id-defiċjenza ta’ Lapp lactase jew nuqqas ta’ assorbiment tajjeb ta’ glucose-galactose m’għandhomx jieħdu Tolura.

Differenzi etniċi

Bħal fil-każ ta’ inibituri tal-enzimi li jikkonvertu angiotensin, telmisartan u l-antagonisti ta’ angiotensin II l-oħrajn, jidher li huma anqas effettivi biex ibaxxu l-pressjoni tad-demm f’persuni suwed milli f’persuni li mhumiex suwed, possibbilment minħabba l-prevalenza ogħla ta’ livelli baxxi ta’ renin fil-popolazzjoni sewda bi pressjoni għolja.

Oħrajn

Bħal kull mediċina kontra l-pressjoni għolja, it-tnaqqis eċċessiv fil-pressjoni tad-demm f’pazjenti b’kardjopatija iskemika jew b’mard karjovaskulari iskemiku, jista’ jirriżulta f’infart mijokardijaku jew puplesija.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Digoxin

Meta telmisartan kien mogħti flimkien ma’ digoxin, ġew osservati żidiet medji fl-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma (49%) u fil-konċentrazzjonijiet l-aktar baxxi (20%) ta’ digoxin. Meta jinbeda, jiġi aġġustat u jiġi mwaqqaf telmisartan, il-livelli ta’ digoxin għandhom jiġu mmonitorjati sabiex jinżammu l-livelli fil-medda terapewtika.

Bħal fil-każ ta’ prodotti mediċinali oħra li jaġixxu fuq is-sistema renin-angiotensin-aldsterone, telemisartan jista’ jipprovoka iperkalemija (ara sezzjoni 4.4). Ir-riskju jista’ jikber f’każ ta’ kombinazzjoni ta’ trattament ma’ prodotti mediċinali oħra li jistgħu jipprovokaw iperkalemija (sostituti tal-melħ li fihom il-potassju, dijuretiċi li jirristrinġu t-tnixxija tal-potassju, inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, mediċini mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (NSAIDs li jinkludu inibituri COX-2 selettivi), eparina, immunosoppressuri (cyclosporin jew tacrolimus), u trimethoprim).

Il-każijiet ta’ iperkalemija jiddependu fuq fatturi marbuta mar-riskju. Ir-riskju jiżdied f’każ tal-kumbinazzjonijiet tal-kura msemmija hawn fuq. Ir-riskju hu partikularment għoli flimkien ma’ dijuretiċi li ma jneħħux potassju u meta jkunu assoċjati ma’ sostituti tal-melħ li fihom il-potassju. Kumbinazzjoni ma’ inibituri ta’ ACE jew NSAIDS, pereżempju, hija f’anqas riskju, bil-patt li l-prekawzjonijiet għall-użu jkunu segwiti b’mod strett.

L-użu fl-istess ħin mhuwiex rakkomandat

Dijuretiċi li ma jneħħux potassium jew supplimenti tal-potassium

Telf ta’ potassju ikkaġunat minn dijuretiċi huwa attenwat b’antagonisti tar-riċettaturi ta’ angiotensin II. Dijuretiċi li jirristringu t-tnixxija ta’ potassju, eż. spironolactone, eplerenone, triamterene, jew amiloride, supplimenti tal-potassju, jew sostituti tal-melħ li fihom il-potassju jistgħu jwasslu għal żieda sinifikanti fil-potassju fis-serum. Jekk l-użu fl-istess ħin ikun indikat minħabba li jkun hemm ipokalemija dokumentata, dawn għandhom jintużaw b’attenzjoni u b’monitoraġġ frekwenti tal- potassju fis-serum.

Lithium

Żidiet riversibbli fil-konċentrazzjonijiet tal-litju fis-serum u t-tossiċità kienu rrappurtati waqt l-għoti fl-istess ħin ta’ litju ma’ inibituri tal-enzimi li jikkonvertu angiotensin, u, ma’ antagonisti ta’ riċettaturi ta’ angiotensin II li jinkludu telmisartan. Jekk l-użu ta’ din il-kumbinazzjoni jkun meħtieġ, monitoraġġ b’attenzjoni tal-livelli tal-litju fis-serum hu rakkomandat.

L-użu fl-istess ħin jeħtieġ l-attenzjoni

Prodotti mediċinali mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni

NSAIDs (i.e. acetylsalicylic acid f’reġimens tad-dożaġġ kontra l-infjammazzjoni, inibituri COX-2 u NSAIDs mhux selettivi) jistgħu jnaqqsu l-effett kontra l-pressjoni għolja tal-antagonisti għar- riċettaturi ta’ angiotensin II. F’xi pazjenti li għandhom il-funzjoni renali kompromessa (eż. pazjenti deidratati jew pazjenti anzjani b’funzjoni renali kompromessa), l-għoti flimkien ta’ antagonisti għar- riċettaturi ta’ angiotensin II u sustanzi li jinibixxu cyclo-oxygenase, jista’ jirriżulta f’deterjorament addizzjonali tal-funzjoni renali, li jinkludi l-possibbiltà ta’ insuffiċjenza akuta renali, li normalment tkun riversibbli. Għalhekk, din il-kumbinazzjoni ta’ mediċini għandha tingħata bl-attenzjoni,

speċjalment lil persuni anzjani. Il-pazjenti għandhom jingħataw l-ilma b’mod adegwat u għandha tingħata konsiderazzjoni lill-monitoraġġ tal-funzjoni renali wara l-bidu ta’ terapija fl-istess ħin u perjodikament wara dan.

Fi studju wieħed l-għoti fl-istess ħin ta’ telmisartan u ramipril wassal għal żieda ta’ 2.5 darbiet fl-AUC0-24 u Cmax ta’ ramipril u ramiprilat. Ir-rilevanza klinika ta’ din l-osservazzjoni għadha mhix magħrufa.

Dijuretiċi (thiazide jew dijuretiċi loop)

Trattament minn qabel b’dożi qawwija ta’ dijuretiċi bħal furosemide (dijuretiku loop) u hydrochlorothiazide (dijuretiku tat-thiazide) jista’ jirriżulta fi tnaqqis sostanzjali tal-volum, u f’riskju ta’ pressjoni tad-demm baxxa ħafna meta tinbeda t-terapija b’telmisartan.

Konsiderazzjoni waqt l-għoti fl-istess ħin

Mediċini oħrajn kontra l-pressjoni għolja

L-effett ta’ telmisartan li jbaxxi l-pressjoni tad-demm jista’ jiżdied bl-użu fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali oħrajn kontra l-pressjoni għolja.

Dejta minn provi kliniċi wriet li imblokk doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS) permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren, hu assoċjat ma’ frekwenza ogħla ta’ avvenimenti avversi bħal pressjoni baxxa, iperkalimja u tnaqqis fil- funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi) meta mqabbel mal-użu ta’ sustanza waħda li taġixxi fuq RAAS (ara sezzjonijiet 4.3, 4.4 u 5.1).

Skont il-karatteristiċi farmakoloġiċi tagħhom, jista’ jkun mistenni li l-mediċini li ġejjin jistgħu jżidu l-effetti ipotensivi tal-mediċini kollha kontra l-pressjoni għolja, li jinkludu telmisartan: Baclofen, amifostine.

Flimkien ma’ dan, pressjoni tad-demm baxxa ħafna meta wieħed iqum bilwieqfa tista’ tiggrava permezz tal-alkoħol, barbiturati, mediċini narkotiċi jew mediċini kontra d-dipressjoni.

Kortikosterojdi (rotta sistemika)

Tnaqqis tal-effett kontra l-pressjoni għolja.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

L-użu ta’ antagonisti għar-riċetturi ta’ angiotensin II mhuwiex rakkomandat matul l-ewwel trimestru tat-tqala (ara sezzjoni 4.4). L-użu ta’ antagonisti għar-riċetturi ta’ angiotensin II hu kontraindikat matul it-tieni u t-tielet trimestru tat-tqala (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

M’hemmx biżżejjed tagħrif dwar l-użu ta’ Tolura f’nisa tqal. Studji fuq l-annimali wrew tossiċità riproduttiva (ara sezzjoni 5.3).

Evidenza epidemjoloġika dwar ir-riskju ta’ teratoġeniċità wara espożizzjoni għal inibituri ACE matul l-ewwel trimestru tat-tqala ma kinitx konklussiva; madankollu, żieda żgħira fir-riskju ma tistax tiġi eskluża. Filwaqt li m’hemm l-ebda dejta epidemjoloġika kkontrollata fuq ir-riskju b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, riskji simili jistgħu jkunu jeżistu għal din il-klassi ta’ mediċini. Ħlief jekk it-tkomplija tal-kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il-pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l-pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-tqala.

Meta t-tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva.

Espożizzjoni għall-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II matul it-tieni u t-tielet trimestri hu magħruf li jinduċi fetotossiċità (tnaqqis fil-funzjoni renali, oligoidramnijos, ittardjar fl-ossifikazzjoni tal-kranju) u tossiċità fit-trabi tat-twelid (insuffiċjenza renali, pressjoni baxxa, iperkalemija). (Ara sezzjoni 5.3). Jekk tkun seħħet espożizzjoni għal antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II mit-tieni trimestru tat-tqala, hu rakkomandat li jsir kontroll bl-ultrasound tal-funzjoni renali u tal-kranju.

Trabi li ommijiethom ikunu ħadu antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, għandhom ikunu taħt osservazzjoni mill-qrib għal pressjoni baxxa (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Treddigħ

Minħabba li mhemmx informazzjoni disponibbli dwar l-użu ta’ Tolura waqt it-treddigħ, Tolura mhux rakkomandat u trattamenti alternattivi għandhom jinstabu bi profili tas-sigurtà aħjar għal waqt it-treddigħ, speċjalment waqt it-treddigħ ta’ trabi għadhom jitwieldu jew dawk li twieldu qabel iż- żmien.

Fertilità

Fi studji ta’ qabel l-użu kliniku, ma kienu osservati l-ebda effetti ta’ Tolura fuq il-fertilità tal-irġiel u tan-nisa.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Meta ssuq il-vetturi jew tħaddem il-makkinarju, trid tiftakar li l-isturdament jew in-ngħas jistgħu xi kultant iseħħu meta wieħed ikun qed jieħu terapija kontra l-pressjoni għolja bħal Tolura.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Reazzjonijiet avversi serji tal-mediċina jinkludu reazzjoni anafilattika u anġjoedema li tista’ sseħħ rarament (≥1/10,000 sa <1/1,000), u insuffiċjenza akuta tal-kliewi.

L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi rrappurtati kienet ġeneralment komparabbli mal-plaċebo (41.4% vs 43.9%) fil-provi kkontrollati f’pazjenti kkurati għal pressjoni għolja. L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi ma kinitx marbuta mad-doża u ma wriet l-ebda korrelazzjoni mas-sess, ma’ l-età, jew mar- razza tal-pazjenti. Il-profil tas-sigurtà ta’ telmisartan f’pazjenti kkurati għal tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari kien konsistenti ma’ dak miksub f’pazjenti bi pressjoni għolja.

Ir-reazzjonijiet avversi għall-mediċina elenkati hawn taħt inġabru minn provi kliniċi kkontrollati f’pazjenti kkurati għal pressjoni għolja u minn rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Il-lista tikkunsidra wkoll reazzjonijiet avversi serji u reazzjonijiet avversi li jwasslu għal twaqqif tal-mediċina rrappurtat fi tliet studji kliniċi fit-tul li kienu jinkludu 21,642 pazjent ikkurati b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari għal sa sitt snin.

Sommarju tabulat ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi ġew ikklassifikati skont kategoriji ta’ frekwenza bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja:

komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000), rari ħafna (< 1/10,000).

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skont is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji:

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet:

Mhux komuni

Infezzjoni fl apparat tal-awrina li tinkludi ċistite, infezzjoni fl-apparat

respiratorju ta’ fuq li tinkludi farinġite u sinusite

Rari:

Sepsis li jista’ jwassal1 għal tmiem fatali

Disturbi fid-demm u fis-sistema limfatika

Mhux komuni

Anemija

Rari

Eosinofilija, tromboċitopenija

Disturbi tas-sistema immuni

Rari

Reazzjoni anafilattika, sensittività eċċessiva

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Mhux komuni

Iperkalemija

Rari:

Ipogliċemija (f’pazjenti dijabetiċi)

Disturbi psikjatriċi:

Mhux komuni

Nuqqas ta’ rqad, dipressjoni

Rari:

Ansjetà,

Disturbi tas-sistema nervuża

Mhux komuni

Sinkope

Rari:

Ngħas

Disturbi fl-għajnejn:

Rari:

Disturbi tal-vista

Disturbi fil-widnejn u fis-sistema labirintika:

Mhux komuni:

Vertiġini

Disturbi fil-qalb

Mhux komuni

Bradikardja

Rari

Takikardja

Disturbi vaskulari

Pressjoni baxxa2, pressjoni ortostatika baxxa

Mhux komuni

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Mhux komuni

Dispnea, sogħla

Rari ħafna:

Mard interstizjali tal-pulmun4

Disturbi gastrointestinali:

Mhux komuni:

Uġigħ ta’ żaqq, dijarea, dispepsja, gass, remettar

Rari:

Ħalq xott, skonfort fl-istonku, tibdil fis-sens tat-togħma

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Rari

Funzjoni tal-fwied mhux normali/disturbi fil-fwied3

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda:

Mhux komuni:

Ħakk, iperidrosi, raxx

Rari

Anġjoedema (ukoll b’riżultat fatali), ekżema, eritema, urtikarja,

eruzzjoni minħabba l-mediċina, eruzzjoni tossika tal-ġilda

Disturbi muskolu-skeletriċi u tat-tessut konnettiv:

Mhux komuni:

Uġigħ fid-dahar (eż. xjatika), spażmi tal-muskoli, mijalġja

Rari:

Artralġja, uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ fit-tendini (sintomi qishom

tendinite)

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

Mhux komuni

Indeboliment tal-kliewi li jinkludi falliment renali akut

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata:

Komuni:

Uġigħ fis-sider, astenja (dgħufija)

Rari:

Mard bħal tal-influwenza

Investigazzjonijiet

Mhux komuni

Kreatinina fid-demm ogħla,

Rari

Tnaqqis fl-emoglobina, aċidu uriku fid-demm ogħla, enzima epatika

ogħla, creatine phosphokinase fid-demm ogħla

1,2,3,4: għal deskrizzjonijiet addizzjonali, jekk jogħġbok ara sottosezzjoni “Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula”

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Sepsis

Fil-prova PRoFESS, kienet osservata żieda fl-inċidenza ta’ sepsis b’telmisartan meta mqabbel mal-plaċebo. L-avveniment jista’ jkun sejba b’kumbinazzjoni jew hu marbut ma’ mekkaniżmu li bħalissa mhuwiex magħruf (ara wkoll sezzjoni 5.1).

Pressjoni baxxa

Din ir-reazzjoni avversa kienet irrappurtata bħala komuni f’pazjenti bi pressjoni tad-demm ikkontrollata li kienu kkurati b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari flimkien ma’ kura standard.

Funzjoni anormali tal-fwied/disturb fil-fwied

Il-biċċa l-kbira ta’ każijiet ta’ funzjoni anormali tal-fwied/disturb tal-fwied minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, seħħew f’pazjenti Ġappuniżi. Hemm aktar ċans li pazjenti Ġappuniżi jkollhom dawn ir-reazzjonijiet avversi.

Mard interstizjali tal-pulmun

Każijiet ta’ mard interstizjali tal-pulmun ġew irrappurtati minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq f’assoċjazzjoni temporali mat-teħid ta’ telmisartan. Madankollu, assoċjazzjoni kawżali ma ġietx stabbilita.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Hemm biss tagħrif ristrett disponibbli dwar doża eċċessiva fil-bniedem.

Sintomi

Il-manifestazzjonijiet prinċipali li x’aktarx li jseħħu wara doża eċċessiva ta’ telmisartan kienu pressjoni tad-demm baxxa ħafna u takikardja; il-bradikardja, sturdament, żieda ta’ kreatinin fis-serum, u falliment akut fil-kliewi ġew rapportati wkoll.

Trattament

Telmisartan ma jitneħħiex permezz tal-emodijalisi. Il-pazjent għandu jkun immonitorjat mill-qrib, u l-kura għandha tkun sintomatika u ta’ appoġġ. L-immaniġġjar jiddependi fuq il-ħin minn meta d-doża tkun ittieħdet, u fuq is-severità tas-sintomi. Miżuri ssuġġeriti jinkludu li l-pazjent jiġi mġiegħel jirremetti u/jew il-ħasil ġastriku. Faħam attivat (activated charcoal) jista’ jkun utli fil-kura ta’ doża eċċessiva. Il-livelli tal-elettroliti u tal-kreatinina fis-serum għandhom ikunu mmonitorjati ta’ spiss.

Jekk il-pressjoni titbaxxa, il-pazjent għandu jinżamm mimdud fuq dahru, u jingħata malajr sostitut tal- melħ u tal-volum.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antagonisti ta’ Angiotensin II komuni, Kodiċi ATC: C09CA07.

Mekkaniżmu ta’azzjoni

Telmisartan hu antagonist tar-riċettur ta’ angiotensin II (tip AT1) li hu effettiv u speċifiku, u li jittieħed mill-ħalq. Telmisartan jieħu post angiotensin II b’affinità għolja ħafna mis-sit fejn jeħel fis-sottotip tar-riċettur AT1, li hu responsabbli għall-azzjonijiet magħrufa ta’ angiotensin II. Telmisartan ma jesibixxi l-ebda attività agonista parzjali għar-riċettur AT1. Telmisartan jeħel b’mod selettiv mar-riċettur AT1. It-twaħħil idum ħafna. Telmisartan ma jurix affinità għal riċetturi oħrajn, li jinkludu AT2 u riċetturi AT oħrajn anqas karatterizzati. Il-rwol funzjonali ta’ dawn ir-riċetturi mhuwiex magħruf, kif lanqas hu magħruf l-effett tal-istimulazzjoni żejda possibbli tagħhom minn angiotensin II, li l-livelli tiegħu jiżdiedu permezz ta’ telmisartan. Il-livelli ta’ aldosterone fil-plażma jitnaqqsu minn telmisartan. Telmisartan ma jinibixxix ir-renina fil-plażma umana jew jimblokka l-kanali tal-joni. Telmisartan ma jinibixxix l-enzima li tibdel angiotensin (kininase II), l-enzima li tiddegrada wkoll bradykinin. Għalhekk mhux mistenni li ssaħħaħ l-effetti avversi medjati minn bradykinin.

Fil-bniedem, doża ta’ 80 mg ta’ telmisartan kważi tinibixxi kompletament iż-żieda fil-pressjoni tad-demm ikkawżata minn angiotensin II. Dan l-effett inibitorju jinżamm għal 24 siegħa u jista’ jibqa’ jitkejjel sa 48 siegħa.

Effikaċja klinika u sigurtà

Trattament għal pressjoni għolja essenzjali

Wara l-ewwel doża ta’ telmisartan, l-attività kontra l-pressjoni għolja ssir evidenti gradwalment fi żmien 3 sigħat. It-tnaqqis massimu fil-pressjoni tad-demm ġeneralment jinkiseb bejn 4 sa 8 ġimgħat mill-bidu tal-kura, u jinżamm matul terapija fit-tul.

L-effett kontra l-pressjoni tad-demm jippersisti l-ħin kollu għal 24 siegħa wara d-dożaġġ, u jinkludi l-aħħar 4 sigħat qabel id-doża li jkun imiss, kif muri mill-kejl tal-pressjoni tad-demm ambulatorja. Dan hu kkonfermat mill-proporzjonijiet bejn il-livelli l-aktar baxxi imqabbla mal-ogħla livelli, li kienu aktar minn 80% b’mod konsistenti, osservati wara li ngħataw dożi ta’ 40 u 80 mg ta’ telmisartan fi provi kliniċi b’telmisartan ikkontrollati bi plaċebo. Hemm tendenza apparenti għal relazzjoni bejn doża u l-ħin tal-irkupru tal-linja bażi SBP. F’dan ir-rigward, id-dejta dwar DBP hi inkonsistenti.

F’pazjenti bi pressjoni għolja, telmisartan inaqqas kemm il-pressjoni sistolika u dik dijastolika, mingħajr ma jaffettwa r-rata tal-polz. Il-kontribuzzjoni tal-effett dijuretiku u natrijuretiku tal-mediċina għall-attività ipotensiva tagħha, għad trid tkun definita. L-effikaċja anti-ipertensiva ta’ telmisartan hi komparabbli ma’ dik ta’ mediċini li jirrappreżentaw kategoriji oħrajn ta’ mediċini anti-ipertensivi (dan intwera fi provi kliniċi li qabblu telmisartan ma’ amlodipine, atenolol, enalapril, hydrochlorothiazide, u lisinopril).

Meta l-kura b’telmisartan titwaqqaf ħesrem, il-pressjoni tad-demm terġa’ lura għal kif kienet qabel ma bdiet il-kura, fuq perjodu ta’ diversi ġranet, mingħajr ma’ jkun hemm ħjiel ta’ pressjoni għolja rebound.

L-inċidenza ta’ sogħla xotta kienet anqas b’mod sinifikanti f’pazjenti kkurati b’telmisartan milli f’dawk li ngħataw inibituri tal-enzimi li jibdlu l-angiotensin, fi provi kliniċi li qabblu direttament iż- żewġ kuri kontra l-pressjoni għolja.

Prevenzjoni Kardjovaskulari

ONTARGET (ONgoing Telmisartan Alone and in Combination with Ramipril Global Endpoint Trial

– Prova Għadejja ta' Telimisartan waħedha bil-punt ta' riferiment aħħari globali ta' Ramipril) qabbel l-effetti ta' telmisartan, ramipril u l-kombinazzjoni ta' telmisartan u ramipril fuq riżultati kardjovaskulari f'25620 pazjent li għandhom 55 sena jew aktar bi storja ta' mard fl-arterji koronarji, puplesija, TIA mard arterjali periferali jew dijabete melittus ta' tip 2 akkumpanjat b'evidenza ta' ħsara ta' tmiem tal-organu (eż. retinopatija, ipertrofija ventrkulari tax-xellug, makro jew mikroalbuminurja) li hi popolazzjoni li tinsab f'riskju ta' każijiet kardjovaskulari.

Il-pazjenti ġew magħżula b'mod każwali għal wieħed mit-tliet gruppi ta' kura li ġejjin: telmisartan 80 mg (n = 8576), ramipril 10 mg (n = 8576), jew il-kombinazzjoni ta' telmisartan 80 mg flimkien ma' ramipril 10 mg (n = 8502) u segwit għal ħin medja ta' osservazzjoni ta' 4.5 snin.

Telmisartan wera effetti simili għal ramipril fit-tnaqqis ta' punt aħħari kompost primarju ta' mewt kardjovaskulari, infart mijokardjali mhux fatali, puplesija li mhix fatali, jew it-teħid fl-isptar għall-insuffiċjenza konġestiva tal-qalb. L-inċidenza ta' punt aħħari primarju kienet simili fil-gruppi ta' telmisartan (16.7 %) u ramipril (16.5 %). Il-proporzjon ta' ħsara għal telmisartan kontra ramipril kien ta' (97.5 % CI 0.93 - 1.10, p (mhux ta' inferjorità) = 0.0019 f'marġni ta' 1.13). Ir-rata ta’ mortalità mill- kawżi kollha kienet ta’ 11.6% u 11.8% fost il-pazjenti kkurati b’telmisartan u ramipril rispettivament.

Telmisartan instab li hu effettiv daqs ramipiril fil-punt aħħari ta' referenza sekondarju sspeċifikat minn qabel dwar mewt kardjovaskulari, infart mijokardjali mhux fatali, u puplesija mhux fatali [0.99 (97.5 % CI 0.90 – 1.08), p (mhux ta’ inferjorità) = 0.0004], l-ewwel punt ta’ riferiment fl-istudju ta’ referenza HOPE (The Heart Outcomes Prevention Evaluation Study – L-Istudju ta’ Evalwazzjoni ta’ Prevenzjoni mir-Riżultati tal-Qalb), li stħarreġ l-effett ta’ ramipril kontra l-plaċebo.

Pazjenti intolleranti għal ACE-1 fl-istudju TRANSCEND magħżula b’mod każwali li b’danakolllu kellhom kriterji ta’ inklużjoni simili bħal ta’ ONTARGET għal telmisartan 80 mg (n=2954) jew plaċebo (n=2972), li t-tnejn ingħataw flimkien mal-kura standard. It-tul medjan ta’ follow up kien ta’ erba’ snin u tmien xhur. L-ebda differenza statistikament differenti fl-inċidenza tal-punt aħħari prinċipali kompost (mewt kardjovaskulari, infart mijokardjali mhux fatali, puplesija mhix fatali jew it- teħid fl-isptar għal falliment tal-qalb konġestiva) ma nstabet [15.7 % fit-telmisartan u 17.0 % fil- gruppi tal-plaċebo u bi proporzjon ta’ ħsara ta 0.92 (95 % CI 0.81 – 1.05, p = 0.22)]. Kien hemm evidenza li wera s-siwi ta’ telemisartan meta mqabbel mal-plaċebo fil-punt aħħari sekondarju kompost isspeċifikat minn qabel ta’ mewt kardjovaskulari, infart mijokardjali mhux fatali, u puplesija mhix fatali [0.87 (95 % CI 0.76 - 1.00, p = 0.048)]. Ma kienx hemm evidenza dwar is0siwi għal mortalità kardjovaskulari (proporzjon ta' ħsara 1.03, 95 % CI 0.85 – 1.24).

Is-sogħla u l-anġjoedema kienu rapportati inqas frekwentament f'pazjenti trattati b'telmisartan milli f'pazjenti trattati b'ramipiril, filwaqt li l-pressjoni baxxa kienet aktar rapportata frekwentament b'telmisartan.

Il-kombinazzjoni ta' telmisartan u ramipiril ma wassalx għal benefiċċju akbar milli kieku ramipiril jew telmisartan ingħataw waħedhom. Il-mortalità kardjovaskulari u l-mortalità minn kwalunkwe kawża kienu numerikament ogħla bil-kombinazzjoni. Barra minn hekk, kien hemm inċidenza ogħla ta' iperkalemja, falliment tal-kliewi, pressjoni baxxa u sinkope fid-driegħ ta' kombinazzjoni. Għalhekk l-użu ta' telmisartan u ramipril mhux rakkomandat f'din il-popolazzjoni.

Fil-prova “Reġimen ta’ prevenzjoni sabiex jiġu evitati attakki pupletiċi secondarji” magħrufa bħala (PRoFESS), li saret fuq pazjenti li għandhom 50 sena jew aktar, li riċentement kellhom attakk pupletiku, ġie nnotat li kien hemm inċidenza ogħla ta’ sepsis għal telmisartan meta mqabbel mal- plaċebo, 0.70 % kontra 0.49 % [RR 1.43 (95 % interval ta’ kunfidenza 1.00 - 2.06)]: l-inċidenza ta’ każijiet fatali ta’ sepsis żdiedet għal pazjenti li kienu qed jieħdu telmisartan (0.33 %) kontra pazjenti li kienu qed jieħdu l-plaċebo (0.16 %) [RR 2.07 (95 % intervall ta’ kunfidenza 1.14 - 3.76)]. Ir-rata ta’ każijiet ogħla osservati ta’ sepsis assoċjati mal-użu ta’ telmisartan tista’ tkun jew minn riżultat fortuitu jew mekkaniżmu mhux attwalment magħruf.

Żewġ provi kbar, ikkontrollati, li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali (ONTARGET (ONgoing Telmisartan Alone and in combination with Ramipril Global Endpoint Trial) u VA NEPHRON-D (The Veterans Affairs Nephropathy in Diabetes)) eżaminaw l-użu tal-kombinazzjoni ta’ inibitur ta’ ACE flimkien ma’ imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II.

ONTARGET kien studju li twettaq f’pazjenti bi storja medika ta’ mard kardjovaskulari jew ċerebrovaskulari, jew dijabete mellitus tip 2 akkumpanjat minn evidenza ta’ ħsara fl-organu aħħari. VA NEPHRON-D kien studju li twettaq f’pazjenti b’dijabete mellitus tip 2 u nefropatija dijabetika. Dawn l-istudji ma wrew l-ebda effett ta’ benefiċċju sinifikanti fuq ir-riżultati renali u/jew kardjovaskulari u l-mortalità, filwaqt li ġiet osservata żieda fir-riskju ta’ iperkalimja, ħsara akuta fil- kliewi u/jew pressjoni baxxa meta mqabbla ma’ monoterapija. Minħabba l-kwalitajiet farmakodinamiċi simili tagħhom, dawn ir-riżultati huma rilevanti wkoll għal inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II oħrajn.

Għalhekk, inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl- istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

ALTITUDE (Aliskiren Trial in Type 2 Diabetes Using Cardiovascular and Renal Disease Endpoints) kien studju maħsub biex jittestja l-benefiċċju li jiżdied aliskiren ma’ terapija standard ta’ inibitur ta’ ACE jew imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II f’pazjenti b’dijabete mellitus tip 2 u mard kroniku tal-kliewi, mard kardjovaskulari, jew it-tnejn. L-istudju twaqqaf kmieni minħabba żieda fir-riskju ta’ riżultati avversi. Mewt kardjovaskulari u puplesija t-tnejn kienu numerikament iktar frekwenti fil- grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo, u avvenimenti avversi u avvenimenti avversi serji ta’ interess (iperkalimja, pressjoni baxxa u disfunzjoni tal-kliewi) ġew irrappurtati b’mod iktar frekwenti fil-grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ telmisarta fi tfal u adolexxenti li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

L-effetti li jbaxxu l-pressjoni tad-demm taż-żewġ dożi ta’ telmisartan ġew evalwati f’76 pazjenti bi pressjoni għolja, li fil-biċċa l-kbira tagħhom kellhom piż żejjed, li kellhom minn 6 sa < 18-il sena (piż tal-ġisem ta’ ≥ 20 kg u ≤ 120 kg, medja ta’ 74.6 kg), wara li ħadu telmisartan 1 mg/kg (n = 29 ikkurati) jew 2 mg/kg (n = 31 ikkurati) fuq perjodu ta’ kura ta’ erba’ ġimgħat. Bl-inklużjoni il- preżenza ta’ pressjoni għolja sekondarja ma ġietx investigata. F’xi wħud mill-pazjenti investigati, id- dożi użati kienu ogħla minn dawk rakkomandati fil-kura ta’ pressjoni għolja fil-popolazzjoni adulta, u laħqu doża ta’ kuljum komparabbli għal 160 mg, li ġiet ittestjata fl-adulti. Wara aġġustament għall- effetti tal-grupp ta’ età, il-medja ta’ tibdil tal-SBP mil-linja bażi (oġġettiv primarju) kienet ta’ -

14.5 (1.7) mmHg fil-grupp ta’ telmisartan 2 mg/kg, -9.7 (1.7) mmHg fil-grupp ta’ telmisartan 1 mg/kg, u -6.0 (2.4) fil-grupp tal-plaċebo. It-tibdil aġġustat fid-DBP mil-linja bażi kienu ta’ -8.4 (1.5) mmHg, - 4.5 (1.6) mmHg u -3.5 (2.1) mmHg rispettivament. Il-bidla kienet tiddependi mid-doża. Id-dejta dwar is-sigurtà minn dan l-istudju f’pazjenti li kellhom minn 6 sa < 18-il sena dehret li kienet ġeneralment simili għal dik osservata fl-adulti. Is-sigurtà ta’ kura fit-tul b’telmisartan fit-tfal u fl-adolexxenti ma ġietx evalwata.

Żieda fl-eosinofili rrappurtata f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti ma ġietx osservata fl-adulti. Is-sinifikat u r-rilevanza klinika mhumiex magħrufa.

Din id-dejta klinika ma tippermettix li jsiru konklużjonijiet fuq l-effikaċja u s-sigurtà ta’ telmisartan fil-popolazzjoni pedjatrika bi pressjoni għolja.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

L-assorbiment ta’ telmisartan hu mgħaġġel, għalkemm l-ammont assorbit ivarja. Il-medja tal-bijodisponibilità assoluta għal telmisartan hi ta’ madwar 50 %. Meta telmisartan jittieħed mal-ikel, it-tnaqqis taż-żona taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni tal-plażma-żmien (AUC0-∞) ta’ telmisartan tvarja minn madwar 6 % (doża ta’ 40 mg) sa madwar 19 % (doża ta’ 160 mg). Sa 3 sigħat wara l-għoti ta’ telmisartan, il-konċentrazzjonijiet fil-plażma huma simili, kemm jekk telmisartan jittieħed ma’ ikel kif ukoll mingħajru.

Linearità/nuqqas ta’ linearità

It-tnaqqis żgħir fl-AUC mhux mistenni li jikkawża tnaqqis fl-effikaċja terapewtika. M’hemm l-ebda relazzjoni lineari bejn id-dożi u l-livelli tal-plażma. Is-Cmax u, fi grad anqas l-AUC, jiżdiedu b’mod sproporzjonat f’dożi ta’ aktar minn 40 mg.

Distribuzzjoni

Telmisartan fil-biċċa l-kbira tiegħu jeħel mal-proteina fil-plażma (> 99.5 %), primarjament mal-albumina u alpha-1 acid glycoprotein. Il-medja tal-istat fiss apparenti tal-volum tad-distribuzzjoni (Vdss) hija ta’ madwar 500 l.

Bijotrasformazzjoni

Telmisartan hu metabolat permezz ta’ konjugazzjoni għal glucuronide. L-ebda attività farmakoloġika ma ntweriet għall-konjugat.

Eliminazzjoni

Telmisartan hu kkaratterizzat minn farmakokinetiċi b’dekompożizzjoni bi-esponenzjali, b’half-life tal-eliminazzjoni terminali ta’ >20 siegħa. L-ogħla konċentrazzjoni fil-plażma (Cmax) u, fi grad anqas, iż-żona taħt il-kurva ta’ konċentrazzjoni fil-plażma-ħin (AUC), jiżdiedu b’mod sproporzjonat mad- doża. M’hemmx evidenza ta’ akkumulazzjoni ta’ telmisartan li hi klinikament rilevanti meta dan jittieħed fid-doża rakkomandata. Il-konċentrazzjonijiet fil-plażma kienu ogħla fin-nisa milli fl-irġiel, mingħajr ma kien hemm influwenza rilevanti fuq l-effikaċja.

Wara teħid mill-ħalq (u minn ġol-vina), telmisartan jiġi kważi eliminat kollu mal-ippurgar, primarjament bħala kompost mhux mibdul. L-eliminazzjoni kumulattiva fl-awrina hi ta’ <1 % tad- doża. It-tneħħija totali mill-plażma (Cltot) hi għolja (madwar 1,000 ml/min) meta mqabbla mal-fluss tad-demm epatiku (madwar 1,500 ml/min).

Popolazzjonijiet speċjali

Popolazzjoni pedjatrika

Il-farmakokinetika ta’ żewġ dożi ta’ telmisartan ġiet evalwata bħala objettiv sekondarju f’pazjenti bi pressjoni tad-demm għolja (n = 57) li kellhom minn 6 sa < 18-il sena wara li ħadu telmisartan 1 mg/kg jew 2 mg/kg fuq perjodu ta’ kura ta’ erba’ ġimgħat. L-objettivi farmakokinetiċi kienu jinkludu d-determinazzjoni tal-istat fiss ta’ telmisartan fit-tfal u adolexxenti, u investigazzjoni ta’ differenzi relatati mal-età. Għalkemm l-istudju kien żgħir wisq biex issir evalwazzjoni li tkun ta’ siwi farmakokinetiku fi tfal ta’ inqas minn 12-il sena, ir-riżultati kienu ġeneralment konsistenti mar- riżultati fl-adulti u kkonfermaw in-nonlinearità ta’ telmisartan, partikularment għas-Cmax.

Effetti tas-sess

Differenzi fil-konċentrazzjonijiet fil-plażma bejn is-sessi kienu osservati, bis-Cmax u l-AUC li kienu madwar 3 darbiet u darbtejn ogħla, rispettivament, fin-nisa meta mqabbla mal-irġiel.

Pazjenti anzjani

Il-farmakokinetiċi ta’ telmisartan ma jvarjawx bejn pazjenti anzjani u dawk iżgħar minn 65 sena.

Indeboliment tal-kliewi

F’pazjenti b’indeboliment renali minn moderat sa sever, l-irduppjar tal-konċentrazzjonijiet fil-plażma kien osservat. Madankollu, konċentrazzjonijiet fil-plażma aktar baxxi kienu ossevati f’pazjenti b’insuffiċjenza renali li kienu qegħdin fuq id-dijalisi. Telmisartan jeħel ħafna mal-proteina fil-plażma f’pazjenti b’insuffiċjenza renali, u ma jkunx jista’ jitneħħa permezz tad-dijalisi. Il-half-life tal-eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment renali.

Indeboliment tal-fwied

Studji farmakokinetiċi f’pazjenti b’indeboliment epatiku juru żieda fil-bijodisponibilità assoluta sa kważi 100 %. Il-half-life tal-eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment epatiku.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fi studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, id-dożi li pproduċew esponiment li kien komparabbli għal dak fil-medda terapewtika klinika, ikkawżaw tnaqqis fil-parametri taċ-ċelluli ħomor tad-demm (eritroċiti, emoglobina, ematokrit), u bidliet fl-emodinamiċi renali (żieda fin-nitrogen tal-urea u l-kreatinina fid-demm), kif ukoll żieda tal-potassju fis-serum f’annimali normotensivi. Fil-klieb it-twessiegħ tubulari renali u l-atrofija kienu osservati. Ħsara fil-mukuża gastrika (tgħawwir, ulċeri jew infjammazzjoni) kienu wkoll osservati fil-firien u fil-klieb. Dawn l-effetti mhux mixtieqa, medjati b’mod farmakoloġiku, magħrufa minn studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, kemm b’inibituri tal-enzimi li jibdlu l-angiotensin kif ukoll b’antagonisti għar-riċettaturi ta’ angiotensin II, kienu evitati b’teħid ta’ suppliment mielaħ mill-ħalq.

Fiż-żewġ speċi, żieda fl-attività tar-renin fil-plażma u ipertrofija/iperplasija taċ-ċelluli ġukstaglomerulari kienet osservata. Dawn il-bidliet, u anke l-effett tal-kategorija tal-inibituri tal- enzimi li jibdlu l-angiotensin u antagonisti oħrajn ta’ angiotensin II, ma jidhirx li għandhom sinifikat kliniku.

Ma ġiet osservata l-ebda evidenza ċara ta’ effett teratoġeniku, madankollu fil-livelli ta’ dożi ta’ telmisartan li kienu tossiċi, ġie osservat effett fuq l-iżvilupp wara t-twelid tal-frieħ, bħal piż baxx tal-ġisem u dewmien biex jinfetħu l-għajnejn.

Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ mutaġeniċità u ta’ attività klastoġenika rilevanti fi studji in vitro, u l-ebda evidenza ta’ karċinoġeneċità fil-firien u fil-ġrieden.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Povidone (K30)

Meglumine

Sodium hydroxide

Lactose monohydrate

Sorbitol (E420)

Magnesium stearate

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

6.5In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folja ta’ OPA/Al/PVC Al. Kull folja fiha 7 jew 10 pilloli

Daqsijiet ta’ pakketti ta’ 14, 28, 30, 56, 84, 90, 98 u 100, pillola ġo kaxxa.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali

7.ID-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

KRKA, d.d., Novo mesto, Šmarješka cesta 6, 8501 Novo mesto, Is-Slovenja

8.NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

14-il pillola: EU/1/10/632/001

28 pillola: EU/1/10/632/002

30 pillola: EU/1/10/632/003

56 pillola: EU/1/10/632/004

84 pillola: EU/1/10/632/005

90 pillola: EU/1/10/632/006

98 pillola: EU/1/10/632/007

100 pillola: EU/1/10/632/022

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 04 Ġunju 2010

Data tal-aħħar tiġdid: 19 Mar 2015

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Tolura 40 mg pilloli

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola fiha 40 mg telmisartan.

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 149.8 mg sorbitol (E420) u 57 mg lactose.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola

40 mg: pilloli ovali ta’ lewn bajdani għal kważi bajdani, mżaqqha fuq żewġ naħat

4. TAGĦRIF KLINIKU

4.1 Indikazzjonijiet terapewtiċi

Pressjoni għolja

Il-kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali fl-adulti.

Prevenzjoni kardjovaskulari

Tnaqqis fil-morbidità kardjovaskulari f’adulti bi:

-mard kardjovaskulari aterotrombotiku manifestat (storja ta’ mard koronarju tal-qalb, puplesija, jew mard arterjali periferali) jew

-dijabete melittus tip 2 bi ħsara dokumentata lil organu bersalljat.

4.2 Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Kura ta’ pressjoni tad-demm għolja essenzjali

Id-doża effettiva normalment hi ta’ 40 mg darba kuljum. Xi pazjenti jistgħu jibbenefikaw anke b’doża ta’ 20 mg kuljum. F’każijiet fejn il-pressjoni li trid tinkiseb ma tintlaħaqx, id-doża ta’ telmisartan tista’ tiżdied għal massimu ta’ 80 mg darba kuljum. Inkella, telmisartan jista’ jintuża flimkien ma’ tipi ta’ dijuretiċi tat-tip thiazide, bħal hydrochlorothiazide, li ntwera li għandu effett addizzjonali li jnaqqas il- pressjoni tad-demm b’telmisartan. Meta wieħed jikkunsidra ż-żieda fid-doża, irid iżomm f’moħħu li l-effett anti-ipertensiv ġeneralament jintlaħaq minn erba’ sa tmien ġimgħat wara l-bidu tal-kura (ara sezzjoni 5.1).

Prevenzjoni kardjovaskulari

Id-doża rakkomandata hi ta’ 80 mg darba kuljum. Mhux magħruf jekk dożi inqas minn 80 mg ta’ telmisartan humiex effettivi biex inaqqsu l-morbidità kardjovaskulari.

Meta tibda t-terapija b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbidità kardjovaskulari, monitoraġġ mill-qrib tal-pressjoni tad-demm hu rakkomandat, u jekk ikun xieraq għandu mnejn ikun meħtieġ li jsir aġġustament tal-mediċini li jnaqqsu l-pressjoni tad-demm.

Popolazzjonijiet speċjali

Pazjenti b’indeboliment tal-kliewi

Hemm esperjenza limitata disponibbli f’pazjenti b’indeboliment sever tal-kliewi li qegħdin fuq emodijalisi. Doża tal-bidu aktar baxxa ta’ 20 mg hi rakkomandata f’dawn il-pazjenti (ara sezzjoni 4.4). M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fil-pożoloġija għal pazjenti li għandhom indeboliment renali minn ħafif sa moderat.

Pazjenti b’indeboliment tal-fwied

Tolura hu kontraindikat f’pazjenti b’indeboliment serju tal-fwied (ara sezzjoni 4.3).

F’pazjenti b’indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat, il-pożoloġija m’għandhiex taqbeż 40 mg darba kuljum (ara sezzjoni 4.4).

Pazjenti anzjani

L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ għal pazjenti anzjani.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Tolura fi tfal u adolexxenti li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

Dejta disponibbli attwalment hi deskritta fis-sezzjonijiet 5.1 u 5.2 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-pożoloġija ma tista’ tingħata.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Il-pilloli telmisartan huma biex jingħataw darba kuljum mill-ħalq u għandhom jittieħdu flimkien ma’ likwidu mal-ikel jew fuq stonku vojt.

Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu qabel tmiss il-prodott mediċinali jew qabel tamministra l-prodott mediċinali

Telmisartan għandu jinżamm fil-folja ssiġillata minħabba l-karatteristika igroskopika tal-pilloli. Il- pilloli għandhom jinħarġu mill-folja ftit qabel l-għoti (ara sezzjoni 6.6).

4.3 Kontraindikazzjonijiet

-Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieћed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1

-It-tieni u t-tielet trimestru tat-tqala u t-treddigħ (ara sezzjonijiet 4.4 u 4.6)

-Disturbi ostruttivi biljari

-Indeboliment sever epatiku

L-użu fl-istess ħin ta’ Tolura ma’ prodotti li jkun fihom aliskiren hu kontraindikat f’pazjenti b’dijabete mellitus jew indeboliment tal-kliewi (GFR < 60 ml/min/1.73 m2) (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.1).

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Tqala

Antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jinbdew waqt it-tqala. Ħlief jekk it-tkomplija tal-kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il-pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l-pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-tqala. Meta t- tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf

immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.6).

Indeboliment epatiku

Tolura m’għandhiex tingħata lil pazjenti b’kolestasi, b’disturbi ostruttivi tal-marrara jew li għandhom insuffiċjenza severa epatika (ara sezzjoni 4.3), għax telmisartan huwa eliminat fil-biċċa l-kbira tiegħu mal-bili. Jista’ jkun mistenni li dawn il-pazjenti jkollhom rata ta’ tneħħija epatika mnaqqsa għal telmisartan. Tolura għandha tintuża biss b’attenzjoni f’pazjenti li għandhom indeboliment epatiku minn ħafif sa moderat.

Pressjoni għolja renovaskulari

Hemm riskju ogħla ta’ pressjoni baxxa severa u insuffiċjenza renali meta pazjenti bi stenosi bilaterali fl-arterja renali jew bi stenosi tal-arterja għal kilwa waħda li tkun taħdem, ikunu kkurati bi prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin-aldosterone.

Indeboliment renali u trapjant renali

Meta Tolura tintuża f’pazjenti li għandhom indeboliment fil-funzjoni renali, monitoraġġ perjodiku tal-livelli tal-potassju u tal-kreatinina tas-serum hu rakkomandat. M’hemmx esperjenza dwar l-għoti ta’ Tolura f’pazjenti bi trapjant renali riċenti.

Ipovolemija intravaskulari

Pressjoni sintomatika baxxa ħafna, speċjalment wara l-ewwel doża ta’ Tolura, tista’ sseħħ f’pazjenti li għandhom volum u/jew sodium li jkun tnaqqas b’terapija dijuretika vigoruża, restrizzjoni tal-melħ fid- dieta, dijarea jew rimettar. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiġu kkoreġuti qabel ma tingħata Tolura. It-tnaqqis tal-volum u/jew tas-sodium għandu jiġi kkoreġut qabel ma’ tingħata Tolura.

Imblokk doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS)

Hemm evidenza li l-użu fl-istess ħin ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren iżid ir-riskju ta’ pressjoni baxxa, iperkalimja u tnaqqis fil-funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi). Imblokk doppju ta’ RAAS permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren għalhekk mhuwiex rakkomandat (ara sezzjonijiet 4.5 u 5.1).

Jekk terapija b’imblokk doppju tkun ikkunsidrata li hi assolutament meħtieġa, din għandha ssir biss taħt is-superviżjoni ta’ speċjalista u tkun suġġetta għal monitoraġġ frekwenti mill-qrib tal-funzjoni tal- kliewi, elettroliti u pressjoni tad-demm.

Inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl-istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

Kundizzjonijiet oħrajn bl-istimulazzjoni tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone

F’pazjenti fejn it-ton vaskulari u l-funzjoni renali jiddependu b’mod predominanti mill-attività tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (eż. pazjenti b’insuffiċjenza konġestiva severa tal-qalb jew li għandhom mard prinċipali renali, li jinkludi stenosi tal-arterja renali), il-kura bi prodotti mediċinali oħrajn li jaffettwaw din is-sistema kienet assoċjata ma’ pressjoni baxxa ħafna akuta, iperażotemija, oligurja, jew b’mod rari ma’ insuffiċjenza renali akuta (ara sezzjoni 4.8).

Aldosteroniżmu primarju

Pazjenti b’aldosteroniżmu primarju ġeneralment mhux ser jirrispondu għal prodotti mediċinali kontra l-pressjoni għolja li jaġixxu permezz tal-inibizzjoni tas-sistema renin-angiotensin. Għalhekk, l-użu ta’ telmisartan mhuwiex rakkomandat.

Stenosi tal-valv mitrali u aortiku, kardjomijopatija ipertropika ostruttiva

Bħal fil-każ ta’ mediċini oħrajn li jwessgħu l-arterji/vini, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil pazjenti li jbatu minn stenosi mitrali jew aortika, jew kardjomijopatija ipertropika ostruttiva.

Pazjenti dijabetiċi kkurati bl-insulina jew mediċini kontra d-dijabete

F’dawn pazjenti tista’ sseħħ ipogliċemija bil-kura b’telmisartan. Għalhekk, f’dawn il-pazjenti għandu jiġi kkunsidrat monitoraġġ adattat tal-glucose fid-demm; aġġustament fid-doża tal-insulina jew tal- mediċini kontra d-dijabete jista’ jkun meħtieġ, meta indikat.

Iperkalemija

L-użu ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin-aldosterone, jista’ jikkawża iperkalemija.

Fl-anzjani, f’pazjenti b’insuffiċjenza renali, f’pazjenti dijabetiċi, f’pazjenti li jkunu kkurati fl-istess ħin bi prodotti mediċinali oħrajn li jistgħu jżidu l-livelli tal-potassju, u/jew f’pazjenti b’avvenimenti interkurrenti, l-iperkalemija tista’ tkun fatali.

Qabel tikkunsidra l-użu fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw is-sistema renin-angiotensin- aldosterone, il-proporzjon tal-benefiċċju/riskju għandu jkun evalwat.

Il-fatturi ewlenin tar-riskju għall-iperkalemija li għandhom ikunu kkunsidrati huma:

-Dijabete mellitus, indeboliment renali, età (> 70 sena).

-Kumbinazzjoni ma’ prodott mediċinali wieħed jew aktar li jaffettwaw is-sistema renin- angiotensin-aldosterone u/jew is-supplimenti tal-potassju. Prodotti mediċinali jew klassi terapewtika ta’ prodotti mediċinali li jistgħu jikkawżaw l-iperkalemija huma sostituti tal-melħ li fihom il-potassju, dijuretiċi li ma jneħħux potassju, inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, mediċini mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (li jinkludu inibituri COX-2 selettivi), eparina, immunosoppressur (cyclosporin jew tacrolimus), trimethoprim.

-Avvenimenti interkurrenti, b’mod partikulari d-deidrazzjoni, dikumpensazzjoni akuta kardijaka, aċidożi metabolika, funzjoni renali li tmur għall-agħar, kundizzjoni renali li tmur għall-agħar għal għarrieda (eż. mard infettiv), lisi ċellulari (eż. iskemija akuta fir-riġlejn jew fid-dirgħajn, rabdomijolosi, estensjoni tat-trawma).

Monitoraġġ mill-qrib tal-potassju fis-serum f’pazjenti li qegħdin f’riskju hu rakkomandat (ara sezzjoni 4.5).

Sorbitol

Il-pilloli ta’ Tolura fihom sorbitol (E420). Pazjenti li għandhom problemi ereditarji ta’ intolleranza għal fructose m’għandhomx jieħdu Tolura.

Lactose

Il-pilloli ta’ Tolura fihom lactose. Pazjenti li għandhom problemi ereditarji ta’ intolleranza għal galactose, id-defiċjenza ta’ Lapp lactase jew nuqqas ta’ assorbiment tajjeb ta’ glucose-galactose m’għandhomx jieħdu Tolura.

Differenzi etniċi

Bħal fil-każ ta’ inibituri tal-enzimi li jikkonvertu angiotensin, telmisartan u l-antagonisti ta’ angiotensin II l-oħrajn, jidher li huma anqas effettivi biex ibaxxu l-pressjoni tad-demm f’persuni suwed milli f’persuni li mhumiex suwed, possibbilment minħabba l-prevalenza ogħla ta’ livelli baxxi ta’ renin fil-popolazzjoni sewda bi pressjoni għolja.

Oħrajn

Bħal kull mediċina kontra l-pressjoni għolja, it-tnaqqis eċċessiv fil-pressjoni tad-demm f’pazjenti b’kardjopatija iskemika jew b’mard karjovaskulari iskemiku, jista’ jirriżulta f’infart mijokardijaku jew puplesija.

4.5 Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Digoxin

Meta telmisartan kien mogħti flimkien ma’ digoxin, ġew osservati żidiet medji fl-ogħla konċentrazzjonijiet fil-plażma (49%) u fil-konċentrazzjonijiet l-aktar baxxi (20%) ta’ digoxin. Meta jinbeda, jiġi aġġustat u jiġi mwaqqaf telmisartan, il-livelli ta’ digoxin għandhom jiġu mmonitorjati sabiex jinżammu l-livelli fil-medda terapewtika.

Bħal fil-każ ta’ prodotti mediċinali oħra li jaġixxu fuq is-sistema renin-angiotensin-aldsterone, telemisartan jista’ jipprovoka iperkalemija (ara sezzjoni 4.4). Ir-riskju jista’ jikber f’każ ta’ kombinazzjoni ta’ trattament ma’ prodotti mediċinali oħra li jistgħu jipprovokaw iperkalemija (sostituti tal-melħ li fihom il-potassju, dijuretiċi li jirristrinġu t-tnixxija tal-potassju, inibituri ta’ ACE, antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, mediċini mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni (NSAIDs li jinkludu inibituri COX-2 selettivi), eparina, immunosoppressuri (cyclosporin jew tacrolimus), u trimethoprim).

Il-każijiet ta’ iperkalemija jiddependu fuq fatturi marbuta mar-riskju. Ir-riskju jiżdied f’każ tal-kumbinazzjonijiet tal-kura msemmija hawn fuq. Ir-riskju hu partikularment għoli flimkien ma’ dijuretiċi li ma jneħħux potassju u meta jkunu assoċjati ma’ sostituti tal-melħ li fihom il-potassju. Kumbinazzjoni ma’ inibituri ta’ ACE jew NSAIDS, pereżempju, hija f’anqas riskju, bil-patt li l-prekawzjonijiet għall-użu jkunu segwiti b’mod strett.

L-użu fl-istess ħin mhuwiex rakkomandat

Dijuretiċi li ma jnixxux potassju jew supplimenti tal-potassju

Telf ta’ potassju ikkaġunat minn dijuretiċi huwa attenwat b’antagonisti tar-riċettaturi ta’ angiotensin II. Dijuretiċi li jirristringu t-tnixxija ta’ potassju, eż. spironolactone, eplerenone, triamterene, jew amiloride, supplimenti tal-potassju, jew sostituti tal-melħ li fihom il-potassju jistgħu jwasslu għal żieda sinifikanti fil-potassju fis-serum. Jekk l-użu fl-istess ħin ikun indikat minħabba li jkun hemm ipokalemija dokumentata, dawn għandhom jintużaw b’attenzjoni u b’monitoraġġ frekwenti tal- potassju fis-serum.

Lithium

Żidiet riversibbli fil-konċentrazzjonijiet tal-litju fis-serum u t-tossiċità kienu rrappurtati waqt l-għoti fl-istess ħin ta’ litju ma’ inibituri tal-enzimi li jikkonvertu angiotensin, u, ma’ antagonisti ta’ riċettaturi ta’ angiotensin II li jinkludu telmisartan. Jekk l-użu ta’ din il-kumbinazzjoni jkun meħtieġ, monitoraġġ b’attenzjoni tal-livelli tal-litju fis-serum hu rakkomandat.

L-użu fl-istess ħin jeħtieġ l-attenzjoni

Prodotti mediċinali mhux sterojdi kontra l-infjammazzjoni

NSAIDs (i.e. acetylsalicylic acid f’reġimens tad-dożaġġ kontra l-infjammazzjoni, inibituri COX-2 u NSAIDs mhux selettivi) jistgħu jnaqqsu l-effett kontra l-pressjoni għolja tal-antagonisti għar- riċettaturi ta’ angiotensin II. F’xi pazjenti li għandhom il-funzjoni renali kompromessa (eż. pazjenti deidratati jew pazjenti anzjani b’funzjoni renali kompromessa), l-għoti flimkien ta’ antagonisti għar- riċettaturi ta’ angiotensin II u sustanzi li jinibixxu cyclo-oxygenase, jista’ jirriżulta f’deterjorament addizzjonali tal-funzjoni renali, li jinkludi l-possibbiltà ta’ insuffiċjenza akuta renali, li normalment tkun riversibbli. Għalhekk, din il-kumbinazzjoni ta’ mediċini għandha tingħata bl-attenzjoni, speċjalment lil persuni anzjani. Il-pazjenti għandhom jingħataw l-ilma b’mod adegwat u għandha

tingħata konsiderazzjoni lill-monitoraġġ tal-funzjoni renali wara l-bidu ta’ terapija fl-istess ħin u perjodikament wara dan.

Fi studju wieħed l-għoti fl-istess ħin ta’ telmisartan u ramipril wassal għal żieda ta’ 2.5 darbiet fl-AUC0-24 u Cmax ta’ ramipril u ramiprilat. Ir-rilevanza klinika ta’ din l-osservazzjoni għadha mhix magħrufa.

Dijuretiċi (thiazide jew dijuretiċi loop)

Trattament minn qabel b’dożi qawwija ta’ dijuretiċi bħal furosemide (dijuretiku loop) u hydrochlorothiazide (dijuretiku tat-thiazide) jista’ jirriżulta fi tnaqqis sostanzjali tal-volum, u f’riskju ta’ pressjoni tad-demm baxxa ħafna meta tinbeda t-terapija b’telmisartan.

Konsiderazzjoni waqt l-għoti fl-istess ħin

Mediċini oħrajn kontra l-pressjoni għolja

L-effett ta’ telmisartan li jbaxxi l-pressjoni tad-demm jista’ jiżdied bl-użu fl-istess ħin ta’ prodotti mediċinali oħrajn kontra l-pressjoni għolja.

Dejta minn provi kliniċi wriet li imblokk doppju tas-sistema renin-angiotensin-aldosterone (RAAS) permezz tal-użu kombinat ta’ inibituri ta’ ACE, imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II jew aliskiren, hu assoċjat ma’ frekwenza ogħla ta’ avvenimenti avversi bħal pressjoni baxxa, iperkalimja u tnaqqis fil- funzjoni tal-kliewi (li jinkludi insuffiċjenza akuta tal-kliewi) meta mqabbel mal-użu ta’ sustanza waħda li taġixxi fuq RAAS (ara sezzjonijiet 4.3, 4.4 u 5.1).

Skont il-karatteristiċi farmakoloġiċi tagħhom, jista’ jkun mistenni li l-mediċini li ġejjin jistgħu jżidu l-effetti ipotensivi tal-mediċini kollha kontra l-pressjoni għolja, li jinkludu telmisartan: Baclofen, amifostine.

Flimkien ma’ dan, pressjoni tad-demm baxxa ħafna meta wieħed iqum bilwieqfa tista’ tiggrava permezz tal-alkoħol, barbiturati, mediċini narkotiċi jew mediċini kontra d-dipressjoni.

Kortikosterojdi (rotta sistemika)

Tnaqqis tal-effett kontra l-pressjoni għolja.

4.6 Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

L-użu ta’ antagonisti għar-riċetturi ta’ angiotensin II mhuwiex rakkomandat matul l-ewwel trimestru tat-tqala (ara sezzjoni 4.4). L-użu ta’ antagonisti għar-riċetturi ta’ angiotensin II hu kontraindikat matul it-tieni u t-tielet trimestru tat-tqala (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

M’hemmx biżżejjed tagħrif dwar l-użu ta’ Tolura f’nisa tqal. Studji fuq l-annimali wrew tossiċità riproduttiva (ara sezzjoni 5.3).

Evidenza epidemjoloġika dwar ir-riskju ta’ teratoġeniċità wara espożizzjoni għal inibituri ACE matul l-ewwel trimestru tat-tqala ma kinitx konklussiva; madankollu, żieda żgħira fir-riskju ma tistax tiġi eskluża. Filwaqt li m’hemm l-ebda dejta epidemjoloġika kkontrollata fuq ir-riskju b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, riskji simili jistgħu jkunu jeżistu għal din il-klassi ta’ mediċini. Ħlief jekk it-tkomplija tal-kura bl-antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II tkun ikkunsidrata li hi essenzjali, il-pazjenti li jkunu qed jippjanaw li joħorġu tqal għandha tinbidlilhom il-kura għal waħda b’kura alternattiva b’mediċini kontra l-pressjoni għolja li għandhom profil tas-sigurtà stabbilit għall-użu fit-tqala.

Meta t-tqala tkun iddijanjostikata, il-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II għandha titwaqqaf immedjatament, u, jekk ikun xieraq, għandha tinbeda kura alternattiva.

Espożizzjoni għall-kura b’antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II matul it-tieni u t-tielet trimestri hu magħruf li jinduċi fetotossiċità (tnaqqis fil-funzjoni renali, oligoidramnijos, ittardjar fl-ossifikazzjoni tal-kranju) u tossiċità fit-trabi tat-twelid (insuffiċjenza renali, pressjoni baxxa, iperkalemija). (Ara sezzjoni 5.3). Jekk tkun seħħet espożizzjoni għal antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II mit-tieni trimestru tat-tqala, hu rakkomandat li jsir kontroll bl-ultrasound tal-funzjoni renali u tal-kranju.

Trabi li ommijiethom ikunu ħadu antagonisti tar-riċetturi ta’ angiotensin II, għandhom ikunu taħt osservazzjoni mill-qrib għal pressjoni baxxa (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

Treddigħ

Minħabba li mhemmx informazzjoni disponibbli dwar l-użu ta’ Tolura waqt it-treddigħ, Tolura mhux rakkomandat u trattamenti alternattivi għandhom jinstabu bi profili tas-sigurtà aħjar għal waqt it-treddigħ, speċjalment waqt it-treddigħ ta’ trabi għadhom jitwieldu jew dawk li twieldu qabel iż- żmien.

Fertilità

Fi studji ta’ qabel l-użu kliniku, ma kienu osservati l-ebda effetti ta’ Tolura fuq il-fertilità tal-irġiel u tan-nisa.

4.7 Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Meta ssuq il-vetturi jew tħaddem il-makkinarju, trid tiftakar li l-isturdament jew in-ngħas jistgħu xi kultant iseħħu meta wieħed ikun qed jieħu terapija kontra l-pressjoni għolja bħal Tolura.

4.8 Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Reazzjonijiet avversi serji tal-mediċina jinkludu reazzjoni anafilattika u anġjoedema li tista’ sseħħ rarament (≥1/10,000 sa <1/1,000), u insuffiċjenza akuta tal-kliewi.

L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi rrappurtati kienet ġeneralment komparabbli mal-plaċebo (41.4% vs 43.9%) fil-provi kkontrollati f’pazjenti kkurati għal pressjoni għolja. L-inċidenza ta’ reazzjonijiet avversi ma kinitx marbuta mad-doża u ma wriet l-ebda korrelazzjoni mas-sess, ma’ l-età, jew mar- razza tal-pazjenti. Il-profil tas-sigurtà ta’ telmisartan f’pazjenti kkurati għal tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari kien konsistenti ma’ dak miksub f’pazjenti bi pressjoni għolja.

Ir-reazzjonijiet avversi għall-mediċina elenkati hawn taħt inġabru minn provi kliniċi kkontrollati f’pazjenti kkurati għal pressjoni għolja u minn rapporti ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Il-lista tikkunsidra wkoll reazzjonijiet avversi serji u reazzjonijiet avversi li jwasslu għal twaqqif tal-mediċina rrappurtat fi tliet studji kliniċi fit-tul li kienu jinkludu 21642 pazjent ikkurati b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari għal sa sitt snin.

Sommarju tabulat ta’ reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi ġew ikklassifikati skont kategoriji ta’ frekwenza bl-użu tal-konvenzjoni li ġejja:

komuni ħafna (≥1/10); komuni (≥1/100 sa <1/10); mhux komuni (≥1/1,000 sa <1/100); rari (≥1/10,000 sa <1/1,000), rari ħafna (< 1/10,000).

F’kull sezzjoni ta’ frekwenza, l-effetti mhux mixtieqa għandhom jitniżżlu skont is-serjetà tagħhom. L-effetti li huma l-aktar serji għandhom jitniżżlu l-ewwel, segwiti minn dawk anqas serji:

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet:

Mhux komuni

Infezzjoni fl apparat tal-awrina li tinkludi ċistite, infezzjoni fl-apparat

respiratorju ta’ fuq li tinkludi farinġite u sinusite

Rari:

Sepsis li jista’ jwassal1 għal tmiem fatali

Disturbi fid-demm u fis-sistema limfatika

Mhux komuni

Anemija

Rari

Eosinofilija, tromboċitopenija

Disturbi tas-sistema immuni

Rari

Reazzjoni anafilattika, sensittività eċċessiva

Disturbi fil-metaboliżmu u n-nutrizzjoni

Mhux komuni

Iperkalemija

Rari:

Ipogliċemija (f’pazjenti dijabetiċi)

Disturbi psikjatriċi:

Mhux komuni

Nuqqas ta’ rqad, dipressjoni

Rari:

Ansjetà,

Disturbi tas-sistema nervuża

Mhux komuni

Sinkope

Rari:

Ngħas

Disturbi fl-għajnejn:

Rari:

Disturbi tal-vista

Disturbi fil-widnejn u fis-sistema labirintika:

Mhux komuni:

Vertiġini

Disturbi fil-qalb

Mhux komuni

Bradikardja

Rari

Takikardja

Disturbi vaskulari

Pressjoni baxxa2, pressjoni ortostatika baxxa

Mhux komuni

Disturbi respiratorji, toraċiċi u medjastinali

Mhux komuni

Dispnea, sogħla

Rari ħafna:

Mard interstizjali tal-pulmun4

Disturbi gastrointestinali:

Mhux komuni:

Uġigħ ta’ żaqq, dijarea, dispepsja, gass, remettar

Rari:

Ħalq xott, skonfort fl-istonku, tibdil fis-sens tat-togħma

Disturbi fil-fwied u fil-marrara

Rari

Funzjoni tal-fwied mhux normali/disturbi fil-fwied3

Disturbi fil-ġilda u fit-tessuti ta’ taħt il-ġilda:

Mhux komuni:

Ħakk, iperidrosi, raxx

Rari

Anġjoedema (ukoll b’riżultat fatali), ekżema, eritema, urtikarja,

eruzzjoni minħabba l-mediċina, eruzzjoni tossika tal-ġilda

Disturbi muskolu-skeletriċi u tat-tessut konnettiv:

Mhux komuni:

Uġigħ fid-dahar (eż. xjatika), spażmi tal-muskoli, mijalġja

Rari:

Artralġja, uġigħ fl-estremitajiet, uġigħ fit-tendini (sintomi qishom

tendinite)

Disturbi fil-kliewi u fis-sistema urinarja

Mhux komuni

Indeboliment tal-kliewi li jinkludi falliment renali akut

Disturbi ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata:

Komuni:

Uġigħ fis-sider, astenja (dgħufija)

Rari:

Mard bħal tal-influwenza

Investigazzjonijiet

Mhux komuni

Kreatinina fid-demm ogħla,

Rari

Tnaqqis fl-emoglobina, aċidu uriku fid-demm ogħla, enzima epatika

ogħla, creatine phosphokinase fid-demm ogħla

1,2,3,4: għal deskrizzjonijiet addizzjonali, jekk jogħġbok ara sottosezzjoni “Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula”

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Sepsis

Fil-prova PRoFESS, kienet osservata żieda fl-inċidenza ta’ sepsis b’telmisartan meta mqabbel mal-plaċebo. L-avveniment jista’ jkun sejba b’kumbinazzjoni jew hu marbut ma’ mekkaniżmu li bħalissa mhuwiex magħruf (ara wkoll sezzjoni 5.1).

Pressjoni baxxa

Din ir-reazzjoni tal-mediċina kienet irrappurtata bħala komuni f’pazjenti bi pressjoni tad-demm ikkontrollata li kienu kkurati b’telmisartan għat-tnaqqis ta’ morbożità kardjovaskulari flimkien ma’ kura standard.

Funzjoni anormali tal-fwied/disturb fil-fwied

Il-biċċa l-kbira ta’ każijiet ta’ funzjoni anormali tal-fwied/disturb tal-fwied minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq, seħħew f’pazjenti Ġappuniżi. Hemm aktar ċans li pazjenti Ġappuniżi jkollhom dawn ir-reazzjonijiet avversi.

Mard interstizjali tal-pulmun

Każijiet ta’ mard interstizjali tal-pulmun ġew irrappurtati minn esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq f’assoċjazzjoni temporali mat-teħid ta’ telmisartan. Madankollu, assoċjazzjoni kawżali ma ġietx stabbilita.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9 Doża eċċessiva

Hemm biss tagħrif ristrett disponibbli dwar doża eċċessiva fil-bniedem.

Sintomi

Il-manifestazzjonijiet prinċipali li x’aktarx li jseħħu wara doża eċċessiva ta’ telmisartan kienu pressjoni tad-demm baxxa ħafna u takikardja; il-bradikardja, sturdament, żieda ta’ kreatinin fis-serum, u falliment akut fil-kliewi ġew rapportati wkoll.

Trattament

Telmisartan ma jitneħħiex permezz tal-emodijalisi. Il-pazjent għandu jkun immonitorjat mill-qrib, u l-kura għandha tkun sintomatika u ta’ appoġġ. L-immaniġġjar jiddependi fuq il-ħin minn meta d-doża tkun ittieħdet, u fuq is-severità tas-sintomi. Miżuri ssuġġeriti jinkludu li l-pazjent jiġi mġiegħel jirremetti u/jew il-ħasil ġastriku. Faħam attivat (activated charcoal) jista’ jkun utli fil-kura ta’ doża eċċessiva. Il-livelli tal-elettroliti u tal-kreatinina fis-serum għandhom ikunu mmonitorjati ta’ spiss. Jekk il-pressjoni titbaxxa, il-pazjent għandu jinżamm mimdud fuq dahru, u jingħata malajr sostitut tal-

melħ u tal-volum.

5. PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1 Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antagonisti ta’ Angiotensin II komuni, Kodiċi ATC: C09CA07.

Mekkaniżmu ta’azzjoni

Telmisartan hu antagonist tar-riċettur ta’ angiotensin II (tip AT1) li hu effettiv u speċifiku, u li jittieħed mill-ħalq. Telmisartan jieħu post angiotensin II b’affinità għolja ħafna mis-sit fejn jeħel fis-sottotip tar-riċettur AT1, li hu responsabbli għall-azzjonijiet magħrufa ta’ angiotensin II. Telmisartan ma jesibixxi l-ebda attività agonista parzjali għar-riċettur AT1. Telmisartan jeħel b’mod selettiv mar-riċettur AT1. It-twaħħil idum ħafna. Telmisartan ma jurix affinità għal riċetturi oħrajn, li jinkludu AT2 u riċetturi AT oħrajn anqas karatterizzati. Il-rwol funzjonali ta’ dawn ir-riċetturi mhuwiex magħruf, kif lanqas hu magħruf l-effett tal-istimulazzjoni żejda possibbli tagħhom minn angiotensin II, li l-livelli tiegħu jiżdiedu permezz ta’ telmisartan. Il-livelli ta’ aldosterone fil-plażma jitnaqqsu minn telmisartan. Telmisartan ma jinibixxix ir-renina fil-plażma umana jew jimblokka l-kanali tal-joni. Telmisartan ma jinibixxix l-enzima li tibdel angiotensin (kininase II), l-enzima li tiddegrada wkoll bradykinin. Għalhekk mhux mistenni li ssaħħaħ l-effetti avversi medjati minn bradykinin.

Fil-bniedem, doża ta’ 80 mg ta’ telmisartan kważi tinibixxi kompletament iż-żieda fil-pressjoni tad-demm ikkawżata minn angiotensin II. Dan l-effett inibitorju jinżamm għal 24 siegħa u jista’ jibqa’ jitkejjel sa 48 siegħa.

Effikaċja klinika u sigurtà

Trattament għal pressjoni għolja essenzjali

Wara l-ewwel doża ta’ telmisartan, l-attività kontra l-pressjoni għolja ssir evidenti gradwalment fi żmien 3 sigħat. It-tnaqqis massimu fil-pressjoni tad-demm ġeneralment jinkiseb bejn 4 sa 8 ġimgħat mill-bidu tal-kura, u jinżamm matul terapija fit-tul.

L-effett kontra l-pressjoni tad-demm jippersisti l-ħin kollu għal 24 siegħa wara d-dożaġġ, u jinkludi l-aħħar 4 sigħat qabel id-doża li jkun imiss, kif muri mill-kejl tal-pressjoni tad-demm ambulatorja. Dan hu kkonfermat mill-proporzjonijiet bejn il-livelli l-aktar baxxi imqabbla mal-ogħla livelli, li kienu aktar minn 80% b’mod konsistenti, osservati wara li ngħataw dożi ta’ 40 u 80 mg ta’ telmisartan fi provi kliniċi b’telmisartan ikkontrollati bi plaċebo. Hemm tendenza apparenti għal relazzjoni bejn doża u l-ħin tal-irkupru tal-linja bażi SBP. F’dan ir-rigward, id-dejta dwar DBP hi inkonsistenti.

F’pazjenti bi pressjoni għolja, telmisartan inaqqas kemm il-pressjoni sistolika u dik dijastolika, mingħajr ma jaffettwa r-rata tal-polz. Il-kontribuzzjoni tal-effett dijuretiku u natrijuretiku tal-mediċina għall-attività ipotensiva tagħha, għad trid tkun definita. L-effikaċja anti-ipertensiva ta’ telmisartan hi komparabbli ma’ dik ta’ mediċini li jirrappreżentaw kategoriji oħrajn ta’ mediċini anti-ipertensivi (dan intwera fi provi kliniċi li qabblu telmisartan ma’ amlodipine, atenolol, enalapril, hydrochlorothiazide, u lisinopril).

Meta l-kura b’telmisartan titwaqqaf ħesrem, il-pressjoni tad-demm terġa’ lura għal kif kienet qabel ma bdiet il-kura, fuq perjodu ta’ diversi ġranet, mingħajr ma’ jkun hemm ħjiel ta’ pressjoni għolja rebound.

L-inċidenza ta’ sogħla xotta kienet anqas b’mod sinifikanti f’pazjenti kkurati b’telmisartan milli f’dawk li ngħataw inibituri tal-enzimi li jibdlu l-angiotensin, fi provi kliniċi li qabblu direttament iż- żewġ kuri kontra l-pressjoni għolja.

Prevenzjoni Kardjovaskulari

ONTARGET (ONgoing Telmisartan Alone and in Combination with Ramipril Global Endpoint Trial

– Prova Għadejja ta' Telimisartan waħedha bil-punt ta' riferiment aħħari globali ta' Ramipril) qabbel l-effetti ta' telmisartan, ramipril u l-kombinazzjoni ta' telmisartan u ramipril fuq riżultati kardjovaskulari f'25620 pazjent li għandhom 55 sena jew aktar bi storja ta' mard fl-arterji koronarji, puplesija, TIA mard arterjali periferali jew dijabete melittus ta' tip 2 akkumpanjat b'evidenza ta' ħsara ta' tmiem tal-organu (eż. retinopatija, ipertrofija ventrkulari tax-xellug, makro jew mikroalbuminurja) li hi popolazzjoni li tinsab f'riskju ta' każijiet kardjovaskulari.

Il-pazjenti ġew magħżula b'mod każwali għal wieħed mit-tliet gruppi ta' kura li ġejjin: telmisartan 80 mg (n = 8576), ramipril 10 mg (n = 8576), jew il-kombinazzjoni ta' telmisartan 80 mg flimkien ma' ramipril 10 mg (n = 8502) u segwit għal ħin medja ta' osservazzjoni ta' 4.5 snin.

Telmisartan wera effetti simili għal ramipril fit-tnaqqis ta' punt aħħari kompost primarju ta' mewt kardjovaskulari, infart mijokardjali mhux fatali, puplesija li mhix fatali, jew it-teħid fl-isptar għall-insuffiċjenza konġestiva tal-qalb. L-inċidenza ta' punt aħħari primarju kienet simili fil-gruppi ta' telmisartan (16.7 %) u ramipril (16.5 %). Il-proporzjon ta' ħsara għal telmisartan kontra ramipril kien ta' (97.5 % CI 0.93 - 1.10, p (mhux ta' inferjorità) = 0.0019 f'marġni ta' 1.13). Ir-rata ta’ mortalità mill- kawżi kollha kienet ta’ 11.6% u 11.8% fost il-pazjenti kkurati b’telmisartan u ramipril rispettivament.

Telmisartan instab li hu effettiv daqs ramipiril fil-punt aħħari ta' referenza sekondarju sspeċifikat minn qabel dwar mewt kardjovaskulari, infart mijokardjali mhux fatali, u puplesija mhux fatali [0.99 (97.5

%

CI 0.90 – 1.08), p (mhux ta’ inferjorità) = 0.0004], l-ewwel punt ta’ riferiment fl-istudju ta’ referenza HOPE (The Heart Outcomes Prevention Evaluation Study – L-Istudju ta’ Evalwazzjoni ta’ Prevenzjoni mir-Riżultati tal-Qalb), li stħarreġ l-effett ta’ ramipril kontra l-plaċebo.

Pazjenti intolleranti għal ACE-1 fl-istudju TRANSCEND magħżula b’mod każwali li b’danakolllu kellhom kriterji ta’ inklużjoni simili bħal ta’ ONTARGET għal telmisartan 80 mg (n=2954) jew plaċebo (n=2972), li t-tnejn ingħataw flimkien mal-kura standard. It-tul medjan ta’ follow up kien ta’ erba’ snin u tmien xhur. L-ebda differenza statistikament differenti fl-inċidenza tal-punt aħħari prinċipali kompost (mewt kardjovaskulari, infart mijokardjali mhux fatali, puplesija mhix fatali jew it- teħid fl-isptar għal falliment tal-qalb konġestiva) ma nstabet [15.7 % fit-telmisartan u 17.0 % fil- gruppi tal-plaċebo u bi proporzjon ta’ ħsara ta 0.92 (95 % CI 0.81 – 1.05, p = 0.22)]. Kien hemm evidenza li wera s-siwi ta’ telemisartan meta mqabbel mal-plaċebo fil-punt aħħari sekondarju kompost isspeċifikat minn qabel ta’ mewt kardjovaskulari, infart mijokardjali mhux fatali, u puplesija mhix fatali [0.87 (95 % CI 0.76 - 1.00, p = 0.048)]. Ma kienx hemm evidenza dwar is0siwi għal mortalità kardjovaskulari (proporzjon ta' ħsara 1.03, 95 % CI 0.85 – 1.24).

Is-sogħla u l-anġjoedema kienu rapportati inqas frekwentament f'pazjenti trattati b'telmisartan milli f'pazjenti trattati b'ramipiril, filwaqt li l-pressjoni baxxa kienet aktar rapportata frekwentament b'telmisartan.

Il-kombinazzjoni ta' telmisartan u ramipiril ma wassalx għal benefiċċju akbar milli kieku ramipiril jew telmisartan ingħataw waħedhom. Il-mortalità kardjovaskulari u l-mortalità minn kwalunkwe kawża kienu numerikament ogħla bil-kombinazzjoni. Barra minn hekk, kien hemm inċidenza ogħla ta' iperkalemja, falliment tal-kliewi, pressjoni baxxa u sinkope fid-driegħ ta' kombinazzjoni. Għalhekk l-użu ta' telmisartan u ramipril mhux rakkomandat f'din il-popolazzjoni.

Fil-prova “Reġimen ta’ prevenzjoni sabiex jiġu evitati attakki pupletiċi secondarji” magħrufa bħala (PRoFESS), li saret fuq pazjenti li għandhom 50 sena jew aktar, li riċentement kellhom attakk pupletiku, ġie nnotat li kien hemm inċidenza ogħla ta’ sepsis għal telmisartan meta mqabbel mal- plaċebo, 0.70 % kontra 0.49 % [RR 1.43 (95 % interval ta’ kunfidenza 1.00 - 2.06)]: l-inċidenza ta’ każijiet fatali ta’ sepsis żdiedet għal pazjenti li kienu qed jieħdu telmisartan (0.33 %) kontra pazjenti li kienu qed jieħdu l-plaċebo (0.16 %) [RR 2.07 (95 % intervall ta’ kunfidenza 1.14 - 3.76)]. Ir-rata ta’ każijiet ogħla osservati ta’ sepsis assoċjati mal-użu ta’ telmisartan tista’ tkun jew minn riżultat fortuitu jew mekkaniżmu mhux attwalment magħruf.

Żewġ provi kbar, ikkontrollati, li fihom il-parteċipanti ntgħażlu b’mod każwali (ONTARGET (ONgoing Telmisartan Alone and in combination with Ramipril Global Endpoint Trial) u VA NEPHRON-D (The Veterans Affairs Nephropathy in Diabetes)) eżaminaw l-użu tal-kombinazzjoni ta’ inibitur ta’ ACE flimkien ma’ imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II.

ONTARGET kien studju li twettaq f’pazjenti bi storja medika ta’ mard kardjovaskulari jew ċerebrovaskulari, jew dijabete mellitus tip 2 akkumpanjat minn evidenza ta’ ħsara fl-organu aħħari. VA NEPHRON-D kien studju li twettaq f’pazjenti b’dijabete mellitus tip 2 u nefropatija dijabetika. Dawn l-istudji ma wrew l-ebda effett ta’ benefiċċju sinifikanti fuq ir-riżultati renali u/jew kardjovaskulari u l-mortalità, filwaqt li ġiet osservata żieda fir-riskju ta’ iperkalimja, ħsara akuta fil- kliewi u/jew pressjoni baxxa meta mqabbla ma’ monoterapija. Minħabba l-kwalitajiet farmakodinamiċi simili tagħhom, dawn ir-riżultati huma rilevanti wkoll għal inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II oħrajn.

Għalhekk, inibituri ta’ ACE u imblokkaturi tar-riċetturi ta’ angiotensin II m’għandhomx jintużaw fl- istess ħin f’pazjenti b’nefropatija dijabetika.

ALTITUDE (Aliskiren Trial in Type 2 Diabetes Using Cardiovascular and Renal Disease Endpoints) kien studju maħsub biex jittestja l-benefiċċju li jiżdied aliskiren ma’ terapija standard ta’ inibitur ta’ ACE jew imblokkatur tar-riċetturi ta’ angiotensin II f’pazjenti b’dijabete mellitus tip 2 u mard kroniku tal-kliewi, mard kardjovaskulari, jew it-tnejn. L-istudju twaqqaf kmieni minħabba żieda fir-riskju ta’ riżultati avversi. Mewt kardjovaskulari u puplesija t-tnejn kienu numerikament iktar frekwenti fil- grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo, u avvenimenti avversi u avvenimenti avversi serji ta’ interess (iperkalimja, pressjoni baxxa u disfunzjoni tal-kliewi) ġew irrappurtati b’mod iktar frekwenti fil-grupp ta’ aliskiren milli fil-grupp tal-plaċebo.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ telmisartan fi tfal u adolexxenti li għandhom inqas minn 18-il sena ma ġewx determinati s’issa.

L-effetti li jbaxxu l-pressjoni tad-demm taż-żewġ dożi ta’ telmisartan ġew evalwati f’76 pazjenti bi pressjoni għolja, li fil-biċċa l-kbira tagħhom kellhom piż żejjed, li kellhom minn 6 sa < 18-il sena (piż tal-ġisem ta’ ≥ 20 kg u ≤ 120 kg, medja ta’ 74.6 kg), wara li ħadu telmisartan 1 mg/kg (n = 29 ikkurati) jew 2 mg/kg (n = 31 ikkurati) fuq perjodu ta’ kura ta’ erba’ ġimgħat. Bl-inklużjoni il- preżenza ta’ pressjoni għolja sekondarja ma ġietx investigata. F’xi wħud mill-pazjenti investigati, id- dożi użati kienu ogħla minn dawk rakkomandati fil-kura ta’ pressjoni għolja fil-popolazzjoni adulta, u laħqu doża ta’ kuljum komparabbli għal 160 mg, li ġiet ittestjata fl-adulti. Wara aġġustament għall- effetti tal-grupp ta’ età, il-medja ta’ tibdil tal-SBP mil-linja bażi (oġġettiv primarju) kienet ta’ -

14.5 (1.7) mmHg fil-grupp ta’ telmisartan 2 mg/kg, -9.7 (1.7) mmHg fil-grupp ta’ telmisartan 1 mg/kg, u -6.0 (2.4) fil-grupp tal-plaċebo. It-tibdil aġġustat fid-DBP mil-linja bażi kienu ta’ -8.4 (1.5) mmHg, - 4.5 (1.6) mmHg u -3.5 (2.1) mmHg rispettivament. Il-bidla kienet tiddependi mid-doża. Id-dejta dwar is-sigurtà minn dan l-istudju f’pazjenti li kellhom minn 6 sa < 18-il sena dehret li kienet ġeneralment simili għal dik osservata fl-adulti. Is-sigurtà ta’ kura fit-tul b’telmisartan fit-tfal u fl-adolexxenti ma ġietx evalwata.

Żieda fl-eosinofili rrappurtata f’din il-popolazzjoni ta’ pazjenti ma ġietx osservata fl-adulti. Is-sinifikat u r-rilevanza klinika mhumiex magħrufa.

Din id-dejta klinika ma tippermettix li jsiru konklużjonijiet fuq l-effikaċja u s-sigurtà ta’ telmisartan fil-popolazzjoni pedjatrika bi pressjoni għolja.

5.2 Tagħrif farmakokinetiku

Assorbiment

L-assorbiment ta’ telmisartan hu mgħaġġel, għalkemm l-ammont assorbit ivarja. Il-medja tal-bijodisponibilità assoluta għal telmisartan hi ta’ madwar 50 %. Meta telmisartan jittieħed mal-ikel, it-tnaqqis taż-żona taħt il-kurva tal-konċentrazzjoni tal-plażma-żmien (AUC0-∞) ta’ telmisartan tvarja minn madwar 6 % (doża ta’ 40 mg) sa madwar 19 % (doża ta’ 160 mg). Sa 3 sigħat wara l-għoti ta’ telmisartan, il-konċentrazzjonijiet fil-plażma huma simili, kemm jekk telmisartan jittieħed ma’ ikel kif ukoll mingħajru.

Linearità/nuqqas ta’ linearità

It-tnaqqis żgħir fl-AUC mhux mistenni li jikkawża tnaqqis fl-effikaċja terapewtika. M’hemm l-ebda relazzjoni lineari bejn id-dożi u l-livelli tal-plażma. Is-Cmax u, fi grad anqas l-AUC, jiżdiedu b’mod sproporzjonat f’dożi ta’ aktar minn 40 mg.

Distribuzzjoni

Telmisartan fil-biċċa l-kbira tiegħu jeħel mal-proteina fil-plażma (> 99.5 %), primarjament mal-albumina u alpha-1 acid glycoprotein. Il-medja tal-istat fiss apparenti tal-volum tad-distribuzzjoni (Vdss) hija ta’ madwar 500 l.

Bijotrasformazzjoni

Telmisartan hu metabolat permezz ta’ konjugazzjoni għal glucuronide. L-ebda attività farmakoloġika ma ntweriet għall-konjugat.

Eliminazzjoni

Telmisartan hu kkaratterizzat minn farmakokinetiċi b’dekompożizzjoni bi-esponenzjali, b’half-life tal-eliminazzjoni terminali ta’ >20 siegħa. L-ogħla konċentrazzjoni fil-plażma (Cmax) u, fi grad anqas, iż-żona taħt il-kurva ta’ konċentrazzjoni fil-plażma-ħin (AUC), jiżdiedu b’mod sproporzjonat mad- doża. M’hemmx evidenza ta’ akkumulazzjoni ta’ telmisartan li hi klinikament rilevanti meta dan jittieħed fid-doża rakkomandata. Il-konċentrazzjonijiet fil-plażma kienu ogħla fin-nisa milli fl-irġiel, mingħajr ma kien hemm influwenza rilevanti fuq l-effikaċja.

Wara teħid mill-ħalq (u minn ġol-vina), telmisartan jiġi kważi eliminat kollu mal-ippurgar, primarjament bħala kompost mhux mibdul. L-eliminazzjoni kumulattiva fl-awrina hi ta’ <1 % tad- doża. It-tneħħija totali mill-plażma (Cltot) hi għolja (madwar 1,000 ml/min) meta mqabbla mal-fluss tad-demm epatiku (madwar 1,500 ml/min).

Popolazzjonijiet speċjali

Popolazzjoni pedjatrika

Il-farmakokinetika ta’ żewġ dożi ta’ telmisartan ġiet evalwata bħala objettiv sekondarju f’pazjenti bi pressjoni tad-demm għolja (n = 57) li kellhom minn 6 sa < 18-il sena wara li ħadu telmisartan 1 mg/kg jew 2 mg/kg fuq perjodu ta’ kura ta’ erba’ ġimgħat. L-objettivi farmakokinetiċi kienu jinkludu d-determinazzjoni tal-istat fiss ta’ telmisartan fit-tfal u adolexxenti, u investigazzjoni ta’ differenzi relatati mal-età. Għalkemm l-istudju kien żgħir wisq biex issir evalwazzjoni li tkun ta’ siwi farmakokinetiku fi tfal ta’ inqas minn 12-il sena, ir-riżultati kienu ġeneralment konsistenti mar- riżultati fl-adulti u kkonfermaw in-nonlinearità ta’ telmisartan, partikularment għas-Cmax.

Effetti tas-sess

Differenzi fil-konċentrazzjonijiet fil-plażma bejn is-sessi kienu osservati, bis-Cmax u l-AUC li kienu madwar 3 darbiet u darbtejn ogħla, rispettivament, fin-nisa meta mqabbla mal-irġiel.

Pazjenti anzjani

Il-farmakokinetiċi ta’ telmisartan ma jvarjawx bejn pazjenti anzjani u dawk iżgħar minn 65 sena.

Indeboliment tal-kliewi

F’pazjenti b’indeboliment renali minn moderat sa sever, l-irduppjar tal-konċentrazzjonijiet fil-plażma kien osservat. Madankollu, konċentrazzjonijiet fil-plażma aktar baxxi kienu ossevati f’pazjenti b’insuffiċjenza renali li kienu qegħdin fuq id-dijalisi. Telmisartan jeħel ħafna mal-proteina fil-plażma f’pazjenti b’insuffiċjenza renali, u ma jkunx jista’ jitneħħa permezz tad-dijalisi. Il-half-life tal-eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment renali.

Indeboliment tal-fwied

Studji farmakokinetiċi f’pazjenti b’indeboliment epatiku juru żieda fil-bijodisponibilità assoluta sa kważi 100 %. Il-half-life tal-eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment epatiku.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fi studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, id-dożi li pproduċew esponiment li kien komparabbli għal dak fil-medda terapewtika klinika, ikkawżaw tnaqqis fil-parametri taċ-ċelluli ħomor tad-demm (eritroċiti, emoglobina, ematokrit), u bidliet fl-emodinamiċi renali (żieda fin-nitrogen tal-urea u l-kreatinina fid-demm), kif ukoll żieda tal-potassju fis-serum f’annimali normotensivi. Fil-klieb it-twessiegħ tubulari renali u l-atrofija kienu osservati. Ħsara fil-mukuża gastrika (tgħawwir, ulċeri jew infjammazzjoni) kienu wkoll osservati fil-firien u fil-klieb. Dawn l-effetti mhux mixtieqa, medjati b’mod farmakoloġiku, magħrufa minn studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, kemm b’inibituri tal-enzimi li jibdlu l-angiotensin kif ukoll b’antagonisti għar-riċettaturi ta’ angiotensin II, kienu evitati b’teħid ta’ suppliment mielaħ mill-ħalq.

Fiż-żewġ speċi, żieda fl-attività tar-renin fil-plażma u ipertrofija/iperplasija taċ-ċelluli ġukstaglomerulari kienet osservata. Dawn il-bidliet, u anke l-effett tal-kategorija tal-inibituri tal- enzimi li jibdlu l-angiotensin u antagonisti oħrajn ta’ angiotensin II, ma jidhirx li għandhom sinifikat kliniku.

Ma ġiet osservata l-ebda evidenza ċara ta’ effett teratoġeniku, madankollu fil-livelli ta’ dożi ta’ telmisartan li kienu tossiċi, ġie osservat effett fuq l-iżvilupp wara t-twelid tal-frieħ, bħal piż baxx tal-ġisem u dewmien biex jinfetħu l-għajnejn.

Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ mutaġeniċità u ta’ attività klastoġenika rilevanti fi studji in vitro, u l-ebda evidenza ta’ karċinoġeneċità fil-firien u fil-ġrieden.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Povidone (K30)

Meglumine

Sodium hydroxide

Lactose monohydrate

Sorbitol (E420)

Magnesium stearate

6.2 Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

6.5 In-natura u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folja ta’ OPA/Al/PVC Al. Kull folja fiha 7 jew 10 pilloli

Daqsijiet ta’ pakketti ta’ 14, 28, 30, 56, 84, 90, 98 u 100, pillola ġo kaxxa.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7. ID-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

KRKA, d.d., Novo mesto, Šmarješka cesta 6, 8501 Novo mesto, Is-Slovenja

8. NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

14-il pillola: EU/1/10/632/008

28 pillola: EU/1/10/632/009

30 pillola: EU/1/10/632/010

56 pillola: EU/1/10/632/011

84 pillola: EU/1/10/632/012

90 pillola: EU/1/10/632/013

98 pillola: EU/1/10/632/014

100 pillola: EU/1/10/632/023

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 04 Ġunju 2010

Data tal-aħħar tiġdid: 19 Mar 2015

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

1. ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Tolura 80 mg pilloli

2. GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull pillola fiha 80 mg telmisartan.

Eċċipjenti b’effett magħruf:

Kull pillola fiha 299.7 mg sorbitol (E420) u 114 mg lactose.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3. GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola

80 mg: pilloli f’għamla ta’ kapsula ta’ lewn bajdani għal kważi bajdani, mżaqqha.fuq żewġ naħat

Il-farmakokinetika ta’ żewġ dożi ta’ telmisartan ġiet evalwata bħala objettiv sekondarju f’pazjenti bi pressjoni tad-demm għolja (n = 57) li kellhom minn 6 sa < 18-il sena wara li ħadu telmisartan 1 mg/kg jew 2 mg/kg fuq perjodu ta’ kura ta’ erba’ ġimgħat. L-objettivi farmakokinetiċi kienu jinkludu d- determinazzjoni tal-istat fiss ta’ telmisartan fit-tfal u adolexxenti, u investigazzjoni ta’ differenzi relatati mal-età. Għalkemm l-istudju kien żgħir wisq biex issir evalwazzjoni li tkun ta’ siwi farmakokinetiku fi tfal ta’ inqas minn 12-il sena, ir-riżultati kienu ġeneralment konsistenti mar-riżultati fl-adulti u kkonfermaw in-nonlinearità ta’ telmisartan, partikularment għas-Cmax.

Effetti tas-sess

Differenzi fil-konċentrazzjonijiet fil-plażma bejn is-sessi kienu osservati, bis-Cmax u l-AUC li kienu madwar 3 darbiet u darbtejn ogħla, rispettivament, fin-nisa meta mqabbla mal-irġiel.

Pazjenti anzjani

Il-farmakokinetiċi ta’ telmisartan ma jvarjawx bejn pazjenti anzjani u dawk iżgħar minn 65 sena.

Indeboliment tal-kliewi

F’pazjenti b’indeboliment renali minn moderat sa sever, l-irduppjar tal-konċentrazzjonijiet fil-plażma kien osservat. Madankollu, konċentrazzjonijiet fil-plażma aktar baxxi kienu ossevati f’pazjenti b’insuffiċjenza renali li kienu qegħdin fuq id-dijalisi. Telmisartan jeħel ħafna mal-proteina fil-plażma f’pazjenti b’insuffiċjenza renali, u ma jkunx jista’ jitneħħa permezz tad-dijalisi. Il-half-life tal-eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment renali.

Indeboliment tal-fwied

Studji farmakokinetiċi f’pazjenti b’indeboliment epatiku juru żieda fil-bijodisponibilità assoluta sa kważi 100 %. Il-half-life tal-eliminazzjoni ma tinbidilx f’pazjenti b’indeboliment epatiku.

5.3 Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Fi studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, id-dożi li pproduċew esponiment li kien komparabbli għal dak fil-medda terapewtika klinika, ikkawżaw tnaqqis fil-parametri taċ-ċelluli ħomor tad-demm (eritroċiti, emoglobina, ematokrit), u bidliet fl-emodinamiċi renali (żieda fin-nitrogen tal-urea u l-kreatinina fid-demm), kif ukoll żieda tal-potassju fis-serum f’annimali normotensivi. Fil-klieb it-twessiegħ tubulari renali u l-atrofija kienu osservati. Ħsara fil-mukuża gastrika (tgħawwir, ulċeri jew infjammazzjoni) kienu wkoll osservati fil-firien u fil-klieb. Dawn l-effetti mhux mixtieqa, medjati b’mod farmakoloġiku, magħrufa minn studji dwar is-sigurtà ta’ qabel l-użu kliniku, kemm b’inibituri tal-enzimi li jibdlu l-angiotensin kif ukoll b’antagonisti għar-riċettaturi ta’ angiotensin II, kienu evitati b’teħid ta’ suppliment mielaħ mill-ħalq.

Fiż-żewġ speċi, żieda fl-attività tar-renin fil-plażma u ipertrofija/iperplasija taċ-ċelluli ġukstaglomerulari kienet osservata. Dawn il-bidliet, u anke l-effett tal-kategorija tal-inibituri tal- enzimi li jibdlu l-angiotensin u antagonisti oħrajn ta’ angiotensin II, ma jidhirx li għandhom sinifikat kliniku.

Ma ġiet osservata l-ebda evidenza ċara ta’ effett teratoġeniku, madankollu fil-livelli ta’ dożi ta’ telmisartan li kienu tossiċi, ġie osservat effett fuq l-iżvilupp wara t-twelid tal-frieħ, bħal piż baxx tal-ġisem u dewmien biex jinfetħu l-għajnejn.

Ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ mutaġeniċità u ta’ attività klastoġenika rilevanti fi studji in vitro, u l-ebda evidenza ta’ karċinoġeneċità fil-firien u fil-ġrieden.

6. TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1 Lista ta’ eċċipjenti

Povidone (K30)

Meglumine

Sodium hydroxide

Lactose monohydrate

Sorbitol (E420)

Magnesium stearate

6.2 Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3 Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Sentejn.

6.4 Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30°C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

6.5 In-natura

u tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folja ta’ OPA/Al/PVC Al. Kull folja fiha 7 jew 10 pilloli

Daqsijiet ta’ pakketti ta’ 14, 28, 30, 56, 84, 90, 98 u 100, pillola ġo kaxxa.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6 Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7. ID-DETENTUR

TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

KRKA, d.d., Novo mesto, Šmarješka cesta 6, 8501 Novo mesto, Is-Slovenja

8. NUMRI TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

14-il pillola: EU/1/10/632/015

28 pillola: EU/1/10/632/016

30 pillola: EU/1/10/632/017

56 pillola: EU/1/10/632/018

84 pillola: EU/1/10/632/019

90 pillola: EU/1/10/632/020

98 pillola: EU/1/10/632/021

100 pillola: EU/1/10/632/024

9. DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 04 Ġunju 2010

Data tal-aħħar tiġdid: 19 Mar 2015

10. DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati