Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Tygacil (tigecycline) – Fuljett ta’ tagħrif - J01AA12

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaTygacil
Kodiċi ATCJ01AA12
Sustanzatigecycline
ManifatturPfizer Ltd.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Tygacil 50 mg trab għal soluzzjoni għall-infużjoni

Tigecycline

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tirċievi din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik jew it-tifel/tifla tiegħek.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-infermier tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Tygacil u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Tygacil

3.Kif għandek tieħu Tygacil

4.Effetti sekondarji li jista’ jkollu

5.Kif taħżen Tygacil

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Tygacil u għalxiex jintuża

Tygacil huwa antibijotiku tal-grupp glycylcycline li jaħdem billi jwaqqaf l-iżvilupp ta’ batterji li jikkaġunaw infezzjonijiet.

It-tabib tiegħek tak riċetta għal Tygacil minħabba li inti jew it-tifel/tifla tiegħek li għandhom mill- anqas 8 snin, għandkom wieħed mit-tipi differenti ta’ infezzjonijiet serji li ġejjin:

Infezzjoni ikkomplikata tal-ġilda u tat-tessuti rotob (it-tessuti ta’ taħt il-ġilda), għajr infezzjonijiet dijabetiċi tas-saqajn.

Infezzjoni ikkumplikata fl-addome

Tygacil jintuża biss meta t-tabib tiegħek jaħseb li antibijotiċi oħrajn mhumiex adattati.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Tygacil

Tużax Tygacil

jekk inti allerġiku għal tigecycline jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6). Jekk inti allerġiku għal antibijotiċi tal-kategorija ta’ tetracyclines (eż., minocycline, doxycycline, eċċ.), tista’ tkun allerġiku għal tigecycline.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek qabel tieħu Tygacil:

Jekk għandek ferita li qed ddum biex tfieq.

Jekk qed tbati minn dijarea qabel ma tingħata Tygacil. Jekk tiżviluppa dijarea waqt jew wara t- trattament tiegħek, għid lit-tabib tiegħek minnufih. Tieħux mediċina għad-dijarea mingħajr mal- ewwel tivverifika mat-tabib tiegħek.

Jekk qabel kellek xi effetti sekondarji minħabba antibijotiċi li jappartjenu għal kategorija ta’ tetracyclines (eż., sensitizzazzjoni tal-ġilda minħabba d-dawl tax-xemx, tbajja’ fi snien li qed jiżviluppaw, infjammazzjoni tal-frixa u bidla f’ċertu riżultati tal-laboratorju li jkejlu kif demmek jgħaqqad).

Jekk għandek, jew kellek problemi tal-fwied. Skont il-kundizzjoni tal-fwied tiegħek, it-tabib tiegħek jista’ jnaqqas id-doża sabiex jevita effetti sekondarji potenzjali.

Jekk għandek imblukkar tal-kanali tal-bili (kolestażi).

Matul kura b’Tygacil:

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa sintomi ta’ reazzjoni allerġika.

Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk tiżviluppa uġigħ addominali sever, dardir u rimettar. Dawn jistgħu jkunu sintomi ta’ pankreatite akuta (frixa infjammata li tista’ tirriżulta f’uġigħ addominali sever, dardir u rimettar).

F’ċerti infezzjonijiet severi, it-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li juża Tygacil f’kombinazzjoni ma’ antibijotiċi oħrajn.

It-tabib tiegħek sejjer jimmonitorjak mill-qrib għall-iżvilupp ta’ xi infezzjonijiet batterjali oħrajn. Jekk tiżviluppa infezzjoni batterjali oħra, it-tabib tiegħek jista’ jagħtik antibijotiku differenti speċifiku għat-tip ta’ infezzjoni preżenti.

Għalkemm antibijtoċi inkluż Tygacil jiġġieldu ċerti batterji, batterji u fungi oħrajn jistgħu jkomplu jikbru. Dan jissejjaħ tkabbir eċċessiv. It-tabib tiegħek sejjer jimmonitorjak mill-qrib għal kwalunkwe infezzjoni u sejjer jikkurak jekk ikun hemm bżonn.

Tfal

Tygacil ma għandux jintuża fi tfal li huma iżgħar minn 8 snin, minħabba nuqqas ta’ dejta dwar is- sigurtà u l-effikaċja f’dan il-grupp ta’ età u minħabba li jista' jinduċi difetti permanenti fis-snien bħal tbajja' fuq snien li jkunu għadhom qegħdin jiżviluppaw.

Mediċini oħra u Tygacil

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista' tieħu xi mediċina oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

Tygacil għandu mnejn iddewwem ċertu testijiet li jkejlu kemm idum biex jgħaqqad id-demm. Huwa importanti li tgħid it-tabib tiegħek jekk intix tieħu mediċini li jimpedixxu d-demm milli jagħqadb’mod eċċessiv (li jissejħu antikoagulanti). Jekk dan ikun il-każ, it-tabib tiegħek ser jissorveljak mill-qrib.

Tygacil jista’ jinterferixxi mal-pillola kontraċettiva (pillola li tikkontrolla t-twelidijiet). Kellem lit- tabib tiegħek dwar il-bżonn ta’ metodu addizzjonali ta’ kontraċezzjoni meta tirċievi Tygacil.

Tqala u treddigħ

Tygacil jista’ jikkaġuna ħsara fil-fetu. Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu Tygacil.

Mhux magħruf jekk Tygacil jgħaddix fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Staqsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel ma tredda’ lit-tarbija tiegħek.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Tygacil jista’ jikkawża effetti sekondarji bħal sturdamenti. Dan jista’ jtellef il-ħila tiegħek li ssuq jew tħaddem magni.

3.Kif għandek tieħu Tygacil

Tygacil ser jingħatlek minn tabib jew infermier.

Id-doża rrakkomandata fl-adulti hi ta’ 100 mg li tingħata fil-bidu, segwita b’50 mg kull 12-il siegħa. Din id-doża tingħata ġol-vina (direttament f’demmek) fuq perjodu ta’ 30 sa 60 minuta.

Id-doża rrakkomandata fi tfal li jkollhom minn 8 sa <12-il sena hi ta’ 1.2 mg/kg mogħtija kull 12-il siegħa ġol-vini sa doża massima ta’ 50 mg kull 12-il siegħa.

Id-doża rrakkomandata f’adolexxenti li jkollhom minn 12 sa <18-il sena hi ta’ 50 mg mogħtija kull 12- il siegħa.

Kors ta’ trattament ġeneralment idum sejjer għal 5 sa 14-il jum. It-tabib tiegħek ser jiddeċiedi għal kemm għandek tiġi trattat.

Jekk tieħu Tygacil aktar milli suppost

Jekk inti mħasseb li stajt ingħatajt aktar Tygacil milli suppost, kellem lit-tabib jew lill-infermier minnufih.

Jekk tinsa tieħu doża ta’ Tygacil

Jekk inti mħasseb li qbiżt xi doża, kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek minnufih.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Kolite psewdomembranuża tista’ sseħħ b’ħafna antibijotiċi li jinkludu Tygacil. Din tikkonsisti minn dijarea qawwija, persistenti u bid-demm u hija assoċjata ma’ wġigħ addominali jew deni, li jistgħu jkunu sinjali ta’ infjammazzjoni serja tal-imsaren, u li tista’ sseħħ waqt jew wara l-kura tiegħek.

Effetti sekondarji komuni ħafna huma (li jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna waħda minn kull 10):

Nawsja, rimettar, dijarea

Effetti sekondarji komuni huma (li jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn 10):

Axxessi (ġbir ta’ materja), infezzjonijiet

Kejl tal-laboratorju tal-ħila mnaqqsa li jgħaqqad id-demm fit-testijiet.

Sturdament

Irritazzjonijiet fil-vini mill-injezzjoni li jinkludu uġigħ, infjammazzjoni, nefħa u tgħaqqid tad- demm.

Uġigħ addominali, dispepsja (uġigħ fl-istonku u indiġestjoni), anoreksja (imur l-aptit)

Żieda fl-enzimi tal-fwied, iperbilirubinemija (eċċess tal-pigment tal-bila fid-demm)

Ħakk, raxx

Fejqan tal-feriti dgħajjef jew batut

Uġigħ ta’ ras

Żieda fl-amylase, li hu enzima li jinsab fil-glandoli tal-bżieq u l-frixa, żieda fin-nitroġenu tal- urea fid-demm (BUN)

Pulmonite

Livell baxx ta’ zokkor fid-demm

Sepsis (infezzjoni severa fil-ġisem u fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm)/xokk settiku (kundizzjoni medika serja li tista’ twassal għal falliment multiplu ta’ organi u l-mewt bħala riżultat ta’ sepsis)

Reazzjoni fil-lok tal-injezzjoni (uġigħ, ħmura, infjammazzjoni)

Livelli baxxi ta’ proteini fid-demm

Effetti sekondarji mhux komuni huma (li jistgħu jaffettwaw sa persuna waħda minn kull 100):

Pankreatite akuta (frixa infjammata li tista’ tikkaġuna uġigħ addominali qawwi, dardir u rimettar)

Suffejra (sfurija tal-kulur tal-ġilda), infjammazzjoni tal-fwied

Livelli baxxi ta' plejlits fid-demm (li jistgħu jwasslu għal tendenza miżjuda ta' fsada, u tbenġil/ematoma)

Effetti sekondarji mhux magħrufa huma (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejata disponibbli):

Anafilassi/reazzjonijiet anafilattojdi (li jistgħu jvarjaw minn ħfief sa severi, li jinkludu reazzjoni allerġika ġġeneralizzata li tista’ twassal għal xokk li jkun ta’ periklu għal ħajja [eż. diffikultà biex tieħu n-nifs, il-pressjoni tad-demm taqa’, polz mgħaġġel]).

Insuffiċjenza tal-fwied

Raxx tal-ġilda, li jista’ jwassal għal iffurmar ta’ bżieżaq u ta’ tqaxxir tal-ġilda serju (Sindrome ta’ Stevens-Johnson)

Livelli baxxi ta’ fibrinoġen fid-demm (proteina li hija involuta fl-għaqid tad-demm)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Tygacil

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Aħżen f’temperatura taħt 25 C. Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il- kunjett. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Ħażna wara l-preparazzjoni

Ġaladarba t-trab ikun sar f’soluzzjoni u ddilwit lest biex jintuża, il-mediċina għandha tingħatalek minnufih.

Is-soluzzjoni ta' Tygacil għandha tkun ta' kulur isfar għal oranġjo wara li ddub; jekk le, is-soluzzjoni għandha tintrema.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Tygacil

Is-sustanza attiva hi tigecycline. Kull kunjett fih 50 mg ta’ tigecycline.

Is-sustanzi l-oħra huma lactose monohydrate, hydrochloric acid, u sodium hydroxide

Kif jidher Tygacil u l-kontenut tal-pakkett

Tygacil jiġi f’kunjett bħala trab għal soluzzjoni għall-infużjoni u jidher bħala trab jew ċappa trab oranġjo qabel ma jiġi ddilwit. Dawn il-kunjetti huma ddistribwiti lill-isptar f’pakkett fi trej ta’ għaxar kunjetti. It-trab għandu jiġi mħallat fil-kunjett b’ammont żgħir ta’ soluzzjoni. Il-kunjett għandu jiġi ġentilment imdawwar sakemm il-mediċina tinħall. Minn hemm ’il quddiem, is-soluzzjoni rrikostitwita għandha titneħħa minnufih minn ġol-kunjett u għandha tiġi miżjuda ma’ borża jew reċipjent ieħor adattat għal infużjoni ta’ 100 ml fl-isptar.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni

Manifattur

għat-Tqegħid fis-Suq

Wyeth Lederle S.r.l.

Pfizer Limited

Via Franco Gorgone Z.I.

Ramsgate Road

95100 Catania (CT)

Sandwich

L-Italja

Kent CT13 9NJ

 

Ir-Renju Unit

 

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Luxembourg/Luxemburg

Pfizer Luxembourg SARL filialas

Pfizer S.A. / N.V.

Lietuvoje

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Tel. + 370 52 51 4000

България

Magyarország

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон

Pfizer Kft.

България

Tel: +36 1 488 3700

Teл:: +359 2 970 4333

 

Česká Republika

Malta

Pfizer s.r.o.

Vivian Corporation Ltd.

Tel: +420-283-004-111

Tel: +35621 344610

Danmark

Nederland

Pfizer ApS

Pfizer BV

Tlf: +45 44 201 100

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Deutschland

Norge

Pfizer Pharma PFE GmbH

Pfizer AS

Tel: +49 (0)800 8535555

Tlf: +47 67 526 100

Eesti

Österreich

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal

Pfizer Corporation Austria Ges.m.b.H.

Tel.: +372 666 7500

Ελλάδα

Polska

Pfizer ΕΛΛΑΣ Α.Ε.,

Pfizer Polska Sp. z o.o.,

Τηλ.: +30 210 67 85 800

Tel.: +48 22 335 61 00

España

Portugal

Pfizer GEP, S.L.

Laboratórios Pfizer, Lda.

Tel:+34914909900

Tel: (+351) 21 423 55 00

France

România

Pfizer PFE France

Pfizer Romania S.R.L

Tél +33 (0)1 58 07 34 40

Tel: +40 (0) 21 207 28 00

Hrvatska

Slovenija

Pfizer Croatia d.o.o.

Pfizer Luxembourg SARL

Tel: +385 1 3908 777

Pfizer, podružnica za svetovanje s

 

področja

 

farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

 

Tel.: + 386 (0) 1 52 11 400

Ireland

Slovenská Republika

Pfizer Healthcare Ireland

Pfizer Luxembourg SARL,

Tel: 1800 633 363 (toll free)

organizačná zložka

+44 (0)1304 616161

Tel: + 421 2 3355 5500

Ísland

Suomi/Finland

Icepharma hf

Pfizer Oy

Simi: +354 540 8000

Puh/Tel: +358 (0)9 430 040

Italia

Sverige

Pfizer Italia S.r.l.

Pfizer AB

Tel: +39 06 33 18 21

Tel: +46 (0)8 550 520 00

Κύπρος

United Kingdom

Pfizer ΕΛΛΑΣ Α.Ε. (Cyprus Branch),

Pfizer Limited,

Τηλ: +357 22 817690

Tel: +44 (0) 1304 616161

Latvijā

 

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā

 

Tel.: + 371 670 35 775

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europa.eu/.

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti fil-kura tas-saħħa:

Struzzjonijiet għal użu u mmaniġġjar (ara wkoll 3. kif jingħata tygacil f’dan il-fuljett)

It-trab għandu jiġi rrikostitwit b’5.3 ml ta’ soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%), soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ dextrose 50 mg/ml (5%) jew soluzzjoni Lactated Ringer’s għall- injezzjoni biex tinkiseb konċentrazzjoni ta’ 10 mg/ml ta’ tigecycline. Il-kunjett għandu jiġi ġentilment imdawwar sakemm is-sustanza attiva tinħall. Minn hemm ’il quddiem, 5 ml ta’ soluzzjoni rrikostitwita għandha tiġi immedjatament miġbuda mill-kunjett u miżjuda ma’ borża għal infużjoni fil-vini ta’

100 ml jew reċipjent ieħor adattat għall-infużjoni (eż. flixkun tal-ħġieġ).

Għal doża ta’ 100 mg, irrikostitwixxi billi tuża żewġ kunjetti f’borża għal infużjoni fil-vini ta’ 100 ml jew xi reċipjent ieħor adattat għall-infużjoni (eż. flixkun tal-ħġieġ).

Nota: Il-kunjett fih 6% overage. Għalhekk, 5 ml ta’ soluzzjoni rrikostitwita hija ekwivalenti għal

50 mg tas-sustanza attiva. Is-soluzzjoni rrikostitwita għandha tkun minn ta’ kulur isfar sa oranġjo; jekk le, is-soluzzjoni għandha tiġi mormija. Prodotti parenterali għandhom jiġu spezzjonati viżwalment għal frak u telf ta’ kulur (eż., aħdar jew iswed) qabel ma jingħataw.

Tigecycline għandu jingħata ġol-vina minn ġo pajp apposta għalih jew minn ġo sit-Y. Jekk l-istess pajp għal ġol-vini hu wżat għall-infuzjoni sekwenzjali ta’ bosta sustanzi attivi, il-pajp għandu jiġi maħsul qabel u wara l-infużjoni ta’ tigecycline jew b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) jew dextrose 50 mg/ml (5%) għall-injezzjoni. Għandha ssir injezzjoni b’infużjoni kompatibbli ma’ tigecycline u xi prodott(i) mediċinali ieħor(oħrajn) permezz ta’ dan il-pajp komuni.

Soluzzjonijiet għal ġol-vini kompatibbli jinkludu: soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%), soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ dextrose 50 mg/ml (5%), u soluzzjoni Lactated Ringer’s għall-injezzjoni.

Meta jkun mogħti minn ġo sit-Y, il-kompatibbilità ta’ tigecycline ddilwit f’sodium chloride 0.9% għall-injezzjoni tintwera bil-prodotti mediċinali jew dilwenti li ġejjin: amikacin, dobutamine, dopamine HCl, gentamicin, haloperidol, Lactated Ringer’s, lidocaine HCl, metoclopramide, morphine, norepinephrine, piperacillin/tazobactam (formulazzjoni EDTA), potassium chloride, propofol, ranitidine HCl, theophylline u tobramycin.

Tygacil m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn li għalihom dejta dwar il-kompatibilità mhijiex disponibbli.

Ġaladarba ikun rrikostitwit u dilwit fil-borża jew reċipjent tal-infużjoni ieħor adattat (eż. flixkun tal-ħġieġ), tigecycline għandu jintuża minnufih.

Għandu jintuża darba biss, b’kull soluzzjoni mhix użata għandha tiġi mormija.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati