Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Xeljanz (tofacitinib citrate) – Fuljett ta’ tagħrif - L04AA29

Updated on site: 10-Oct-2017

Isem tal-MediċinaXeljanz
Kodiċi ATCL04AA29
Sustanzatofacitinib citrate
ManifatturPfizer Limited

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent XELJANZ 5 mg pilloli miksija b’rita

tofacitinib

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

Minbarra dan il-fuljett, it-tabib tiegħek ser jagħtik ukoll Kard ta’ Allerta tal-Pazjent, li fiha informazzjoni importanti dwar is-sigurtà li teħtieġ li tkun konxju dwarhom qabel tingħata XELJANZ u waqt il-kura b’XELJANZ. Żomm din il-Kard ta’ Allerta tal-Pazjent miegħek.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu XELJANZ u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel tieħu XELJANZ

3.Kif għandek tieħu XELJANZ

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen XELJANZ

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu XELJANZ u għalxiex jintuża

XELJANZ hu mediċina li fiha is-sustanza attiva tofacitinib. Jintuża sabiex jikkura pazjenti adulti b’artrite rewmatika (RA) attiva moderata sa severa, marda li ddum fit-tul li tikkawża l-aktar uġigħ u nefħa fil-ġogi tiegħek.

XELJANZ jintuża flimkien ma’ methotrexate meta l-kura li tkun ingħatat qabel għall-artrite rewmatika ma tkunx biżżejjed jew ma tkunx ġiet ittollerata tajjeb. XELJANZ jista’ jittieħed waħdu jew ma’ mediċini oħra użati sabiex jikkuraw l-artrite rewmatika f’dawk il-każijiet meta l-kura b’methotrexate ma tkunx rakkomandata.

XELJANZ intwera li jnaqqas l-uġigħ u n-nefħa tal-ġogi u jtejjeb il-ħila li twettaq attivitajiet ta’ kuljum meta jingħata waħdu, jew flimkien ma’ methotrexate.

2. X’għandek tkun taf qabel tieħu XELJANZ

Tiħux XELJANZ:

-jekk inti allerġiku għal tofacitinib jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis- sezzjoni 6)

-jekk għandek infezzjoni severa bħal infezzjoni fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm jew tuberkulożi attiva.

-jekk ġejt infurmat li għandek problemi severi tal-fwied, inkluż iċ-ċirrożi (ċikatriċi tal-fwied)

-jekk inti tqila jew qed tredda’

Jekk m’intix ċert dwar kwalunkwe mill-informazzjoni pprovduta hawn fuq, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu XELJANZ:

-jekk taħseb li għandek infezzjoni jew għandek sintomi ta’ infezzjoni bħad-deni, għaraq, tertir, uġigħ fil-muskoli, sogħla, qtugħ ta’ nifs, bili ġodda jew bidla fil-bili, telf ta’ piż, ġilda sħuna jew ħamra jew li tikkawża l-uġigħ jew selħiet fuq il-ġisem tiegħek, diffikultà jew uġigħ meta tibla, dijarea jew uġigħ ta’ stonku, ħruq meta tagħmel l-awrina jew tagħmel l-awrina aktar min- normal, tħossok għajjien ħafna

-jekk għandek xi kundizzjoni li żżid iċ-ċans tiegħek ta’ infezzjoni (eż., dijabete, HIV/AIDS, jew sistema immunitarja dgħajfa)

-jekk għandek kwalunkwe tip ta’ infezzjoni, qed tiġi kkurat għal kwalunkwe infezzjoni, jew jekk għandek infezzjonijiet rikorrenti. Għid lit-tabib tiegħek minnufih jekk qed tħossok ma tiflaħx. XELJANZ jista’ jnaqqas il-ħila tal-ġisem tiegħek sabiex jirrispondi għall-infezzjonijiet u jista’ jagħmel infezzjoni eżistenti agħar jew iżid iċ-ċans li jkollok infezzjoni ġdida.

-jekk għandek jew kellek storja ta’ tuberkulożi jew kont f’kuntatt mill-qrib ma’ xi ħadd bit- tuberkulożi. It-tabib tiegħek ser jittestjak għat-tuberkulożi qabel ma tibda XELJANZ u jista’ jerġa’ jagħmel test mill-ġdid waqt il-kura

-jekk għandek kwalunkwe marda kronika tal-pulmun

-jekk għandek problemi bil-fwied

-jekk għandek jew kellek storja ta’ epatite B jew epatite C (virusijiet li jaffetwaw il-fwied). Il- virus jista’ jsir attiv waqt li qed tieħu XELJANZ. It-tabib tiegħek jista’ jagħmel testijiet tad- demm għall-epatite qabel ma tibda l-kura b’XELJANZ u waqt li qed tieħu XELJANZ

-jekk qatt kellek xi tip ta’ kanċer. XELJANZ bħal mediċini oħrajn li jaffetwaw is-sistema immuni, jista’ jżid ir-riskju tiegħek ta’ ċerti kanċers. Il-limfoma u kanċers oħrajn (bħall-kanċers tal-pulmun, tas-sider, il-melanoma, tal-prostata u tal-frixa) ġew irrapportati f’pazjenti kkurati b’XELJANZ. Limfoma u kanċers oħrajn (bħal kanċer tal-pulmun, tas-sider, melanoma, kanċer tal-prostata u kanċer pankreatiku), ġew irrappurtati f’pazjenti kkurati b’XELJANZ. Jekk inti tiżviluppa kanċer waqt li tkun qed tieħu XELJANZ, it-tabib tiegħek se jirrevedi jekk għandux iwaqqaf il-kura b’XELJANZ

-jekk inti f’riskju għoli li tiżvilupp kanċer tal-ġilda, it-tabib tiegħek jista’ jirrakkomanda li jsirulek eżamijiet regolari tal-ġilda waqt li tkun qed tieħu XELJANZ

-jekk kellek infjammazzjoni tal-musrana l-kbira (divertikulite) jew ulċeri fl-istonku

jew fl-imsaren (ara sezzjoni 4)

-jekk għandek problemi bil-kliewi

-jekk qed tippjana li titlaqqam, għid lit-tabib tiegħek. Ċerta tipi ta’ vaċċini m’għandhomx jingħataw meta tieħu XELJANZ. Qabel ma tibda XELJANZ, għandek tkun aġġornat/a dwar it- tilqim kollu rrakkomandat

-jekk qed tippjana li jkollok operazzjoni jew proċedura medika. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi jekk tistax tingħata XELJANZ jekk qed tippjana li jkollok operazzjoni jew proċedura medika.

-jekk għandek problemi tal-qalb, pressjoni għolja tad-demm, jew kolesterol għoli

Testijiet addizzjonali ta’ monitoraġġ

It-tabib tiegħek għandu jagħmillek testijiet tad-demm qabel ma tibda tieħu XELJANZ, u wara 4 sa 8 ġimgħat ta’ kura u mbagħad kull 3 xhur, sabiex jiddetermina jekk għandekx għadd baxx taċ-ċelluli bojod tad-demm (newtrofili jew limfoċiti), jew għadd baxx taċ-ċelluli ħomor tad-demm (anemija).

M’għandekx tirċievi XELJANZ jekk l-għadd taċ-ċelluli bojod tad-demm (newtrofili jew limfoċiti) jew l-għadd taċ-ċelluli ħomor tad-demm tiegħek ikun baxx wisq. It-tabib tiegħek jista’ jwaqqaf il-kura tiegħek b’XELJANZ għal perjodu ta’ żmien jekk ikun hemm bżonn minħabba bidliet f’dawn ir- riżultati tat-testijiet tad-demm.

It-tabib tiegħek jista’ jwettaq testijiet oħrajn, pereżempju sabiex jiċċekkja l-livelli tal-kolesterol fid- demm tiegħek jew jimmonitorja s-saħħa tal-fwied tiegħek. It-tabib tiegħek għandu jittestja l-livelli tal- kolesterol 8 ġimgħat wara li tibda tirċievi XELJANZ. It-tabib tiegħek għandu jwettaq testijiet tal- fwied b’mod perjodiku.

Anzjani

Hemm rata ogħla ta’ infezzjonijiet f’pazjenti li għandhom 65 sena jew aktar. Għid lit-tabib tiegħek hekk kif tinnota kwalunkwe sinjal jew sintomu ta’ infezzjonijiet.

Pazjenti Asjatiċi

Hemm rata ogħla ta’ ħruq ta’ Sant’Antnin f’pazjenti Ġappuniżi u Koreani. Għid lit-tabib tiegħek jekk tinnota xi nfafet li jikkawżaw l-uġigħ fuq il-ġilda tiegħek.

Tfal u adolexxenti

XELJANZ mhuwiex irrakkomandat għall-użu fit-tfal jew fl-adolexxenti li għandhom inqas minn 18- il sena. Is-sigurtà u l-benefiċċji ta’ XELJANZ fit-tfal ma ġewx determinati s’issa.

Tista’ tkun f’riskju ogħla ta’ ċerti problemi tal-fwied. Għid lit-tabib tiegħek jekk tinnota xi diffikultajiet fit-teħid tan-nifs.

Mediċini oħra u XELJANZ

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra.

XELJANZ jista’ jintuża flimkien ma’ methotrexate jew xi kultant waħdu. B’mod ġenerali, inqas effetti sekondarji ġew osservati meta XELJANZ intuża waħdu.

Xi mediċini m’għandhomx jittieħdu ma’ XELJANZ. Jekk jittieħdu ma’ XELJANZ, jistgħu ibiddlu l- livell ta’ XELJANZ fil-ġisem tiegħek, u d-doża ta’ XELJANZ tista’ teħtieġ aġġustament. Għandek tgħid lit-tabib tiegħek jekk qed tuża xi mediċini (meħuda mill-ħalq) li fihom kwalunkwe sustanza minn dawn li ġejjin:

antibijotiċi bħal clarithromycin u rifampicin, użati sabiex jikkuraw infezzjonijiet batterjali

fluconazole, ketoconazole, clotrimazole, itraconazole, u voriconazole, użati sabiex jikkuraw infezzjonijiet fungali

XELJANZ mhuwiex irrakkomandat għall-użu ma’ mediċini li jdgħajfu lis-sistema immuni, li jinkludu ’l hekk imsejħa terapiji bijoloġiċi (antikorpi) immirati, bħal dawk li jinibixxu l-fattur tan-nekrożi tat- tumur, u immunosoppressanti kimiċi b’saħħithom li jinkludu azathioprine, tacrolimus u ciclosporine). Meta tieħu XEJLANZ ma’ dawn il-mediċini jista’ jkollok żieda fir-riskju ta’ effetti sekondarji li jinkludu infezzjoni.

Tqala u treddigħ

Jekk inti mara li jista’ jkollok it-tfal, għandek tuża kontraċezzjoni effettiva waqt il-kura b’XELJANZ u għal mill-anqas 4 ġimgħat wara l-aħħar doża.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina. XELJANZ m’għandux jintuża waqt it-tqala. Għid lit- tabib tiegħek minnufih jekk tinqabad tqila waqt li qed tieħu XELJANZ.

Jekk qed tieħu XELJANZ u qed tredda’, għandek tieqaf tredda’ sakemm titkellem mat-tabib tiegħek dwar il-waqfien mill-kura b’XELJANZ.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

XELJANZ m’għandu l-ebda effett jew għandu effett limitat fuq il-ħila tiegħek biex issuq u tħaddem magni.

XELJANZ fih il-lactose

Din il-mediċina fiha bejn wieħed u ieħor 59 mg ta’ lactose f’kull pillola. Jekk it-tabib qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tieħu XELJANZ

Din il-mediċina hija pprovduta lilek u ssorveljata minn tabib speċjalizzat li jaf kif jikkura l- kundizzjoni tal-artrite tiegħek.

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża rrakkomandata hija ta’ 5 mg darbtejn kuljum.

Ipprova ħu l-pillola tiegħek fl-istess ħin kuljum (pillola waħda filgħodu u pillola waħda filgħaxija).

It-tabib tiegħek jista’ jnaqqas id-doża jekk għandek problemi fil-fwied jew fil-kliewi jew ingħatajt ċerta mediċini oħra b’riċetta. It-tabib tiegħek jista’ wkoll iwaqqaf il-kura temporanjament jew b’mod permanenti jekk it-testijiet tad-demm juru għadd baxx ta’ ċelluli tad-demm bojod jew ta’ ċelluli tad- demm ħomor.

XELJANZ huwa għall-użu orali. Tista’ tieħu XELJANZ bi jew mingħajr l-ikel.

Jekk tieħu XELJANZ aktar milli suppost

Jekk tieħu aktar pilloli milli suppost, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek minnufih.

Jekk tinsa’ tieħu XELJANZ

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal kull pillola li tkun insejt tieħu. Ħu l-pillola li jmiss fil- ħin tas-soltu u kompli bħal qabel.

Jekk tieqaf tieħu XELJANZ

M’għandekx tieqaf tieħu XELJANZ mingħajr ma tiddiskuti dan mat-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Xi wħud jistgħu jkunu serji u jeħtieġu attenzjoni medika.

Effetti sekondarji serji possibbli

F’każijiet rari, l-infezzjoni tista’ tkun ta’ theddida għall-ħajja

Jekk tinnota kwalunkwe wieħed mill-effetti sekondarji serji li ġejjin, jeħtieġ li tgħid lil tabib immedjatament.

Sinjali ta’ infezzjonijiet serji (komuni) jinkludu

deni u tertir ta’ bard

sogħla

infafet tal-ġilda

uġigħ fl-istonku

uġigħ ta’ ras persistenti.

Sinjali ta’ reazzjonijiet allerġiċi (rari) jinkludu

tagħfis fis-sider

tħarħir

mejt jew sturdament severi-

nefħa tax-xufftejn, tal-ilsien jew tal-gerżuma

ħakk jew raxx tal-ġilda

Sinjali ta’ problemi fl-istonku (mhux komuni: ulċeri jew toqob fl-istonku jew fl-imsaren) jinkludu

deni

uġigħ fl-istonku jew fiż-żaqq

demm fl-ippurgar

bidliet inspjegabbli fil-mod kif tipporga

Toqob fl-istonku jew fl-imsaren iseħħu l-aktar ta’ spiss f’nies li jieħdu wkoll mediċini kontra l-infjammazzjoni mhux sterojdi jew kortikosterojdi (eż., prednisone).

Effetti sekondarji oħrajn li ġew osservati b’XELJANZ huma elenkati hawn taħt.

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna 1 minn kull 10): infezzjonijiet tal-imnieħer, tal- gerżuma jew tal-passaġġ tan-nifs (nasofariniġite).

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10): infezzjoni fil-pulmun (pulmonite u bronkite), ħruq ta’ Sant’ Antnin (herpes zoster), influwenza, sinusite, infezzjoni fil-bużżieqa tal-awrina (ċistite), uġigħ fil-griżmejn (fariniġite), żieda fl-enzimi tal-fwied jew enzimi tal-muskoli fid-demm (sinjali ta’ problemi tal-fwied jew tal-muskoli) jew żieda fil-kolesterol, żieda fil-piż, uġigħ ta’ stonku (żaqq) (li tista’ tkun infammazzjoni tar-rita tal-istonku), rimettar, dijarea, tħossok imdardar (dardir), indiġestjoni, tfekkik tal-ġogi, uġigħ fil-muskoli u fil-ġogi, għadd baxx taċ-ċelluli bojod tad-demm, għadd baxx taċ- ċelluli ħomor tad-demm (anemija), deni, għeja, nefħa fis-saqajn u fl-idejn, uġigħ ta’ ras, pressjoni għolja tad-demm, irqad ħażin, qtugħ ta’ nifs jew diffikultà sabiex tieħu nifs, sogħla, raxx.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100): infezzjoni fid-demm (sepsis), tuberkulożi, infezzjoni fil-kliewi, infezzjoni fil-ġilda, infezzjoni fil-ġogi, herpes simplex jew ħżieża (herpes orali), żieda fil-kreatinina tad-demm (sinjal possibbli ta’ problemi fil-kliewi), deidrazzjoni, tensjoni fil-muskoli, tendonite, nefħa fil-ġogi, sensazzjonijiet mhux normali, konġestjoni tas-sinus, ħmura tal-ġilda, ħakk, fwied xaħmi, infjammazzjoni bl-uġigħ ta’ spazji żgħar fir-rita (divertikulite), infezzjonijiet virali, infezzjonijiet virali li jaffetwaw l-imsaren, xi tipi ta’ kanċers tal-ġilda (tat-tipi mhux tal-melanoma).

Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000): tuberkulożi li tinvolvi l-moħħ u s-sinsla tad- dahar, l-għadam u organi oħrajn, u infezzjonijiet oħrajn mhux tas-soltu.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen XELJANZ

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn l-ebda kundizzjoni ta’ temperatura speċjali għall-ħażna. Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mill-umdità.

Tużax din il-mediċina jekk tinnota li l-pilloli juru sinjali li jidhru ta’ deterjorazzjoni (pereżempju, ikunu miksura jew tilfu l-kulur).

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih XELJANZ

-Is-sustanza attiva hija tofacitinib.

-Kull pillola miksija b’rita fiha 5 mg ta’ tofacitinib (bħala tofacitinib citrate).

-Is-sustanzi l-oħra fil-pillola huma microcrystalline cellulose, lactose monohydrate (ara sezzjoni 2), croscarmellose sodium, magnesium stearate, hypromellose 6cP, titanium dioxide, macrogol 3350 u triacetin.

Kif jidher XELJANZ u l-kontenut tal-pakkett

XELJANZ 5 mg pillola miksija b’rita għandha dehra bajda u tonda.

Il-pilloli huma pprovduti f’pakketti b’folja ta’ doża waħda li fihom 56 jew 182 pillola u fi fliexken li fihom 60 jew 180 pillola.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

Pfizer Limited

Ramsgate Road

Sandwich, Kent CT13 9NJ

Ir-Renju Unit

Tel: +44 (0)1304 616161

Manifattur:

Pfizer Manufacturing Deutschland GmbH

Betriebsstätte Freiburg

Mooswaldallee 1

79090 Freiburg

Il-Ġermanja.

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België /Belgique / Belgien

Lietuva

Pfizer S.A./N.V.

Pfizer Luxembourg SARL filialas Lietuvoje

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Tel. +3705 2514000

България

Luxembourg/Luxemburg

Пфайзер Люксембург САРЛ, Клон България

Pfizer S.A.

Тел.: +359 2 970 4333

Tél/Tel: +32 (0)2 554 62 11

Česká republika

Magyarország

Pfizer PFE, spol. s r.o.

Pfizer Kft.

Tel: +420 283 004 111

Tel.: + 36 1 488 37 00

Danmark

Pfizer ApS

Tlf: +45 44 20 11 00

Deutschland

Pfizer Pharma GmbH

Tel: +49 (0)30 550055-51000

Eesti

Pfizer Luxembourg SARL Eesti filiaal Tel: +372 666 7500

Ελλάδα

PFIZER ΕΛΛΑΣ A.E. Τηλ: +30 210 67 85 800

España

Pfizer S.L.

Tel: +34 91 490 99 00

France

Pfizer

Tél: +33 (0)1 58 07 34 40

Hrvatska

Pfizer Croatia d.o.o.

Tel: + 385 1 3908 777

Ireland

Pfizer Healthcare Ireland Tel: 1800 633 363 (bla ħlas) +44 (0)1304 616161

Ísland

Icepharma hf.

Sími: + 354 540 8000

Italia

Pfizer S.r.l.

Tel: +39 06 33 18 21

Κύπρος

PFIZER ΕΛΛΑΣ Α.Ε. (CYPRUS BRANCH) Τηλ: +357 22 817690

Latvija

Pfizer Luxembourg SARL filiāle Latvijā Tel: +371 670 35 775

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Malta

Vivian Corporation Ltd.

Tel : + 35621 344610

Nederland

Pfizer bv

Tel: +31 (0)10 406 43 01

Norge

Pfizer Norge AS

Tlf: +47 67 52 61 00

Österreich

Polska

Pfizer Polska Sp. z o.o.,

Tel.: +48 22 335 61 00

Portugal

Pfizer Biofarmacêutica, Sociedade Unipessoal, Lda.

Tel: +351 21 423 5500

România

Pfizer Romania S.R.L.

Tel: +40 21 207 28 00

Slovenija

Pfizer Luxembourg SARL

Pfizer, podružnica za svetovanje s področja farmacevtske dejavnosti, Ljubljana

Tel: + 386 (0) 1 52 11 400

Slovenská republika

Pfizer Luxembourg SARL, organizačná zložka Tel: +421-2-3355 5500

Suomi/Finland

Pfizer Oy

Puh/Tel: +358 (0)9 430 040

Sverige

Pfizer Innovations AB

Tel: + 46 (0)8 550 520 00

United Kingdom

Pfizer Limited

Tel: +44 (0)1304 616161

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati