Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Xenical (orlistat) – Fuljett ta’ tagħrif - A08AB01

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaXenical
Kodiċi ATCA08AB01
Sustanzaorlistat
ManifatturCHEPLAPHARM Arzneimittel GmbH

FULJETT TA’ TAGĦRIF: INFORMAZZJONI GĦALL-UTENT

Xenical 120mg kapsuli ibsin

Orlistat

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Xenical u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Xenical

3.Kif għandek tieħu Xenical

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Xenical

6.

Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu XENICAL u għalxiex jintuża

Xenical huwa mediċina użata biex tikkura ħxuna żejda. Jaħdem fis-sistema diġestiva tiegħek biex jipprevjeni madwar terz mix-xaħam fl-ikel li tiekol milli jiġi diġerit.

Xenical jeħel mal-enzimi fis-sistema diġestiva tiegħek (lipases) u jwaqqafhom milli jkissru xi ftit mix- xaħam li tkun kilt waqt l-ikla tiegħek. Ix-xaħam mhux diġerit ma jistax jiġi assorbit u jiġi eliminat mill-ġisem tiegħek.

Xenical huwa indikat fil-kura ta’ ħxuna żejda flimkien ma’ dieta ta’ kaloriji baxxi.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu XENICAL

Tiħux XENICAL

jekk inti allerġiku (tbati minn sensittività eċċessiva) għal orlistat jew għal xi sustanza oħra ta’

Xenical,

jekk tbati bis-sindrome kronika ta’ assorbiment ħażin (assorbiment mhux suffiċjenti ta’ nutrijenti mill-apparat ta’ mnejn jgħaddi l-ikel),

jekk tbati b’kolestasi (disturb fil-fwied),

jekk qed tredda’.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Tnaqqis fil-piż jista’ wkoll jaffettwa d-doża ta’ mediċini meħuda għal xi kondizzjonijiet oħra (eż. kolesterol għoli jew dijabete). Kun żgur li tiddiskuti dawn u mediċini oħra li għandek mnejn tkun qed tieħu mat-tabib tiegħek. It-tnaqqis fil-piż jista’ jfisser li jkollok bżonn tibdil fid-doża ta’ dawn il- mediċini.

Biex tieħu l-aħjar benefiċċju minn Xenical għandek timxi mal-programm ta’ nutriment rakkomandat lilek mit-tabib tiegħek. Bħal kull programm ieħor għall-kontroll tal-piż, konsum żejjed ta’ xaħmijiet u kaloriji jista’ jnaqqas kwalunkwe effett ta’ tnaqqis ta’ piż.

Din il-mediċina tista’ tikkawża xi tibdil li ma jagħmel l-ebda ħsara fil-ħidma tal-imsaren, bħal purgar xaħmi jew żejtni, minħabba t-tneħħija ta’ xaħam mhux diġerit fl-ippurgar tiegħek. Il-possibiltà li jseħħ

dan tista’ tiżdied jekk Xenical jittieħed ma’ dieta b’ħafna xaħam. Barra dan, il-konsum ta’ kuljum ta’ xaħam għandu jitqassam l-istess fuq tliet ikliet għaliex jekk Xenical jittieħed ma’ ikla b’ħafna xaħam, il-possibiltà ta’ effetti gastro-intestinali tista’ tiżdied.

L-użu ta’ metodu addizzjonali ta’ kontraċezzjoni huwa rakkomandat biex jipprevjeni l-falliment possibbli ta’ mediċini kontraċettivi orali li jista’ jiġri f’każ ta’ dijarea severa.

F’pazjenti li jsofru minn mard kroniku tal-kliewi, l-użu ta’ orlistat jista’ jkun assoċjat ma’ ġebel fil- kliewi. Għarraf lit-tabib tiegħek jekk issofri minn problemi fil-kliewi.

Tfal

Xenical mhux maħsub għall-użu fit-tfal.

Mediċini oħra u Xenical

Jekk jogħġbok għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu jew ħadt dan l-aħħar xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta.

Dan hu importanti peress li l-użu ta’ aktar minn mediċina waħda fl-istess ħin jista’ jqawwi jew idgħajjef l-effetti tal-mediċini.

Xenical għandu mnejn jimmodifika l-attività ta’

Mediċini kontra l-koagulazzjoni (eż. warfarin). It-tabib tiegħek għandu mnejn ikollu bżonn jimmonitorja l-koagulazzjoni tad-demm tiegħek.

Ciclosporin. L-għoti flimkien ma’ ciclosporin mhux rakkomandat. It-tabib tiegħek għandu mnejn ikollu bżonn jimmonitorja l-livelli tiegħek ta’ ciclosporin fid-demm aktar ta’ spiss mis- soltu.

Imluħa ta’ iodine u/jew levothyroxine. Jista’ jkun hemm każijiet ta’ ipotirojdiżmu u/jew tnaqqis fil-kontroll ta’ ipotirojdiżmu.

Amiodarone. Tista’ tistaqsi lit-tabib tiegħek għal parir.

Mediċini għall-kura tal-HIV.

Mediċini għad-depressjoni, disturbi psikjatriċi jew ansjetà

Xenical inaqqas l-assorbiment ta’ supplimenti ta’ xi nutrijenti li jinħallu fix-xaħam, speċjalment beta- carotene u vitamina E. Għalhekk għandek timxi mal-parir tat-tabib tiegħek billi toqgħod fuq dieta bilanċjata li tikkonsisti minn ħafna frott u ħaxix. It-tabib tiegħek għandu mnejn jissuġġerixxi li tieħu suppliment ta’ multivitamini.

Orlistat jista’ jikkawża żbilanċ fil-kura kontra l-konvulżjonijiet billi jnaqqas l-assorbiment ta’ mediċini kontra l-epilessija u b’hekk iwassal għall-konvulżjonijiet. Jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek jekk taħseb li l-frekwenza u/jew is-severità tal-konvulżjonijiet inbidlet meta tieħu Xenical flimkien ma’ mediċini kontra l-epilessija.

Xenical mhux rakkomandat għall-persuni li jieħdu acarbose (mediċina kontra d-dijabete użata biex tikkura dijabete mellitus tat-tip 2).

Xenical ma’ ikel u xorb

Xenical jista’ jittieħed immedjatament qabel, waqt ikla jew sa siegħa wara ikla. Il-kapsula għandha tinbela’ bl-ilma.

Tqala u treddigħ

It-teħid ta’ Xenical waqt it-tqala mhux rakkomandat.

M’għandekx tredda’ lit-tarbija tiegħek waqt il-kura b’Xenical għax mhux magħruf jekk Xenical jgħaddix fil-ħalib tas-sider tal-bniedem.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Xenical m’għandu l-ebda effett magħruf fuq il-ħila tiegħek li ssuq karozza jew tħaddem magni.

3.Kif għandek tieħu XENICAL

Dejjem għandek tieħu Xenical skont il-parir ezatt tat-tabib tiegħek. Iċċekkja mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju. Id-doża ta’ Xenical li s-soltu tingħata hija kapsula waħda ta’ 120 mg ma’ kull waħda mit-tliet ikliet prinċipali ta’ kuljum. Tista’ tittieħed immedjatament qabel, waqt jew sa siegħa wara l-ikla. Wieħed għandu jibla’ l-kapsula mal-ilma.

Xenical għandu jittieħed flimkien ma’ dieta bilanċjata tajjeb u b’kontroll ta’ kaloriji li tinkludi ħafna frott u ħaxix u b’medja ta’ 30 % tal-kaloriji mix-xaħam. Il-konsum tiegħek ta’ kuljum ta’ xaħam, karboidrati u proteini għandu jitqassam fuq tliet ikliet. Dan ifisser li ġeneralment ħa tieħu kapsula waħda mal-kolazzjon, kapsula oħra mal-ikla ta’ nofsinhar u oħra mal-ikla ta’ filgħaxija. Biex tikseb l- aħjar benefiċċju, evita t-teħid ta’ ikel li jkun fih ix-xaħam bejn ikla u oħra, bħal gallettini, ċikkulata u tnaqqir ieħor li jiftaħlek l-aptit.

Xenical jaħdem biss meta tieħu xaħam fid-dieta tiegħek. Għalhekk, jekk taqbeż xi ikla prinċipali jew jekk tiekol xi ikla bla xaħam xejn, m’għandekx għalfejn tieħu Xenical.

Għarraf lit-tabib tiegħek jekk għal xi raġuni ma tkunx ħadt il-mediċina eżatt kif preskritta. Inkella, it- tabib jista’ jaħseb li l-mediċina ma kinitx effettiva jew tollerata tajjeb u jista jibdillek il-kura bla bżonn.

It-tabib tiegħek iwaqqaflek il-kura b’Xenical wara 12-il ġimgħa jekk ma tkunx naqqast għall-inqas 5 % mill-piż tal-ġisem tiegħek kif imkejjel fil-bidu tal-kura b’Xenical.

Xenical ġie studjat fi studji kliniċi fuq tul ta’ żmien li damu sa 4 snin.

Jekk tieħu XENICAL aktar milli suppost

Jekk tieħu iktar kapsuli milli jmissek tieħu, jew jekk xi ħaddieħor aċċidentalment jieħu l-mediċina tiegħek, kellem tabib, spiżjar jew sptar għax jista’ jkollok bżonn ta’ attenzjoni medika.

Jekk tinsa tieħu XENICAL

Jekk f’xi ħin minnhom tinsa tieħu l-mediċina tiegħek, ħudha malli tiftakar sakemm dan ikun mhux aktar tard minn siegħa wara l-aħħar ikla, imbagħad ibqa’ ħudha fil-ħinijiet tas-soltu. Tiħux doża doppja. Jekk tkun qbiżt numru ta’ dożi, jekk jogħġbok kellem lit-tabib u imxi fuq il-parir li jagħtik. Tibdilx id-doża preskritta inti stess jekk ma jgħidlekx hekk it-tabib tiegħek.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, Xenical jista’ jikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar malajr kemm jista’ jkun jekk ma tħossokx f’siktek waqt li qed tieħu

Xenical.

Il-biċċa l-kbira tal-effetti mhux mixtieqa konnessi mal-użu ta’ Xenical jiġu mill-azzjoni lokali tiegħu fis-sistema diġestiva tiegħek. Dawn is-sintomi ġeneralment huma ħfief, iseħħu fil-bidu tal-kura u jinħassu partikolarment wara ikliet b’ħafna xaħam. Normalment, dawn is-sintomi jgħibu jekk tkompli l-kura u ssegwi d-dieta rakkomandata tiegħek.

Effetti sekondarji komuni ħafna (jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10 li qed jużawh)

Uġigħ ta’ ras, uġigħ/skonfort addominali, bżonn urġenti jew akbar biex tipporga, gass bil-ħruġ ta’ purgar, ħruġ ta’ likwidu żejtni, purgar żejtni jew xaħmi, purgar likwidu, livelli baxxi ta’ zokkor fid- demm (esperjenzati minn xi persuni b’dijabete tip 2).

Effetti sekondarji komuni (jaffettwaw minn persuna waħda sa 10 minn kull 100 li qed jużawh)

Uġigħ/skonfort fir-rektum, purgar artab, purgar mhux ikkontrollat, nefħa addominali (esperjenzati minn xi persuni b’dijabete tip 2), disturb fis-snien/ħanek, irregolarità fiċ-ċiklu mestrwali, għeja.

Kienu rrappurtati wkoll l-effetti sekondarji li ġejjin, iżda l-frekwenza tagħhom ma tistax tiġi stmata mit-tagħrif disponibbli:

Reazzjonijiet allerġiċi. Is-sintomi prinċipali huma ħakk, raxx, tbenġil (dbabar fil-ġilda li huma kemxejn elevati u bil-ħakk u li huma aktar ċari jew aktar ħomor mill-ġilda tal-madwar), diffikultà severa biex tieħu n-nifs, tqalligħ, rimettar u tħossok ma tiflaħx. Infafet fil-ġilda (inkluż infafet li jinfaqgħu). Divertikulite. Fsada mill-passaġġ ta’ wara (rektum). Għandha mnejn tkun osservata żieda fil-livelli ta’ xi enzimi tal-fwied fit-testijiet tad-demm. Epatite (infjammazzjoni tal-fwied). Is-sintomi jistgħu jinkludu sfurija tal-ġilda u l-għajnejn, ħakk, awrina skura, uġigħ fl-istonku u tenerezza tal- fwied (indikat minn uġigħ taħt il-parti ta’ quddiem tal-kustilji fuq in-naħa tal-lemin tiegħek), xi kultant b’telf ta’ aptit. Waqqaf Xenical jekk iseħħu sintomi bħal dawn u għid lit-tabib tiegħek. Ġebel fil- marrara. Pankreatite (infjammazzjoni tal-frixa). Nefropatija kkawżata minn oxalate (akkumulazzjoni ta’ calcium oxalate li tista’ twassal għal ġebel fil-kliewi). Ara Kapitlu 2, Oqgħod attent/a ħafna b’Xenical. Effetti fuq it-tagħqid tad-demm b’sustanzi kontra l-koagulazzjoni tad-demm.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l- effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen XENICAL

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Pakketti bil-folji

Tużax Xenical wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 25 °C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali u żomm il-folja fil-kartuna ta’ barra biex tilqa’ mid-dawl u mill-umdità.

Fliexken tal-ħġieġ

Tużax Xenical wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun.

Taħżinx f’temperatura ’l fuq minn 30 °C.

Żomm il-kontenitur magħluq sewwa biex tilqa’ mill-umdità.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih XENICAL

Is-sustanza attiva hi orlistat. Kull kapsula fiha 120 mg ta’ orlistat.

Is-sustanzi l-oħra huma microcrystalline cellulose (E460), sodium starch glycolate (tip A), povidone (E1201), sodium lauril sulfate u talkum. Il-qoxra tal-kapsula tikkonsisti f’ġelatina, indigo carmine (E132), titanium dioxide (E171) u linka li tista’ tittiekel għall-istampar.

Kif jidher XENICAL u l-kontenut tal-pakkett

Il-kapsuli Xenical huma ta’ lewn turkważ bil-karattri “XENICAL 120” stampati fuqhom u huma disponibbli f’pakketti bil-folji u fliexken tal-ħġieġ, li jkun fihom 21, 42 u 84 kapsula.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

CHEPLAPHARM Arzneimittel GmbH

Ziegelhof 24

17489 Greifswald Il-Ġermanja

Il-Manifattur

CHEPLAPHARM Arzneimittel GmbH Bahnhofstr. 1a

17498 Mesekenhagen Il-Ġermanja

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’<{XX/SSSS}> <{xahar SSSS}>

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati