Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Xydalba (dalbavancin hcl) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - J01XA04

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaXydalba
Kodiċi ATCJ01XA04
Sustanzadalbavancin hcl
ManifatturAllergan Pharmaceuticals International Ltd

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Xydalba 500 mg trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett fih dalbavancin hydrochloride ekwivalenti għal 500 mg ta’ dalbavancin.

Wara r-rikostituzzjoni kull ml fih 20 mg ta’ dalbavancin.

Is-soluzzjoni għall-infużjoni dilwita għandu jkollha konċentrazzjoni finali ta’ 1 sa 5 mg/ml ta’ dalbavancin (ara sezzjoni 6.6).

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni (trab għal konċentrat).

Trab abjad sa abjad jagħti fil-griż sa isfar ċar.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Xydalba hu indikat għall-kura ta’ infezzjonijiet batterjali akuti tal-ġilda u infezzjonijiet fl-istruttura tal-

ġilda (ABSSSI - acute bacterial skin and skin structure infections) fl-adulti (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.1).

Għandha tingħata konsiderazzjoni għal regoli uffiċjali fuq l-użu xieraq ta’ sustanzi antibatteriċi.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif jingħata

Pożoloġija

Doża rakkomandata u t-tul tat-trattament għall-adulti

Id-doża rakkomandata ta’ dalbavancin f’pazjenti adulti b’ABSSSI hija ta’ 1500 mg mogħtija bħala infużjoni waħda ta’ 1500 mg jew bħala 1000 mg segwita ġimgħa wara minn 500 mg (ara sezzjonijiet 5.1 u 5.2).

Anzjani

L-ebda aġġustament fid-doża mhu meħtieġ (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment renali

Aġġustamenti fid-doża mhumiex meħtieġa għal pazjenti b’indeboliment renali ħafif jew moderat (tneħħija tal-kreatinina 30 sa 79 ml/min). Aġġustamenti fid-doża mhumiex meħtieġa għal pazjenti li

jirċievu emodijalisi skedat regolarment (3 darbiet/ġimgħa), u dalbavancin jista’ jingħata mingħajr rigward għall-ħin ta’ emodijalisi.

F’pazjenti b’indeboliment renali kroniku li t-tneħħija tal-kreatinina tagħhom hija ta’ < 30 ml/min u li ma jkunux qed jirċievu emodijalisi skedat regolarment, id-doża rakkomandata titnaqqas għal 1000 mg mogħtija bħala infużjoni waħda jew 750 mg segwita ġimgħa wara minn 375 mg (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment tal-fwied

L-ebda aġġustament fid-doża ta’ dalbavancin mhuwa rakkomandat għal pazjenti b’indeboliment epatiku ħafif (Child-Pugh A). Il-kawtela għandha tiġi eżerċitata meta wieħed jippreskrivi dalbavancin lill-pazjenti b’indeboliment epatiku moderat jew sever (Child-Pugh B u Ċ) għax l-ebda dejta mhi disponibbli biex tiddetermina dożaġġ xieraq (ara sezzjonijiet 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u effikaċja ta’ dalbavancin fi tfal mit-twelid sa < 18-il sena ma ġewx determinati s’issa. Dejta disponibbli hi deskritta fis-sezzjoni 5.2 imma l-ebda rakkomandazzjoni dwar il-pożoloġija ma tista’ tingħata.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Użu għal ġol-vini

Xydalba irid jiġi rikostitwit u mbagħad dilwit b’mod addizzjonali qabel ma jingħata permezz ta’ infużjoni ġol-vini fuq perjodu ta’ 30 minuta. Għal struzzjonijiet fuq ir-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali qabel l-amministrazzjoni, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis-sezzjoni 6.1.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Reazzjonijiet ta’ ipersensittività

Xydalba għandu jingħata b’kawtela f’pazjenti magħrufa li huma ipersensittivi għall-glikopeptidi oħra peress li ipersensittività inkroċjata tista’ sseħħ. Jekk isseħħ reazzjoni allerġika għal Xydalba, l-għoti għandu jitwaqqaf u terapija xierqa għar-reazzjoni allerġika għandha tinbeda.

Dijarea assoċjata ma’ Clostridium difficile

Kolite assoċjata mal-antibatteriċi u kolite psewdomembranuża ġew irrappurtati bl-użu ta’ kważi l- antibijotiċi kollha u jistgħu jvarjaw fis-severità minn ħfief sa ta’ theddida għall-ħajja. Għalhekk, huwa importanti li wieħed jikkunsidra din id-dijanjosi f’pazjenti li jkollhom dijarea waqt jew wara l-kura b’dalbavancin (ara sezzjoni 4.8). F’tali ċirkustanza, il-waqfien ta’ dalbavancin u l-użu ta’ miżuri ta’ appoġġ, flimkien mal-għoti ta’ trattament speċifiku għall-Clostridium difficile għandhom jiġu kkunsidrati. Dawn il-pazjenti m’għandhom qatt jiġu kkurati bi prodotti mediċinali li jrażżnu l- peristalsi.

Reazzjonijiet marbuta mal-infużjoni

Xydalba għandu jingħata permezz ta’ infużjoni ġol-vini, bl-użu ta’ ħin totali ta’ 30 minuta ta’ infużjoni biex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ reazzjonijiet relatati mal-infużjoni. Infużjonijiet rapidi ġol-vini ta’ sustanzi antibatteriċi glikopeptidi jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet li jixbhu Red-Man Syndrome”,

inkluż fwawar fin-naħa ta’ fuq tal-ġisem, urtikarja, ħakk, u/jew raxx. It-twaqqif jew it-tnaqqis fir-rata tal-infużjoni jistgħu jirriżultaw fil-waqfien ta’ dawn ir-reazzjonijiet.

Indeboliment renali

Informazzjoni dwar l-effikaċja u s-sigurtà ta’ dalbavancin f’pazjenti bi tneħħija tal-kreatinina ta’ < 30 ml/min hi limitata. Ibbażat fuq simulazzjonijiet, aġġustament fid-doża hu meħtieġ għal pazjenti b’indeboliment renali kroniku li għandhom tneħħija tal-kreatinina ta’ < 30 ml/min u li ma jkunux qed jirċievu dijalisi tad-demm fuq bażi regolari (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2).

Infezzjonijiet Imħallta

F’infezzjonijiet imħallta li fihom batterji Gram negattivi huma ssuspettati, il-pazjenti għandhom jiġu ttrattati wkoll b’sustanza(i) antibatterjali xierqa kontra l-batterji Gram negattivi (ara sezzjoni 5.1).

Organiżmi mhux suxxettibbli

L-użu ta’ antibijotiċi jista’ jiffavorixxi t-tkabbir żejjed ta’ mikroorganiżmi li ma jkunux suxxettibli. Jekk isseħħ superinfezzjoni waqt it-terapija, għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa.

Limitazzjonijiet tad-dejta klinika

Hemm dejta limitata dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ dalbavancin meta jingħata għal aktar minn żewġ dożi (f’intervall ta’ ġimgħa). Fil-provi maġġuri ta’ ABSSSI, it-tipi ta’ infezzjonijiet ittrattati kienu ristretti għal ċellulite/erysipelas, axxessi u infezzjonijiet tal-feriti biss. M’hemm l-ebda esperjenza b’dalbavancin fit-trattament ta’ pazjenti severament immunokompromessi.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Riżultati minn studju in vitro ta’ screening tar-riċettur ma jindikawx interazzjoni probabbli ma’ miri terapewtiċi oħra jew potenzjal ta’ interazzjonijiet farmakodinamiċi klinikament rilevanti

(ara sezzjoni 5.1).

Studji kliniċi dwar interazzjonijiet bejn mediċina u oħra b’dalbavancin ma sarux.

Potenzjal għal prodotti mediċinali oħra li jaffettwaw il-farmakokinetika ta’ dalbavancin.

Dalbavancin ma jiġix metabolizzat mill-enzimi ta’ CYP in vitro, u għalhekk, indutturi jew inibituri ta’ CYP mogħtija miegħu mhumiex probabbli li jinfluwenzaw il-farmakokinetika ta’ dalbavancin.

Mhuwiex magħruf jekk dalbavancin huwiex substrat għal assorbiment mill-fwied u trasportaturi tal- effluss. L-għoti flimkien ma’ inibituri ta’ dawn it-trasportaturi jista’ jżid l-esponiment għal dalbavancin. Eżempji ta’ inibituri tat-trasportaturi bħal dawn huma inibituri msaħħa tal-protease, verapamil, quinidine, itraconazole, clarithromycin u cyclosporine.

Potenzjal għal dalbavancin li jaffettwa l-farmakokinetika ta’ prodotti mediċinali oħra.

Il-potenzjal ta’ interazzjoni ta’ dalbavancin fuq prodotti mediċinali metabolizzati minn enzimi ta’ CYP hu mistenni li jkun baxx peress li mhuwiex la inibitur u lanqas induttur ta’ enzimi ta’ CYP in vitro. M’hemm l-ebda dejta dwar dalbavancin bħala inibitur ta’ CYP2C8.

Mhuwiex magħruf jekk dalbavancin huwiex inibitur tat-trasportaturi. Żieda fl-esponiment għal substrati tat-trasportaturi li huma sensittivi għall-attività tat-trasportaturi inibita, bħal statins u digoxin, ma jistax tiġi eskluża jekk ikunu kombinati ma’ dalbavancin.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta dwar l-użu ta’ dalbavancin f’nisa tqal. Studji f’annimali urew effett tossiku fuq is- sistema riproduttiva (ara sezzjoni 5.3).

Xydalba mhux rakkomandat waqt it-tqala ħlief jekk ikun hemm bżonnu b’mod ċar.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk dalbavancin jiġix eliminat fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Madankollu, dalbavancin jiġi eliminat fil-ħalib ta’ firien li jkunu qed ireddgħu u jista’ jiġi eliminat fil-ħalib tas-sider tal-bniedem. Dalbavancin ma’ jiġix assorbit sew oralment; madankollu, l-impatt fuq il-flora gastrointestinali jew il-flora tal-ħalq ta’ tarbija li tkun qed terda’ ma jistax jiġi eskluż. Għandha tittieħed deċiżjoni jekk il-mara twaqqafx it-treddigћ jew twaqqafx it-trattament b’Xydalba, wara li jigi kkunsidrat il-benefiċċju ta’ treddigћ gћat-tarbija u l-benefiċċju tat-trattament gћall-mara.

Fertilità

Studji fl-annimali wrew fertilità mnaqqsa (ara sezzjoni 5.3). Ir-riskju potenzjali għall-bnedmin mhuwiex magħruf.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Xydalba jista’ jkollu effett żgħir fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni, għax l-isturdament ġie rrappurtat f’numru żgħir ta’ pazjenti (ara sezzjoni 4.8).

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Fi studji kliniċi ta’ Fażi 2 / 3, 2,473 pazjent irċivew dalbavancin mogħti bħala infużjoni waħda ta’ 1500 mg jew ta’ 1000 mg segwita ġimgħa wara minn 500 mg. Ir-reazzjonijiet avversi l-aktar komuni li seħħew f’≥ 1 % tal-pazjenti kkurati b’dalbavancin kienu dardir (2.4 %), dijarea (1.9 %) u wġigħ ta’ ras (1.3 %) u kienu ġeneralment ta’ severità ħafifa jew moderata.

Lista tabulata ta’ reazzjonijiet avversi (Tabella 1)

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin ġew identifikati fil-provi kliniċi ta’ Fażi 2/3 b’dalbavancin. Ir- reazzjonijiet avversi huma kklassifikati skont is-Sistema tal-Klassifika tal-Organi u l-frekwenza. Il- kategoriji ta’ frekwenza huma derivati skont il-konvenzjonijiet li ġejjin: komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥ 1/100 sa < 1/10), mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100), rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000).

Tabella 1

Sistema tal-Klassifika tal-

Komuni

Mhux komuni

Rari

Organi

 

 

 

Infezzjonijiet u

 

infezzjoni mikotika vulvovaġinali,

 

infestazzjonijiet

 

infezzjoni fil-passaġġ urinarju, infezzjoni

 

 

 

fungali, kolite kkawżata mnn

 

 

 

Clostridium difficile, kandidjasi orali

 

Disturbi tad-demm u tas-

 

anemija, tromboċitożi, eosinofilija,

 

sistema limfatika

 

lewkopenija, newtropenija

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema immuni

 

 

reazzjoni

 

 

 

anafilattojda

Disturbi fil-metaboliżmu u

 

tnaqqis fl-aptit

 

n-nutrizzjoni

 

 

 

 

 

 

Sistema tal-Klassifika tal-

Komuni

Mhux komuni

Rari

Organi

 

 

 

Disturbi psikjatriċi

 

insomnja

 

Disturbi fis-sistema nervuża

uġigħ ta’ ras

tibdil fis-sens tat-togħma, sturdament

 

Disturbi vaskulari

 

fwawar, flebite

 

Disturbi respiratorji,

 

sogħla

bronkospażmu

toraċiċi u medjastinali

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi gastro-intestinali

tqalligħ, dijarea

stitikezza, uġigħ addominali, dispepsja,

 

 

 

skonfort addominali, rimettar

 

Disturbi fil-ġilda u fit-

 

ħakk, urtikarja, raxx

 

tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

 

 

Disturbi fis-sistema

 

ħakk vulvovaġinali

 

riproduttiva u fis-sider

 

 

 

Disturbi ġenerali u

 

reazzjonijiet relatati mal-infużjoni

 

kondizzjonijiet ta’ mnejn

 

 

 

jingħata

 

 

 

Investigazzjonijiet

 

żieda f’lactate dehydrogenase fid-demm,

 

 

 

żieda f’alanine aminotransferase, żieda

 

 

 

f’aspartate aminotransferase, żieda fl-

 

 

 

aċidu uriku fid-demm, test tal-funzjoni

 

 

 

tal-fwied b’riżultat anormali, żieda fit-

 

 

 

transaminases, żieda f’alkaline

 

 

 

phosphatase fid-demm, żieda fl-għadd

 

 

 

tal-plejtlits, żieda fit-temperatura tal-

 

 

 

ġisem, żieda fl-enzimi epatiċi, żieda

 

 

 

f’gamma glutamyl transferase

 

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Reazzjonijiet avversi tal-klassi

Ototossiċità ġiet assoċjata mal-użu ta’ glikopeptidi (vancomycin u teicoplanin); pazjenti li jkunu qed jirċievu terapija konkomitanti ma’ sustanza ototossika, bħal aminoglycoside, jistgħu jkunu f’riskju akbar.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Mhux disponibbli informazzjoni speċifika fuq il-kura ta’ doża eċċessiva ta’ dalbavancin, għax tossiċità li tillimita d-doża ma ġietx osservata fl-istudji kliniċi. Fi studji ta’ Fażi 1, voluntiera f’saħħithom ingħataw dożi waħidhom ta’ sa 1500 mg fuq perjodu ta’ sa 8 ġimgħat, bla ebda sinjali ta’ tossiċità jew riżultati tal-laboratorju li kkawżaw tħassib kliniku. Fi studji ta’ Fażi 3, il-pazjenti ngħataw dożi singoli sa 1500 mg.

Trattament ta’ doża eċċessiva b’dalbavancin għandu jikkonsisti minn osservazzjoni u miżuri ġenerali ta’ appoġġ. Għalkemm l-ebda informazzjoni mhi disponibbli speċifikament dwar l-użu ta’ emodijalisi biex jikkura doża eċċessiva, għandu jiġi nnutat li fi studju ta’ Fażi 1 f’pazjenti b’indeboliment renali, anqas minn 6 % tad-doża rakkomandata ta’ dalbavancin tneħħiet wara 3 sigħat ta’ emodijalisi.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: antibatterjali għal użu sistemiku, antibatterjali glikopeptidi, Kodiċi ATC: J01XA04.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Dalbavancin huwa lipoglycopeptide batteriċida.

Il-mekkaniżmu ta’ azzjoni tiegħu f’batterji Gram pożittivi suxxettibbli jinvolvi l-interruzzjoni tas- sintesi tal-ħajt taċ-ċelluli billi jeħel ma’ D-alanyl-D-alanine terminali ta’ stem peptide fil- peptidoglycan tal-ħajt naxxenti taċ-ċellula, u jipprevjeni cross-linking (transpeptidation u transglycosylation) ta’ sottounitajiet ta’ disaccharide li jirriżultaw fil-mewt taċ-ċelluli batterjali.

Mekkaniżmu ta’ reżistenza

Il-batterji Gram negattivi kollha huma intrinsikament reżistenti għal dalbavancin.

Ir-reżistenza għal dalbavancin fi Staphylococcus spp. u Enterococcus spp. hija medjata minn VanA, ġenotip li jirriżulta fil-modifikazzjoni tal-peptide fil-mira fil-ħajt taċ-ċellula naxxenti. Ibbażat fuq studji in vitro, l-attività ta’ dalbavancin ma tiġix affettwat minn klassijiet oħrajn ta’ ġeni reżistenti għal vancomycin.

L-MICs ta’ dalbavancin huma ogħla għal staphylococci li huma intermedji għal vancomycin (VISA - vancomycin-intermediate staphylococci) milli għal razez kompletament suxxettibbli għal vancomycin. Jekk l-iżolati b’MICs ogħla għal dalbavancin jirrappreżentaw fenotipi stabbli u huma korrelati ma’ reżistenza għall-glikopeptidi oħra, allura l-mekkaniżmu probabbli se jkun żieda fin-numru ta’ miri glikopeptidi f’peptidoglycan naxxenti.

Reżistenza inkroċjata bejn dalbavancin u klassijiet oħrajn ta’ antibijotiċi ma dehritx fl-istudji in vitro.

Reżistenza għal methicillin m’għandha l-ebda impatt fuq l-attività ta’ dalbavancin.

Interazzjonijiet ma’ sustanzi antibatteriċi oħra

Fi studji in vitro, l-ebda antagoniżmu ma ġie osservat bejn dalbavancin u antibijotiċi oħra użati komunement (i.e. cefepime, ceftazidime, ceftriaxone, imipenem, meropenem, amikacin, aztreonam, ciprofloxacin, piperacillin/tazobactam u trimethoprim/sulfamethoxazole), meta ġie ttestjat kontra 12- il speċi ta’ patoġeni Gram negattivi (ara sezzjoni 4.5).

Breakpoints ta’ ttestjar dwar is-suxxettibilità

Il-breakpoints ta’ konċentrazzjoni inibitorja minima (MIC - minimum inhibitory concentration) determinati mill-Kumitat Ewropew dwar l-Ittestjar ta’ Suxxettibbilità Antimikrobjali (EUCAST -

European Committee on Antimicrobial Susceptibility Testing) huma kif ġejjin:

Staphylococcius spp.: Suxxettibbli ≤ 0.125 mg/l; Reżistenti > 0.125 mg/l,

Streptokokki betaemolitiċi ta’ Gruppi A, B, Ċ, G: Suxxettibbli ≤ 0.125 mg/l; Reżistenti > 0.125 mg/l,

Grupp viridans ta’ streptokokki (grupp ta’ Streptococcus anginosus biss): Suxxettibbli ≤ 0.125 mg/l; Reżistenti > 0.125 mg/l.

Relazzjoni PK/PD

L-attività batteriċidjali kontra stafilokokki in vitro hija dipendenti fuq il-ħin f’konċentrazzjonijiet ta’ dalbavancin fis-serum simili għal dawk miksuba bid-doża rakkomandata fil-bnedmin. Ir-relazzjoni PK/PD in vivo ta’ dalbavancin għal S. aureus ġiet investigata permezz ta’ mudell newtropeniku ta’

infezzjoni tal-annimali li wera li t-tnaqqis nett fil-log10 ta’ unitajiet li jiffurmaw il-kolonji (CFU - colony-forming unit) kien l-akbar meta dożi akbar ingħataw b’mod inqas frekwenti.

Effikaċja klinika kontra patoġeni speċifiċi

L-effikaċja ntweriet fi studji kliniċi kontra l-patoġeni elenkati għal ABSSSI li kienu suxxettibbli għal dalbavancin in vitro:

Staphylococcus aureus

Streptococcus pyogenes,

Streptococcus agalactiae,

Streptococcus dysgalactiae

Il-grupp ta’ Streptococcus anginosus (li jinkludi S. anginosus, S. intermedius, u S. constellatus).

Attività antibatterjali kontra patoġeni rilevanti oħra

L-effikaċja klinika ma ġietx stabbilita kontra l-patoġeni li ġejjin, għalkemm studji in vitro jissuġġerixxu li huma jkunu suxxettibbli għal dalbavancin fin-nuqqas ta’ mekkaniżmi ta’ reżistenza miksuba:

Grupp ta’ G streptokokki

Clostridium perfringens,

Peptostreptococcus spp.

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati r-riżultati tal-istudji b’Xydalba f’wieħed jew iktar settijiet tal-popolazzjoni pedjatrika f’ABSSSI (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Il-farmakokinetika ta’ dalbavancin kienet ikkaratterizzata f’individwi f’saħħithom, pazjenti, u popolazzjonijiet speċjali. Esponimenti sistemiċi għal dalbavancin huma proporzjonali għad-doża wara dożi waħidhom fuq medda ta’ 140 sa 1120 mg, li tindika farmakokinetika lineari ta’ dalbavancin. L- ebda akkumulazzjoni ta’ dalbavancin ma ġiet osservata wara infużjonijiet multipli ġol-vini mogħtija darba fil-ġimgħa għal sa 8 ġimgħat (doża ta’ 1000 mg f’Jum 1, segwita minn sa 7 dożi kull ġimgħa ta’

500 mg) f’adulti f’saħħithom.

Il medja tal-half-life tal-eliminazzjoni terminali (t1/2) kienet 372 (medda 333 sa 405) sigħat. Il- farmakokinetika ta’ dalbavancin hi l-aħjar deskritta permezz ta’ mudell bi tliet kompartimenti (fażijiet distributtivi α u β segwiti minn fażi ta’ eliminazzjoni terminali). Għalhekk, il-half-life distribuzzjonali (t1/2β), li tikkostitwixxi l-biċċa l-kbira tal-profil konċentrazzjoni-ħin klinikament rilevanti, varjat minn 5 sa 7 ijiem u hija konsistenti mad-dożaġġ ta’ darba fil-ġimgħa.

Il-parametri farmakokinetiċi stmati ta’ dalbavancin wara l-kors ta’ żewġ dożi u l-kors ta’ doża waħda, rispettivament, qed jintwerew f’Tabella 2 hawn taħt.

Tabella 2

Medja (SD) tal-parametri farmakokinetiċi ta’ dalbavancin bl-użu ta’ analiżi PK tal-popolazzjoni1

Parametru

Kors ta’ żewġ dożi2

Kors ta’ doża waħda3

Cmax (mg/L)

Jum 1: 281 (52)

Jum 1: 411 (86)

 

Jum 8: 141 (26)

 

AUC0-Jum14

18100 (4600)

20300 (5300)

(mg•h/L)

 

 

CL (L/h)

0.048 (0.0086)

0.049 (0.0096)

1Sors: DAL-MS-01.

21000 mg f’Jum 1 + 500 mg f’Jum 8; Studju DUR001-303 individwi b’kampjun PK li jista’ jiġi evalwat.

31500 mg; Studju DUR001-303 individwi b’kampjun PK li jista’ jiġi evalwat.

Il-konċentrazzjoni-żmien ta’ dalbavancin fil-plażma wara l-korsijiet ta’ żewġ dożi u ta’ doża waħda, rispettivament, qed jintwerew f’Figura 1.

Figura 1. Il-Konċentrazzjonijiet ta’ Dalbavancin fil-Plażma kontra ż-żmien f’pazjent tipiku b’ABSSSI (simulazzjoni li tuża mudell farmakokinetiku tal-popolazzjoni) kemm għall-kors ta’ doża waħda kif ukoll għall-kors ta’ żewġ dożi.

Distribuzzjoni

It-tneħħija u l-volum tad-distribuzzjoni fl-istat fiss huma komparabbli bejn individwi f’saħħithom

u pazjenti b’infezzjonijiet. Il-volum tad distribuzzjoni fl-istat fiss kien simili għall-volum ta’ fluwidu ekstraċellulari. Dalbavancin jeħel b’mod riversibbli mal-proteini tal-plażma tal-bniedem, primarjament mal-albumina. It-twaħħil ta’ dalbavancin mal-proteina fil-plażma huwa 93 % u ma jinbidilx bħala funzjoni tal-konċentrazzjoni tal-mediċina, insuffiċjenza renali, jew insuffiċjenza epatika. Wara doża waħda ġol-vini ta’ 1000 mg f’voluntiera f’saħħithom, l-AUC fil-fluwidu ta’ nuffata fil-ġilda ammonta

(dalbavancin imwaħħal u mhux imwaħħal) għal madwar 60% tal-AUC fil-plażma fis-7 jum wara d- doża.

Bijotrasformazzjoni

Il-metaboliti ma ġewx osservati f’ammonti sinifikanti fil-plażma umana. Il-metaboliti hydroxy- dalbavancin u mannosyl aglycone ġew osservati fl-awrina (< 25 % tad-doża mogħtija). Il-passaġġi metaboliċi responsabbli għall-produzzjoni ta’ dawn il-metaboliti ma ġewx identifikati; madankollu, minħabba l-kontribut relattivament minuri tal-metaboliżmu għall-eliminazzjoni ġenerali ta’ dalbavancin, interazzjonijiet bejn mediċina u oħra permezz ta’ inibizzjoni jew induzzjoni tal- metaboliżmu ta’ dalbavancin, mhumiex antiċipati. Hydroxy-dalbavancin u mannosyl aglycone juru inqas attività antibatterjali b’mod sinifikanti meta mqabbla ma’ dalbavancin.

Eliminazzjoni

Wara l-għoti ta’ doża waħda ta’ 1000 mg f’individwi f’saħħithom, medja ta’ 19 % sa 33 % tad-doża mogħtija ta’ dalbavancin ġiet eliminata fl-awrina bħala dalbavancin, u 8 % sa 12 % bħala l-metabolit hydroxy-dalbavancin. Madwar 20 % tad-doża mogħtija ġiet eliminata fl-ippurgar.

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment renali

Il-farmakokinetika ta’ dalbavancin ġiet evalwata fi 28 individwu bi gradi varji ta’ indeboliment renali u fi 15-il individwu tal-kontroll imqabbla b’funzjoni renali normali. Wara doża waħda ta’ 500 mg jew 1000 mg ta’ dalbavancin, it-tneħħija medja mill-plażma (CLT) tnaqqset bi 11 %, 35 %, u 47 % f’individwi b’indeboliment renali ħafif (CLCR 50 - 79 ml/min), moderat (CLCR 30 - 49 ml/min), u sever (CLCR < 30 ml/min), rispettivament, meta mqabbla ma’ individwi b’funzjoni renali normali. L-AUC medju għal individwi bi tneħħija tal-kreatinina ta’ < 30 ml/min kien madwar darbtejn ogħla. Is- sinifikat kliniku tat-tnaqqis fil-medja ta’ CLT fil-plażma, u ż-żieda assoċjata fl-AUC0-∞ osservata f’dawn l-istudji dwar il-farmakokinetika ta’ dalbavancin f’individwi b’indeboliment sever tal-kliewi, ma ġiex stabbilit. Il-farmakokinetika ta’ dalbavancin f’persuni b’mard renali fl-aħħar stadju li jkunu qed jirċievu dijalisi tal-kliewi skedata regolarment (3 darbiet/ġimgħa) kienet simili għal dik osservata f’individwi b’indeboliment renali minn ħafif sa moderat, u inqas minn 6 % tad-doża mogħtija titneħħa wara 3 sigħat ta’ emodijalisi. Għal istruzzjonijiet dwar id-dożaġġ f’individwi b’indeboliment renali irreferi għal sezzjoni 4.2.

Indeboliment tal-fwied

Il-farmakokinetika ta’ dalbavancin ġiet evalwata fi 17-il individwu b’indeboliment epatiku ħafif, moderat jew sever u pparagunata ma’ 9 individwi mqabbla b’funzjoni epatika normali. L-AUC medja ma nbidlitx f’individwi b’indeboliment epatiku ħafif meta mqabbla ma’ individwi b’funzjoni epatika normali; madankollu, l-AUC medja naqset bi 28 % u 31 %, rispettivament, f’individwi b’indeboliment epatiku moderat u sever. Il-kawża u s-sinifikat kliniku tat-tnaqqis fl-esponiment f’individwi b’funzjoni epatika moderata u severa mhumiex magħrufa.Għal istruzzjonijiet dwar id-dożaġġ f’individwi b’indeboliment epatiku irreferi għal sezzjoni 4.2.

Sess tal-persuna

Differenzi klinikament sinifikanti relatati mas-sess tal-persuna fil-farmakokinetika ta’ dalbavancin ma

ġewx osservati f’individwi f’saħħithom jew f’pazjenti b’infezzjonijiet. L-ebda aġġustament tad-doża ma huwa rakkomandat ibbażat fuq is-sess tal-persuna.

Anzjani

Il-farmakokinetika ta’ dalbavancin ma nbidlitx b’mod sinifikanti mal-età; għalhekk, aġġustament fid- doża mhuwiex meħtieġ ibbażat fuq l-età (ara sezzjoni 4.2). L-esperjenza b’dalbavancin fl-anzjani hija

limitata: 276 pazjent li kellhom ≥ 75 sena kienu inklużi fl-istudji kliniċi ta’ Fażi 2/3, li minnhom 173 irċivew dalbavancin. Pazjenti sa 93 sena ġew inklużi fl-istudji kliniċi.

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u effikaċja ta’ Xydalba fi tfal mit-twelid sa < 18-il sena għadhom ma ġewx determinati s’issa.

Total ta’ 10 pazjenti pedjatriċi li kellhom minn 12 sa 16-il sena li kellhom infezzjonijiet li kienu qed ifiequ, ingħataw dożi waħidhom ta’ dalbavancin 1000 mg (piż tal-ġisem ≥ 60 kg) jew dalbavancin 15 mg/kg (piż tal-ġisem < 60 kg).

Il-medja tal-esponimenti tal-plażma għal dalbavancin, ibbażata fuq AUCinf (17,495 µg•h/ml u

16,248 µg•h/ml) u Cmax (212 µg/ml u 191 µg/ml) kienu simili meta mogħti bħala 1000 mg lil individwi pedjatriċi (12-16-il sena) li jiżnu > 60 kg (61.9 - 105.2 kg) jew bħala 15 mg/kg lil individwi pedjatriċi li jiżnu < 60 kg (47.9-58.9 kg). It-t½ terminali apparenti kienet simili għal dożi ta’ dalbavancin ta’ 1000 mg u 15 mg/kg, b’valuri medji ta’ 227 u 202 sigħat, rispettivament. Il-profil tas-sigurtà ta’ dalbavancin f’individwi li kellhom bejn 12 u 16-il sena f’dan l-istudju kien konsistenti mal-profil tas- sigurtà osservat fl-adulti kkurati b’dalbavancin.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

It-tossiċità ta’ dalbavancin ġiet evalwata wara l-għoti ġol-vini ta’ kuljum għal tul ta’ żmien ta’ sa 3 xhur fil-firien u l-klieb. Tossiċità dipendenti mid-doża inkludiet kimika fis-serum u evidenza istoloġika ta’ ħsara renali u epatika, tnaqqis fil-parametri taċ-ċelluli tad-demm ħomor u irritazzjoni fis- sit tal-injezzjoni. Fil-klieb biss, reazzjonijiet għall-infużjoni kkaratterizzati minn nefħa u/jew ħmura tal-ġilda (mhux assoċjat mas-sit tal-injezzjoni), sfurija mukożali, salivazzjoni, rimettar, sedazzjoni, u tnaqqis modest fil-pressjoni tad-demm u żidiet fir-rata tal-qalb, kienu osservati b’mod dipendenti mid- doża. Dawn ir-reazzjonijiet għall-infużjoni kienu temporanji (fiequ fi żmien siegħa wara d-doża) u kienu attribwiti għat-tnixxija ta’ istamina. Il-profil ta’ tossiċità ta’ dalbavancin f’firien ġuvenili kien konsistenti ma’ dak osservat preċedentement f’firien adulti fl-istess livelli ta’ doża (mg/kg /jum).

Studji dwar it-tossiċità riproduttiva fil-firien u l-fniek ma wrew ebda evidenza ta’ effett teratoġeniku. Fil-firien, f’esponimenti ta’ madwar 3 darbiet ogħla mill-esponiment kliniku, kien hemm tnaqqis fil- fertilità u żieda fl-inċidenza ta’ embrijoletalità, tnaqqis fil-piż tal-feti u ossifikazzjoni skeletrika u

żieda fil-mortalità tal-frieħ li kienu għadhom kemm twieldu. Fil-fniek, l-abort seħħ flimkien ma’ tossiċità materna f’esponimenti taħt il-medda terapewtika umana.

Ma sarux studji fuq perjodu fit-tul dwar ir-riskju ta’ kanċer. Dalbavancin ma kienx mutaġeniku jew klastoġeniku f’sensiela ta’ testijiet ġenotossiċi in vitro u in vivo.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Mannitol (E421)

Lactose monohydrate

Hydrochloric acid (għal aġġustament tal-pH)

Sodium hydroxide (għal aġġustament tal-pH)

6.2Inkompatibbiltajiet

Soluzzjonijiet tas-sodium chloride jistgħu jikkawżaw preċipitazzjoni u ma jridux jintużaw għar- rikostituzzjoni jew id-dilwizzjoni (ara sezzjoni 6.6).

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħra jew soluzzjonijiet għal ġol- vini ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Trab xott: 4 snin

L-istabbiltà kimika u fiżika waqt l-użu ta’ Xydalba ntweriet kemm għal konċentrat rikostitwit kif ukoll għas-soluzzjoni dilwita għal 48 siegħa f’temperatura ta’ jew taħt 25°C. L-istabbilità total waqt l-użu mir-rikostituzzjoni sal-għoti m’għandhiex taqbeż 48 siegħa.

Minn lat mikrobijoloġiku, il-prodott għandu jintuża immedjatament. Jekk ma jintużax immedjatament, il-kundizzjonijiet u l-ħinijiet tal-ħażna waqt u qabel l-użu huma r-responsabbiltà ta’ min ikun qed jużah u normalment ma jkunux aktar minn 24 siegħa f’temperatura bejn 2°C sa 8°C, ħlief jekk ir- rikostituzzjoni/dilwizzjoni ikunu saru f’kundizzjonjiet asettiċi kkontrollati u vvalidati. Tagħmlux fil- friża.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Din il-mediċina m’għandhiex bżonn ħażna speċjali.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara r-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett tal-ħġieġ ta’ tip I li jintuża darba biss, ta’ 48 ml, b’tapp elastomeriku u siġill aħdar flip off.

Kull pakkett fih kunjett wieħed.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

Xydalba għandu jiġi rikostitwit b’ilma sterili għall-injezzjonijiet u wara jiġi dilwit b’soluzzjoni għall- infużjoni ta’ 50 mg/ml (5 %) ta’ glucose.

Il-kunjetti ta’ Xydalba huma għal użu ta’ darba biss.

Istruzzjonijiet għar-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni

It-teknika asettika trid tintuża għar-rikostituzzjoni u dilwizzjoni ta’ Xydalba.

1.Il-kontenut ta’ kull kunjett għandu jiġi rikostitwit billi bil-mod iżżid 25 ml ta’ ilma għall- injezzjonijiet.

2.Iċċaqlaqx bis-saħħa. Biex tiġi evitata r-ragħwa, alterna bejn tidwir ħafif u li taqleb il- kunjett ta’ taħt fuq, sakemm il-kontenut tiegħu jinħall kompletament. Il-ħin tar- rikostituzzjoni jista’ jkun sa 5 minuti.

3.Il-konċentrat rikostitwit fil-kunjett fih 20 mg/ml ta’ dalbavancin.

4.Il-konċentrat rikostitwit irid ikun soluzzjoni ċara, bla kulur sa safra, bla ebda frak viżibbli.

5.Il-konċentrat rikostitwit irid jiġi dilwit b’mod addizzjonali b’soluzzjoni għall-infużjoni ta’

50mg/ml (5 %) ta’ glucose.

6.Biex tiddilwi l-konċentrat rikostitwit, il-volum xieraq ta’ 20 mg/ml, il-konċentrat għandu jkun ittrasferit mill-kunjett għal ġol-borża għal ġol-vini jew flixkun li jkun fihom soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 50 mg/ml (5 %) ta’ glucose. Pereżempju: 25 ml tal- konċentrat fih 500 mg ta’ dalbavancin.

7.Wara d-dilwizzjoni, is-soluzzjoni għall-infużjoni jrid ikollha konċentrazzjoni finali ta’

1sa 5 mg/ml ta’ dalbavancin

8.Is-soluzzjoni għall-infużjoni trid tkun soluzzjoni ċara, bla kulur sa safra, bla ebda frak viżibbli.

9.Jekk jiġi identifikat frak jew tibdil tal-kulur, is-soluzzjoni għandha tintrema.

Xydalba ma jridx jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn jew soluzzjonijiet għal ġol-vini. Soluzzjonijiet li jkun fihom sodium chloride jistgħu jikkawżaw preċipitazzjoni u M’GĦANDHOMX jintużaw għar-rikostituzzjoni jew għad-dilwizzjoni. Il-kompatibilità tal-konċentrat rikostitwit ta’ Xydalba kienet stabbilita biss ma’ soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 50 mg/ml (5 %) ta’ glucose.

Rimi

Armi kwalunkwe porzjon tas-soluzzjoni rikostitwita li ma tkunx intużat.

Kull fdal tal-prodott li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Allergan Pharmaceuticals International Ltd.,

Clonshaugh Industrial Estate, Coolock,

Dublin 17,

L-Irlanda

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/14/986/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 19 ta’ Frar 2015

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati