Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Xyrem (sodium oxybate) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - N07XX04

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaXyrem
Kodiċi ATCN07XX04
Sustanzasodium oxybate
ManifatturUCB Pharma Ltd

1.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI

Xyrem 500 mg/mL soluzzjoni orali

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull mL ta’ soluzzjoni fiha 500 mg ta’ sodium oxybate.

Għal-lista kompleta ta’ sustanzi mhux attivi, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Soluzzjoni orali.

Is-soluzzjoni orali hija ċara għal kemmxejn tkanġi.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

It-trattament ta’ narkolessija b’kataplessija f’pazjenti adulti.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

It-trattament għandu jinbeda minn, kif ukoll jitkompla taħt il-gwida ta’ tabib b’esperjenza fit- trattament ta’ mard ta’ l-irqad.

Pożoloġija

Id-doża rikkmandata tal-bidu hija ta’ 4.5 g ta’ sodium oxybate kuljum maqsuma f’ żewġt dożi ugwali ta’ 2.25 g/doża. Għandha issir it-titrazzjoni tad-doża sakemm jintlaħqu l-effikaċja u t-tolerabilta` mixtieqa (ara sezzjoni 4.4), billi titnaqqas jew tiżdied id-doża b’ 1.5 g kuljum (i.e. 0.75 g/doża) sa mhux iżjed mid-doża massima ta’ 9 g/ ġurnata maqsuma f’żewġt dozi ndaqs ta’ 4.5 g/doża. Minimu ta’ ġimgħa jew ġimagħtejn huwa rikkmandat bejn iż-żiediet fid-doża. Id-doża ta’ 9 g/ ġurnata m’għandiex tinqabes minħabba l-possibbilta` ta’ sintomi severi f’dożi ta’ 18 g jew aktar kuljum (ara sezzjoni 4.4).

Dożi singoli ta’ 4.5 g m’għandhomx jingħataw sakemm ma tkunx saret it-titrazzjoni tad-doża sa dak il-livell għal dak il-pazjent partikolari.

Jekk sodiun oxybate u valproate jintużaw flimkien (ara sezzjoni 4.5), huwa rrikmandat tnaqqis ta’ 20% fid-doża ta’ sodium oxybate. Id-doża tal-bidu rrikmandata għal sodium oxybate meta jintuża flimkien ma’ valproate, huwa ta’ 3.6 g kull lejl, li tingħata mill-ħalq f’żewġt dożi maqsuma ndaqs ta’ madwar

1.8 g qabel l-irqad.. Jekk ikun hemm bżonn l-użu flimkien, ir-rispons u t-tolerabbilta` tal-pazjent, għandhom jiġu mmonitorjati u skond dan tiġi addatata d-doża (ara sezzjoni 4.4)

Meta jitwaqqaf Xyrem

L-effetti ta’ meta jitwaqqaf sodium oxybate ma kienux sistematikament evalwati f’ provi kliniċi kontrollati (ara sezzjoni 4.4).

Jekk il-pazjent iwaqqaf il-prodott mediċinali għal iktar minn 14-il ġurnata konsekuttiva, id-dożaġġ irid jerġa’ jinbeda mill-iżjed doża baxxa.

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

Anzjani fuq sodium oxybate għandhom jiġu osservati mill-qrib għal indeboliment fil-funzjoni tal- moviment u/jew tal-konjizzjoni (ara sezzjoni 4.4).

iIndeboliment tal-fwied

Id-doża tal-bidu għandha tiġi mnaqqsa bin-nofs fil-pazjenti kollha b’indeboliment tal-fwied, u r- rispons għaż- żiediet fid-dożi għandha tiġi osservata mill-qrib (ara sezzjoni 4.4).

Indeboliment tal-kliewi

Il- pazjenti kollha b’ indeboliment tal-kliewi għandhom jikkunsidraw ir-rikkomandazzjoni li jieħdu inqas sodium fid-dieta tagħhom (ara sezzjoni 4.4).

Popolazzjoni pedjatriċi

Ma ġietx stabbilita is-sigurtà u l-effikaċja ta’ sodium oxybate f’tfal u addoloxxenti ta’ bejn 0-18 -il sena’. M’hemmx dejta disponibli.

Kif jittieħed

Xyrem għandu jittieħed mill-ħalq l-ewwel meta wieħed jitħol jorqod u imbagħad wara 2.5 sa 4 sigħat. Huwa rikkmandat li ż-żewgt dożi ta’ Xyrem għandhom jiġu rikostitwiti f’istess ħin meta wieħed imur jorqod. Xyrem issibu b’siringa bil-kejl u żewġt tazza tad-dożaġġ ta’ 90 mL b’għatu li ma jinfetaħx mit-tfal. Kull doża mkejla ta’ Xyrem għandha titferra’ fit-tazza tat-dożaġġ u tiġi dilwita b’ 60 mL ta’ ilma qabel ma tittieħed.L-ikel inaqqas sinifikament il-biodisponibilita` ta’ sodium oxybate u għalhekk il-pazjenti għandhom jieklu mill-inqas ftit sigħat mhux ħażin (2-3 sigħat) qabel ma jieħu l-ewwel doza ta’ Xyrem qabel ma jitħlu jorqdu. Il-pazjenti għandhom dejjem iħallu l-istess ammont ta’ ħin wara li jieklu biex jieħdu d-doża.Id-dożi ghandhom jittieħdu sa 24 siegħa wara l-preparazzjoni, inkella jintremew.

4.3Kontra-indikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal xi sustanzi mhux attivi elenkati f’sezzjoni 6.1.

Pazjenti b’depressjoni maġġuri

Pazjenti b’defiċjenza ta’ succinic semialdehyde dehydrogenase.

Pazjenti fuq trattament b’opoids jew barbiturati.

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Xyrem għandu l-potenzjal li jindotta depressjoni respiratorja.

Depressjoni respiratorja u tas-CNS

Sodium oxybate għandu wkoll il-potenzjal li jindotta depressjoni respiratorja. Apnea u depressjoni respiratorja kienu osservati f’persuni sajma f’saħħithom wara li ħadu 4.5 g f’daqqa (d-doppju tad-doża rikkmandata tal-bidu). Pazjenti għandhom jiġu mistoqsija dwar sinjali ta’ depressjoni tas-CNS u tas- sistema respiratorja. Attenzjoni speċjali trid tittieħed ma’ pazjenti li ġa għandhom mard respiratorju. Minħabba r-riskju akbar ta’waqfien tan-nifs għal ftit ħin waqt l-irqad, pazjenti b’ BMI ≥40 kg/m2 għandhom jiġu segwiti mill-qrib waqt li jkunu qed jieħdu sodium oxybate.

Madwar 80% tal-pazjenti li ħadu sodium oxybate waqt il-provi kliniċi baqgħu fuq stimulanti tas-CNS. Mhux magħruf jekk dan kellux effett fuq ir-respirazzjoni waqt il-lejl. Qabel ma’ jżidu d-doża ta’ sodium oxybate (ara sezzjoni 4.2), it-tobba għandhom ikunu konxji li l-apnea waqt l-irqad iseħħ f’ mhux aktar minn 50% tal-pazjenti b’narkolessija.

Benzodiazepines

Minħabba l-possibillta` li jiżdied ir-riskju ta’ depressjoni respiratorja, għandu jiġi evitat l-użu flimkien ta’ benzodiazepines u sodium oxybate.

Alkoħol u depressanti tas-CNS

L-użu flimkien ta’ alkoħol, u jew xi mediċina depressanti tas-CNS, ma’ sodium oxybate jista’ jirriżulta f’żieda fil-qawwa tal-effetti depressanti tas-CNS ta’ sodium oxybate kif ukoll żieda

fir-riskju ta’ depressjoni respiratorja. Għalhekk, il-pazjenti għandhom jiġu mwissija kontra l- użu ta’ l-alkoħol flimkien ma’ sodium oxybate.

Inhibituri ta’ Gamma hydroxybutyrate (GHB) dehydrogenase

Trid tittieħed attenzjoni f’ pazjenti li huma trattati fl-istess ħin b’ valproate jew xi inhibitur ta’

GHB dehydrogenase ieħor għaliex ġew osservati interazzjonijiet farmakokinetiċi u farmakodinamiċi meta sodium oxybate jingħata flimkien ma’ valproate (ara sezzjoni 4.5).

Jekk ikun hemm bżonn l-użu flimkien, għandu jiġi kkunsidrat aġġustament fid-doża (ara sezzjoni 4.2). Barra minn hekk, ir-rispons u t-tolerabbilta`tal-pazjent għandhom jiġu mmonitorjati u skond dan tiġi addatata d-doża.

Topiramate

Kien hemm osservazzjoni(jiet) kliniċi ta’ Koma u żieda fil-konċentrazzjoni ta’ GBH wara t- teħid flimkien ta’ sodium oxybate ma’ topiramate. Għalhekk, il-pazjenti għandhom jitwissew kontra l’użu ta’ topiramate flimkien ma’ sodium oxybate (section 4.5).

Il-potenzjal ta’ abbuż u d-dipendenza

Sodium oxybate li huwa sodium salt ta’ GHB, huwa sustanza attiva u depressant tas-sistema nervuża ċentrali li hu magħruf għall-potenzjal għall-abbuż. Qabel it-trattament, it-tobba għandhom jiċċekkjaw jekk il-pazjenti għandhomx storja jew suxxettibbilta` ta’ abbuż ta’ droga. Il-pazjenti għandhom jiġu segwiti regolarment u fil-kaz ta’ suspett ta’ abbuz, għandu jitwaqqaf it-trattament b’sodium oxybate.

Kien hemm rapporti ta’ każi ta’ dependenza wara l-użu illeċitu ta’ GHB b’dożi frekwenti ripetuti (18 sa 250 g/ġurnata) iżjed mill-marġini tad-dożaġġ terapewtiku. Għalkemm m’hemmx evidenza ċara li turi l-iżvillup ta’ dipendenza f’pazjenti fuq sodium oxybate b’ dożi terapewtiċi, din il-possibbilta` ma tistax tiġi eskluża.

Pazjenti b’ porfirja

Sodium oxybate huwa meqjuż perikoluż f’pazjenti b’ porfirja għaliex ġie muri li jikkawża l-porfirja f’annimali jew f’sistemi in-vitro.

Ġrajjiet newropsikjatriċi

Pazjenti jistgħu jsiru konfużi meta jkunu fuq trattament b’ sodium oxybate. Jekk dan iseħħ, għandhom jiġu eżaminati sew, u għandha tittieħed ażzjoni xierqa fuq bażi individwali. Ġrajjiet newropsikjatriċi oħrajn jinkludu anzjeta`, psikożi, paranoja, alluċinazzjonijiet, u aġitazzjoni. Iridu jiġu eżaminati immedjatament u b’attenzjoni dawk il-pazjenti li jibdew ibagħtu minn disturbi fil-ħsieb inkluż ħsibijiet li jikkommettu atti vjolenti (inkuż li jweġġgħu lil ħaddieħor) u/jew mġieba abnormali waqt li jkunu fuq sodium oxybate.

Meta pazjenti fuq trattament b’sodium oxybate toħroġilhom id-depressjoni, jkun hemm bżonn evalwazzjoni immedjata u bir-reqqa. Pazjenti bi storja ta’ mard depressiv u/jew attentat ta’ suwiċidju għandhom jiġu segwiti bir-reqqa speċjalment għall-ħruġ ta’ sintomi depressivi waqt li jkunu qed jieħdu sodium oxybate. Id-depressjoni maġġuri hija kontraindikata fl-użu ta’ Xyrem (sezzjoni 4.3).

Jekk pazjent ikollu inkontinenza ta’ l-awrina jew tal-ħmieġ waqt terapija b’sodium oxybate, it-tabib għandu jqis investigazzjonijiet biex jiġu eliminati kawżi oħra.

Fi provi kliniċi, ġiet rappurtata sonnambulanza f’pazjenti trattati b’sodium oxybate. Mhix ċara jekk xi episodji jew jekk l-episodji kollha jikkorrispondu għal sonnambulanza vera (parasomnja li tiġri waqt irqad li mhux REM) jew għal xi mard mediku speċifiku ieħor. Ir-riskju ta’ korriment jew li jagħmel ħsara lilu nnifsu għandu jitqis f’kull pazjent b’sonnambulanza. Għalhekk, episodji ta’ sonnambulanza għandhom jiġu evalwati sew u għandhom jittieħdu l-azzjonijiet xierqa.

It-teħid ta’ sodium

Pazjenti fuq sodium oxybate jkunu qegħdin jieħdu bejn 0.75g (għal doża ta’ 4.5g kuljum Xyrem) sa 1.6g (għal doża ta’ 9g kuljum Xyrem) ta’ sodium iżjed kuljum. F’pazjenti b’ insuffiċjenza tal-qalb,

pressjoni għolja jew funzjoni renali kompromett, għandha tiġi kunsidrata b’attenzjoni r- rikkmandazzjoni li jitnaqqas sodium fid-dieta (ara sezzjoni 4.2).

Pazjenti b’funzjoni epatika kompromett

Pazjenti b’funzjoni epatika kompromett jkollhom żieda fil-half-life ta’ eliminazzjoni u fl-esponiment sistemiku għal sodium oxybate (ara Sezzjoni 5.2). Għalhekk, f’dawn il-pazjenti d-doża tal-bidu għandha titnaqqas bin-nofs, u r-rispons għaż-żiediet fid-doża għandu jiġi osservat mill-qrib (ara sezzjoni 4.2).

Anzjani

Hemm esperjenza limitata b’sodium oxybate fl-anzjani. Għalhekk, pazjenti anzjani għandhom jiġu osservati mill-qrib għal indeboliment fil-funzjoni tal-moviment u tal-konjizzjoni waqt li jkunu fuq sodium oxybate.

Pazjenti b’epilessija

Kienu osservati aċċessjonijiet f’ pazjenti fuq sodium oxybate. Is-sigurta’ u l-effikaċja ta’ sodium oxybate ma ġietx stabbilita f’ pazjenti b’ epilessija, u għalhekk l-użu f’ dawn il-pazjenti mhux rikkmandat.

Effetti li jiggravaw mal-waqfien u sindromu ta’ waqfien mill-mediċina

L-effetti ta’ meta jitwaqqaf sodium oxybate ma ġewx evalwati sistematikament f’provi kliniċi kontrollati. Meta titwaqqaf it-terapija b’sodium oxybate, xi pazjenti jistaw jerġaw jibdew ibagħtu minn kataplessija b’ frekwenza ogħla minn qabel, għalkemm din tista’ tkun minħabba l-varjabilita` normali tal-marda. Għalkemm l-esperjenza fi provi kliniċi b’sodium oxybate f’ pazjenti b’ narkolessija/ kataplessija b’dożi terapewtiċi ma turiex evidenza ċara ta’ sindromu ta’ waqfien mill-mediċina, f’każi rari , effetti bħal nuqqas ta’ rqad, uġigħ ta’ ras, anzjeta`, sturdament, mard ta’ l-irqad, nagħas, alluċinazzjonijiet, u mard psikotiċi kienu osservati wara l-waqfien ta’ GHB.

4.5Prodotti mediċinali oħra li ma jaqblux ma’ dan il-prodott u affarjiet oħra li jistgħu jibdlu l-effett farmaċewtiku tal-prodott

L-użu ta’ l-alkoħol flimkien ma’ sodium oxybate jista’ jwassal għal tisħieħ ta’ l-effetti depressanti tas- sistema nervuża ċentrali ta’ sodium oxybate. Għandu jkun hemm twissija biex il-pazjenti ma jixorbux alkohol flimkien ma sodium oxybate.

Sodium oxybate m’għandux jintuża flimkien ma’ ipnotiċi sedattivi jew depressanti oħra tas-sistema nervuża ċentrali.

Ipnotiċi sedattivi

Studji fuq l-interazzjoni bejn il-mediċini b’sodium oxybate f’adulti f’saħħithom (doża singola ta’

2.25 g) u lorazepam (doża singola ta’ 2 mg) u zolpidem tartrate ( doża singola ta’ 5 mg) ma wrew ebda interazzjoni farmakokinetiċi. Żieda fin-nagħas kienet osservata wara t-teħid flimkien ta’ sodium oxybate (2.25 g) u lorazepam (2 mg). L-interazzjoni farmakodinamiċi ma’ zolpidem ma ġewx imkejla. Meta dożi ogħla sa 9 g/d ta’ sodium oxybate jittieħdu flimkien ma’ dożi ogħla ta’ ipnotiċi (fil-medda tad-dożi rrikkmandati) interazzjoni farmakodinamiċi assoċjati ma’ sintomi ta’ depressjoni tas-CNS u/jew depressjoni respiratorja ma jistgħux jiġu esklużi (ara sezzjoni 4.3).

Tramadol

Studju fuq l-interazzjoni bejn il-mediċini b’sodium oxybate f’adulti f’saħħithom (doża singola ta’

2.25 g) u tramadol (doża singola ta’ 100 mg) ma wrew ebda interazzjoni farmakokinetiċi/farmakodinamioċi. Meta dożi ogħla sa 9 g/d ta’ sodium oxybate jittieħdu flimkien ma’ dożi ogħla ta’mediċini bħal oppju (fil-medda tad-dożi rrikkmandati) interazzjoni farmakodinamiċi assoċjati ma’ sintomi ta’ depressjoni tas-CNS u/jew depressjoni respiratorja ma jistgħux jiġu esklużi

(ara sezzjoni 4.3).

Mediċini kontra id-depressjoni

Studji fuq l-interazzjoni bejn il-mediċini b’sodium oxybate f’adulti f’saħħithom (doża singola ta’ 2.25 g) u l-mediċina ta’ kontra d-depressjoni protriptyline hydrochloride; doża singola ta’ 10 mg) u

duloxetine (60 mg fi stat li ma jitbiddlilx) ma wrew ebda interazzjoni farmakokinetiċi. Ebda żieda fin- nagħas ma kienet osservata meta tqabbel doża sinġoli ta’ sodium oxybate waħdu (2.25 g) u sodium oxybate (2.25 g) flimkien ma’ duloxetine (60 mg fi stat li ma jitbiddilx). Il- mediċini ta’ kontra d- depressjoni jiġu użati fit-trattament ta’ kataplessija. Il-possibillta`ta’ effett addittiv ma tistax tiġi eskluża. Ir-rata ta’ reazzjonijiet avversi żdiedet meta sodium oxybate ittieħdet flimkien ma’ mediċina ta’ kontra d-depressjoni triċikliki.

Modafinil

Studju fuq l-interazzjoni bejn il-mediċini b’sodium oxybate f’adulti f’saħħithom (doża singola ta’

4.5 g) u modafinil (doża singola ta’ 200 mg) u zolpidem tartrate ( ipnotiku [mhux benzodiazepine]; doża singola ta’ 5mg) ma wrew ebda interazzjoni farmakokinetiċi. Sodium oxybate jittieħdu flimkien ma’mediċini stimulanti tas-CNS f’madwar 80% tal-pazjenti fi studji kliniċi f’narcolepsy. Mhux magħruf jekk dan kellux effett fuq in-nifs waqt il-lejl.

Omeprazole

Meta omeprazole (prodott mediċinali li tibdel il-pH ta’ l-istonku) jittieħed flimkien ma’ sodium oxybate, dan ma kellux effett klinikament sinifikattiv fuq il-farmakokinetika ta’ sodium oxybate. Id- dożaġġ ta’ sodium oxybate m’għandiex bżonn aġġustament meta jingħata flimkien ma’ inibituri tal- proton pump.

Ibuprofen

Studji dwar l-interazzjoni tal-mediċini f’pazjenti adulti b’saħħithom ma wrewx interazzjoni farmakokinetiċi bejn sodium oxybate u ibuprofen.

Diclofenac

Studji fl-interazzjoni tal-mediċini f’adulti b’saħħithom ma wrewx interazzjonijiet bejn sodium oxybate and diclofenac. It-teħid flimkien ta’ sodium oxybate u diclofenac f’voluntiera b’saħħithom, naqsu d- defiċit fl-attenzjoni ikkawzat b’ Xyrem biss kif mkejla fit-testijiet psikometriċi.

Inhibituri ta’ GHB dehydrogenase

Peress li sodium oxybate huwa immetabolizzat b’ GHB dehydrogenase hemm riskju potenzjali ta’ interazzjoni ma’ mediċini li jistimulaw jew jinhibixxu dan l-enżim (eż. valproate, phenytoin jew ethosuximide) (ara sezzjoni 4.4).

It-teħid flimkien ta’ sodium oxybate (6 g kuljum) b’ valproate (1250 mg kuljum) irriżulta f’żieda ta’ esponiment sistematiku għal sodium oxybate b’ madwar 25% u ebda bidla sinifikanti f’ Cmax. Ebda effett fuq il-farmakokinetika ta’ valproate ma kien osservat. L-effetti farmakodinamiċi li jirriżultaw, inkluż żieda fl-impediment ta’ funzjoni kognittiv u nagħas, kienu ikbar minn dawk osservati biż-żewġt mediċini weħedhom. Jekk ikun hemm bżonn l-użu flimkien, t-tollerabilta` u ir-rispons tal-pazjent għandhom jiġu mmonitorjati u jekk ikun hemm bżonn isir aġġustament fid-doża (ara sezzjoni 4.2).

Topiramate

Ma jistgħux jiġu esklużi interazzjonijiet farmakodinamiċi u farmakokinetiċi possibli meta sodium oxybate jintuża flimkien ma’ topiramate, peress li osservazzjoni(jiet) kliniċi ta’ koma, u żieda fil- konċentrazzjoni ta’ GHB fil-plażma kienu rrappurtati fl-pazjent(i) waqt l-użu flimkien ta’ sodium oxybate u topiramate (sezzjoni 4.4).

Studji in vitro b’mikrożomi miġbura tal-fwied uman juru li sodium oxybate ma jinibixxix sinifikament l-attivita` tal-iżoenżimi umani (ara sezzjoni 5.2).

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Studji fuq l-annimali ma wrew ebda evidenza ta’ teratoġeniċita`, imma kien hemm imwiet tal-embriju kemm f’studji fil-ġrieden u kemm studji fil-fniek (ara sezzjoni 5.3).

Dejta minn numru limitat ta’ nisa tqal li ġew esposti fl-ewwel trimester juri l-possibilta` ta’ żieda fir- riskju ta’ abort spontanju. S’issa m’hemmx aktar tagħrif epidemjoloġiku relevanti disponibbli. Tagħrif

limitat miġbur minn pazjenti tqal waqt it-tieni u t-tielet trimester ma juri ebda malformazzjoni jew tossiċita` fil-fetu/ fit-tarbija tat-twelid b’sodium oxybate.

Sodium oxybate mhux rikkmandat waqt it-tqala.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk sodium oxybate u/jew il-metaboliti tiegħu jgħaddux fil-ħalib tas-sider. It-treddigħ mhux rikmandat waqt trattament b’ sodium oxybate.

Fertilità

M’hemmx dejta klinika disponibbli dwar l-effetti ta’ sodium oxybate fuq il-fertilità. Studji f’ ġrieden irġiel u nisa f’dożi sa 1,000 mg/kg/ġurnata ta’ GHB ma wrew ebda evidenza ta’ effett avvers fuq il- fertilita`.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Sodium oxybate għandu effett qawwi ħafna fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

Għal mill-inqas 6 sigħat wara li jieħdu sodium oxybate, pazjenti m’għandhomx jagħmlu attivitajiet fejn hemm bżonn li wieħed ikollu viġilanza mentali kompleta jew ko-ordinament komplet tal- moviment , bħal fit-tħaddim ta’ magni u fis-sewqan.

Meta l-pazjenti l-ewwel jibdew jieħdu sodium oxybate, għandhom joqgħodu attenti ħafna waqt li jsuqu karozza, jħaddmu magni, jew jagħmlu xi xogħol ieħor li jista’ jkun perikoluż jew li jirrikjedi viġilanza mentali kompleta, sakemm isiru jafu jekk din il-mediċina jkunx ser ikollha effett li jibqa’ fuqhom anke l-għada.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil ta’ sigurta`

L-effetti mhux mixtieqa li l-iżjed ġew rappurtati huma sturdament, dardir, u uġigħ ta’ ras, li kollha jidhru f’ 10% sa 20% tal-pazjenti. L-iżjed reazzjonijiet avversi serji huma attentat ta’ suwiċidju, psikożi, depressjoni respiratorja u aċċessjoni.

Is-sigurta` u l-effikaċja ta’ sodium oxybate ghat-trattament tas-sintomi ta’ narkolessija kienu stabbiliti f’ erba’ provi multi-ċentrali, randomizzati, double-blind, ikkontrollati mil plaċebo, fi grupp paralleli b’pazjenti b’narkolessija b’kataplessija ħlief ghal prova waħda fejn ma kienx hemm bżonn kataplessija sabiex tintagħżel. Żewġ studji ta’ Fażi 3 u studju wieħed f’Fażi 2 double-blind, fi grupp paralleli, ikkontrollati mil plaċebo saru biex jeżaminaw l-indikazzjoni ta’ sodium oxybate ghal fibromyalgia. Barra minn hekk, studji dwar l-interazzjoni crossover drug-drug, randomizzati, double-blind, ikkontrollati mil plaċebo, b’ibruprofen, diclofenac u valproate saru f’persuni f’saħħithom u huma deskritti fil-qasir f’sezzjoni 4.5.

Minn barra r-reazzjonijiet avversi rrappurtati waqt studji kliniċi, reazzjonijiet avversi kienu rrappurtati fl’esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Mhux dejjem possibli li jiġi stimat korrettament il-frekwenza tal-inċidenza tagħhom fil-popolazzjoni li jrid jiġu kkurati.

Sommarju f’tabella tar-reazzjonijiet avversi

Effetti mhux mixtieqa kif imliżżla fis-Sistema tal-Klassifikazzjoni tal-Organi MedDRA

Estimu tal-frekwenza: komuni ħafna (≥ 1/10); komuni (≥ 1/100 to < 1/10); mhux komuni (≥ 1/1000 to < 1/100); rari (≥ 1/10,000 to < 1/1000); rari ħafna (< 1/10,000); mhux magħruf (ma jistax jitkejjel mit-tagħrif miġbur).

F’kull grupp ta’ frekwenza, ir-reazzjonijiet avversi huma mniżżlin f’ordni b’dawk l-iżjed serji l-ewwel segwiti minn dawk inqas serji.

Infezzjonijiet u infestazzjonijiet:

Komuni: nażofarinġite, sinusite

Mard tas-sistema immuni:

Mhux komuni: ipersensitivita`

Mard marbut mal-metaboliżmu u n-nutrizzjoni:

Komuni: anoressija, tnaqqis fl-aptit

Mhux magħruf: disidrazzjoni, żieda fl-aptit

Mard psikjatriku:

Komuni:depressjoni, kataplessija, anzjetà, ħolm abnormali, stat konfużjonali, diżorjentament, ħolm tal-biża’, sonnambulanza, mard ta’ l-irqad, insomnja, insomnja tan-nofs, nervożita`

Mhux komuni: attentat ta’ suwiċidju, psikożi, paranoja, alluċinazzjonijiet, ħsieb abnormali, aġitazzjoni, attentat ta’ suwiċidju, insomnja inizjali

Mhux magħruf: ħsibijiet ta’ suwiċidju, ħsibijiet ta’ qtil, aggressjoni, burdata ewforika, mard tal-ikel relatat mal-irqad, attakki ta’ paniku, manija, mard bipolari, delużjoni, bruxiżmu, irritibilita`

Mard tas-sistema nervuża:

Komuni ħafna: sturdament, uġigħ ta’ ras

Komuni: paraliżi ta’ l-irqad, nagħas, rogħda, mard tal-bilanċ, disturbi fl-attenzjoni, ipo-estesija, para- estesija, sedazzjoni, dysġewsja

Mhux komuni: myoklonus, amnesija, sindromu hekk msajjaħ restless legs

Mhux magħruf : aċċessjoni, telf tal-koxxenzja, diskajnesja

Mard ta’ l-għajnejn:

Komuni: viżjoni mċajpra

Mard tal-widna u s-sistema labirintika

Komuni: vertigo

Mhux magħruf : tinnitus

Mard ta’ l-għajnejn:

Komuni: viżjoni mċajpra

Mard kardijaku:

Komuni: palpitazzjonijiet

Mard vaskulari:

Komuni: ipertensjoni

Mard respiratorju, toraċiku u medjastinali: Komuni: qtugħ ta’ nifs, inħir, konġestjoni nażali

Mhux magħruf : depressjoni respiratorja, waqfien tan-nifs għal ftit ħin waqt l-irqad

Mard ġastro-intestinali:

Komuni ħafna: dardir (il-frekwenza ta’ dardir hija ogħla fin-nisa milli fl-irġiel)

Komuni: rimettar, dijareja, uġigħ fl’--addomenu, Mhux komuni: inkontinenza tal-ħmieġ

Mhux magħruf: ħalq xott

Mard tal-ġilda u tat-tessut ta’ taħt il-ġilda: komuni: żieda fl-għaraq, raxx

Mhux magħruf : urtikarja, anġjoedima

Mard muskolu-skeltrali u tat-tesssut konnettiv:

Komuni: artralġia, spażmi fil-muskoli, uġigħ fid-dahar

Mard tal-kliewi u tas-sistema urinarja:

Komuni: enuresi ta’ bil-lejl, inkontinenza urinarja

Mhux magħruf : pollakjurja/ urġenza ta’ mikturizzjoni

Mard ġenerali u kondizzjonijiet ta’ mnejn jingħata:

Komuni: astenja, għajja, sensazzjoni ta’ sakra, edima periferali

Investigazzjonijiet:

komuni: żieda fil-pressjoni tad-demm, żieda fil-piz

Korriment, avvelenament u komplikazzjonijiet ta’ xi proċedura:

Komuni: waqgħa

Deskrizzjoni ta’ reazjonijiet avversi magħżula

Wara l-waqfien tat-trattament b’ sodium oxybate, xi pazjenti jistgħu jerġgħu jibdew ibagħtu minn kataplessija bi frekwenza ogħla minn qabel, għalkemm din tista’ tkun minħabba l-varjabilita` normal tal-marda. Għalkemm l-esperjenza minn provi kliniċi b’ sodium oxybate f’dożi terapewtiċi f’pazjenti b’ narkolessija/ kataplessija ma jurux evidenza ċara ta’ sindromu ta’ waqfien mill-mediċina, f’każi rari, effetti mhux mixtieqa bħal insomnja, uġigħ ta’ ras, anzjeta`, sturdament, mard ta’ l-irqad, nagħas, alluċinazzjoni, u mard psikotiku kienu osservati wara il-waqfien ta’ GHB.

Rapportaġġ tar-reazzjonijiet avversi suspettati

Rapportaġġ tar-reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali huwa importanti. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ benefiċċju/riskju tal-prodott mediċinali. Professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba sabiex jirrappurtaw qwalunque reazzjonijiet avversi suspettati via s-sistema nazzjonali tar-rappurtaġġ mniżżla f’ Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

L-informazzjoni dwar is-sinjali u s-sintomi marbuta ma’ doża eċċessiva b’sodium oxybate hija limitata. L-biċċa l-kbira tat-tagħrif ġej mill-użu illeċitu ta’ GHB. Sodium oxybate huwa s-sodium salt ta’ GHB. Kienu osservati ġrajjiet marbuta mas-sindromu ta’ waqfien f’dożi ogħla minn dawk terapewtiċi.

Sintomi

Pazjenti wrew gradi varji ta’ koxjenza depressa li setgħu nbiddlu malajr minn stat konfużjonali, aġitat u kombattiv b’ataxja għal koma. Jista’ jiġi osservat rimettar (anke ma’ kuxjenza mnaqqsa), djaforesi, uġigħ ta’ ras, u ħiliet psikomuturi mnaqqsa. Kien rapportat viżżjoni mċajpra. F’dożi għolja, kien osservat koma iżjed fil-fond. Kienu rapportati aċċessjonijiet tat-tip myoclonus u tonic-clonic. Hemm rapporti ta’ kompromess fir-rata u l-fond tar-respirazzjoni kif ukoll ta’ depressjoni respiratorja fejn ikun hemm theddida għall-ħajja, tant li kien hemm bżonn ta’ intubazzjoni u ventilazzjoni. Jista’ jkun hemm bradikardja u ipotermja flimkien ma’ l-inkoxjenza, kif ukoll ipotonja muskolari, mingħajr ma jkun hemm bidla fir-riflessi tal-għerq. Il-bradikardja tirrispondi għal atropine meta jingħata mill-vina.

Immaniġġar

Jekk ikun hemm suspett li kien hemm teħid ta’ mediċini oħra, jista’ jiġi kunsidrat il-ħasil ta’ l-istonku. Peress li jista’ jkun hemm rimettar meta jkun hemm nuqqas ta’ koxjenza, jista’ jkun hemm bżonn li tinżamm il-pożizzjoni xierqa tal-ġisem (il-pożizzjoni fejn wieħed ikun mimdud fuq il-ġenb tax-xellug) u l-intubazzjoni tat-toqob ta’ l-imnieħer sabiex dawn jibqgħu miftuħin. Għalkemm il-gag reflex tista’ ma tkunx preżenti f’pazjenti li jkunu f’koma fil-fond, anke pazjenti inkonxji jistgħu jirreżistu l- intubazzjoni, u induzzjoni ta’ sekwenza mgħaġġla (mingħajr l-użu ta’ sedattiv) għandha tiġi kunsidrata.

It-teħid ta’ flumazenil mhux mistenni li jneħħi l-effetti fuq is-sistema nervuża ċentrali ta’ sodium oxybate. M’hemm evidenza suffiċjenti li tirrikmanda l-użu ta’ naloxone fit-trattament ta’ doża eċċessiva b’GHB. L-użu ta’ emodijaliżi u metodi oħrajn fejn titneħħa l-prodott mediċinali minn ġol- ġisem ma kienux studjati b’dożi eċċessivi ta’ sodium oxybate. Madanakollu, minħabba l-metaboliżmu mgħaġġel ta’ sodium oxybate, m’hemmx bżonn dawn il-miżuri.

5.TAGĦRIF FARMAKOLOĠIKU

5.1Tagħrif farmakodinamiku

Kategorija farmakoterapewtika: Mediċinali oħra tas-Sistema Nervuża, Kodiċi ATC: N07XX04

Sodium oxybate huwa depressant tas-sistema nervuża ċentrali li jnaqqas nagħas eċċessiv ta’ bi nhar u u kataplessija f’pazjenti b’narkolessija u jbiddel l-istruttura ta’ l-irqad billi jnaqqas l-irqad mkisser waqt il-lejl. Mhux magħruf il-mekkaniżmu preċiż li biħ ikollu effett sodium oxybate, imma sodium oxybate huwa maħsub li jaħdem billi jżid slow (delta) wave sleep u jsaħħaħ l-irqad ta’ bil-lejl. Sodium oxybate meta jingħata qabel l-irqad ta’ bil-lejl iżid l-irqad ta’ Stadju 3 u Stadju 4 u jżid l-istadju ta’ qabel l-irqad, waqt li jnaqqas il-frekwenza ta’ perjodi ta’ sleep onset REM (SOREMPs). Jista’ jkun hemm mekkaniżmi oħra involuti li għadhom mhux ċari.

Mit-tagħrif miġbur mill-provi kliniċi, iżjed minn 80 % tal-pazjenti baqgħu jieħdu ukoll stimulant waqt li kienu fuq sodium oxybate.

L-effettivita` ta’ sodium oxybate fit-trattament ta’ sintomi ta’ narkolessija kienet stabbilita f’erba’ provi multiċentrali ta’ gruppi paralleli, ikkontrollati mill-plaċebo, double-blind u randomised ( Provi 1, 2,3 u 4) f’pazjenti b’narkolessija u b’kataplessija minbarra prova 2 fejn ma kienx hemm bżonn il- kataplessija għat-tħul fl-istudju. Kien permess it-teħid ukoll ta’ stimulant f’kull prova (ħlief fil-fażi ta’ trattament attiv f’Prova 2); mediċina kontra d-depressjoni kienu mwaqqfa qabel it-trattament attiv f’kull prova minbarra Prova 2. F’kull prova, id-doża ta’ kuljum kienet maqsuma f’żewġt dożi indaqs. L-ewwel doża kull lejl ittieħded fil-ħin ta’ l-irqad u t-tieni doża ttieħded 2.5 sa 4 sigħat wara.

Skeda 1 Ġabra fil-qosor tal-provi kliniċi li saru b’sodium oxybate fit-trattament ta’ narkolessija

Prova

Effiċjenza

N=

Effiċjenza Sekondarja

Tul

Trattament

 

Primarja

 

 

Attiv u Doża

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(g/ġurnata)

 

 

 

 

 

 

Prova 1

EDS (ESS);

MWT/Struttura ta’

8 ġimgħat

Xyrem 4.5 -

 

CGIc

 

L’Irqad/

 

 

 

 

Kataplessija /Naps/FOSQ

 

 

 

 

 

 

 

 

Prova 2

EDS (MWT)

Struttura ta’ L’Irqad/

8 ġimgħat

Xyrem 6 – 9

 

 

 

ESS/CGIc/Naps

 

Modafinil

 

 

 

 

 

200-600 mg

 

 

 

 

 

 

Prova 3

Kataplessija

EDS (ESS)/CGIc/Naps

4 ġimgħat

Xyrem 3 - 9

 

 

 

 

 

 

Prova 4

Kataplessija

Xejn

4 ġimgħat

Xyrem 3 - 9

 

 

 

 

 

 

EDS – nagħas ta’ bi nhar eċċessiv; ESS – skala tan-nagħas Epworth; MWT – Test ta’ kemm iżżomm imqajjem; Naps – Numru ta’ nagħsiet involontarji ta’ bi nhar; CGIc –L-Impressjoni Globali Klinika tal-Bidla; FOSQ – Risultati Funzjonali tal-Kwestjonarju dwar l-Irqad

F’ Prova 1, li inkudiet ġimgħa fejn hemm żiediet fid-doża, ħadu sehem 246 pazjent b’narkolessija. Il- kejl primarju ta’ effiċjenza kienu t-tibdiliet fin-nagħas eċċessiv bi nhar kif imkejla min Epsworth Sleepiness Scale (ESS), u l-bidla fis-severita` totali tas-sintomi ta’ narkolessija fil-pazjent kif imkejel mill-investigatur bil-kejl tal-Impressjoni Globali Klinika tal-Bidla (CGI-c).

Skeda 2 Ġabra fil-Qosor ta’ ESS f’Prova 1

Skala ta’ Nagħas Epworth (ESS; medda 0-24)

Grupp ta’ Doża

Linja Bażi

Fl-aħħar

Bidla Medja mill-

Bidla mill-Linja Bażi

[g/ġurnata (n)]

 

 

Linja Bażi

mqabbla mall-Plaċebo

 

 

 

 

(p-valur)

Plaċebo (60)

17.3

16.7

-0.5

-

4.5 (68)

17.5

15.7

-1.0

0.119

6 (63)

17.9

15.3

-2.0

0.001

9 (55)

17.9

13.1

-2.0

< 0.001

 

 

 

 

Skeda 3 Ġabra fil-Qosor ta’ CGI-c f’ Prova 1

Impressjonijiet Globali Kliniċi ta’ Bidla (CGI-c)

Grupp ta’ Doża

Minn Irrisponda*

Bidla mill-Linja Bażi

[g/ġurnata (n)]

N (%)

mqabbla mall-Plaċebo

 

 

(p-valur)

Plaċebo (60)

13 (21.7)

-

4.5 (68)

32 (47.1)

0.002

6 (63)

30 (47.6)

< 0.001

9 (55)

30 (54.4)

< 0.001

* It-tagħrif li nġabar b’ CGI-c kien analiżżat billi dawn li rrispondew ġew definiti bħala dawk il- pazjenti li ġew l-quddiem ħafna jew dawk il-pazjenti li ġew l-quddiem ħafna iżjed.

F’ Prova 2 tqabblu l-effetti ta’ sodium oxybate li jittieħed mill-ħalq, modafinil u sodium oxybate + modafinil, mal-plaċebo fit-trattament ta’ nagħas bi nhar f’narkolessija. Waqt it-8 ġimgħat tal-perjodu double blind, il-pazjenti ħadu modafinil fid-doża stabbilita tagħhom jew l-ekwivalenti bil-plaċebo. Id- doża ta’ sodium oxybate jew id-doża ekwivalenti għal plaċebo kienet ta’ 6 g/ġurnata għall-ewwel

4 ġimgħat u kienet miżjudha għal 9 g/ġurnata għal bqija ta’ l- 4 ġimgħat. Il-kejl primarju tal-effikaċja kien nagħas eċċessiv bi nhar kif mkejla b’ risponse oġġettiv f’ MWT.

Skeda 4 Ġabra fil-Qosor ta’ MWT f’ Prova 2

PROVA 2

Grupp ta’ Doża

Linja Bażi

Fl-aħħar

Bidla Medja mill-

L-aħħar mqabbel

 

 

 

Linja Bażi

mall-Plaċebo

Placebo (56)

9.9

6.9

-2.7

-

Sodium Oxybate (55)

11.5

11.3

0.16

<0.001

Modafinil (63)

10.5

9.8

-0.6

0.004

Sodium Oxybate +

10.4

12.7

2.3

<0.001

Modafinil (57)

 

 

 

 

F’prova 3 ħadu sehem 136 pazjenti b’narkolessija u b’kataplessija moderata jew severa (medja ta’ 21 attakki ta’ kataplessija kull ġimgħa) fil-linja bażi. Il-kejl primarju tal-effikaċja f’din il-prova kien il- frekwenza ta’ attakki ta’ kataplessija.

Skeda 5 Ġabra fil-qosor tar-risultati F’Prova 3

Dożaġġ

Numru ta’

 

Attakki ta’ Kataplessija

 

Persuni

 

 

 

 

Prova 3

Linja Bażi

 

Bidla Medja mill-

Bidla mill-Linja

 

 

 

 

Linja Bażi

Bażi mqabbla

 

 

 

 

 

mall-Plaċebo

 

 

 

 

 

(p-valur)

 

 

 

Medja ta’ attakki/ġimgħa

Plaċebo

20.5

 

-4

-

3.0 g/ġurnata

20.0

 

-7

0.5235

6.0 g/ġurnata

23.0

 

-10

0.0529

9.0 g/ġurnata day

23.5

 

-16

0.0008

F’prova 4 ħadu sehem 55 pazjenti b’narkolessija li kienu qegħdin jieħdu sodium oxybate f’studju li kien open-label għal 7 sa 44 -ilxahar. Pazjenti kienu maqsuma mingħajr ma ġew magħżula biex ikomplu t-trattament b’sodium oxybate fid-doża stabbli tagħhom jew fuq plaċebo. Il-prova 4 kienet iddiżinjata speċifikament biex tkejjel l-effikaċja kontinwa ta’ sodium oxybate wara użu fit-tul. Il-kejl primarju tal-effikaċja f’din il-prova kien il-frekwenza ta’ attakki ta’ kataplessija.

Skeda 6 Ġabra fil-Qosor tar-Riżultati f’Prova 4

Grupp tat-

 

 

Numru ta’

 

Attakki ta’ Kataplessija

Trattament

 

 

Persuni

 

 

 

 

 

Prova 4

 

Linja Bażi

 

Bidla Medja mill-

Bidla mill-Linja

 

 

 

 

 

 

Linja Bażi

Bażi mqabbla

 

 

 

 

 

 

 

mall-Plaċebo

 

 

 

 

 

 

 

(p-valur)

 

 

 

 

 

Attakki medji / ġimagħtejn

Plaċebo

 

 

4.0

 

21.0

-

Sodium oxybate

 

 

1.9

 

p <0.001

F’ prova 4, ir-rispons kien numerikament simili għal pazjenti b’dożi ta’ 6 sa 9 g/ġurnata, imma ma kienx hemm effett fil-pazjenti fuq trattament b’dożi inqas minn 6 g/ġurnata.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Sodium oxybate huuwa assorbit rapidament u kważi kompletament wara li jittieħed mill-ħalq; l- assorbiment idum iżjed u jittnaqqas ma’ ikla għolja fix-xaħam. Huwa l-biċċa l-kbira eliminat bil- metaboliżmu b’half-life ta’ 0.5 sa siegħa. Il-farmakokinetika mhix linejari, b’erja taħt il-kurva tal- konċentrazzjoni tal-plażma (AUC) versus il-kurva tal-ħin li tiżdied 3.8 l-darba waqt li tirdopplja d- doża minn 4.5 g to 9 g. Il-farmakokinetika ma tinbidilx b’dożaġġ ripetut.

Assorbiment Sodium oxybate huwa assorbit malajr wara li jittieħed mill-ħalq b’bijodisponibilta` ta’ madwar 88 %. Il-medja ta’ l-ogħla konċentrazzjonijiet tal-plażma ( l-ewwel u t-tieni l-ogħla) wara amministrazzjoni ta’ doża kuljum ta’ 9g maqsuma f’żewġt dożi ekwivalenti li jingħataw erbgħa siegħat l-bogħod minn xulxin kienu ta’ 78 u 142 g/mL, rispettivament. Il-ħin medju biex jintlaħaq l- ogħla konċentrazzjonijiet tal-plażma (Tmax) kien ta’ medda bejn il-0.5 sa 2 siegħat fi tmin studji farmakokinetiċi. Wara li ttieħed mill-ħalq, il-livelli fil-plażma ta’ sodium oxybate żdiedu iżjed minn proporzjonalment meta mqabbla maż-żieda fid-doża. Dożi singoli ta’ iżjed minn 4.5g ma kienux studjati. It-teħid ta’ sodium oxybate immedjatament wara ikla għolja fix-xaħam irrisulta f’assorbiment b’dewwmien fl-assorbiment (Tmax medju żdied bejn 0.75 siegħa sa 2.0 siegħat) u t-tnaqqis fl-ogħla livell tal-plażma (Cmax) b’medja ta’ 58% u b’esponiment sistemiku (AUC) ta’ 37%.

Distribuzzjoni

Sodium oxybate huwa sustanza idrofilika li għandha volum ta’ distribuzzjoni evidenti ta’ medja bejn il-190-384 mL/kg. F’konċentrazzjonijiet ta’ sodium oxybate f’medda ta’ 3 sa 300 g/mL, inqas minn 1% huwa marbut mal-proteini tal-plażma.

Bijotrasformazzjoni

Studji fl-annimali juri li l-mod if jiġi eliminat sodium oxybate huwa l-metaboliżmu, u jipproduċi carbon dioxide u ilma permezz taċ-ċiklu ta’ tricarboxylic acid ( Kreb’s) u inqas importanti b’ - ossidazzjoni. Il-mod primarju jinvolvi enżim li huwa marbut ma’ cytosolic NADP+, GHB dehydrogenase, li jikkataliżża l-konverżjoni ta’ sodium oxybate f’ succinic semialdehyde, li huwa imbagħad bijotrasformat f’ succinic acid bl’ enżim succinic semialdehyde dehydrogenase. Succinic acid jitħol fil-Krebs cycle fejn jiġi metaboliżżat f’carbon dioxide u ilma. Enżim tal-mitokondrion oxidoreductase ieħor, li hu transhydrogenase, jikkatalizza ukoll il-konverżjoni f’ succinic semialdehyde fil-preżenza ta’ -ketoglutarate. Mod alternattiv ta’ bijotrasformazzjoni jinvolvi - ossidazzjoni billi jibel 3,4-dihydroxybutyrate f’ Acetyl CoA, li ukoll jitħol fiċ-ċiklu tas-citric acid u jirriżulta fil-formazzjoni ta’ carbon dioxide u ilma. Ebda prodott tal-metaboliżmu attiv ma’ ġie identifikat.

Studji in vitro b’ mikrożomi miġbura minn fwied uman juru li sodium oxybate ma jinibixxix b’mod sinifikanti l-attivita` ta’ iżoenżimi umani: : CYP1A2, CYP2C9, CYP2C19, CYP2D6, CYP2E1, jew CYP3A sa konċentrazzjoni ta’ 3 mM (378 g/mL). Dawn il-livelli huma konsiderevolment ogħla minn livelli li ntlaħqu b’dożi terapewtiċi.

Eliminazzjoni

Il-clearance ta’ sodium oxybate jsir kważi kollu permeżż tal-bijotrasformazzjoni f’carbon dioxide, li imbagħad jiġi eliminat b’espirazzjoni. Fil-medda, inqas min 5% tal-prodott mediċinali tidher mhux mibdula fl-awrina fiż-żmien 6 sa 8 sigħat wara d-dożaġġ. L-eskrezzjoni fil-ħmieġ huwa negliġibli.

Anzjani

F’numru limitata ta’ pazjenti t’eta` akbar minn 65 sena il-farmakokinetika ta’ sodium oxybate ma kinitx differenti meta mqabbla ma dik f’pazjenti iżgħar minn 65 sena.

Popolazzjoni pedjatrika

Il-farmakokinetika ta’ sodium oxybate f’pazjenti pedjatriċi taħt it-18 il-sena ma ġewx studjati.

Indeboliment tal-kliewi

Ma sarux studji farmakokinetiċi f’pazjenti b’disfunzjoni renali għaliex il-kilwa m’għandiex sehem sinifikanti fl-eskrezjoni ta’ sodium oxybate; mhux mistenni li l-funzjoni renali jkollu xi effett fuq il- farmakokinetika ta’ sodium oxybate.

Indeboliment tal-fwied

Sodium oxybate tiġi metabolizzata sinifikament qabel ma jidħol fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm (hepatic first-pass). Wara doża singola orali ta’ 25 mg/kg, il-valuri ta’ AUC kienu d-doppju f’pażjenti b’ċirrożi, b’clearance orali evidenti li naqas minn 9.1 minn f’adulti f’saħħithom sa 4.5 u 4.1 mL/min/kg f’pazjenti b’ Class A (mingħajr axxite) u b’ Class C (b’axxite) milli f’pazjenti fil-kontrol ( medja t1/2 ta’ ta’ 59 u 32 versus 22 minuti). Id-doża tal-bidu għandha tiġi mnaqqsa bin-nofs fil-pazjenti kollha b’impediment tal-fwied, u r-rispons għaż-żidiet fid-doża segwit mil-viċin (ara sezzjoni 4.2).

Razza

L’effett ta’ razza fuq il-metaboliżmu ta’ sodium oxybate ma ġiex stimat.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina

Ma kienx hemm xi sejbiet sinifikanti fil-kimika klinika u fil-mikro- u makropatoloġija, wara li sodium oxybate ngħata ripetutament lil firien (90 ġurnata u 26 ġimgħat) u klieb (52 gimgħa). Sinjali kliniċi li kienu marbuta mat-trattament kienu relatati ma’ sedazzjoni, konsum imnaqqas ta’ l-ikel u tibil sekondarju fil-piz, żieda fil-piz tal-ġisem u tal-organi. L-espożizzjoni fil-far u fil-kelb fin-NOEL kienu inqas (~50%) minn dak fil-bniedem. Sodium oxybate ma kellux effetti mutaġeniċi u klastoġeniċi f’assays in vitro u in vivo.

Gamma Butyrolactone (GBL), pro-drug ta’ GHB li kien ittestjat f’ esponiment simili għal dak mistenni fil-bniedem (1.21-1.64 l-darba) kien ikklassifikat minn NTP bħala mhux karċinoġeniku fil- far, minħabba żieda żgħira f’ pheochromocytomas li huma diffiċli biex tinterpretahom minħabba l- mortalita` għolja fil-grupp tad-doża għolja. F’studju fuq karċenoġeniċita` fil-far b’oxybate ma kienux identifikati tumuri li kienu relatati ma xi sustanza.

GHB ma kellux effett fuq tgħammir, fertilita` ġenerali u parametri ta’ l-isperma u ma kellux tossiċita` fuq l-embriju u l-fetu f’firien esposti għal mhux iżjed minn 1000 /mg/kg/ġurnata ta’ GHB (1.64 l- darba iżjed minn l-esponiment fil-bniedem ikkalkulata f’ annimali mhux tqal). Il-mortalita` fiż-żmien immedjatament qabel jew wara t-twelid kienet iżjed u l-medja tal-piz tal-ġriewi kien inqas waqt iż-

żmien tat-treddigħ fl-annimali tad-doża għolja F1. L-assoċjazzjoni ta’ dawn l-effetti fl-iżvillup mat- tossiċita` fl-omm ma segħetx tkun stabbilita. Fil-fniek kien osservat ftit tossiċita` fil-fetu.

Studji dwar drug discrimination urew li GHB jipproduċi stimulu uniku u diskriminattiv li f’ċerti aspetti huwa simili għal dak tal-alkoħol, morfina u ċerti prodotti mediċinali li jikkupjaw lil GABA. Studji fil-firien, fil-ġurdien u fix-xadini fejn kien it-teħid tal-mediċina sar minnhom stess, wrew risultati konfliġġenti, madanakollu t-tollerenza għal GHB kif ukoll cross-tolerance għall-alkoħol u baclofen kien muri b’mod ċar fil-ġrieden.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ sustanzi mhux attivi

Ilma purifikat

Malic acid għal aġġustament tal-pH

Sodium hydroxide għal aġġustament tal-pH

6.2Inkompatibilitajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

5 snin

Wara li jinfetaħ l-ewwel darba: 40 ġurnata

Wara li jiġi dilwit ġot-tazzi ta’ dożaġġ , il-preparazzjoni għandha tintuża fi żmien 24 siegħa.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Din il-mediċina m’għandha ebda kundizzjonijiet ta’ ħażna speċjali.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara l-ewwel ftuħ tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3. Għall-kundizzjonijiet ta’ ħażna wara d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih u apparat speċjali ghall-użu

Flixkun tal-PET ovali ta’ kulur ambra, li jiġi b’siġill tal-plastik/fojl u magħluq b’ tapp li ma’ jinfetaħx mit-tfal magħmul minn HDPE/polypropylene b’ kisja ta’ pulpwood fuq ġewwa.

Kull kaxxa fiha flixkun wieħed ta’ 180 mL soluzzjoni, adapter li jiddaħħal ġol-flixkun li jikkonsisti f’

LDPE bottle-well housing, valv tal-gomma EPDM, valve retainer tal-acrylonitrile butadiene styrene terpolymer u tubi ta’ LDPE, għodda bil-marki tal-kejl (siringa tal-polypropylene), żewġt tazzi ta’ dożaġġ tal-polypropylene u żewġt tappijiet tal-kamin tal-HDPE li ma jinfetħux mit-tfal.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema

L-ebda ħtiġijiet speċjali.

7.ID-DETENTUR TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

UCB Pharma Ltd

208 Bath Road

Slough

Berkshire

SL1 3WE

Renju Unit

8.NUMRU TA’ L-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/05/312/001

9.DATA TA’ L-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TA’ L-AWTORIZZAZZJONI

Data ta’ l-ewwel awtorizzazzjoni: 13 Ottubru 2005

Data ta’ l-aħħar tiġdid: 08 Settembru 2015

10.DATA TA’ META ĠIET RIVEDUTA L-KITBA

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il-Mediċini (EMEA) http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati