Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Xyrem (sodium oxybate) – Fuljett ta’ tagħrif - N07XX04

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaXyrem
Kodiċi ATCN07XX04
Sustanzasodium oxybate
ManifatturUCB Pharma Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Xyrem 500 mg/mL soluzzjoni orali

Sodium oxybate

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik..

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Xyrem u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Xyrem

3.Kif għandek tieħu Xyrem

4.Effetti sekondarji possibli

5.Kif taħżen Xyrem

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Xyrem u gћalxiex jintuża

Xyrem fih is-sustanza attiva sodium oxybate. Xyrem jaħdem billi jsaħħaħ l-irqad ta’ bil-lejl, iżda l- mekkaniżmu eżatti ta’ kif jaħdem mhux magħruf.

Xyrem jintuża fit-trattament ta’ narkolessija b’katalessija fl’ adulti.

Narkolessija hija marda ta’ l-irqad li tista’ tinkludi attakki ta’ l-irqad waqt il-ħin ta’ bi nhar, kif ukoll kataplessija, paraliżi ta’ l-irqad, alluċinazzjonijiet u irqad ħażin. Kataplessija hija l-bidu ta’ debolizza jew paraliżi fil-muskoli mingħajr ma’ tintilef il-koxjenza, wara reazzjoni emozzjonali għall-għarrieda bħal rabbja, ferħ, daħk u ħasda.

2.X'għandek tkun taf qabel ma tieħu Xyrem

Tieħux Xyrem

-jekk inti allerġiku/a għal sodium oxybate jew għal xi sustanza oħra f’din il-mediċina (elenkati f’sezzjoni 6).

-jekk tbati minn defiċjenza ta’ succinic semialdehyde dehydrogenase ( marda metabolika rari)

-jekk tbati minn depressjoni maġġuri

-jekk qiegħed fuq trattament b’ opoids jew mediċini barbiturati.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Xyrem.

-jekk int għandek problemi fin-nifs jew fil-pulmun (u speċjalment jekk inti oħxon ħafna), għaliex Xyrem għandu l-potenzjal li jikkawża diffikulta` biex tieħu n-nifs;

-jekk għandek jew kellek qabel xi mard depressiv;

-jekk għandek insuffiċjenza tal-qalb, ipertensjoni (pressjoni għolja), problemi fil-fwied jew fil- kliewi għaliex id-doża tiegħek jista’ jkun li trid tiġi aġġustata;

-jekk qatt qabel abbużajt bid-droġa

-jekk tbati minn epilessija l-użu ta’ Xyrem mhux rikkmandat f’din il-kondizzjoni

-jekk għandek porfirja (mard metabolika mhux komuni)

Jekk xi waħda minn dawn ta’ fuq tapplika għalik, għid lit-tabib tiegħek qabel tieħu Xyrem.

Waqt li qed tieħu Xyrem, jekk ikollok esperjenza ta’ tpixxija fis-sodda w inkontinenza (kemm ta’ l- awrina u kemm tal-ħmieġ), konfużjoni, alluċinazzjonijiet, episodji ta’ sonnambulanza jew ħsibijiet abnormali, għandek tgħid lit-tabib tiegħek mall-ewwel. Dawn l-effetti m’humiex komuni, u meta jiġru s-soltu jkunu ħfief u moderati.

Jekk inti anzjan, it-tabib tiegħek ħa jsegwi l-kondizzjoni tiegħek b’attenzjoni sabiex jara jekk Xyrem huwiex qed ikollu l-effett meħtieġ.

Xyrem għandu potenzjal għall-abbuż magħruf sew. Ġraw każi ta’ dipendenza wara l-użu illeċitu ta’ sodium oxybate.

It-tabib tiegħek ser jistaqsik jekk qatt abbużajtx b’xi drogi qabel ma tibda tyieħu Xyrem u waqt li qed tuża din il-mediċina.

Tfal u adolexxenti

Tagħtix din il-mediċina lit-tfal u adoloxxenti.

Mediċini oħra u Xyrem

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew jista’ jkun li ħadt xi mediċini oħra.

Partikolarment, Xyrem m’għandux jittieħed flimkien ma’ mediċini li jikkawżaw l-irqad u mediċini li jnaqqsu l’attivita’ tas-sistema ċentrali nervuża (is-sistema ċentrali nervuża hija dik il-parti tal-ġisem relatata mal-moħħ u l-ispina dorsali).

Għid ukolllit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tkun qed tieħu xi mediċini minn dawn it-tip li ġejjin:

medicini li jżidu l’attivita’ tas-sistema ċentrali nervuża u antidepressanti

medicines li jistgħu jkunu proċessati bl-istess mill-ġisem bl-istess mod (eż, valproate, phenytoin jew ethosuximide li jintużaw fit-trattament tal-aċċessjonijiet)

topiramate (li jintuża fit-trattament tal-epilessija)

Jekk qed tieħu valproate, id-doża ta’ kuljum ta’ Xyrem tiegħek għandha bżonn tiġi aġġustat (ara sezzjoni 3) għaliex tista’ twassal għal interazzjonijiet.

Xyrem ma’ l-ikel, xorb u alkoħol

M’għandekx tixrob alkoħol waqt li tkun qiegħed tieħu Xyrem, għaliex l-effett tiegħu jista’ jiżdied.

Tqala u Treddigħ

Jekk inti tqila jew qed tradda’, taħseb li int tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, staqsi lit-tabib tiegħek għal parir qabel ma tieħu din il-mediċina.

Kien hemm ftit ħafna nisa li ħadu Xyrem f’xi żmien waqt it-tqala u xi ftit minnhom kellhom abort spontanju. Ir-riskju li teiħu Xyrem waqt it-tqala mhux magħruf, u għalhekk l-użu ta’ Xyrem fin-nisa tqal jew fin-nisa li qed jippruvaw joħorġu tqal mhux rikkmandat.

Mhux magħruf jekk Xyrem jgħaddix fil-ħalib ta’ l-omm. Il-pazjenti li jkunu fuq Xyrem għandhom jiefqu jreddgħu.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Xyrem ser ikollu effett fuqek jekk issuq jew tagħmel użu minn għodda jew magni. Għal mill-inqas sitt sigħat wara li tieħu Xyrem, m’għandekx issuq karozza, tħaddem magni kbar, jew tagħmel xi attivita` li hi perikoluża jew li għandha bżonn li wieħed ikun viġilanti.

Xyrem fiħ sodium

Għandek toqgħod attent ukoll għall-ammont ta’ melħ li tieħu għaliex Xyrem fih is-sodium (li jinstab fil-melħ ta’ l-ikel) li jista’ jkollu effett jekk għandek pressjoni għolja, problemi fil-qalb jew fil-kliewi fil-passat. Jekk tieħu żewġ dożi ta’ 2.25 g ta’ sodium oxybate kul lejl tkun qiegħed tieħu 0.82 g ta’ sodium, jew jekk tieħu żewġ dożi ta’ 4.5 g ta’ sodium oxybate kull lejl qiegħed tieħu 1.6 g ta’ sodium. Jista’ jkun li jkollok bżonn timmodera l-melħ li tieħu fl-ikel.

3.Kif gћandek tieћu Xyrem

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina eżattament kif qallek it-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew ma’ l-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Id-doża tal-bidu rrikkmandata hija ta’ 4.5 g/ġurnata, li tingħata f’żewġt dożi maqsumin indaqs ta’ 2.25 g/ doża. It-tabib għandu mnejn iżid id-doża tiegħek għall-massimu ta’ 9 g /ġurnata li tingħata f’żewġt dożi maqsumin indaqs ta’ 4.5 g/ doża.

Hu Xyrem mill-ħalq darbtejn kull lejl. Hu l-ewwel doża kif titħol ġos-sodda u t-tieni doża minn 2.5 sa 4 sigħat wara. Jista’ jkun ikollok tagħmel żveljarin biex tkun ċert li tqum għat-tieni doża. L-ikel inaqqas l-ammont ta’ Xyrem li ġismek jassorbi. Għalhekk, l-aħjar tieħu Xyrem f’ħinijiet fissi, sagħtejn-tlett sigħat wara li tiekol. Ipprepara iż-żewġt dożi qabel titħol torqod. Hu d-dożi sa 24 siegħa wara l-preparazzjoni.

Jekk qed tieħu valproate flimkien ma’ Xyrem, id-doża ta’ Xyrem ser tiġi aġġustata mit-tabib tiegħek. Id-doża tal-bidu rrikkmandata għal Xyrem, meta jintuża ma’ valproate, hija ta’ 3.6 g/ġurnata, li tingħata bħala żewġt dożi maqsuma ndaqs ta’ 1.8 g. Hu l-ewwel doża meta tidħol ġos-sodda u t-tieni doża 2.5 sa 4 siegħat wara.

Jekk għandek problema fil-kliewi, għandek tikkonsidra ir-rikkmandazzjoni li tnaqqas sodium fid-dieta.

Jekk għandek problemi fil-fwied, id-doża tal-bidu għandha tiġi maqsuma minn nofs. It-tabib tiegħek jista’ jżiedlek id-doża tiegħek gradwalment.

Struzzjonijiet ta’ kif tiddilwa Xyrem

L-istruzzjonijiet li ġejjin jispjegaw kif tipprepara Xyrem. Jekk jogħġbok aqra l-istruzzjonijiet b’attenzjoni u imxi magħhom pas pas.

Biex jgħinuk, il-kaxxa ta’ Xyrem fiha flixkun wieħed ta’ mediċina, siringa tal-kejl u żewġt tazzi tad- dożaġġ b’tappijiet li ma jinfetħux mit-tfal.

1. Neħħi it-tapp tal-flixkun billi timbotta l-isfel waqt li ddawwar it-tapp kontra l-arloġġ (lejn ix- xellug). Wara li tneħħi t-tapp, poġġi l-flixkun wieqaf fuq il-wiċċ tal-mejda. Il-flixkun jkollu siġill tal-fojl miksi bil-plastik fuq, li jrid jitneħħa qabel ma tuża’ l-flixkun għall-ewwel darba. Waqt li żżomm il-flixkun fil-pożizzjoni wieqfa, daħħal l-adapter li jitħol ġol-flixkun f’għonq il- flixkun. Din hemm bżonn issir biss l-ewwel darba li jinfetaħ il-flixkun. L-adapter jista’ jitħalla ġol-flixkun bil-lest għad-drabi l-oħra li jintuża.

2. Imbagħad, daħħal il-ponta tas-siringa tal-kejl fil-fetħa ċentrali tal-flixkun u mbotta bis-sod l- isfel (Ara Figura 1).

Figura 1

3. Waqt li tkun qed iżżomm il-flixkun u s-siringa b’idejk waħda, tella’ d-doża preskritta bl’id l- oħra billi tiġbed il-planġer. NOTA: Il-mediċina ma tinġibitx ġos-siringa jekk ma żżommx il- flixkun fil-pożizzjoni wieqaf. (Ara Figura 2).

Figura 2

4.Neħħi s-siringa mill-fetħa ċentrali tal-flixkun. Battal il-mediċina minn ġos-siringa għal ġo waħda mit-tazzi ta’ dożaġġ provduti billi timbotta fuq il-planġer (Ara Figura 3). Irrepeti dan il- pass għat-tieni tazza ta’ dożaġġ. Imbagħad żid madwar 60 ml ta’ ilma f’ kull tazza ta’ dożaġġ

(60 mL huwa madwar 4 imgħaref)

Figura 3

5.Poġġi t-tappijiet provduti fuq it-tazzi ta’ dożaġġ u dawwar iż-żewġt tappijiet lejn il-lemin sakemm ifaqqa’ u jissakkar fil-pożizzjoni li ma jistax jinfetaħ mit-tfal (Ara Figura 4). Laħlaħ is- siringa bl-ilma.

Figura 4

6.Qabel eżatt ma titħol torqod, poġġi t-tieni doża fejn is-sodda. Jista’ jkun li jkollok bżonn tagħmel żveljarin sabiex tkun tista’ tqum sabiex tieħu t-tieni doża tiegħek mhux qabel 2.5 siegħa u mhux aktar tard minn 4 sigħat wara l-ewwel doża tiegħek. Neħħi t-tapp minn fuq l-ewwel tazza ta’ dożaġġ billi tagħfas l-isfel fuq l-ilsien li jagħlaq biex it-tapp ma jinfetaħx mit-tfal, u dawwar kontra l-arloġġ (lejn ix-xellug). Ixrob l-ewwel doża kollha waqt li tkun fis-sodda, erġa’ għalaq it-tazza, imbagħad imtedd mal-ewwel.

7.Meta tqum 2.5 sa 4 siegħat wara, neħħi it-tapp mit-tieni tazza ta’ dożaġġ. Waqt li tkun bil- qegħda fis-sodda, ixrob it-tieni doża kollha eżatt qabel ma tkun ser terġa’ timtedd biex terġa torqod. Għalaq it-tieni tazza bit-tapp.

Jekk tħoss li l-effett ta’ Xyrem huwa qawwi wisq jew jew dgħajjef wisq, kellem lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek.

Jekk tieħu Xyrem aktar milli suppost

Is-sintomi meta jittieħed aktar Xyrem milli suppost jistgħu jinkudu aġitazzjoni, konfużjoni, moviment indebolit, nifs indebolit, viżjoni mċajpra, ħafna għaraq, uġigħ ta’ ras, rimettar, koxjenza mnaqqsa li tista’ twassal għal koma u attakk ta’ puplesija. Jekk tieħu iżjed Xyrem milli ġie ordnat lilek, jew tieħu iżjed bi żball, fittex li tieħu għajnuna medika ta’ emerġenza mall-ewwel. Għandek tieħu miegħek l- flixkun bit-tikketta tal-mediċina, anke jekk ikun vojt.

Jekk tinsa tieħu Xyrem

Jekk tinsa tieħu l-ewwel doża, ħudha kif tiftakar u imbagħad kompli bħal qabel. Jekk tinsa tieħu t-tieni doża, aqbes dik id-doża u terġax tieħu Xyrem qabel l-għada bil-lejl. M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal xi doża li tkun insejt tieħu.

Jekk tieqaf tieħu Xyrem

Għandek tibqa tieħu Xyrem sakemm jgħidlek it-tabib tiegħek. Jista’ jkun li tinduna li l-attakki ta’ kataplessija jerġgħu jibdew jekk titwaqqaf il-mediċina tiegħek u li jibda jkollok nuqqas ta’ irqad, uġigħ ta’ ras, anzjeta` sturdament, problemi ta’ rqad, nagħas, alluċinazzjonijiet u ħsibijiet abnormali. Jekk tieqaf tieħu Xyrem għal iżjed minn 14 il-ġurnata konsekuttiva għandek tkellem lit-tabib tiegħek għaliex għandek terġa tibda tieħu Xyrem b’doza mnaqqsa.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.EFFETTI SEKONDARJI LI JISTA’ JKOLLU

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Dawn normalment ikunu ħfief jew moderati. Jekk ikollok xi wieħed minn dawn, jekk jogħġbok, għid lit-tabib tiegħek mal-ewwel.

Komuni ħafna (jistgħu jaffetwaw iżjed minn wieħed minn kull 10 persuni):

Dardir, sturdament, uġigħ ta’ ras

Komuni (jistgħu jafftewaw sa 1 minn 10 persuni):

Problemi ta’ rqad inkluż insomnja, viżjoni mċajpra, tħoss qalbek tħabbat, rimettar, uġigħ fl-istonku, dijareja, anoressija, nuqqas t’aptit, nuqqas fil-piz, debollezza, ħolm abnormali, għajja, sensazzjoni ta’ sakra, paraliżi ta’ l-irqad, rogħda, konfużjoni/disorjentazzjoni, inkubi, sonnambuliżmu, tpixxija fis- sodda, għaraq, waqgħat, uġigħ fil-ġogi,uġigħ fid-dahar, nagħas eċċessiv waqt il-ġurnata, mard tal- bilanċ, disturbi fl-attenzjoni, sensittivita` mhux normali partikolarment għal mess, sensazzjoni abnormali tal-mess, sedazzjoni, togħma mhux normali, anzjeta`, diffikulta` biex wieħed jorqod f’nofs tal-lejl, nervożita`, tħoss kollox idur bik (vertigo), inkontinenza urinarja, qtuħ ta’ nifs, inħir, imnieħer miżdud, raxx, infjammazzjoni tas-sinusis, infjammazzjoni tal-imnieħer u l-gerżuma, żieda fil-pressjoni tad-demm.

Mhux komuni (jistgħu jafftewaw sa 1 minn 100 persuna):

Psikożi (marda mentali li jista’ jinvolvi alluċinazzjonijiet, diskors li ma jinftehimx, jew imġieba diżorganizzata u aġitata), paranojja, ħsieb abnormali, alluċinazzjonijiet, aġitazzjoni, attentat ta’ suwiċidju, diffikulta’ biex wieħed jorqod, restless legs, nisi, myoclonus (kontrazzjoni involontarja tal- muskoli), inkontinenza tal-ħmieġ, ipersensittivita`

Mhux magħruf (il-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibli):

Aċċessjoni, tnaqqis fil-profondita` jew ir-rata tan-nifs, urtikarja, ħsibijiet ta’ suwiċidju, jieqaf in-nifs għal ftit ħin waqt l-irqad, burdata ewforika, ħalq xott, wiċċ minfuħ (anġjoedima), disidrazzjoni, attakk ta’ paniku, manija/ mard bipolari, delużjoni, bruxiżmu (tgħeżżiż ta’ snin u twebbis tax-xedaq) pollakjurja/ urġenza ta’ mikturizzjoni (żieda tal-bżonn biex tagħmel pipi), tinnitus (ħsejjes fil-widnejn bħal tisfir u tvenvin) , mard tal-ikel relatat mal-irqad, telf ta’ koxxenza, żieda fl-aptit, irritibilita`, aggressjoni, diskajnesja (e.ż. movimenti abnormali, mhux ikkontrollati tar-riġlejn u d-dirgħajn) u ħsibijiet li jikkommettu atti vjolenti (inkluż jweġġgħu lil haddieħor)

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem <lit-tabib> <jew> <,> <lill-ispiżjar> <jew l-infermier> tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V*. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Xyrem

Żomm din il-mediċina fejn ma jidhirx u ma jintaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-flixkun wara (EXP). Id-data ta’ skadenza tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Wara d-dilwizzjoni fit-tazzi ta’ dożaġġ, il-preparazzjoni għandha tintuża fi żmien 24 siegħa. Għandek tarmi dak li jkun fadal fil-flixkun, wara 40 ġurnata li tkun ftaħt flixkun ta’ Xyrem.

Irritorna xi mediċina li ma ntużatx l-ispiżerija jew staqsi lil ispiżjar dwar kif għandek tarmiha. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni ta’ l-ambjent.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni ta’ l-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Xyrem:

-Is-sustanza attiva hi sodium oxybate. Kull mL fih 500 mg ta’ sodium oxybate.

-Is-sustanzi l-oħra huma ilma purifikat, malic acid u sodium hydroxide.

Id-Dehra ta’ Xyrem u l-kontenuti tal-pakkett

Xyrem issibu bħala soluzzjoni orali fi flixkun tal-plastik ta’ kulur ambra ta’ 180 mL, li jkun magħluq b’tapp li ma jiftħuhx it-tfal. Il-flixkun jiġi b’siġill tal-fojl miksi bil-plastik,fuq taħt it-tapp. Kull kaxxa fiha flixkun wieħed, adapter li jiġi mdaħħal ġol-flixkun (PIBA), siringa tal-kejl tal-plastik u żewġ tazzi għad-dożaġġ b’tappijiet li ma jiftħuhomx it-tfal.

Xyrem huwa soluzzjoni ċara għal kemmxejn tkanġi.

Il-flixkun tal-plastik ta’ kulur ambra fiħ 180 mL ta’ soluzzjoni orali.

Id-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq u l-Manifattur:

UCB Pharma Ltd, 208 Bath Road, Slough, Berkshire, SL1 3WE, Renju Unit.

Għandek tirċievi Pakkett ta’ Informazzjoni minn għand it-tabib tiegħek, li tinkludi ktejjeb li jurik kif tieħu l-mediċina, fuljett ta’ tagħrif għall-pazjent b’Mistoqsijiet Frekwenti u Kartuna ta’ Allert tal- pazjent. Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad- Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-Suq.

België/Belgique/Belgien

Lietuva

UCB Pharma S.A. /N.V.

UCB Pharma Oy Finland

Tel/Tél: +32 / (0)2 559 92 00

Tel: +358 9 2514 4221

България

Luxembourg/Luxemburg

Ю СИ БИ Търговско представителство

UCB Pharma S.A./N.V.

Teл.: + 359 (0) 2 962 30 49

Tél/Tel: +32 / (0)2 559 92 00

Česká republika

Magyarország

UCB s.r.o.

UCB Magyarország Kft.

Tel: + 42 - (0) 221 773 411

Tel.: + 36-(1) 391 0060

Danmark

Malta

UCB Nordic A/S

Pharmasud Ltd.

Tlf: + 45 / 32 46 24 00

Tel: +356 / 21 37 64 36

Deutschland

Nederland

UCB Pharma GmbH

UCB Pharma B.V.

Tel: + 49 (0)2173 48 4848

Tel.: +31 / (0)76-573 11 40

Eesti

Norge

UCB Pharma Oy Finland

UCB Nordic A/S

Tel: +358 9 2514 4221

Tel: +45 / 32 46 24 00

 

Ελλάδα

Österreich

UCB Α.Ε.

UCB Pharma GmbH

Τηλ: +30 / 2109974000

Tel: +43 (0) 1 291 8000

España

Polska

UCB Pharma, S.A.

UCB Pharma Sp. z o.o.

Tel: + 34 91 570 34 44

Tel.: + 48 22 696 99 20

France

Portugal

UCB Pharma S.A.

UCB Pharma (Produtos Farmacêuticos), Lda

Tél: + 33 / (0)1 47 29 44 66

Tel: + 351 / 21 302 5300

Hrvatska

România

Medis Adria d.o.o.

UCB S.A. Reprezentanţă

Tel: +385 (0) 1 230 34 46

Tel: + 40 (21) 260 03 30

Ireland

Slovenija

UCB (Pharma) Ireland Ltd.

Medis, d.o.o.

Tel: + 353 / (0)1-46 37 395

Tel: + 386 1 589 69 00

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

UCB s.r.o., organizačná zložka

Sími: +354 535 7000

Tel: + 42 - (1) 259 202 020

Italia

Suomi/Finland

UCB Pharma S.p.A.

UCB Pharma Oy Finland

Tel: + 39 02 300 791

Puh/Tel: + 358 9 2514 4221

Κύπρος

Sverige

Lifepharma (Z.A.M.) Ltd

UCB Nordic A/S

Τηλ: + 357 22 34 74 40

Tel: + 46 / (0) 40 29 49 00

Latvija

United Kingdom

UCB Pharma Oy Finland

UCB Pharma Ltd.

Tel: + 358 9 2514 4221

Tel : +44 / (0)1753 534 655

<---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’ {XX/SSSS}

 

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq il-website ta’ l-Aġenzija Ewropeja dwar il-

Mediċini (EMEA) http://www.ema.europa.eu/

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati