A.MANIFATTUR RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT
Isem u indirizz tal-manifattur responsabbli għall-ħruġ tal-lott
Actelion Manufacturing GmbH
Emil-Barell-Strasse 7
79639 Grenzach-Wyhlen
Il-Ġermanja
B. KUNDIZZJONIJIET JEW RESTRIZZJONIJIET RIGWARD
IL-PROVVISTA U L- UŻU
Prodott mediċinali jingħata li b’riċetta ristretta tat-tabib (ara Anness I: Sommarju tal-Karatteristiċi tal-Prodott, sezzjoni 4.2).
Ċ.KONDIZZJONIJIET OĦRA TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ
•Rapporti Perjodiċi Aġġornati dwar is-Sigurtà
Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandu jippreżenta rapporti perjodiċi aġġornati dwar is-sigurtà għal dan il-prodott f’konformità mar-rekwiżiti mniżżla fil-lista tad-dati ta’ referenza tal-Unjoni (lista EURD) prevista skont l-Artikolu 107c(7) tad-Direttiva 2001/83/KE u ppubblikati fuq il-portal elettroniku Ewropew tal-mediċini.
D. KONDIZZJONIJIET JEW RESTRIZZJONIJIET
FIR-RIGWARD TAL-UŻU SIGUR U EFFIKAĊI TAL-PRODOTT MEDIĊINALI
•Pjan tal-ġestjoni tar-riskju (RMP)
L-MAH għandu jwettaq l-attivitajiet u l-interventi meħtieġa ta’ farmakoviġilanza dettaljati fl-RMP maqbul ippreżentat fil-Modulu 1.8.2 tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u kwalunkwe aġġornament sussegwenti maqbul tal-RMP.
RMP aġġornat għandu jiġi ppreżentat:
•Meta l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini titlob din l-informazzjoni;
•Kull meta s-sistema tal-ġestjoni tar-riskju tiġi modifikata speċjalment minħabba li tasal informazzjoni ġdida li tista’ twassal għal bidla sinifikanti fil-profil bejn il-benefiċċjuu r-riskju jew minħabba li jintlaħaq għan importanti (farmakoviġilanza jew minimizzazzjoni tar-riskji).
Jekk il-preżentazzjoni ta’ PSUR u l-aġġornament ta’ RMP jikkoinċidu, dawn jistgħu jiġu ppreżentati fl-istess ħin.
•Obbligu biex jitwettqu miżuri ta’ wara l-awtorizzazzjoni
Fiż-żmien stipulat, l-MAH għandu jwettaq il-miżuri ta’ hawn taħt:
Deskrizzjoni | Data mistennija |
L-MAH għandu iżomm ir-Reġistru ma jaqtax ta’ NP-C sabiex | Rapporti annwali se jiġu |
jippermetti il-ġenerazzjoni kontinwa ta’ dejta dwar is-sigurtà, | sottomessi mal-PSUR. |
progressjoni fit-tul tal-marda u riżultati kliniċi tal-kura ta’ pazjenti | |
bil-marda NP-C. Ir-Reġistru ta’ NP-C huwa studju ta’ ko-orti, | |
multiċentriku, prospettiv, ta’ osservazzjoni f’pazjenti | |
dijanjostikati bil-marda Niemann-Pick tat-tip Ċ (NP-C). | |
| |