Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Zeffix (lamivudine) – Fuljett ta’ tagħrif - J05AF05

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaZeffix
Kodiċi ATCJ05AF05
Sustanzalamivudine
ManifatturGlaxo Group Ltd

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Zeffix 100 mg pilloli miksijin b’rita lamivudine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina

-Żomm dan il-fuljett. Jista' jkollok bżonn terġa' taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Zeffix u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma’ tieħu Zeffix

3.Kif għandek tieħu Żeffix

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Zeffix

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Zeffix u gћalxiex jintuża

Is-sustanza attiva ta’Zeffix hija lamivudine.

Zeffix jintuża biex jikkura infezzjoni fit-tul (kronika) tal-epatite B fl-adulti.

Zeffix huwa mediċina antivirali li trażżan il-virus tal-epatite B u tagħmel parti minn grupp ta' mediċini msejħa inibituri nucleoside analogue reverse transcriptase (NRTIs).

L-Epatite B hu virus li jinfetta l-fwied, jikkawża infezzjoni fit-tul (kronika), u jista’ jwassal għal ħsara fil-fwied. Zeffix jista’ jintuża f’persuni li għandhom ħsara fil-fwied, li madankollu xorta jiffunzjona b’mod normali (ħsara fil-fwied ikkumpensata) kif ukoll flimkien ma’ mediċini oħrajn f’persuni li għandhom ħsara fil-fwied u dan ma jiffunzjonax kif suppost (ħsara fil-fwied mhix ikkumpensata).

Il-kura b’Zeffix tista' twassal għal tnaqqis tal-virus ta' l-epatite B minn ġo fik. Dan għandu jwassal għal tnaqqis ta' ħsara fil-fwied u titjib fil-funzjoni tal-fwied. Mhux kulħadd jirrispondi għall-kura b’Zeffix bl-istess mod. It-tabib tiegħek se jimmonitorja l-effettività tal-kura tiegħek permezz ta’ testijiet tad-demm regolari.

2.X’għandek tkun taf qabel ma’ tieħu Zeffix

Tieħux Zeffix:

jekk inti allerġiku għal lamivudine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk taħseb li dan jgħodd għalik.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Xi persuni li jkunu qed jieħdu Zeffix jew mediċini simili oħra huma f’riskju akbar ta’ effetti sekondarji serji. Jeħtieġ li tkun konxju tar-riskji żejda:

jekk qatt kellek tipi oħra ta’ mard tal-fwied, bħal epatite Ċ

jekk għandek ħafna piż żejjed (speċjalment jekk inti mara).

Kellem lit-tabib tiegħek jekk xi waħda minn dawn tgħodd għalik. Jista’ jkollok bżonn visti ekstra, inkluż testijiet tad-demm, waqt li tkun qed tieħu il-medikazzjoni tiegħek. Ara Sezzjoni 4 għal aktar informazzjoni dwar ir-riskji.

Tieqafx tieħu Zeffix mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek, għax tista' tirriskja li l-marda tiegħek bl- epatite B tmurlek għall-agħar. Meta tieqaf tieħu Zeffix it-tabib tiegħek jibqa' jimmonitorjak mill- anqas għal erba' xhur biex jara jkunx hemm xi problemi. Dan ifisser li jkollu jeħodlok kampjuni tad-demm biex jiċċekkja dwar enżimi b’livelli miżjudin fil-fwied li jistgħu jindikaw xi mard fil- fwied. Ara sezzjoni 3 għal iktar informazzjoni fuq kif tieħu Zeffix.

Ipproteġi persuni oħra

Infezzjoni tal-epatite B tinfirex permezz ta’ kuntatt sesswali ma’ xi ħadd li għandu l-infezzjoni, jew permezz ta’ trasferiment ta’ demm infettat (per eżempju, b’self ta’ labar għall-injezzjoni). Zeffix mhux se jwaqqfek milli tgħaddi l-infezzjoni tal-epatite B lil persuni oħra. Biex tipproteġi persuni oħra milli jiġu infettati bl-epatite B:

Uża kondom meta jkollok sess orali jew penetrattiv.

Tirriskjax trasferiment ta’ demm - per eżempju, issellifx siringi.

Mediċini oħra u Zeffix

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, inkluż mediċini mill-ħxejjex jew mediċini oħra li xtrajt mingħajr riċetta.

Ftakar biex tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tibda tieħu xi mediċina ġdida waqt li tkun qed tieħu Zeffix.

Dawn il-mediċini m’għandhomx jintużaw flimkien ma’ Zeffix:

mediċini oħra li fihom lamivudine, li jintużaw għall-kura ta’ infezzjoni tal-HIV (xi kultant imsejjaħ virus tal-AIDS)

emtricitabine jintuża għall-kura ta’ infezzjoni tal-HIV jew tal-epatite B

cladribine, jintuża għall-kura ta’ lewkimja taċ-ċellula sufija

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tiġi kkurat bi kwalunkwe wieħed minn dawn.

Tqala

Jekk inti tqila, jekk inti taħseb li ħriġt tqila, jew jekk inti qed tippjana li jkollok tarbija:

Kellem lit-tabib tiegħek minnufih dwar ir-riskji u l-benefiċċji li tieħu Zeffix waqt it- tqala tiegħek.

Twaqqafx Zeffix bla ma tgħid lit-tabib.

Treddigħ

Zeffix jista’ jgħaddi fil-ħalib tas-sider. Jekk qed tredda’, jew qed tippjana li tredda’:

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Zeffix.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Zeffix jista' jġiegħlek tħossok għajjien/a, u dan jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.

3.Kif għandek tieħu Żeffix

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Ibqa’ f’kuntatt regolari mat-tabib tiegħek

Zeffix jgħin biex jikkontrolla l-infezzjoni tal-epatite B tiegħek. Għandek bżonn tibqa’ tieħdu kuljum biex tikkontrolla l-infezzjoni u twaqqaf il-marda milli tmur għall-agħar.

Żomm kuntatt mat-tabib tiegħek, u tieqafx tieħu Zeffix mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.

Kemm għandek tieħu

Id-doża tas-soltu ta’ Zeffix hija pillola waħda (100 mg lamivudune) darba kuljum.

It-tabib tiegħek għandu mnejn jippreskrivi doża aktar baxxa jekk għandek problemi bil-kliewi tiegħek. Soluzzjoni orali ta’ Zeffix hija disponibbli għall-persuni li għandhom bżonn doża aktar baxxa mis-soltu, jew li ma jistgħux jieħdu pilloli.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk dan japplika għalik.

Jekk diġà qed tieħu xi mediċina oħra li fiha lamivudine għall-infezzjoni tal-HIV, it-tabib tiegħek se jkompli jikkurak bid-doża l-għolja, (ġeneralment 150 mg darbtejn kuljum), għax id-doża ta’ lamivudine f’Zeffix (100 mg) mhux biżżejjed biex tikkura infezzjoni tal-HIV. Jekk qed tippjana biex tbiddel il-kura tal-HIV tiegħek, l-ewwel tiddiskuti din il-bidla mat-tabib tiegħek.

Ibla’ l-pillola sħiħa, ma’ ftit ilma. Zeffix jista’ jittieħed mal-ikel jew mhux mal-ikel.

Jekk tieħu aktar Zeffix milli suppost

Jekk bi żball tieħu aktar Zeffix milli għandek bżonn mhux probabbli li se joħloqlok xi problemi serji. Jekk bi żball tieħu ż-żejjed, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar, jew ikkuntattja lill-emerġenza ta' xi sptar qrib għal xi parir li tkun teħtieġ.

Jekk tinsa tieħu Zeffix

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar. Wara kompli l-kura tiegħek bħal qabel. Tieħux doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu.

Tieqafx tieħu Zeffix

M’għandekx tieqaf tieħu Zeffix mingħajr ma tgħid lit-tabib tiegħek. Hemm riskju li l-epatite tiegħek tmur għall-agħar (ara sezzjoni 2). Meta tieqaf tieħu Zeffix it-tabib tiegħek ser jimmonitorjak għal mill-inqas erba' xhur biex jiċċekkja għal xi problemi. Dan ifisser li se jeħodlok xi kampjuni tad-demm biex jiċċekkja għal xi livelli elevati ta’ enzimi tal-fwied, li jistgħu jindikaw ħsara fil-fwied.

4.Effetti sekondarji possibli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Fi provi kliniċi dwar Zeffix, l-effetti sekondarji li ġew irrappurtati b’mod komuni kienu għeja, infezzjonijiet fl-apparat respiratorju, uġigħ ħafif tal-griżmejn, uġigħ ta' ras, uġigħ fl-istonku u uġigħ, dardir, rimettar u dijarea, żieda fl-enżimi tal-fwied u fl-enżimi prodotti mill-muskoli (ara hawn taħt).

Reazzjoni allerġika

Dawn huma rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000). Sinjali jinkludu:

nefħa fl-għajnejn, fil-wiċċ jew fix-xofftejn

diffikultà biex tibla' jew tieħu n-nifs

Ikkuntattja tabib immedjatament jekk ikollok dawn is-sintomi. Waqqaf it-teħid ta’

Zeffix.

Effetti sekondarji maħsuba li huma kkawżati minn Zeffix

Effett sekondarju komuni ħafna (dawn jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10) li jista’ jidher fit-testijiet tad-demm huwa:

żieda fil-livell ta’ xi enzimi tal-fwied (transaminases), li jista’ jkun sinjal ta’ infjammazzjoni jew ħsara fil-fwied.

Effett sekondarju komuni (dan jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 10) huwa:

bugħawwieġ u uġigħ fil-muskoli

raxx fil-ġilda jew urtikarja fil-ġisem, ikun fejn ikun

Effett sekondarju komuni li jista’ jidher fit-testijiet tad-demm huwa:

żieda fil-livell ta’ enzima magħmula fil-muskoli (creatine phosphokinase) li jista’ jkun sinjal li tessut tal-ġisem għandu l-ħsara.

Effett sekondarju rari ħafna (dan jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 10,000) huwa:

aċidożi lattika (aċidu lattiku żejjed fid-demm).

Effetti sekondarji oħra

Effetti sekondarji oħra seħħew f’numru żgħir ħafna ta’ persuni imma l-frekwenza eżatta tagħhom m’hijiex magħrufa

ħsara fit-tessut tal-muskolu

irkadar ta’ mard tal-fwied wara li jitwaqqaf Zeffix jew waqt it-trattament jekk il-virus tal- epatite B jsir reżistenti għal Zeffix. F’xi pazjenti dan jista’ jikkawża l-mewt.

Effett sekondarju li jista’ jidher fit-testijiet tad-demm huwa:

tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli involuti fit-tagħqid tad-demm (tromboċitopenija).

Jekk ikollok xi effetti sekondarji

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar

tiegħek.

Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5.Kif taħżen Zeffix

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa tal-pilloli u fuq l-istrixxi.

Taħżinx f'temperatura 'l fuq minn 30°C

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni tal- ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Zeffix

Is-sustanza attiva hija lamivudine. Kull pillola miksija b’rita fiha 100 mg lamivudine.

Is-sustanzi l-oħra huma: microcrystalline cellulose, sodium starch glycolate, magnesium stearate, hypromellose, titanium dioxide, macrogol 400, polysorbate 80, synthetic yellow u red iron oxide.

Kif jidher Zeffix u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli Zeffix miksijin b’rita jinbiegħu fi folji li juru jekk ikunu mimsusin u li jkun fihom 28 jew 84 pillola. Għandhom forma ta' kapsula u ta' lewn butterscotch (kannella ċar), ibbuzzati fuq iż-żewġ naħat u mnaqqxa bi “GX CG5” fuq naħa waħda.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu disponibbli fil-pajjiż tiegħek.

Il-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-

 

 

 

 

 

Suq

Glaxo Wellcome Operations

Glaxo Group Ltd

Priory Street

980 Great West Road

Ware

Brentford

Herts SG 12 0DJ

Middlesex TW8 9GS

Ir-Renju Unit

Ir-Renju Unit

 

 

 

 

 

 

jew

 

 

 

 

 

 

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals S.A.

 

ul. Grunwaldzka 189

 

 

60-322 Poznan

 

 

 

Il-Polonja

 

 

 

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-suq.

België/Belgique/Belgien

Luxembourg/Luxemburg

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v.

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v.

Tél/Tel: + 32 (0)10 85 52 00

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: + 32 (0)10 85 52 00

България

Magyarország

ГлаксоСмитКлайн ЕООД

GlaxoSmithKline Kft.

Teл.: + 359 2 953 10 34

Tel.: + 36 1 225 5300

Česká republika

Malta

GlaxoSmithKline s.r.o.

GlaxoSmithKline (Malta) Limited

Tel: + 420 222 001 111

Tel: + 356 21 238131

cz.info@gsk.com

 

Danmark

Nederland

GlaxoSmithKline Pharma A/S

GlaxoSmithKline BV

Tlf: + 45 36 35 91 00

Tel: + 31 (0)30 6938100

dk-info@gsk.com

nlinfo@gsk.com

Deutschland

Norge

GlaxoSmithKline GmbH & Co. KG

GlaxoSmithKline AS

Tel.: + 49 (0)89 36044 8701

Tlf: + 47 22 70 20 00

produkt.info@gsk.com

firmapost@gsk.no

Eesti

Österreich

GlaxoSmithKline Eesti OÜ

GlaxoSmithKline Pharma GmbH

Tel: + 372 6676 900

Tel: + 43 (0)1 97075 0

estonia@gsk.com

at.info@gsk.com

Ελλάδα

Polska

GlaxoSmithKline A.E.B.E.

GSK Services Sp. z o.o.

Τηλ: + 30 210 68 82 100

Tel.: + 48 (0)22 576 9000

España

Portugal

GlaxoSmithKline, S.A.

Glaxo Wellcome Farmacêutica, Lda.

Tel: + 34 902 202 700

Tel: + 351 21 412 95 00

es-ci@gsk.com

FI.PT@gsk.com

France

România

Laboratoire GlaxoSmithKline

GlaxoSmithKline (GSK) S.R.L.

Tél.: + 33 (0)1 39 17 84 44

Tel: + 4021 3028 208

diam@gsk.com

 

Hrvatska

 

GlaxoSmithKline d.o.o.

 

Tel: + 385 1 6051 999

 

Ireland

Slovenija

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited

GlaxoSmithKline d.o.o.

Tel: + 353 (0)1 4955000

Tel: + 386 (0)1 280 25 00

 

medical.x.si@gsk.com

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

GlaxoSmithKline Slovakia s. r. o.

Sími: + 354 535 7000

Tel: + 421 (0)2 48 26 11 11

 

recepcia.sk@gsk.com

Italia

Suomi/Finland

GlaxoSmithKline S.p.A.

GlaxoSmithKline Oy

Tel: + 39 (0)45 9218 111

Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30

 

Finland.tuoteinfo@gsk.com

Κύπρος

Sverige

GlaxoSmithKline (Cyprus) Ltd

GlaxoSmithKline AB

Τηλ: + 357 22 39 70 00

Tel: + 46 (0)8 638 93 00

gskcyprus@gsk.com

info.produkt@gsk.com

Latvija

United Kingdom

GlaxoSmithKline Latvia SIA

GlaxoSmithKline UK Ltd

Tel: + 371 67312687

Tel: + 44 (0)800 221441

lv-epasts@gsk.com

customercontactuk@gsk.com

Lietuva

 

GlaxoSmithKline Lietuva UAB

 

Tel: + 370 5 264 90 00

 

info.lt@gsk.com

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Zeffix 5 mg/ml Soluzzjoni li tittieħed mill-ħalq lamivudine

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina

-Żomm dan il-fuljett. Jista' jkollok bżonn terġa' taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li m’huwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Zeffix u għalxiex jintuża

2. X’għandek tkun taf qabel ma’ tieħu Zeffix

3. Kif għandek tieħu Żeffix

4.Effetti sekondarji possibbli

5. Kif taħżen Zeffix

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1. X’inhu Zeffix u gћalxiex jintuża

Is-sustanza attiva ta’ Zeffix hija lamivudine.

Zeffix jintuża biex jikkura infezzjoni fit-tul (kronika) tal-epatite B fl-adulti.

Zeffix huwa mediċina antivirali li trażżan il-virus tal-epatite B u tagħmel parti minn grupp ta' mediċini msejħa inibituri nucleoside analogue reverse transcriptase (NRTIs).

L-Epatite B hu virus li jinfetta l-fwied, jikkawża infezzjoni fit-tul (kronika), u jista’ jwassal għal ħsara fil-fwied. Zeffix jista’ jintuża f’persuni li għandhom ħsara fil-fwied, li madankollu xorta jiffunzjona b’mod normali (ħsara fil-fwied ikkumpensata) kif ukoll flimkien ma’ mediċini oħrajn f’persuni li għandhom ħsara fil-fwied u dan ma jiffunzjonax kif suppost (ħsara fil-fwied mhix ikkumpensata).

Il-kura b’Zeffix tista' twassal għal tnaqqis tal-virus ta' l-epatite B minn ġo fik. Dan għandu jwassal għal tnaqqis ta' ħsara fil-fwied u titjib fil-funzjoni tal-fwied. Mhux kulħadd jirrispondi għall-kura b’Zeffix bl-istess mod. It-tabib tiegħek se jimmonitorja l-effettività tal-kura tiegħek b’testijiet tad-demm regolari.

2. X’għandek tkun taf qabel ma’ tieħu Zeffix

Tieħux Zeffix:

jekk inti allerġiku għal lamivudine jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

Iċċekkja mat-tabib tiegħek jekk taħseb li dan jgħodd għalik.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Xi persuni li jkunu qed jieħdu Zeffix jew mediċini simili oħra huma f’riskju akbar ta’ effetti sekondarji serji. Jeħtieġ li tkun konxju tar-riskji żejda:

jekk qatt kellek tipi oħra ta’ mard tal-fwied, bħal epatite Ċ

jekk għandek ħafna piż żejjed (speċjalment jekk inti mara).

Kellem lit-tabib tiegħek jekk xi waħda minn dawn tgħodd għalik. Jista’ jkollok bżonn visti ekstra, inkluż testijiet tad-demm, waqt li tkun qed tieħu il-medikazzjoni tiegħek. Ara Sezzjoni 4 għal aktar informazzjoni dwar ir-riskji.

Tieqafx tieħu Zeffix mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek, għax tista' tirriskja li l-marda tiegħek bl- epatite B tmurlek għall-agħar. Meta tieqaf tieħu Zeffix it-tabib tiegħek jibqa' jimmonitorjak mill- anqas għal erba' xhur biex jara jkunx hemm xi problemi. Dan ifisser li jkollu jeħodlok kampjuni tad-demm biex jiċċekkja dwar enżimi b’livelli miżjudin fil-fwied li jistgħu jindikaw xi mard fil- fwied. Ara sezzjoni 3 għal iktar informazzjoni fuq kif tieħu Zeffix.

Ipproteġi persuni oħra

Infezzjoni tal-epatite B tinfirex permezz ta’ kuntatt sesswali ma’ xi ħadd li għandu l-infezzjoni, jew permezz ta’ trasferiment ta’ demm infettat (per eżempju, b’self ta’ labar għall-injezzjoni). Zeffix mhux se jwaqqfek milli tgħaddi l-infezzjoni tal-epatite B lil persuni oħra. Biex tipproteġi persuni oħra milli jiġu infettati bl-epatite B:

Uża kondom meta jkollok sess orali jew penetrattiv.

Tirriskjax trasferiment ta’ demm - per eżempju, issellifx siringi.

Mediċini oħra u Zeffix

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, inkluż mediċini mill-ħxejjex jew mediċini oħra li xtrajt mingħajr riċetta.

Ftakar biex tgħid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk tibda tieħu xi mediċina ġdida waqt li tkun qed tieħu Zeffix.

Dawn il-mediċini m’għandhomx jintużaw flimkien ma’ Zeffix:

mediċini oħra li fihom lamivudine, li jintużaw għall-kura ta’ infezzjoni tal-HIV (xi kultant imsejjaħ virus tal-AIDS)

emtricitabine jintuża għall-kura ta’ infezzjoni tal-HIV jew tal-epatite B)

cladribine, jintuża għall-kura ta’ lewkimja taċ-ċellula sufija

Għid lit-tabib tiegħek jekk qed tiġi kkurat bi kwalunkwe wieħed minn dawn.

Tqala

Jekk inti tqila, jekk inti taħseb li ħriġt tqila, jew jekk inti qed tippjana li jkollok tarbija:

Kellem lit-tabib tiegħek dwar ir-riskji u l-benefiċċji li tieħu Zeffix waqt it-tqala tiegħek. Twaqqafx Zeffix bla ma tgħid lit-tabib.

Treddigħ

Zeffix jista’ jgħaddi fil-ħalib tas-sider. Jekk qed tredda’, jew qed tippjana li tredda’:

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Zeffix.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Jista' jġiegħlek tħossok għajjien/a, u dan jista’ jaffettwa l-ħila tiegħek biex issuq jew tħaddem magni.

M'għandekx issuq jew tħaddem magni sakemm m’intix żgur li m’intix affettwat/a.

Zeffix fih zokkor u preservattivi

Jekk inti dijabetiku, jekk jogħġbok innota li kull doża ta’ Zeffix (100 mg = 20 ml) fiha 4 g ta’ sucrose.

Zeffix fih sucrose. Jekk ġejt mgħarraf mit-tabib tiegħek li għandek intolleranza għal xi zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu Zeffix. Sucrose jista jkun ta’ ħsara għas-snien.

Zeffix fih ukoll preservattivi (Parahydroxybenzoates) li jistgħu jikkawżaw reazzjonijiet allerġiċi (li jistgħu jkunu ttardjati)

3. Kif għandek tieħu Żeffix

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Ibqa’ f’kuntatt regolari mat-tabib tiegħek

Zeffix jgħin biex jikkontrolla l-infezzjoni tal-epatite B tiegħek. Għandek bżonn tibqa’ tieħdu kuljum biex tikkontrolla l-infezzjoni u twaqqaf il-marda milli tmur għall-agħar.

Żomm kuntatt mat-tabib tiegħek, u tieqafx tieħu Zeffix mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek.

Kemm għandek tieħu

Id-doża tas-soltu ta’ Zeffix hija 20 ml (100 mg lamivudune) darba kuljum.

It-tabib tiegħek għandu mnejn jippreskrivi doża aktar baxxa jekk għandek problemi bil-kliewi tiegħek.

Kellem lit-tabib tiegħek jekk dan japplika għalik.

Jekk diġà qed tieħu xi mediċina oħra li fiha lamivudine għall-infezzjoni tal-HIV, it-tabib tiegħek se jkompli jikkurak bid-doża l-għolja, (ġeneralment 150 mg darbtejn kuljum), għax id-doża ta’ lamivudine f’Zeffix (100 mg) mhux biżżejjed biex tikkura infezzjoni tal-HIV. Jekk qed tippjana biex tbiddel il-kura tal-HIV tiegħek, l-ewwel tiddiskuti din il-bidla mat-tabib tiegħek.

Zeffix jista’ jittieħed mal-ikel jew mhux mal-ikel.

Ara d-dijagramma u l-istruzzjonijiet wara sezzjoni 6 ta’ dan il-fuljett għal tagħrif dwar kif tkejjel u tieħu doża ta’ mediċina.

Jekk tieħu aktar Zeffix milli suppost

Jekk bi żball tieħu aktar Zeffix milli għandek bżonn mhux probabbli li se joħloqlok xi problemi serji. Jekk bi żball tieħu żżejjed, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar, jew ikkuntattja lill-emerġenza ta' xi sptar qrib għal xi parir li tkun teħtieġ.

Jekk tinsa tieħu Zeffix

Jekk tinsa tieħu doża, ħudha malli tiftakar. Wara kompli l-kura tiegħek bħal qabel. Tieħux doża doppja biex tpatti għal doża li tkun insejt tieħu.

Tieqafx tieħu Zeffix

M’għandekx tieqaf tieħu Zeffix mingħajr ma tgħid lit-tabib tiegħek. Hemm riskju li l-epatite tiegħek tmur għall-agħar (ara sezzjoni 2). Meta tieqaf tieħu Zeffix it-tabib tiegħek ser jimmonitorjak għal mill-inqas erba' xhur biex jiċċekkja għal xi problemi. Dan se jfisser teħid ta' kampjuni tad-demm biex jiċċekkja għal xi livelli elevati ta’ enzimi tal-fwied, li jista' jindika ħsara fil-fwied.

4. Effetti sekondarji possibli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Fi provi kliniċi dwar Zeffix, l-effetti sekondarji li ġew irrappurtati b’mod komuni kienu għeja, infezzjonijiet fl-apparat respiratorju, uġigħ ħafif tal-griżmejn, uġigħ ta' ras, uġigħ fl-istonku u uġigħ, dardir, rimettar u dijarea, żieda fl-enżimi tal-fwied u fl-enżimi prodotti mill-muskoli (ara taħt).

Reazzjoni allerġika

Dawn huma rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000). Sinjali jinkludu:

nefħa fl-għajnejn, fil-wiċċ jew fix-xofftejn

diffikultà biex tibla' jew tieħu n-nifs

Ikkuntattja tabib immedjatament jekk ikollok dawn is-sintomi. Waqqaf it-teħid ta’

Zeffix.

Effetti sekondarji maħsuba li huma kkawżati minn Zeffix

Effett sekondarju komuni ħafna (dawn jistgħu jaffettwaw aktar minn persuna waħda minn kull 10) li jista’ jidher fit-testijiet tad-demm huwa:

żieda fil-livell ta’ xi enzimi tal-fwied (transaminases), li jista’ jkun sinjal ta’ infjammazzjoni jew ħsara fil-fwied.

Effett sekondarju komuni (dan jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 10) huwa:

bugħawwieġ u uġigħ fil-muskoli

raxx fil-ġilda jew urtikarja fil-ġisem, ikun fejn ikun

Effett sekondarju komuni li jista’ jidher fit-testijiet tad-demm huwa:

żieda fil-livell ta’ enzima magħmula fil-muskoli (creatine phosphokinase) li jista’ jkun sinjal li tessut tal-ġisem għandu l-ħsara.

Effett sekondarju rari ħafna (dan jista’ jaffettwa sa persuna waħda minn kull 10,000) huwa:

aċidożi lattika (aċidu lattiku żejjed fid-demm).

Effetti sekondarji oħra

Effetti sekondarji oħra seħħew f’numru żgħir ħafna ta’ persuni imma l-frekwenza eżatta tagħhom m’hijiex magħrufa

ħsara fit-tessut tal-muskolu

irkadar ta’ mard tal-fwied wara li jitwaqqaf Zeffix jew waqt it-trattament jekk il-virus tal- epatite B jsir reżistenti għal Zeffix. F’xi pazjenti dan jista’ jikkawża l-mewt.

Effett sekondarju li jista’ jidher fit-testijiet tad-demm huwa:

tnaqqis fin-numru ta’ ċelluli involuti fit-tagħqid tad-demm (tromboċitopenija).

Jekk ikollok xi effetti sekondarji

Kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludixi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il- mediċina.

5. Kif taħżen Zeffix

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-flixkun u fuq il-kartuna.

Taħżinx f'temperatura 'l fuq minn 25°C

Armih xahar wara li jkun infetah

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għal protezzjoni tal- ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Zeffix

Is-sustanza attiva hija lamivudine. Kull ml ta’ soluzzjoni li tittieħed mill-ħalq fiha 5mg ta’ lamivudine.

Is-sustanzi l-oħra huma:

sucrose, methyl parahydroxybenzoate (E218), propyl parahydroxybenzoate (E216), citric acid, propylene glycol, sodium citrate, it-togħma ta' frawli/banana, ilma purifikat.

Kif jidher Zeffix u l-kontenut tal-pakkett

Is-soluzzjoni Zeffix tinbiegħ f'kartuniet li jkun fihom flixkun abjad tal-polyethylene, b'tapp li ma jistgħux jiftħuh it-tfal. Is-soluzzjoni hi ċara, bla kulur jew ta' lewn safrani ċar b'togħma ta' frawli/banana. Il-flixkun ikun fih 240 ml tas-soluzzjoni ta’ lamivudine (5 mg/ml). Il-pakkett fih applikatur bi gradwazzjonijiet ml u applikatur-adapter , li għandu jitwaħħal mal-flixkun qabel l- użu.

Il-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid

 

fis-Suq

Aspen Bad Oldesloe GmbH

Glaxo Group Ltd

Industriestrasse 32-36

980 Great West Road

23843 Bad Oldesloe

Brentford

Il-Ġermanja

Middlesex TW8 9GS

 

Ir-Renju Unit

jew

Glaxo Operations UK Limited

(trading as Glaxo Wellcome Operations)

Harmire Road

Barnard Castle

County Durham

DL12 8DT

Ir-Renju Unit

Għal kull tagħrif dwar dan il-prodott mediċinali, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-suq.

België/Belgique/Belgien

Luxembourg/Luxemburg

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v.

GlaxoSmithKline Pharmaceuticals s.a./n.v.

Tél/Tel: + 32 (0)10 85 52 00

Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: + 32 (0)10 85 52 00

България

Magyarország

ГлаксоСмитКлайн ЕООД

GlaxoSmithKline Kft.

Teл.: + 359 2 953 10 34

Tel.: + 36 1 225 5300

Česká republika

Malta

GlaxoSmithKline s.r.o.

GlaxoSmithKline (Malta) Limited

Tel: + 420 222 001 111

Tel: + 356 21 238131

cz.info@gsk.com

 

Danmark

Nederland

GlaxoSmithKline Pharma A/S

GlaxoSmithKline BV

Tlf: + 45 36 35 91 00

Tel: + 31 (0)30 6938100

dk-info@gsk.com

nlinfo@gsk.com

Deutschland

Norge

GlaxoSmithKline GmbH & Co. KG

GlaxoSmithKline AS

Tel.: + 49 (0)89 36044 8701

Tlf: + 47 22 70 20 00

produkt.info@gsk.com

firmapost@gsk.no

Eesti

Österreich

GlaxoSmithKline Eesti OÜ

GlaxoSmithKline Pharma GmbH

Tel: + 372 6676 900

Tel: + 43 (0)1 97075 0

estonia@gsk.com

at.info@gsk.com

Ελλάδα

Polska

GlaxoSmithKline A.E.B.E.

GSK Services Sp. z o.o.

Τηλ: + 30 210 68 82 100

Tel.: + 48 (0)22 576 9000

España

Portugal

GlaxoSmithKline, S.A.

Glaxo Wellcome Farmacêutica, Lda.

Tel: + 34 902 202 700

Tel: + 351 21 412 95 00

es-ci@gsk.com

FI.PT@gsk.com

France

România

Laboratoire GlaxoSmithKline

GlaxoSmithKline (GSK) S.R.L.

Tél.: + 33 (0)1 39 17 84 44

Tel: + 4021 3028 208

diam@gsk.com

 

Hrvatska

 

GlaxoSmithKline d.o.o.

 

Tel: + 385 1 6051 999

 

Ireland

Slovenija

GlaxoSmithKline (Ireland) Limited

GlaxoSmithKline d.o.o.

Tel: + 353 (0)1 4955000

Tel: + 386 (0)1 280 25 00

 

medical.x.si@gsk.com

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

GlaxoSmithKline Slovakia s. r. o.

Sími: + 354 535 7000

Tel: + 421 (0)2 48 26 11 11

 

recepcia.sk@gsk.com

Italia

Suomi/Finland

GlaxoSmithKline S.p.A.

GlaxoSmithKline Oy

Tel: + 39 (0)45 9218 111

Puh/Tel: + 358 (0)10 30 30 30

 

Finland.tuoteinfo@gsk.com

Κύπρος

Sverige

GlaxoSmithKline (Cyprus) Ltd

GlaxoSmithKline AB

Τηλ: + 357 22 39 70 00

Tel: + 46 (0)8 638 93 00

gskcyprus@gsk.com

info.produkt@gsk.com

Latvija

United Kingdom

GlaxoSmithKline Latvia SIA

GlaxoSmithKline UK Ltd

Tel: + 371 67312687

Tel: + 44 (0)800 221441

lv-epasts@gsk.com

customercontactuk@gsk.com

Lietuva

 

GlaxoSmithKline Lietuva UAB

 

Tel: + 370 5 264 90 00

 

info.lt@gsk.com

 

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni ddettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu/

 1  2
 3  4  5
 6

Kif tkejjel id-doża u tieħu l-mediċina

Uża l-applikatur għal dożaġġ orali pprovdut mal-pakkett biex tkejjel id-doża tiegħek b’mod preċiż (ara wkoll Sezzjoni 3).

Meta mimlija, l-applikatur fih 10 ml ta’ soluzzjoni.

Neħħi l-għatu li ma jinfetaħx mit-tfal tal-flixkun (A). Żommu f’post sikur.

Żomm il-flixkun. Daħħal l-adattatur (B) il-ġewwa kemm tista’ fl-għonq tal- flixkun.

Daħħal l-applikatur (Ċ) tajjeb fl-adattatur. Aqleb il-flixkun rasu l-isfel.

Iġbed il-planġer tal-applikatur (D) ’il barra sakemm l-applikatur ikun fih l-ewwel porzjon tad-doża sħiħa tiegħek.

Erġa dawwar il-flixkun rasu l fuq. Neħħi l-applikatur mill-adapter.

7Poġġi l-applikatur f’ħalqek, bit-tarf tal-applikatur man-naħa ta’ ġewwa ta’ ħaddejk.

Għafas il-planġer bil-mod, biex tagħti ċans li tibla. Tgħafasx iż-żejjed u titfax il- likwidu fin-naħa ta’ wara ta’ griżmejk, għax tista’ tifga.

 8 Irrepeti passi 3 sa 7 bl-istess mod sakemm tkun ħadt id-doża sħiħa tiegħek. Eżempju, jekk id-doża tiegħek hija 20 ml, għandek tieħu 2 siringi mimlija ta’ mediċina.

 9 Neħħi l-applikatur mill-flixkun u aħslu tajjeb f’ilma nadif. Ħallih jinxef tajjeb qabel ma terġa’ tużah. Ħalli l-adattatur fil-flixkun.

10 Agħlaq il-flixkun sew bl-għatu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati