Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Zinforo (ceftaroline fosamil) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - J01DI02

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaZinforo
Kodiċi ATCJ01DI02
Sustanzaceftaroline fosamil
ManifatturPfizer Ireland Pharmaceuticals

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Zinforo 600 mg trab għal konċentrat għal soluzjoni għall-infużjoni

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Kull kunjett fih ceftaroline fosamil acetic acid solvate monohydrate ekwivalenti għal 600 mg ceftaroline fosamil.

Wara r-rikostituzzjoni, 1 ml tas-soluzzjoni jkun fiha 30 mg ceftaroline fosamil.

Għal-lista kompluta ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Trab għal konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni (trab għal konċentrat).

Trab abjad safrani jagħti fl-isfar ċar.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Zinforo huwa indikat għall-kura tal-infezzjonijiet li ġejjin fl-adulti u t-tfal mill-età ta’ xahrejn (ara sezzjonijiet 4.4 u 5.1):

Infezzjonijiet ikkomplikati tal-ġilda u tat-tessuti rotob (cSSTI)

Pnewmonja li tkun ittieħdet mill-komunità (CAP)

Għandha tiġi ikkunsidrata l-gwida uffiċjali dwar l-użu xieraq ta’ sustanzi kontra l-batteri.

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Adulti u adolexxenti (mill-età ta’ 12 sa < 18-il sena b’piż tal-ġisem ≥ 33 kg) bi tneħħija tal-kreatinina (CrCL) > 50 mL/min: ara Tabella 1.

Tabella 1 Dożaġġ fl-adulti u l-adolexxenti (mill-età ta’ 12 sa < 18-il sena b’piż tal-ġisem ≥ 33 kg) b’CrCL > 50 mL/min

Infezzjoni

Dożaġġ

Frekwenza

Ħin tal-infużjoni

Tul tal-kura

 

 

 

(minuti)

(jiem)

cSSTIa

600 mg

Kull 12-il siegħa

5-14

CAP

600 mg

Kull 12-il siegħa

Tfal li għandhom minn xahrejn sa < 12-il sena b’CrCL > 50 mL/min u adolexxenti li għandhom minn 12 sa < 18-il sena b’piż tal-ġisem < 33 kg u b’CrCL > 50 mL/min: ara Tabella 2.

It-tul tal-kura rakkomandat huwa ta’ 5-14-il jum għal cSSTI u 5-7 ijiem għal CAP.

aAbbażi tal-analiżi farmakokinetika u l-analiżi farmakodinamika, id-dożaġġ rrakkomandat għall-kura ta’ cSSTI minħabba S. aureus li għaliha l-MIC ta’ ceftaroline hu 2 jew 4 mg/mL hu 600 mg kull 8 sigħat bl-użu ta’ infużjonijiet ta’ sagħtejn. Ara sezzjonijiet 4.4 u 5.1.

Tabella 2 Dożaġġ fi tfal li għandhom minn xahrejn sa < 12-il sena b’CrCL > 50 mL/min u adolexxenti li għandhom minn 12 sa < 18-il sena b’piż tal-ġisem < 33 kg u b’CrCL > 50 mL/mina

Età u piż tal-ġisem DożaġġFrekwenzaĦin tal-infużjoni (minuti)

12-il sena sa < 18-il sena u

12 mg/kgb

Kull 8 sigħat

piż tal-ġisem < 33 kg

12 mg/kgb

 

 

≥ sentejn sa < 12-il sena

Kull 8 sigħat

≥ xahrejn sa < sentejn

8 mg/kg

Kull 8 sigħat

aIr-rakkomandazzjonijiet tad-doża huma applikabbli għall-kura ta’ S. aureus li għaliha, l-MIC taceftaroline hu 1 mg/L

bId-doża mogħtija kull 8 sigħat m’għandhiex taqbeż 400 mg

Popolazzjonijiet speċjali

Anzjani

M’hemmx bżonn ta’ aġġustament fid-doża għal pazjenti anzjani b’valuri ta’ tneħħija tal-kreatinina ta’ > 50 mL/min (ara sezzjoni 5.2).

Indeboliment renali

Id-doża għandha tiġi aġġustata meta t-tneħħija tal-krejatinina (CrCL) tkun ≤ 50 mL/min, kif jidher f’Tabelli 3 u 4 (ara sezzjoni 5.2). It-tul ta’ kura rrakkomandat huwa l-istess bħal dak għal pazjenti b’CrCL > 50 mL/min.

Ir-rakkomandazzjonijiet tad-doża għat-tfal u l-adolexxenti huma bbażati fuq il-mudellar farmakokinetiku (PK).

Mhemmx biżżejjed informazzjoni sabiex jiġu rrakkomandati aġġustamenti tad-doża f’adolexxenti li għandhom minn 12 sa < 18-il sena b’piż tal-ġisem < 33 kg u tfal li għandhom minn 2 sa 12-il sena b’Marda renali ta’ tmiem il-fażi (ESRD).

Mhemmx biżżejjed informazzjoni sabiex jiġu rrakkomandati aġġustamenti tad-doża li għandhom minn xahrejn sa < sentejn b’indeboliment renali moderat jew sever jew ESRD.

Tabella 3 Dożaġġ fl-adulti u f’adolexxenti (li għandhom minn 12 sa < 18-il sena b’piż tal-ġisem ≥ 33 kg) b’CrCL ≤ 50 mL/min

Infezzjoni

Tneħħija tal-

Kors tad-doża

Frekwenza

Ħin tal-infużjoni (minuti)

 

krejatininaa

 

 

 

 

(mL/min)

 

 

 

cSSTI u CAP

> 30 sa ≤ 50

400 mg

Kull 12-il siegħa

 

≥15 sa ≤ 30

300 mg

 

 

 

ESRD, inkluż

200 mg

Kull 12-il siegħa

 

emodijaliżib

 

Kull 12-il siegħa

 

 

 

aIkkalkolata permezz tal-formola Cockcroft-Gault

bZinforo għandu jingħata wara emodijaliżi fil-jiem tal-emodijaliżi

cAbbażi tal-analiżi farmakokinetika u l-analiżi farmakodinamika, il-kors tad-doża rrakkomandat għall-kura ta’ cSSTI minħabba S. aureus li għaliha l-MIC ta’ ceftaroline hu 2 jew 4 mg/L hu d-doża rrakkomandata fit-tabella mill-kategorija tal-funzjoni renali mogħtija kull 8 sigħat bl-użu ta’ infużjonijiet ta’ sagħtejn. Ara sezzjonijiet 4.4

u5.1.

Tabella 4 Dożaġġ fi tfal li għandhom minn 2 sa < 12-il sena b’CrCL 50 mL/min u adolexxenti li għandhom minn 12 sa < 18-il sena b’piż tal-ġiżem < 33 kg b’CrCL 50 mL/min

Tneħħija tal-

Età u piż tal-ġisem

Dożaġġb, c

Frekwenzab

Ħin tal-infużjoni

krejatininaa

 

 

 

(minuti)b

(mL/min)

 

 

 

 

> 30 sa ≤ 50

12-il sena sa < 18-il

8 mg/kgd

Kull 8 sigħat

 

sena u

 

 

 

 

piż tal-ġisem < 33 kg

 

 

 

 

≥ sentejn sa < 12-il

8 mg/kgd

Kull 8 sigħat

 

sena

 

 

 

≥ 15 sa ≤ 30

> 12-il sena sa < 18-il

6 mg/kge

Kull 8 sigħat

 

sena u

 

 

 

 

piż tal-ġisem < 33 kg

 

 

 

 

≥ sentejn sa < 12–il

6 mg/kge

Kull 8 sigħat

 

sena

 

 

 

aIkkalkulata bl-użu tal-formula Schwartz

bIr-rakkomandazzjonijiet tad-doża huma applikabbli għall-kura ta’ S. aureus li għaliha l-MIC ta’ ceftaroline hu 1 mg/L

cId-doża hija bbażata fuq is-CrCL. Is-CrCL għandu jkun immonitorjat mill-qrib u d-doża għandha tiġi aġġustata skont il-bidla fil-funzjoni renali

dId-doża mogħtija kull 8 sigħat m’għandhiex taqbeż 300 mg

eId-doża mogħtija kull 8 sigħat m’għandhiex taqbeż 200 mg

Indeboliment epatiku

Mhux meqjus li hemm bżonn ta’ tibdil tad-doża f’pazjenti b’indeboliment epatiku (ara sezzjoni 5.2).

Popolazzjoni pedjatrika

Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Zinforo fit-tfal li għandhom inqas minn xahrejn ma ġewx determinati s’issa. M’hemm l-ebda data disponibbli.

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Użu għal ġol-vini. Zinforo għandu jingħata permezz ta’ infużjoni fil-vini fuq 60 minuta jew 120 minuta għall-volumi kollha tal-infużjoni (50 ml, 100 ml jew 250 ml) (ara sezzjoni 6.6).

Il-volumi tal-infużjoni għal pazjenti pedjatriċi għandhom ivarjaw skont il-piż tal-ġisem tat-tfal. Il- konċentrazzjoni tas-soluzzjoni tal-infużjoni waqt it-tħejjija u l-għoti m’għandhomx jaqbżu 12 mg/ml ta’ ceftaroline fosamil.

Għal struzzjonijiet fuq ir-rikostituzzjoni u d-dilwizzjoni tal-prodott mediċinali qabel l- amministrazzjoni, ara sezzjoni 6.6.

4.3Kontraindikazzjonijiet

Sensittività eċċessiva għas-sustanza attiva jew għal kwalunkwe wieħed mill-eċċipjenti elenkati fis- sezzjoni 6.1.

Sensittività eċċessiva għall-klassi ta’ antibijotiċi cephalosporins.

Sensittività eċċessiva immedjata u severa (eż. reazzjoni anafilattika) għal kwalunkwe tip ieħor ta’ sustanza antibatterika beta-lactam (eż. penicillins jew carbapenems).

4.4Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva

Reazzjonijiet serji u kultant fatali ta’ sensittività eċċessiva huma possibbli (ara sezzjoni 4.3 u 4.8).

Pazjenti li fil-passat sofrew minn sensittività eċċessiva għal cephalosporins, penicillins jew antibatteriċi beta-lactam oħra jistgħu jkunu jsofru wkoll minn sensittività eċċessiva għal ceftaroline fosamil. Ceftaroline għandu jintuża b’kawtela f’pazjenti li fil-passat sofrew minn reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva mhux severi għal kwalunkwe antibijotiku beta-lactam (eż. penicillins jew carbapenems). Jekk isseħħ reazzjoni allerġika severa waqt il-kura b’Zinforo, il-prodott mediċinali għandu jitwaqqaf u jittieħdu miżuri xierqa.

Dijarea assoċjata ma’ Clostridium difficile

Kolite assoċjata ma’ antibatteriċi u kolite psewdomembranja kienu rrappurtati b’ceftaroline fosamil u tista’ tvarja fil-gravità minn ħafifa għal waħda li tkun ta’ theddida għall-ħajja. Għalhekk, huwa importanti li titqies din id-dijanjosi f’pazjenti li jkollhom dijarea waqt jew wara li jingħataw ceftaroline fosamil (ara sezzjoni 4.8). F’dawn iċ-ċirkostanzi, għandu jiġi kkunsidrat it-twaqqif tat- terapija b’ceftaroline fosamil u l-użu ta’ miżuri ta’ appoġġ flimkien ma’ kura speċifika għal

Clostridium difficile.

Organiżmi mhux suxxettibbli

Jistgħu jseħħu superinfezzjonijiet waqt u wara l-kura b’Zinforo.

Pazjenti li jkollhom minn qabel disturbi ta’ aċċessjonijiet

Aċċessjonijiet seħħew fi studji tossikoloġiċi b’livelli ta’ 7-25 darba s- Cmax ta’ ceftafoline fil-bniedem (ara sezzjoni 5.3). L-esperjenza tal-studji kliniċi b’ceftaroline fosamil f’pazjenti li jkollhom minn qabel disturbi ta’ aċċessjonijiet hija limitata ħafna. Għalhekk, Zinforo għandu jintuża b’kawtela f’din il- popolazzjoni ta’ pazjenti.

Test dirett antiglobulina (Test Coombs) serokonverżjoni u riskju potenzjali ta’ anemija emolitika L-iżvilupp ta’ test antiglobulina dirett pożittiv (DAGT) jista’ jseħħ waqt kura b’cephalosporins. L- inċidenza ta’ serokonverżjoni DAGT f’pazjenti li jkunu qed jirċievu ceftaroline fosamil kienet ta’ 11.2% fil-ħames studji pivitali miġbura b’għoti kull 12-il siegħa (600 mg mogħtija fuq perjodu ta’ 60 minuta kull 12-il siegħa) u 32.3% fi studju f’pazjenti li kienu qegħdin jirċievu ceftaroline fosamil kull 8 sigħat (600 mg mogħtija fuq perjodu ta’ 120 minuta kull 8 sigħat), (ara sezzjoni 4.8). Fl-istudji kliniċi ma kienx hemm evidenza ta’ emolisi f’pazjenti li żviluppaw DAGT pożittiv mal-kura.

Madankollu, il-possibbiltà li tista’ sseħħ anemija emolitika b’rabta mas-cephalosporins, inkluża l-kura b’Zinforo, ma tistax tiġi eskluża. Il-pazjenti li jesperjenzaw anemija waqt jew wara l-kura b’Zinforo għandhom jiġu investigati għal din il-possibbiltà.

Limitazzjonijiet tat-tagħrif kliniku

M’hemmx esperjenza b’ceftaroline għall-kura ta’ CAP fil-gruppi ta’ pazjenti li ġejjin: il-pazjenti immunokompromessi, pazjenti b’sepsi severa/xokk settiku, mard serju eżistenti fil-pulmun, dawk bi Klassi ta’ Riskju PORT V, u/jew CAP li teħtieġ ventilazzjoni malli tippreżenta ruħha, CAP minħabba S. aureus reżistenti għal methicillin jew pazjenti li jkunu jeħtieġu kura intensiva. Hija rakkomandata l- kawtela meta jkunu qed jiġu kkurati dawn il-pazjenti.

M’hemmx esperjenza b’ceftaroline għall-kura ta’ cSSTI fil-gruppi ta’ pazjenti li ġejjin: l- immunokompromessi, dawk b’sepsi severa/xokk settiku, faxxite nekrotizzanti, axxess madwar ir- rektum u pazjenti bi ħruq tat-tielet grad u estensiv. Hemm esperjenza limitata fil-kura ta’ pazjenti b’infezzjonijiet dijabetiċi fis-saqajn. Hija rakkomandata l-kawtela meta jkunu qed jiġu kkurati dawn il- pazjenti.

Hemm data limitata tal-provi kliniċi dwar l-użu ta’ ceftaroline għall-kura ta’ cSSTI kkawżata minn S. aureus b’MIC ta’ > 1 mg/L. Id-dożaġġi rrakkomandati ta’ Zinforo murija f’Tabelli 1 u 3 għall-kura ta’ cSSTI kkawżata minn S. aureus b’MIC ta’ ceftaroline ta’ 2 jew 4 mg/L huma bbażati fuq l-immudellar u s-simulazzjoni farmakokinetiċi-farmakodinamiċi (ara sezzjonijiet 4.2 u 5.1). Zinforo m’għandux jintuża għall-kura ta’ cSSTI minħabba S. aureus li għaliha l-MIC ta’ ceftaroline hu > 4 mg/L.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Ma twettaq l-ebda studju kliniku ta’ interazzjoni bejn il-mediċini b’ceftaroline fosamil.

Il-potenzjal ta’ interazzjoni ta’ ceftaroline jew ceftaroline fosamil fuq prodotti mediċinali metabolizzati permezz ta’ enzimi CYP450 huwa mistenni li jkun baxx minħabba li la huma inibituri u lanqas indutturi tal-enzimi CYP450 in vitro. Ceftaroline jew ceftaroline fosamil mhumiex metabolizzati b’enzimi CYP450 in vitro, għalhekk l-għoti flimkien ta’ indutturi jew inibituri ta’ CYP450 mhux probabbli li jinfluwenza l-farmakokinetika ta’ ceftaroline.

Ceftaroline la huwa substrat, u lanqas inibitur tat-trasportaturi tar-riassorbiment renali (OCT2, OAT1, u OAT3) in vitro. Għalhekk, mhumiex mistennija interazzjonijiet ta’ ceftaroline ma’ prodotti mediċinali li huma substrati jew inibituri (eż probenecid) ta’ dawn it-trasportaturi.

Popolazzjoni pedjatrika

Bħal fl-adulti, il-potenzjal tal-interazzjoni huwa mistenni li jkun baxx fil-pedjatriċi.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

M’hemmx dejta jew hemm dejta limitata dwar l-użu ta’ ceftaroline fosamil f’nisa tqal. Studji bl- annimali li saru fil-firien u fil-fniek ma jindikawx effetti ħżiena fir-rigward ta’ effett tossiku fuq is- sistema riproduttiva b’esponimenti simili għall-konċentrazzjonijiet terapewtiċi. Wara għoti waqt it- tqala u t-treddigħ fil-firien, ma kien hemm l-ebda effett fuq il-piż tal-frieħ mat-twelid jew fuq it- tkabbir tal-frieħ, għalkemm kienu osservati bidliet żgħar fil-piż tal-fetu u dewmien fl-ossifikazzjoni tal-għadam interparjetali meta ceftaroline fosamil ingħata waqt organoġenesi (ara sezzjoni 5.3).

Bħala miżura ta’ prekawzjoni, ikun aħjar li jiġi evitat l-użu ta’ Zinforo waqt it-tqala sakemm il- kondizzjoni klinika tal-mara ma tkunx teħtieġ kura b’antibijotiku bil-profil antibatteriku ta’ Zinforo.

Treddigħ

Mhux magħruf jekk ceftaroline fosamil jew ceftaroline jiġix eliminat mill-ħalib tas-sider tal-bniedem. Riskju għat-trabi tat-twelid/trabi ma jistax jiġi eskluż. Għandha tittieħed deċizjoni jekk il-mara twaqqafx it-treddigħ jew twaqqafx it-trattament b’Zinforo, wara li jiġi kkunsidrat il-benefiċċju tat- treddigħ għall-wild u l-benefiċċju tat-trattament għall-mara.

Fertilità

L-effetti ta’ ceftaroline fosamil fuq il-fertilità ma kinux studjati fil-bniedem. Studji fl-annimali b’ceftaroline fosamil ma jindikawx effetti ta’ ħsara fir-rigward tal-fertilità (ara sezzjoni 5.3).

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Effetti mhux mixtieqa eż. sturdament u dan jista’ jaffettwa l-ħila biex issuq u tħaddem magni (ara sezzjoni 4.8).

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

L-aktar reazzjonijiet avversi komuni li seħħew f’≥ 3% ta’ madwar 3242 pazjent ikkurati b’Zinforo fi studji kliniċi kienu dijarrea, uġigħ ta’ ras, dardir u prurite, u ġeneralment kienu ħfief għal moderati fis- severità. CDAD u reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva severa jistgħu jseħħu wkoll.

Inċidenza ikbar ta’ raxx f’pazjenti Asjatiċi (ara taħt) u inċidenza ikbar ta’ serokonverżjoni ta’ DAGT (ara sezzjoni 4.4) ġ4. osservati fi studju ta’ pazjenti adulti b’cSSTI mwettqa b’Zinforo 600 mg mogħtija fuq 120 minuta kull 8 sigħat.

Lista f’tabella tar-reazzjonijiet avversi

Ir-reazzjonijiet avversi li ġejjin kienu identifikati waqt il-provi kliniċi u l-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq b’Zinforo. Ir-reazzjonijiet avversi huma kklassifikati skont is-Sistema tal-Klassifika tal-Organi u l-frekwenza. Il-kategoriji tal-frekwenza huma derivati skont il-konvenzjonijiet li ġejjin: komuni ħafna (≥ 1/10), komuni (≥ 1/100 sa < 1/10), mhux komuni (≥ 1/1,000 sa < 1/100), rari (≥ 1/10,000 sa < 1/1,000), mhux magħrufa (ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli).

Tabella 5 Frekwenza tar-reazzjonijiet avversi skont is-sistema tal-klassifika tal-organi mill- provi kliniċi u l-esperjenza ta’ wara t-tqegħid fis-suq

Sistema tal-

Komuni

Komuni

Mhux

Rari

Mhux

klassifika tal-

ħafna

 

komuni

 

magħrufa

organi

 

 

 

 

 

Infezzjonijiet

 

 

Kolite bi

 

 

u

 

 

Clostridium

 

 

infestazzjoniji

 

 

difficile (ara

 

 

et

 

 

sezzjoni 4.4)

 

 

Disturbi tad-

 

 

Anemija,

Agranulokjito

Eosinofilja

demm u tas-

 

 

lewkopenija,

żi

 

sistema

 

 

newtropenija,

 

 

limfatika

 

 

tromboċitopen

 

 

 

 

 

ja, ħin tal-

 

 

 

 

 

protrombin

 

 

 

 

 

imtawwal

 

 

 

 

 

(PT), titwil

 

 

 

 

 

fil-ħin ta’

 

 

 

 

 

tromboplastin

 

 

 

 

 

parzjali attivat

 

 

 

 

 

(aPTT), Żieda

 

 

 

 

 

fil-proporzjon

 

 

 

 

 

internazzjonal

 

 

 

 

 

i normalizzat

 

 

 

 

 

(INR)

 

 

Disturbi fis-

 

Raxx, ħakk

Anafilassi (ara

 

 

sistema

 

 

sezzjonijiet 4.

 

 

immuni

 

 

3 u 4.4,

 

 

 

 

 

sensittività

 

 

 

 

 

eċċessiva (eż.

 

 

 

 

 

urtikarja,

 

 

 

 

 

nefħa fix-

 

 

 

 

 

xofftejn u fil-

 

 

 

 

 

wiċċ) (ara

 

 

 

 

 

sezzjonijiet

 

 

Disturbi fis-

 

Uġigħ ta’ ras,

4.3 u 4.4)

 

 

 

 

 

 

sistema

 

sturdament

 

 

 

nervuża

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Flebite

 

 

 

vaskulari

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Dijarea,

 

 

 

gastro-

 

dardir,

 

 

 

intestinali

 

rimettar,

 

 

 

 

 

uġigħ fl-

 

 

 

 

 

addome

 

 

 

Disturbi fil-

 

Żieda fit-

 

 

 

fwied u fil-

 

transaminases

 

 

 

marrara

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

Żieda fil-

 

 

kliewi u fis-

 

 

krejatinina

 

 

sistema

 

 

fid-demm

 

 

urinarja

 

 

 

 

 

Sistema tal-

Komuni

Komuni

Mhux

Rari

Mhux

klassifika tal-

ħafna

 

komuni

 

magħrufa

organi

 

 

 

 

 

 

Disturbi

 

Deni,

 

 

 

 

ġenerali u

 

reazzjonijiet

 

 

 

 

kondizzjonijie

 

fis-sit tal-

 

 

 

 

t ta' mnejn

 

injezzjoni

 

 

 

 

jingħata

 

(eritema,

 

 

 

 

 

 

flebite, uġigħ)

 

 

 

 

Investigazzjon

Test Dirett ta’

 

 

 

 

 

ijiet

Coombs

 

 

 

 

 

 

Pożittiv (ara

 

 

 

 

 

 

sezzjoni 4.4)

 

 

 

 

 

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Raxx

Ir-raxx kien osservat bi frekwenza komuni kemm fl-istudji miġbura ta’ Fażi III dwar cSSII bl-għoti ta’ Zinforo kull 12-il siegħa (600 mg mogħtija fuq perjodu ta’ 60 minuta kull 12-il siegħa) kif ukoll fl- istudju dwar cSSTI b’għoti kull 8 sigħat (600 mg mogħtija fuq perjodu ta’ 120 minuta kull 8 sigħat). Madankollu, il-frekwenza tar-raxx fis-sottogrupp ta’ pazjenti Asjatiċi li kienu qegħdin jirċievu Zinforo kull 8 sigħat kienet komuni ħafna (18.5%).

Popolazzjoni pedjatrika

Il-valutazzjoni tas-sigurtà fi tfal hija bbażata fuq id-dejta tas-sigurtà minn 2 provi li fihom 227 pazjent pedjatriku li kellhom minn xahrejn sa 17-il sena b’cSSTI jew CAP irċevew Zinforo. B’mod ġenerali, il-profil tas-sigurtà f’dawn il-227 tifel/tifla kien simili għal dak osservat fil-popolazzjoni adulta.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti dwar il-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Dejta limitata minn pazjenti li kienu qed jirċievu doża ta’ Zinforo ogħla minn dik rakkomandata wriet reazzjonijiet avversi simili għal dawk li dehru f’pazjenti li kienu qed jirċievu d-dożi rakkomandati. Tista’ sseħħ doża eċċessiva relattiva f’pazjenti b’indeboliment renali moderat. Il-kura ta’ doża eċċessiva għandha ssegwi prattika medika standard;

Ceftaroline jista’ jitneħħa permezz ta’ emodijaliżi; fuq perjodu ta’ 4 sigħat, bejn wieħed u ieħor 74% tad-doża mogħtija ġiet irkuprata fid-dijalsat.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Antibatteriċi għall-użu sistemiku, cephalosporins oħrajn u penems, Kodiċi ATC: J01DI02

Il-parti attiva wara l-għoti ta’ Zinforo hija ceftaroline.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Studji in vitro wrew li ceftaroline huwa batteriċida u kapaċi jinibixxi s-sintesi tal-ħitan taċ-ċelloli batteriċi fi Staphylococcus aureus reżistenti għall-methicillin (MRSA) u Streptococcus pneumoniae mhux suxxettibli għall-penicillin (PNSP) minħabba l-affinità kbira li għandu għall-proteini alterati li jeħlu mal-penicillin (PBPs) li jinsabu f’dawn l-organiżmi. Minħabba f’hekk, il-konċentrazzjonijiet inibitorji minimi (MICs) ta’ ceftaroline għall-proporzjon ta' dawn l-organiżmi ttestjati għandhom jaqgħu fil-medda suxxettibbli (ara s-sezzjoni ‘Reżistenza’ hawn taħt).

Reżistenza

Ceftaroline mhux attiv kontra razez ta’ Enterobacteriaceae li jipproduċu beta-lactamases ta’ spettru wiesa’ (ESBLs) mill-familji TEM, SHV jew CTX-M, serine carbapenemases (bħal KPC), metallo- beta-lactamases ta’ klassi B jew klassi Ċ (AmpC) cephalosporinases. L-organiżmi li jesprimu dawn l- enzimi u li għalhekk huma reżistenti għal ceftaroline jseħħu b’rati varjabbli ħafna bejn il-pajjiżi u bejn il-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa fi ħdan il-pajjiżi. Jekk ceftaroline jinbeda wara li jkunu disponibbli r- riżultati tat-testijiet dwar is-suxxettibilità, f’dak il-każ għandha tiġi kkunsidrata l-informazzjoni lokali dwar ir-riskju ta’ sejbien ta’ organiżmi li jesprimu dawn l-enzimi. Ir-reżistenza tista’ tkun medjata wkoll permezz tal-impermeabilità tal-batterji jew mekkaniżmi li jippumpjaw il-mediċina ’l barra. Wieħed jew aktar minn dawn il-mekkaniżmi jistgħu jeżistu flimkien f’iżolat batteriku wieħed.

Interazzjoni ma’ sustanzi antibatteriċi oħra

Studji in vitro ma wrew l-ebda antagoniżmu bejn ceftaroline flimkien ma’ sustanzi antibatteriċi oħra li jintużaw ta’ spiss (eż. amikacin, azithromycin, aztreonam, daptomycin, levofloxacin, linezolid, meropenem, tigecycline u vancomycin).

Breakpoints għall-ittestjar tas-suxxettibilità

Il-breakpoints tal-Kumitat Ewropew dwar l-Ittestjar tas-Suxxettibilità Antimikrobika (EUCAST) għall-ittestjar tas-suxxettibilità huma ppreżentati hawn taħt.

Organiżmi

Breakpoints tal-MIC (mg/L)

 

Suxxettibbli (S)

Reżistenti (R>)

Staphylococcus aureus

>22

Streptococcus pneumoniae

0.25

0.25

Streptococcus Gruppi A, B, C, G

Note3

Note3

Haemophilus influenzae

0.03

0.03

Enterobacteriaceae

0.5

0.5

1.Jirreferi għal dożaġġ fl-adulti jew fl-adolexxenti (minn 12-il sena u 33 kg) b’ceftaroline kull 12-il siegħa bl-użu ta’ infużjonijiet ta’ siegħa (ara sezzjoni 4.2). Innota li m’hemm ebda data tal-provi kliniċi dwar l- użu ta’ ceftaroline għall-kura ta’ CAP minħabba S. aureus b’MICs ta’ ceftaroline > 1 mg/L

2.Jirreferi għal dożaġġ fl-adulti jew fl-adolexxenti (minn 12-il sena u 33 kg) b’ceftaroline kull 8 sigħat bl- użu ta’ infużjonijiet ta’ sagħtejn għall-kura ta’ cSSTI (ara sezzjoni 4.2). S. aureus b’MICs ta’ ceftaroline 4 mg/L huma rari. L-analiżijiet farmakokinetiċi-farmakodinamiċi jissuġġerixxu li dożaġġ fl-adulti jew fl-adolexxenti (minn 12-il sena u 33 kg) b’ceftaroline kull 8 sigħat bl-użu ta’ infużjonijiet ta’ sagħtejn jistgħu jikkuraw cSSTI minħabba S. aureus li għaliha l-MIC ta’ ceftaroline hu 4 mg/L.

3.Iddeduċi s-suxxettibilità mis-suxxettibilità għal benzylpenicillin.

Relazzjoni farmakokinetika/farmakodinamika

Bħal sustanzi antimikrobiċi beta-lactam oħra, il-perċentwali tal-ħin fuq il-konċentrazzjoni inibitorja minima (MIC) tal-organiżmu li jkun qed jikkawża l-infezzjoni fuq l-intervall bejn id-dożi (%T > MIC) intwera li huwa l-parametru li jikkorrelata l-aħjar mal-effikaċja ta’ ceftaroline.

Effikaċja klinika kontra patoġeni speċifiċi

Fl-istudji kliniċi ġiet murija l-effikaċja kontra l-patoġeni elenkati taħt kull indikazzjoni li kienu suxxettibli għal ceftaroline in vitro.

Infezzjonijiet ikkomplikati tal-ġilda u tat-tessuti rotob

Mikro-organiżmi Gram-pożittivi

Staphylococcus aureus (inklużi razez reżistenti għal methicillin)

Streptococcus pyogenes

Streptococcus agalactiae

Streptococcus anginosus group (inklużi S. anginosus, S. intermedius, u S. constellatus)

Streptococcus dysgalactiae

Mikro-organiżmi Gram-negattivi

Escherichia coli

Klebsiella pneumoniae

Klebsiella oxytoca

Morganella morganii

Pnewmonja akkwiżita mill-komunità

Fl-istudji ma kien irreġistrat l-ebda każ ta’ CAP minħabba MRSA. Id-dejta klinika disponibbli ma tistax tissostanzja l-effikaċja kontra razez ta’ S. pneumoniae mhux suxxettibbli għall-penicillin.

Mikro-organiżmi Gram-pożittivi

Streptococcus pneumoniae

Staphylococcus aureus (razez suxxettibbli għal methicillin biss)

Mikro-organiżmi Gram-negattivi

Escherichia coli

Haemophilus influenzae

Haemophilus parainfluenzae

Klebsiella pneumoniae

Attività antibatterika kontra patoġeni rilevanti oħra

L-effikaċja klinika ma ġietx stabbilita kontra l-patoġeni li ġejjin għalkemm studji in vitro jindikaw li jistgħu jkunu suxxettibbli għal ceftaroline jekk ma jinkisbux mekkaniżmi ta’ reżistenza:

Mikro-organiżmi anerobiċi

Mikro-organiżmi Gram-pożittivi

Peptostreptococcus spp.

Mikro-organiżmi Gram-negattivi

Fusobacterium spp.

Dejta in vitro tindika li l-ispeċi li ġejjin mhumiex suxxettibbli għal ceftaroline:

Chlamydophila spp.

Legionella spp.

Mycoplasma spp.

Proteus spp.

Pseudomonas aeruginosa

Popolazzjoni pedjatrika

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini iddifferiet l-obbligu li jiġu ppreżentati riżultati tal-istudji b’Zinforo fil-popolazzjoni pedjatrika mit-twelid sa < xahrejn (ara sezzjoni 4.2 għal informazzjoni dwar l-użu pedjatriku).

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Is-Cmax u l-AUC ta’ ceftaroline jiżdiedu b’mod kważi proporzjonali mad-doża fil-medda ta’ doża waħda minn 50 sa 1000 mg. Ma deherx li kien hemm akkumulu sinifikanti ta’ ceftaroline wara li ngħataw ħafna infużjonijiet fil-vina b’doża ta’ 600 mg kull 8 sigħat jew 12-il siegħa f’adulti b’saħħithom b’CrCL > 50 mL/min.

Distribuzzjoni

L-irbit ta’ ceftaroline mal-proteini tal-plażma huwa baxx (madwar 20%) u ceftaroline ma jiġix distribwit fl-eritroċiti. Il-volum ta’ distribuzzjoni fiss medjan ta’ ceftaroline f’irġiel adulti b’saħħithom wara doża waħda fil-vini ta’ 600 mg ta’ ceftaroline fosamil radjutikkettat kien ta’ 20.3 l, simili għall- volum tal-fluwidu ekstraċellulari.

Bijotrasformazzjoni

Ceftaroline fosamil (promediċina) jiġi konvertit f’ceftaroline attiv fil-plażma permezz ta’ enzimi fosfetejż u l-konċentrazzjonijiet tal-promediċina jistgħu jitkejlu fil-plażma prinċipalment waqt l- infużjoni fil-vini. Isseħħ idroliżi taċ-ċirku beta-lactam ta’ ceftaroline biex jiġi ffurmat il-metabolit mikrobijoloġikament inattiv, b’ċirku miftuħ, ceftaroline M-1. Il-medja tal-proporzjon tal-AUC ta’ ceftaroline M-1 għal ceftaroline fil-plażma wara infużjoni waħda ta’ 600 mg ta’ ceftaroline fosamil fil- vini f’individwi b’saħħithom hija madwar 20-30%.

F’mikrożomi miġbura mill-fwied tal-bniedem, it-tibdil metaboliku ta’ ceftaroline kien baxx, li jindika li ceftaroline ma jiġix metabolizzat mill-enzimi CYP450 tal-fwied.

Eliminazzjoni

Ceftaroline huwa eliminat prinċipalment mill-kliewi. It-tneħħija ta’ ceftaroline mill-kliewi hija bejn wieħed u ieħor daqs, jew ftit anqas mir-rata ta’ filtrazzjoni glomerulari fil-kliewi, u studji fuq trasportaturi in vitro jindikaw li s-sekrezzjoni attiva ma tgħinx fl-eliminazzjoni renali ta’ ceftaroline.

Il-medja tal-half life tal-eliminazzjoni terminali ta’ ceftaroline f’adulti b’saħħithom hija madwar 2.5 sigħat.

Wara li ngħatat doża waħda fil-vini, ta’ 600 mg ta’ ceftaroline fosamil radjutikkettat lil adulti rġiel b’saħħithom, madwar 88% tar-radjuattività kienet irkuprata mill-awrina u 6% mill-ippurgar.

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment renali

Huwa meħtieġ tibdil fid-doża fl-adulti, l-adolexxenti u t-tfal b’CrCL ≥ ≤ 50 mL/min) (ara sezzjoni 4.2).

Mhemmx biżżejjed informazzjoni sabiex jiġu rrakkomandati aġġustamenti tad-doża f’adolexxenti li għandhom minn 12 sa < 18-il sena b’piż tal-ġisem < 33 kg u tfal li għandhom minn 2 sa 12-il sena b’ESRD. Mhemmx biżżejjed informazzjoni sabiex jiġu rrakkomandati aġġustamenti tad-doża fi tfal li għandhom minn xahrejn sa < sentejn b’indeboliment renali moderat jew sever jew ESRD.

Indeboliment epatiku

Il-farmakokinetika ta’ ceftaroline f’pazjenti b’indeboliment epatiku ma kinitx stabbilita. Peress li ceftaroline ma jidhirx li jgħaddi minn metaboliżmu epatiku sinifikanti, it-tneħħija sistemika ta’ ceftaroline mhux mistennija li tkun effettwata b’mod sinifikanti b’indeboliment tal-fwied. Għalhekk mhux rakkomandat tibdil fid-dożaġġ għal pazjenti b’indeboliment tal-fwied.

Anzjani

Wara li ngħatat doża waħda ta’ 600 mg ceftaroline fosamil minn ġol-vina, il-farmakokinetika ta’ ceftaroline kienet simili bejn anzjani b’saħħithom (età ≥ 65 sena), u individwi adulti żgħar

b’saħħithom (etajiet ta’ 18-45 sena). Kien hemm żieda ta’ 33% fl-AUC0-∞ fl-anzjani li kienet ġejja prinċipalment minħabba tibdil fil-funzjoni renali relatat mal-età. M’hemmx bżonn ta’ tibdil fid-doża għal pazjenti anzjani bi tneħħija tal-krejatinina ‘l fuq minn 50 mL/min.

Popolazzjoni pedjatrika

L-aġġustamenti fid-doża huma meħtieġa għal tfal li għandhom minn xahrejn sa < 12-il sena u għal adolexxenti li għandhom minn 12 sa < 18-il sena b’piż tal-ġisem < 33 kg (ara sezzjoni 4.2). Is-sigurtà u l-effikaċja ta’ Zinforo fit-tfal mit-twelid sa < xahrejn ma ġewx determinati.

5.3Tagħrif ta' qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Il-kliewi kienu l-organu ewlieni milqut mit-tossiċità kemm fix-xadini kif ukoll fil-firien. Is-sejbiet istopatoloġiċi kienu jinkludu depożitu tal-pigment u infjammazzjoni tal-epitilju tubulari. Il-bidliet renali ma kinux riversibbli iżda s-severità tagħhom naqset wara perjodu ta’ rkupru ta’ 4 ġimgħat.

Kienu osservati aċċessjonijiet b’esponimenti relattivament għoljin waqt studji b’doża waħda u b’ħafna dożi kemm fil-firien kif ukoll fix-xadini (≥ 7 darbiet il-livell stmat tas-Cmax ta’ ceftaroline b’600 mg darbtejn kuljum).

Sejbiet tossikoloġiċi oħra importanti li ġew innutati fil-firien u fix-xadini kienu jinkludu bidliet istopatoloġiċi fil-bużżieqa tal-awrina u fil-milsa.

Tossikoloġija ġenetika

Ceftaroline fosamil u ceftaroline kienu klastoġeniċi f’assaġġ b’abberazzjoni kromosali in vitro, madankollu ma kienx hemm evidenza ta’ attività mutaġenika f’assaġġ Ames, limfoma tal-ġurdien u sinteżi tad-DNA mhux skedati. Minbarra hekk, assaġġi tal-mikronukleju in vivo fil-far u fil-ġurdien kienu negattivi. Ma sarux studji dwar ir-riskju ta’ kanċer.

Tossikoloġija tas-sistema riproduttiva

B’mod ġenerali, ma kinux osservati effetti avversi fuq il-fertilità jew fuq l-iżvilupp wara t-twelid fil- firien b’esponimenti sa 5 darbiet l-esponiment kliniku osservat. Meta ceftaroline ngħata waqt organoġenesi, ġie osservat tibdil minuri fil-piż tal-fetu u dewmien fl-ossifikazzjoni tal-għadam interparjetali f'esponimenti aktar baxxi minn dawk osservati klinikament. Madankollu, meta ceftaroline ngħata waqt it-tqala u t-treddigħ, ma kien hemm l-ebda effett fuq il-piż tal-frieħ fit-twelid jew fuq it-tkabbir tal-frieħ. L-għoti ta' ceftaroline lil fniek tqal irriżulta f'żieda fl-inċidenza ta' hyoid alae angulata fil-feti, varjazzjoni skeletali komuni fil-feti tal-fniek, b'esponimenti simili għal dawk osservati klinikament.

Tossiċità fiż-żgħożija

Id-dożaġġ bolus mill-vina ta’ ceftaroline fosamil lil firien tat-treddigħ minn jum 7 sa 20 ta’ wara t- twelid kien tollerat sew f’esponimenti tal-plażma bejn wieħed u ieħor darbtejn aktar minn dawk għal pazjenti pedjatriċi. Ċesti kortikali renali ġew osservati fil-gruppi kollha, inkluż kontrolli, fuq PND50. Iċ-ċesti involvew biċċa żgħira mill-kilwa u seħħew fin-nuqqas ta’ bidliet sinifikanti jew fil-funzjoni renali jew fil-parametri urinarji. Għaldaqstant, dawn is-sejbiet ma kinux ikkunsidrati avversi.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Arginine

6.2Inkompatibbiltajiet

Dan il-prodott mediċinali m’għandux jitħallat ma’ prodotti mediċinali oħrajn ħlief dawk imsemmija f’sezzjoni 6.6.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

Trab xott: 3 snin

Wara r-rikostituzzjoni:

Il-kunjett rikostitwit għandu jiġi dilwit minnufih.

Wara li jiġi dilwit:

Meta s-soluzzjoni għal ġol-vini tiġi ppreparata bid-dilwenti elenkati f’sezzjoni 6.6, din għandha tingħata fi żmien 6 sigħat minn meta tiġi ppreparata. L-istabilità kimika u fiżika waqt l-użu ntweriet li tibqa’ għal 24 siegħa f’temperatura bejn 2-8°C. Meta jitneħħa mill-friġġ għal temperatura ambjentali, il-prodott dilwit irid jintuża fi żmien 6 sigħat.

Minn lat mikrobijoloġiku, il-prodott mediċinali għandu jintuża minnufih. Jekk ma jintużax minnufih, il-ħinijiet u l-kundizzjonijiet ta' waqt il-ħżin qabel l-użu huma r-responsabilità tal-utent u normalment ma għandhomx ikunu itwal minn 24 siegħa f'temperatura ta’ 2 sa 8ºC, sakemm ir- rikostituzzjoni/dilwizzjoni ma tkunx seħħet f’kundizzjonijiet asettiċi kkontrollati u vvalidati.

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Aħżen f’temperatura taħt 30°C.

Aħżen fil-pakkett oriġinali sabiex tilqa’ mid-dawl.

Għall-kondizzjonijiet ta’ ħażna wara r-rikostituzzjoni tal-prodott mediċinali, ara sezzjoni 6.3.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Kunjett tal-ħġieġ (Tip 1) ta’ 20 ml magħluq b’tapp tal-gomma (halobutyl) u siġill tal-aluminju b’għatu li tiftħu b’saba’.

Dan il-prodott mediċinali jiġi f’pakketti ta’ 10 kunjetti.

6.6Prekawzjonijiet speċjali li għandhom jittieħdu meta jintrema u għal immaniġġar ieħor

It-trab għandu jiġi rikostitwit b’ilma għall-injezzjonijiet u l-konċentrat li jifforma jrid jiġi dilwit minnufih qabel jintuża. Is-soluzzjoni rikostitwita hija soluzzjoni safra ċara mingħajr ebda frak.

Għandha tintuża teknika asettika standard għall-preparazzjoni u l-għoti tas-soluzzjoni.

It-trab Zinforo jrid jiġi rikostitwit b’20 ml ilma għall-injezzjonijiet sterili. Is-soluzzjoni li tifforma trid titħawwad qabel ma tiġi trasferita fil-borża jew il-flixkun tal-infużjoni li jkun fih jew sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) soluzzjoni għall-injezzjoni, dextrose 50 mg/ml (5%) soluzzjoni għall-injezzjoni, sodium chloride 4.5 mg/ml u dextrose 25 mg/ml soluzzjoni għall-injezzjoni (0.45% sodium chloride u 2.5% dextrose) jew soluzzjoni Lactated Ringer. Tista’ tintuża borża tal-infużjoni ta’ 250 ml, 100 ml jew 50 ml biex tiġi ppreparata l-infużjoni, abbażi tal-volum li jkollu bżonn il-pazjent. L-intervall kollu minn meta tibda r-rikostituzzjoni sakemm tintemm il-preparazzjoni tal-infużjoni għal ġol-vini m’għandux ikun aktar minn 30 minuta.

Il-volumi tal-infużjoni għal pazjenti pedjatriċi għandhom ivarjaw skont il-piż tal-ġisem tat-tfal. Il- konċentrazzjoni tas-soluzzjoni tal-infużjoni waqt it-tħejjija u l-għoti m’għandhomx jaqbżu 12 mg/ml ta’ ceftaroline fosamil.

Kull kunjett għandu jintuża darba biss.

Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Pfizer Ireland Pharmaceuticals

Operations Services Group

Ringaskiddy, County Cork

L-Irlanda

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/12/785/001

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 23 ta' Awwissu 2012

Data tal-aħħar tiġdid: 24 ta’ April 2017

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati