Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Zoely (nomegestrol acetate / estradiol) – Sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott - G03AA14

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaZoely
Kodiċi ATCG03AA14
Sustanzanomegestrol acetate / estradiol
ManifatturTeva B.V.

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Il-professjonisti dwar il-kura tas- saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata. Ara sezzjoni 4.8 dwar kif għandhom jiġu rappurtati reazzjonijiet avversi.

1.ISEM IL-PRODOTT MEDIĊINALI

Zoely 2.5 mg/1.5 mg pilloli miksija b’rita

2.GĦAMLA KWALITATTIVA U KWANTITATTIVA

Pilloli bojod attivi miksija b’rita: Kull pillola miksija b’rita fiha 2.5 mg ta’ nomegestrol acetate u 1.5 mg ta’ estradiol (bħala hemihydrate).

Pilloli sofor tal-plaċebo miksija b’rita: Il-pillola ma fihiex sustanzi attivi.

Eċċipjenti b’effett magħruf

Kull pillola bajda miksija b’rita fiha 57.71 mg ta’ lactose monohydrate.

Kull pillola safra tal-plaċebo miksija b’rita fiha 61.76 mg ta’ lactose monohydrate.

Għal-lista sħiħa ta’ eċċipjenti, ara sezzjoni 6.1.

3.GĦAMLA FARMAĊEWTIKA

Pillola miksija b’rita (pillola).

Pilloli attivi miksija b’rita huma bojod, tondi u għandhom miktub fuqhom il-kodiċi ‘ne’ fuq iż-żewġ naħat.

Pilloli tal-plaċebo miksija b’rita huma sofor, tondi u għandhom miktub fuqhom il-kodiċi ‘p’ fuq iż- żewġ naħat.

4.TAGĦRIF KLINIKU

4.1Indikazzjonijiet terapewtiċi

Kontraċezzjoni orali.

Meta tittieħed id-deċiżjoni li jiġi preskritt Zoely għandhom jitqiesu l-fatturi attwali ta’ riskju tal-mara individwali, b’mod partikolari dawk ta’ tromboemboliżmu fil-vini (VTE - venous thromboembolism), u kif ir-riskju ta’ VTE b’Zoely jikkumpara ma’ dak ta’ kontraċettivi kkombinati tal-ormoni (CHCs - combined hormonal contraceptives) oħra (ara sezzjonijiet 4.3 u 4.4).

4.2Pożoloġija u metodu ta’ kif għandu jingħata

Pożoloġija

Pillola waħda għandha tittieħed kuljum għal 28 jum konsekuttiv. Kull pakkett jibda b’24 pillola attiva bajda segwiti minn 4 pilloli sofor tal-plaċebo. Pakkett sussegwenti għandu jinbeda minnufih wara li jkun intemm il-pakkett ta’ qabel, mingħajr l-ebda waqfien fit-teħid tal-pillola ta’ kuljum u rrispettivament mill-preżenza jew assenza ta’ ħruġ ta’ demm meta tieqaf tieħu l-mediċina. Il-ħruġ ta’ demm meta tieqaf tieħu l-mediċina ġeneralment jibda fit-2-3 jum wara t-teħid tal-aħħar pillola bajda u għandu mnejn ma jispiċċax qabel ma jkun inbeda l-pakkett li jmiss. Ara ‘Kontroll taċ-ċiklu’ f’sezzjoni 4.4

Popolazzjonijiet speċjali

Indeboliment tal-kliewi

Għalkemm tagħrif f’pazjenti b’indeboliment renali mhux disponibbli, l-indeboliment renali mhux mistenni jaffettwa l-eliminazzjoni ta’ nomegestrol acetate u estradiol.

Indeboliment tal-fwied

Ma sarux studji kliniċi f’pazjenti b’insuffiċjenza tal-fwied. Peress li l-metaboliżmu ta’ ormoni sterojdi jista’ jkun indebolit f’pazjenti b’mard sever tal-fwied, it-teħid ta’ Zoely f’dawn in-nisa mhuwiex indikat kemm-il darba l-valuri tal-funzjoni tal-fwied ma jkunux ġew lura għan-normal (ara sezzjoni 4.3).

Metodu ta’ kif għandu jingħata

Użu orali.

Kif għandek tieħu Zoely

Il-pilloli jridu jittieħdu kuljum bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin mingħajr ma jingħata kas tal-ħinijiet tal-ikel. Il-pilloli għandhom jittieħdu ma’ ftit likwidu kif meħtieġ, u fis-sekwenza kif indikata fuq il- folja. Stickers immarkati bis-7 ijiem tal-ġimgħa huma pprovduti. Il-mara għandha tagħżel l-isticker li tibda bil-jum li fih hi tibda tieħu l-pilloli, u twaħħalha fuq il-folja.

Kif tibda tieħu Zoely

L-ebda użu fil-passat ta’ kontraċettivi ormonali (fl-aħħar xahar)

It-teħid tal-pilloli jrid jibda f’jum 1 taċ-ċiklu naturali tal-mara (i.e. l-ewwel jum li fih ikun hemm ħruġ ta’ demm minħabba l-mestrwazzjoni tagħha). Meta tagħmel hekk, m’hemm bżonn tal-ebda miżuri kontraċettivi addizzjonali.

Kif tibdel minn kontraċettiv ormonali kombinat (kontraċettiv orali kombinat (COC), ħolqa vaġinali jew garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda)

Il-mara għandha tibda b’Zoely preferibbilment fil-jum wara l-aħħar pillola attiva (l-aħħar pillola li jkun fiha s-sustanzi attivi) tas-COC li kienet tieħu qabel, iżda mhux aktar tard mill-jum wara l- intervall normali mingħajr pillola jew pillola tal-plaċebo tas-COC li kienet tieħu qabel. Fil-każ li jkunu ntużaw ħolqa vaġinali jew garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda, il-mara għandha tibda tuża Zoely preferibbilment fil-jum meta dawn jitneħħew, iżda mhux aktar tard minn meta l-applikazzjoni li jmiss tkun messha saret.

Meta tibdel minn metodu li fih progestogen biss (minipill, impjant, li jista’ jiġi injettat) jew minn sistema intra uterina (IUS - intra uterine system) medikata bl-ormoni

Il-mara tista’ taqleb mill-minipill fi kwalunkwe jum, u Zoely għandu jinbeda l-għada. Impjant jew IUS jistgħu jitneħħew fi kwalunkwe jum, u Zoely għandu jinbeda fil-jum meta dawn jitneħħew. Meta taqleb minn kontraċettiv li jista’ jiġi injettat, Zoely għandu jinbeda fil-jum meta l-injezzjoni li jmiss tkun messha saret. F’dawn il-każijiet kollha, il-mara għandha tingħata parir biex tuża metodu addizzjonali ta’ kontraċezzjoni mekkanika sakemm tkun temmet 7 ijiem ta’ teħid ta’ pilloli bojod attivi mingħajr interruzzjoni.

Wara abort fl-ewwel trimestru

Il-mara tista’ tibda immedjatament. Meta tagħmel hekk, m’hemm bżonn tal-ebda miżuri kontraċettivi addizzjonali.

Wara l-ħlas jew abort fit-tieni trimestru

In-nisa għandhom jingħataw parir biex jibdew bejn jum 21 u 28 wara l-ħlas jew abort fit-tieni trimestru. Meta tibda aktar tard, il-mara għandha tingħata parir biex tuża wkoll metodu ta’ kontraċezzjoni mekkanika għall-ewwel 7 ijiem ta’ teħid ta’ pilloli bojod attivi mingħajr interruzzjoni.

Madankollu, jekk l-att sesswali jkun diġà seħħ, it-tqala għandha tiġi eskluża qabel il-bidu attwali tal- użu ta’ COC, jew il-mara għandha tistenna li tiġi l-ewwel mestrwazzjoni tagħha.

Għal nisa li jkunu qed ireddgħu, ara sezzjoni 4.6.

X’għandek tagħmel meta ma tkunx ħadt il-pilloli

Il-pariri li ġejjin jirreferu biss għal pilloli bojod attivi li ma jkunux ittieħdu:

Jekk il-mara tkun inqas minn 24 siegħa tard fit-teħid ta’ kwalunkwe pillola attiva, il-protezzjoni kontraċettiva ma titnaqqasx. Il-mara għandha tieħu l-pillola hekk kif tiftakar u għandha tieħu pillola addizzjonali fil-ħin tas-soltu.

Jekk tkun 24 siegħa jew aktar tard fit-teħid ta’ kwalunkwe pillola attiva, il-protezzjoni kontraċettiva tista’ titnaqqas. L-immaniġġjar ta’ pilloli li ma jkunux ittieħdu jista’ jiġi ggwidat miż-żewġ regoli bażiċi li ġejjin:

7 ijiem mingħajr interruzzjoni ta’ teħid ta’ ‘pilloli bojod attivi’ huma meħtieġa biex jinkiseb trażżin adegwat tal-assi-ipotalamiku-pitwitarju-ovarji.

Aktar ma jitteħdux ‘pilloli bojod attivi’, u aktar ma jkunu qrib il-pilloli li ma jitteħdux għall-4 pilloli sofor tal-plaċebo, iktar ikun ogħli r-riskju ta’ tqala.

Il-mara għandha tieħu l-aħħar pillola bajda li ma tkunx ħadet hekk kif tiftakar, anki jekk dan ikun ifisser li tieħu żewġ pilloli fl-istess ħin. Imbagħad għandha tkompli tieħu l-pilloli fil-ħin tas-soltu. Flimkien ma’ dan, metodu ta’ kontraċezzjoni mekkanika bħal kondom għandu jintuża sakemm hija tkun temmet 7 ijiem ta’ teħid ta’ pilloli bojod mingħajr interruzzjoni. Jekk l-att sesswali jkun sar fis-7 ijiem ta’ qabel, il-possibbiltà ta’ tqala għandha tiġi kkunsidrata.

Jum 8-17

Il-mara għandha tieħu l-aħħar pillola bajda li ma tkunx ħadet hekk kif tiftakar, anki jekk dan ikun ifisser li tieħu żewġ pilloli fl-istess ħin. Imbagħad għandha tkompli tieħu l-pilloli fil-ħin tas-soltu. Bil- patt li l-mara tkun ħadet il-pilloli tagħha b’mod korrett fis-7 ijiem ta’ qabel l-ewwel pillola li tkun insiet tieħu, m’hemmx bżonn li tuża prekawzjonijiet kontraċettivi addizzjonali. Madankollu, jekk tkun qabżet iktar minn pillola waħda, il-mara għandha tingħata parir biex tuża prekawzjonijiet addizzjonali sakemm hija tkun temmet 7 ijiem ta’ teħid ta’ pilloli bojod mingħajr interruzzjoni.

Jum 18-24

Ir-riskju ta’ tnaqqis fl-affidabilità hu imminenti minħabba l-fażi li tkun ġejja tal-pilloli sofor tal- plaċebo. Madankollu, billi taġġusta l-iskeda tat-teħid tal-pilloli, it-tnaqqis tal-protezzjoni kontraċettiva xorta waħda jista’ jiġi evitat. Għalhekk, billi ssegwi waħda miż-żewġ għażliet li ġejjin, m’hemmx bżonn li tuża prekawzjonijiet kontraċettivi addizzjonali, bil-patt li fis-7 ijiem ta’ qabel l-ewwel pillola li tkun insiet tieħu, il-mara tkun ħadet il-pilloli kollha b’mod korrett. Jekk dan ma jkunx il-każ, għandha ssegwi l-ewwel waħda minn dawn iż-żewġ għażliet u tuża wkoll prekawzjonijiet addizzjonali għas-7 ijiem li jkun imiss.

1.Il-mara għandha tieħu l-aħħar pillola li nqabżet hekk kif tiftakar, anki jekk dan ikun ifisser li tieħu żewġ pilloli fl-istess ħin. Imbagħad għandha tkompli tieħu l-pilloli fil-ħin tas-soltu sakemm ma jkunx baqa’ pilloli attivi. L-4 pilloli tal-plaċebo fl-aħħar ringiela għandhom jintremew. Il-pakkett bil-folji li jkun imiss irid jinbeda immedjatament. Mhux mistenni li l-mara jkollha ħruġ ta’ demm li jseħħ meta tieqaf tieħu l-mediċina sakemm tkun spiċċat is-sezzjoni tal- pilloli attivi tat-tieni pakkett, iżda jista’ jkollha spotting jew ħruġ ta’ demm anormali (mhux tal- mestrwazzjoni) meta tkun qed tieħu l-pilloli.

2.Il-mara tista’ wkoll tingħata parir biex ma tibqax tieħu l-pilloli attivi mill-pakkett bil-folji kurrenti. Imbagħad għandha tieħu l-pilloli tal-plaċebo mill-aħħar ringiela għal massimu ta’ 3 ijiem b’tali mod li n-numru totali ta’ pilloli tal-plaċebo flimkien mal-pilloli bojod attivi maqbuża ma jkunx ta’ aktar minn 4, u sussegwentement tkompli bil-pakkett bil-folji li jkun imiss.

Jekk il-mara ma tkunx ħadet il-pilloli u sussegwentement ma jkollha l-ebda ħruġ ta’ demm li jseħħ meta persuna tieqaf tieħu l-mediċina fil-fażi tal-pilloli tal-plaċebo, il-possibbiltà ta’ tqala għandha tiġi kkunsidrata.

Ta’ min wieħed ifakkar: Jekk il-mara mhijiex ċerta dwar in-numru jew il-kulur tal-pilloli maqbuża u liema parir għandha ssegwi, għandu jintuża metodu ta’ kontraċezzjoni mekkanika sakemm hija tkun temmet 7 ijiem ta’ teħid ta’ pilloli bojod attivi mingħajr interruzzjoni.

Pilloli sofor tal-plaċebo li ma jkunux ittieħdu

Il-protezzjoni kontraċettiva ma titnaqqasx. Il-pilloli sofor mill-aħħar (ir-raba’) ringiela tal-folja m’għandhomx jiġu kkunsidrati. Madankollu, il-pilloli li ma jkunux ittieħdu għandhom jintremew biex jiġi evitat li tittawwal il-fażi tal-pilloli tal-plaċebo b’mod mhux intenzjonat.

Parir f’każ ta’ disturbi gastrointestinali

F’każ ta’ disturb gastrointestinali qawwi (eż., rimettar jew dijarea), l-assorbiment tas-sustanzi attivi jista’ ma jkunx komplet u għandhom jittieħdu miżuri kontraċettivi addizzjonali.

Jekk iseħħ rimettar fi żmien 3-4 sigħat wara t-teħid ta’ pillola bajda, il-pillola għanda titqies li ġiet maqbuża u għandha tittieħed pillola ġdida malajr kemm jista’ jkun. Il-pillola l-ġdida għandha tittieħed fi żmien 24 siegħa mill-ħin li fih is-soltu tittieħed il-pillola, jekk ikun possibbli. Imbagħad il-pillola li jmiss għandha tittieħed fil-ħin tas-soltu. Jekk ikunu għaddew 24 siegħa jew aktar minn meta tkun ittieħdet l-aħħar pillola, japplika l-parir dwar il-pilloli li tkun insejt tieħu, mogħti f’sezzjoni 4.2 "X’għandek tagħmel meta ma tkunx ħadt il-pilloli". Jekk il-mara ma tkunx trid tibdel l-iskeda normali tagħha tat-teħid tal-pilloli, għandha tieħu l-pillola(i) bajda addizzjonali minn pakkett ieħor.

Kif tibdel il-mestrwazzjonijiet jew kif tittardja l-mestrwazzjoni

Biex tittardja l-mestrwazzjoni, il-mara għandha tkompli b’pakkett ieħor bil-folji ta’ Zoely mingħajr ma tieħu l-pilloli sofor tal-plaċebo mill-pakkett kurrenti tagħha. L-estensjoni tista’ titkompla sakemm il-mara tkun tixtieq sakemm jispiċċaw il-pilloli l-bojod attivi fit-tieni pakkett. Imbagħad, it-teħid regolari ta’ Zoely jitkompla wara li l-pilloli sofor tal-plaċebo jkunu ttieħdu mit-tieni pakkett. Matul l- estensjoni, il-mara jista’ jkollha ħruġ ta’ demm anormali (mhux tal-mestrwazzjoni) jew spotting.

Biex tibdel il-mestrwazzjonijiet tagħha għal jum ieħor tal-ġimgħa minn dak li l-mara tkun imdorrija bih bl-iskema kurrenti tagħha, tista’ tingħata parir biex tqassar il-fażi tal-pilloli tal-plaċebo s-sofor li jkun imiss b’massimu ta’ 4 ijiem. Iktar ma jkun qasir l-intervall, iktar ikun għoli r-riskju li ma jkollhiex ħruġ ta’ demm meta tieqaf tieħu l-mediċina u jista’ jkollha ħruġ ta’ demm anormali (mhux tal-mestrwazzjoni) u spotting meta tuża l-pakkett sussegwenti (l-istess bħal ma jiġri meta tittardja mestrwazzjoni).

4.3Kontraindikazzjonijiet

Kontraċettivi kkombinati tal-ormoni (CHCs) m’għandhomx jintużaw fil-kondizzjonijiet li ġejjin. Peress li l-ebda dejta epidemjoloġika ma hi disponibbli s’issa dwar CHCs li fihom 17β-estradiol, il- kontraindikazzjonijiet għal CHCs li fihom ethinylestradiol huma kkunsidrati li jgħoddu wkoll għall- użu ta’ Zoely. Jekk kwalunkwe minn dawn il-kundizzjonijiet jidhru għall-ewwel darba waqt l-użu ta’ Zoely, il-prodott mediċinali għandu jitwaqqaf immedjatament.

Il-preżenza jew ir-riskju ta’ tromboemboliżmu fil-vini (VTE - venous thromboembolism) o Tromboemboliżmu fil-vini - VTE attwali (fuq mediċini kontra l-koagulazzjoni tad- demm) jew storja ta’ VTE (eż. trombożi fil-vini tal-fond [DVT - deep venous

thrombosis] jew emboliżmu fil-pulmun [PE - pulmonary embolism]).

o Predispożizzjoni ereditarja jew akkwistata magħrufa għal tromboemboliżmu fil-vini, bħal reżistenza għall-APC (inkluż il-Fattur V Leiden), defiċjenza ta’ antithrombin III, defiċjenza tal-proteina Ċ, defiċjenza tal-proteina S.

o Kirurġija maġġuri b’immobilizzazzjoni fit-tul (ara sezzjoni 4.4).

oRiskju kbir ta’ tromboemboliżmu fil-vini minħabba l-preżenza ta’ fatturi ta’ riskju multipli (ara sezzjoni 4.4).

Il-preżenza jew ir-riskju ta’ tromboemboliżmu fl-arterji (ATE - arterial thromboembolism)

oTromboemboliżmu fl-arterji - tromboemboliżmu attwali fl-arterji, storja ta’ tromboemboliżmu fl-arterji (eż. infart mijokardijaku) jew kondizzjoni prodromika (eż.

anġina pectoris).

oMard ċerebrovaskulari – puplesija attwali, storja ta’ puplesija jew kondizzjoni prodromika (eż. attakk iskemiku temporanju, TIA - transient ischaemic attack).

oPredispożizzjoni ereditarja jew akkwistata magħrufa għal tromboemboliżmu fl-arterji, bħal iperomosistejnimja u antikorpi kontra l-fosfolipidi (antikorpi kontra cardiolipin, antikoagulant tal-lupus).

o Storja ta’ emigranja b’sintomi newroloġiċi fokali.

oRiskju għoli ta’ tromboemboliżmu fl-arterji minħabba fatturi ta’ riskju multipli (ara sezzjoni 4.4) jew minħabba l-preżenza ta’ fattur ta’ riskju wieħed serju bħal:

dijabete mellitus b’sintomi vaskulari

pressjoni għolja ħafna

dislipoproteinimja qawwija.

Pankreatite jew storja medika ta’ din il-kundizzjoni jekk tkun marbuta ma’ ipertrigliċeridemija severa.

Il-preżenza jew storja medika ta’ mard sever tal-fwied sakemm il-valuri tal-funzjoni tal-fwied ma jkunux reġgħu lura għan-normal.

Il-preżenza jew storja medika ta’ tumuri tal-fwied (beninni jew malinni).

Kanċer magħruf jew issuspettat influwenzat minn sterojdi tas-sess (eż. tal-organi ġenitali jew tas-sider).

Emorraġija vaġinali mhux dijanjostikata.

Sensittività eċċessiva għas-sustanzi attivi jew għal kwalunkwe sustanza mhux attiva elenkata fis-sezzjoni 6.1.

4.4 Twissijiet speċjali u prekawzjonijiet għall-użu

Twissijiet

Jekk kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet jew fatturi ta’ riskju msemmija taħt ikunu preżenti, għandu jiġi diskuss mal-mara jekk huwiex xieraq li jintuża Zoely.

Fil-każ ta’ aggravament, jew dehra għall-ewwel darba ta’ kwalunkwe minn dawn il-kondizzjonijiet jew fatturi ta’ riskju, il-mara għandu jingħatalha parir biex tikkuntattja lit-tabib tagħha biex tiddeċiedi jekk l-użu ta’ Zoely għandux jitwaqqaf. Id-dejta kollha ppreżentata hawn taħt hi bbażata fuq dejta epidemjoloġika miksuba b’CHCs li fihom ethinylestradiol. Zoely fih 17β-estradiol. Peress li għad m’hemm l-ebda dejta epidemjoloġika disponibbli għal CHCs li jkun fihom estradiol, it-twissijiet huma kkunsidrati li huma applikabbli għall-użu ta’ Zoely.

Riskju ta’ tromboemboliżmu fil-vini (VTE - venous thromboembolism)

L-użu ta’ kwalunkwe kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni (CHC - combined hormonal contraceptive) iżid ir-riskju ta’ tromboemboliżmu fil-vini (VTE - venous thromboembolism) meta mqabbel ma’ meta ma jintużawx. Prodotti li fihom levonorgestrel, norgestimate jew norethisterone huma assoċjati mal-aktar riskju baxx ta’ VTE. Għadu mhuwiex magħruf kif ir-riskju b’Zoely jikkumpara ma’ dawn il-prodotti b’riskju aktar baxx. Id-deċiżjoni li jintuża kwalunkwe prodott għajr wieħed li huwa magħruf li għandu l-aktar riskju baxx ta’ VTE għandha tittieħed biss wara diskussjoni mal-mara biex jiġi aċċertat li hija tifhem ir-riskju ta’ VTE b’CHCs, kif il-fatturi ta’ riskju attwali tagħha jinfluwenzaw dan ir- riskju, u li r-riskju ta’ VTE tagħha jkun l-ogħla fl-ewwel sena li qatt jintuża. Hemm ukoll xi xhieda li r-riskju jiżdied meta CHC jinbeda mill-ġdid wara li jieqaf jintuża għal 4 ġimgħat jew aktar.

F’nisa li ma jużawx CHC u li mhumiex tqal madwar 2 minn 10,000 jiżviluppaw VTE f’perjodu ta’ sena. Madankollu, f’kull mara individwali, ir-riskju jista’ jkun ħafna akbar, skont il-fatturi ta’ riskju li diġà jkollha (ara taħt).

Studji epidemjoloġiċi f’nisa li jużaw kontraċettivi kkombinati tal-ormoni ta’ doża baxxa

(< 50 µg ethinylestradiol) sabu li minn 10,000 mara bejn 6 u 12 jiżviluppaw VTE f’sena waħda.

Huwa stmat li minn 10,000 mara li jużaw CHC li fih levonorgestrel madwar 61 jiżviluppaw VTE f’sena waħda.

Għadu mhux magħruf kif ir-riskju ta’ VTE b’CHCs li fihom nomegestrol acetate flimkien ma’ estradiol jikkumpara mar-riskju b’CHCs li fihom doża baxxa ta’ levonorgestrel.

In-numru ta’ VTEs f’sena b’CHCs ta’ doża baxxa huwa anqas minn numru mistenni f’nisa waqt it-tqala jew fil-perjodu ta’ wara t-twelid.

VTE jista’ jkun fatali f’1-2 % tal-każijiet.

Trombożi ġiet irrappurtata li sseħħ b’mod rari ħafna f’vini jew arterji oħra f’utenti ta’ CHCs, eż. fil-vini u fl-arterji tal-fwied, tal-mindil, tal-kliewi jew tar-retina.

Fatturi ta’ riskju għal VTE

Ir-riskju ta’ komplikazzjonijiet ta’ tromboemboliżmu fil-vini f’utenti ta’ CHC jista’ jiżdied b’mod sostanzjali f’mara b’fatturi ta’ riskju addizzjonali b’mod partikolari jekk ikun hemm fatturi ta’ riskju multipli (ara t-tabella).

Zoely huwa kontraindikat jekk mara jkollha fatturi ta’ riskju multipli li jqegħduha f’riskju għoli ta’ trombożi fil-vini (ara sezzjoni 4.3). Jekk mara jkollha aktar minn fattur ta’ riskju wieħed, huwa possibbli li ż-żieda fir-riskju tkun akbar mit-total tal-fatturi individwali – f’dan il-każ għandu jitqies ir-riskju totali ta’ VTE tagħha. Jekk il-bilanċ tal-benefiċċji u r-riskji jitqies li huwa negattiv, CHC m’għandux jiġi preskritt (ara sezzjoni 4.3).

Tabella: Fatturi ta’ riskju għal VTE

Fattur ta’ riskju

Kumment

Obeżità (indiċi tal-piż tal-ġisem ta’ aktar minn

Ir-riskju jiżdied sostanzjalment ma’ żieda fil-

30 kg/m²)

BMI.

 

Importanti ħafna li jitqies jekk ikun hemm ukoll

 

fatturi oħra ta’ riskju.

 

 

Immobilizzazzjoni għal tul ta’ żmien, kirurġija

F’dawn is-sitwazzjonijiet huwa rrakkomandat li

maġġuri, kwalunkwe kirurġija fir-riġlejn jew fil-

jitwaqqaf l-użu tal-pillola (f’każ ta’ kirurġija

pelvi, kirurġija newroloġika, jew korriment kbir

elettiva mill-anqas 4 ġimgħat qabel) u ma terġax

 

titkompla qabel ġimagħtejn wara mobilizzazzjoni

Nota: Immobilizzazzjoni temporanja inkluż

sħiħa mill-ġdid. Għandu jintuża metodu ieħor ta’

ivvjaġġar bl-ajru ta’ > 4 sigħat ukoll tista’ tkun

kontraċezzjoni biex tiġi evitata tqala mhux

fattur ta’ riskju għal VTE, b’mod partikolari

intenzjonata.

f’nisa b’fatturi oħra ta’ riskju.

Għandha titqies kura kontra t-trombożi jekk

 

 

Zoely ma jkunx twaqqaf minn qabel.

 

 

Storja pożittiva fil-familja (jekk qatt kien hemm

Jekk tkun issuspettata predispożizzjoni ereditarja,

tromboemboliżmu fil-vini f’xi ħadd mill-aħwa

il-mara għandha tiġi riferuta għand speċjalista

jew ġenituri speċjalment f’età relattivament

għal parir qabel tittieħed deċiżjoni dwar

żgħira, eż., qabel 50 sena)

kwalunkwe użu ta’ CHC.

 

 

1 Punt fin-nofs ta’ firxa ta’ 5-7 għal kull 10,000 mara f’sena, abbażi ta’ riskju relattiv għal CHCs li fihom levonorgestrel kontra l-ebda użu ta’ madwar 2.3 sa 3.6

Kondizzjonijiet mediċi oħra assoċjati ma’ VTE

Kanċer, lupus eritematosus sistemiku, sindrome

 

uremiku emolitiku, marda kronika infjammatorja

 

tal-musrana (marda ta’ Crohn jew kolite

 

ulċerattiva) u marda taċ-ċellula forma ta’ minġel

 

(sickle cell disease).

 

 

Avvanz fl-età

B’mod partikolari ’l fuq minn 35 sena

 

 

M’hemmx qbil dwar ir-rwol li vini varikużi u tromboflebite superfiċjali jista’ jkollhom biex isseħħ jew tiprogressa trombożi fil-vini.

Għandha titqies iż-żieda fir-riskju ta’ tromboemboliżmu waqt it-tqala, u b’mod partikolari fil- perjodu ta’ 6 ġimgħat wara t-twelid (għal tagħrif dwar "Tqala u treddigħ" ara sezzjoni 4.6).

Sintomi ta’ VTE (trombożi fil-vini tal-fond u emboliżmu fil-pulmun)

F’każ li jkollhom sintomi n-nisa għandu jingħatalhom parir biex ifittxu attenzjoni medika urġenti u biex jinfurmaw lill-professjonist fil-kura tas-saħħa li hija qed tieħu CHC.

Sintomi ta’ trombożi fil-vini tal-fond (DVT - deep vein thrombosis) jistgħu jinkludu:

-nefħa ta’ riġel jew ta’ sieq jew matul vina fis-sieq ta’ naħa waħda;

-uġigħ jew sensittività fir-riġel li jistgħu jinħassu biss meta toqgħod bilwieqfa jew timxi;

-ir-riġel affettwat jinħass aktar sħun; ħmura jew bidla fil-kulur tal-ġilda tar-riġel.

Sintomi ta’ emboliżmu fil-pulmun (PE - pulmonary embolism) jistgħu jinkludu:

-bidu f’daqqa ta’ qtugħ ta’ nifs mingħajr spjegazzjoni jew nifs mgħaġġel;

-sogħla f’daqqa li tista’ tkun assoċjata ma’ sogħla bid-demm;

-uġigħ qawwi fis-sider;

-mejt qawwi jew sturdament;

-qalb tħabbat tgħaġġel jew b’mod irregolari.

Xi wħud minn dawn is-sintomi (eż. “qtugħ ta’ nifs”, “sogħla”) mhumiex speċifiċi u jistgħu jkunu interpretati ħażin bħala każijiet iktar komuni jew anqas serji (eż. infezzjonijiet fil-passaġġi tan-nifs). Sinjali oħra ta’ okklużjoni vaskulari jistgħu jinkludu: uġigħ f’daqqa, nefħa u bidla fil-kulur għal kemmxejn blu f’id jew sieq.

Jekk l-okklużjoni isseħħ fl-għajn is-sintomi jistgħu jvarjaw minn vista mċajpra mingħajr uġigħ li tista’ tkompli għal telf tal-vista. Xi drabi telf tal-vista jista’ jseħħ kważi immedjatament.

Riskju ta’ tromboemboliżmu fl-arterji (ATE - arterial thromboembolism)

Studji epidemjoloġiċi assoċjaw l-użu ta’ CHCs ma żieda fir-riskju ta’ tromboemboliżmu fl-arterji (infart mijokardijaku) jew ta’ inċident ċerebrovaskulari (eż., attakk iskemiku temporanju, puplesija). Avvenimenti ta’ tromboemboliżmu fl-arterji jistgħu jkunu fatali.

Fatturi ta’ riskju għal ATE

Ir-riskju ta’ komplikazzjonijiet ta’ tromboemboliżmu fl-arterji jew ta’ inċident ċerebrovaskulari f’utenti ta’ CHC jiżdied f’nisa b’fatturi ta’ riskju (ara t-tabella). Zoely huwa kontraindikat jekk mara jkollha fattur ta’ riskju wieħed serju jew fatturi ta’ riskju multipli għal ATE li jqegħduha f’riskju għoli ta’ trombożi fl-arterji (ara sezzjoni 4.3). Jekk mara jkollha aktar minn fattur ta’ riskju wieħed, huwa possibbli li ż-żieda fir-riskju tkun akbar mit-total tal-fatturi individwali – f’dan il-każ għandu jitqies ir-riskju totali tagħha. Jekk il-bilanċ bejn il-benefiċċji u r-riskji jitqies li huwa negattiv CHC m’għandux jiġi preskritt (ara sezzjoni 4.3).

Tabella: Fatturi ta’ riskju għal ATE

Fattur ta’ riskju

Kumment

Avvanz fl-età

B’mod partikolari ’l fuq minn 35 sena

 

 

Tipjip

In-nisa għandu jingħatalhom parir biex ma

 

jpejpux jekk jixtiequ jużaw CHC. Nisa li

 

għandhom aktar minn 35 sena li jkomplu jpejpu

 

għandhom jiġu mwissija biex jużaw metodu ta’

 

kontraċezzjoni differenti.

Pressjoni għolja

 

 

 

Obeżità (indiċi tal-piż tal-ġisem ta’ aktar minn

Ir-riskju jiżdied sostanzjalment ma’ żieda fil-

30 kg/m2)

BMI.

 

Importanti b’mod partikolari f’nisa b’fatturi

 

addizzjonali ta’ riskju.

Storja pożittiva fil-familja (jekk qatt kien hemm

Jekk tkun issuspettata predipożizzjoni ereditarja,

tromboemboliżmu fl-arterji f’xi ħadd mill-aħwa

il-mara għandha tiġi riferuta għand speċjalista

jew ġenituri speċjalment f’età relattivament

għal parir qabel tittieħed deċiżjoni dwar

żgħira, eż., qabel 50 sena)

kwalunkwe użu ta’ CHC.

 

 

Emigranja

Żieda fil-frekwenza jew fil-qawwa tal-emigranja

 

waqt l-użu ta’ CHC (li jista’ jkun prodromiku ta’

 

avveniment ċerebrovaskulari) tista’ tkun raġuni

 

għal twaqqif immedjat.

 

 

Kondizzjonijiet mediċi oħra assoċjati ma’

Dijabete mellitus, iperomosisteinimja,

avvenimenti vaskulari avversi

marda tal-valvs tal-qalb u fibrillazzjoni tal-atriju,

 

dislipoproteinimja u lupus eritematosus sistemiku

Sintomi ta’ ATE

F’każ li jkollhom sintomi n-nisa għandu jingħatalhom parir biex ifittxu attenzjoni medika urġenti u biex jinfurmaw lill-professjonist fil-kura tas-saħħa li hija qed tieħu CHC.

Sintomi ta’ inċident ċerebrovaskulari jistgħu jinkludu:

-tnemnim jew dgħufija f’daqqa waħda fil-wiċċ, fi driegħ jew f’riġel, speċjalment f’naħa waħda tal-ġisem;

-diffikultà fil-mixi, sturdament, telf ta’ bilanċ jew telf ta’ koordinazzjoni f’daqqa waħda;

-konfużjoni, diffikultà biex titkellem jew biex tifhem f’daqqa waħda;

-diffikultà f’daqqa waħda biex tara minn għajn waħda jew miż-żewġ għajnejn;

-uġigħ ta’ ras qawwi f’daqqa waħda u li jieħu fit-tul mingħajr kawża magħrufa;

-telf mis-sensi jew ħass ħażin b’aċċessjoni jew mingħajrha.

Sintomi temporanji jissuġġerixxu li l-avveniment huwa attakk iskemiku temporanju (TIA - transient ischaemic attack).

Sintomi ta’ infart mijokardijaku (MI - myocardial infarction) jistgħu jinkludu:

-uġigħ, skumdità, pressjoni, toqla, sensazzjoni ta’ għafis jew tħossok mimlija fis-sider, fid- driegħ jew taħt l-għadma tas-sider bejn il-kustilji;

-skumdità li tinfirex għad-dahar, xedaq, gerżuma, driegħ, stonku;

-tħossok mimlija, ikollok indiġestjoni jew tifga;

-għaraq, nawsja, rimettar jew sturdament;

-dgħufija, ansjetà, jew qtugħ ta’ nifs estremi;

-taħbit tal-qalb mgħaġġel jew irregolari.

Tumuri

Żieda fir-riskju ta’ kanċer ċervikali f’utenti li ilhom jużaw COCs (> 5 snin) ġew irrappurtati f’xi studji epidemjoloġiċi, iżda għad hemm kontroversja dwar il-firxa ta’ kif riżultat bħal dan huwa attribwibbli għall-effetti konfliġġenti ta’ mġiba sesswali u fatturi oħrajn bħal virus tal-

papilloma uman (HPV). Ma jeżisti l-ebda tagħrif epidemjoloġiku dwar ir-riskju ta’ kanċer ċervikali minn dawk li użaw Zoely.

Bl-użu ta’ COCs b’doża ogħla (50 µg ethinylestradiol) ir-riskju ta’ kanċer endometrijali u tal-ovarji jitnaqqas. Jekk dan japplikax ukoll għal COCs li fihom 17β-estradiol għad irid jiġi kkonfermat.

Meta-analiżi minn 54 studju epidemjoloġiku wriet li kien hemm żieda żgħira fir-riskju relattiv (RR = 1.24) li jkun hemm kanċer tas-sider li jiġi ddijanjostikati f’nisa li bħalissa qed jużaw COCs. Ir-riskju eċċessiv jgħib gradwalment matul il-perjodu ta’ 10 snin wara waqfien tal-użu ta’ COC. Billi l-kanċer tas-sider hu rari f’nisa taħt l-40 sena, in-numru eċċessiv ta’ dijanjosijiet ta’ kanċer tas-sider f’nisa li qed jużaw COC jew li użaw COC dan l-aħħar, hu żgħir meta mqabbel mar-riskju totali ta’ kanċer tas-sider. Kanċers tas-sider iddijanjostikati f’nisa li użaw COCs għandhom tendenza li jkunu inqas klinikament avvanzati minn kanċers f’nisa li qatt ma użaw COCs. L-andament ta’ żieda fir-riskju osservat jista’ jkun attribwibbli għal dijanjosi iktar bikrija ta’ kanċer tas-sider f’nisa li jużaw COC, l-effetti bijoloġiċi ta’ COCs, jew taħlita tat- tnejn.

F’każijiet rari, tumuri beninni tal-fwied, u f’każijiet iktar rari, tumuri malinni tal-fwied, kienu rrappurtati f’nisa li jużaw COCs. F’każijiet iżolati, dawn it-tumuri wasslu għal emorraġija intra- addominali li kienet ta’ periklu għall-ħajja. Għalhekk, tumur tal-fwied għandu jiġi kkunsidrat fid- dijanjosi differenzjali meta wġigħ sever fin-naħa ta’ fuq taż-żaqq, tkabbir tal-fwied jew sinjali ta’ emorraġija intra-addominali jseħħu f’nisa li jkunu qed jieħdu COCs.

Epatite Ċ

Waqt provi kliniċi bl-iskeda ta’ kombinazzjoni tal-mediċini ombitasvir/paritaprevir/ritonavir b’dasabuvir jew mingħajru għall-virus tal-Epatite C (HCV - Hepatitis C virus), żidiet fl-ALT ta’ aktar minn 5 darbiet l-ogħla limitu tan-normal (ULN - upper limit of normal) kienu b’mod sinifikanti aktar frekwenti f’nisa li kienu qed jużaw mediċini li fihom ethinylestradiol bħal ma huma s-CHCs. Nisa li jkunu qed jużaw mediċini li jkun fihom estroġeni li mhumiex ethinylestradiol, bħal estradiol, kellhom rata ta’ żieda fl-ALT tixbah lil dawk li ma kienu qed jieħdu l-ebda estroġeni; madankollu, minħabba n-numru limitat ta’ nisa li jieħdu dawn l-estroġeni l-oħra, hija ġġustifikata l-kawtela għall-għoti tagħhom flimkien mal-iskeda ta’ kombinazzjoni tal- mediċini ombitasvir/paritaprevir/ritonavir b’dasabuvir jew mingħajru. Ara sezzjoni 4.5.

Kundizzjonijiet oħra

Nisa b’ipertrigliċeridemija, jew bi storja medika fil-familja tal-istess kundizzjoni, jistgħu jkunu f’riskju miżjud ta’ pankreatite meta jużaw COCs.

Għalkemm żidiet żgħar fil-pressjoni tad-demm kienu rrappurtati f’ħafna nisa li jkunu qed jieħdu COCs, żidiet klinikament rilevanti huma rari. Relazzjoni bejn l-użu ta’ COC u pressjoni għolja klinika ma kinitx stabbilita. Madankollu, jekk tiżviluppa pressjoni għolja sostnuta li hi klinikament sinifikanti waqt l-użu ta’ COC, allura jkun prudenti għat-tabib li jissospendi t-teħid tal-pilloli u jikkura l-pressjoni għolja. Fejn jiġi kkunsidrat li hu xieraq, l-użu ta’ COC jista’ jitkompla jekk valuri normotensivi jistgħu jinkisbu b’terapija kontra l-pressjoni għolja.

Il-kundizzjonijiet li ġejjin kienu rrappurtati li jseħħu jew li jmorru għall-agħar kemm bit-tqala kif ukoll bl-użu ta’ COC, iżda l-evidenza ta’ rabta mal-użu ta’ COC mhijiex konklużiva: suffejra u/jew ħakk marbut ma’ kolestasi; formazzjoni ta’ ġebel fil-marrara; porfirija; lupus eritematosus sistemiku; sindrome uremiku emolitiku; korea ta’ Sydenham; herpes gestationis; telf ta’ smigħ marbut ma’ otosklerosi

F’nisa li għandhom anġjoedema ereditarja, l-estroġeni esoġeni jistgħu jinduċu jew iħarrxu sintomi ta’ anġjoedema.

Disturbi akuti jew kroniċi tal-funzjoni tal-fwied jistgħu jeħtieġu t-twaqqif tal-użu ta’ COC sakemm il-markaturi tal-funzjoni tal-fwied jerġgħu lura għan-normal. Ir-rikorrenza ta’ suffejra kolestatika li tkun seħħet għall-ewwel darba matul it-tqala, jew l-użu fil-passat ta’ sterojdi tas-sess, ikunu jeħtieġu t-twaqqif ta’ COCs.

Minkejja li COCs jista’ jkollhom effett fuq ir-reżistenza periferika għall-insulina u tolleranza tal-glucose, m’hemm l-ebda evidenza għal ħtieġa li tibdel il-kors terapewtiku f’nisa dijabetiċi li jużaw COCs b’doża baxxa (li fihom ( 0.05 mg ta’ ethinylestradiol). Madankollu, nisa

dijabetiċi għandhom jiġu osservati bl-attenzjoni waqt li jkunu qed jieħdu COC, speċjalment fl- ewwel xhur ta’ użu.

Il-marda ta’ Crohn, kolite ulċerattiva, u depressjoni li tmur għall-agħar kienu assoċjati mal-użu ta’ COC.

Il-kloażma tista’ sseħħ xi kultant, speċjalment f’nisa bi storja medika ta’ kloażma gravidarum. Nisa li għandhom tendenza li jkollhom kloażma għandhom jevitaw l-espożizzjoni għax-xemx jew radjazzjoni ultravjola waqt li jkunu qed jieħdu s-COCs.

Pazjenti bi problemi ereditarji rari ta’ intolleranza għal galactose, nuqqas tal-lactase ta’ Lapp jew assorbiment ħażin ta’ glucose-galactose, m’għandhomx jieħdu dan il-prodott mediċinali.

Eżami mediku/konsultazzjoni medika

Qabel ma Zoely jibda’ jintuża għall-ewwel darba jew qabel jerġa’ jibda’ jintuża mill-ġdid għandha tittieħed storja medika kompluta (inkluż storja tal-familja) u għandha tiġi eskluża tqala. Il-pressjoni għandha titkejjel u għandu jsir eżami fiżiku ggwidat mill-kontraindikazzjonijiet (ara sezzjoni 4.3) u t- twissijiet (ara sezzjoni 4.4). Huwa importanti li tiġbed l-attenzjoni tal-mara għall-informazzjoni dwar trombożi fil-vini u fl-arterji, inkluż ir-riskju ta’ Zoely meta mqabbel ma’ CHCs oħrajn, is-sintomi ta’ VTE u ATE, il-fatturi ta’ riskju magħufa u x’għandha tagħmel f’każ li tkun issuspettata trombożi.

Il-mara għandha tingħata wkoll istruzzjonijiet biex taqra l-fuljett tal-utent b’attenzjoni u biex issegwi l-pariri mogħtija fih. Il-frekwenza u n-natura tal-eżamijiet għandhom ikunu bbażati fuq linji gwida ta’ prattika stabbiliti u għandhom jiġu adattati għall-mara individwali.

In-nisa għandhom jiġu mgħarrfa li l-kontraċettivi tal-ormoni ma jipproteġux kontra infezzjonijiet tal- HIV (AIDS) u mard ieħor li jinfirex permezz tas-sess.

Effikaċja mnaqqsa

L-effikaċja ta’ COCs tista’ titnaqqas fil-każ ta’ eż., pilloli li ma jitteħdux (ara sezzjoni 4.2), disturbi gastrointestinali matul it-teħid tal-pilloli attivi (ara sezzjoni 4.2) jew użu ta’ prodotti mediċinali li jittieħdu fl-istess ħin li jnaqqsu l-konċentrazzjonijiet ta’ nomegestrol acetate u/jew estradiol fil- plażma (ara sezzjoni 4.5).

Kontroll taċ-ċiklu

Bis-COC kollha, ħruġ ta’ demm irregolari (spotting jew ħruġ ta’ demm anormali (mhux tal- mestrwazzjoni)) jista’ jseħħ, speċjalment matul l-ewwel xhur ta’ użu. Għalhekk, l-evalwazzjoni ta’ kwalunkwe ħruġ irregolari ta’ demm hu sinifikanti biss wara intervall ta’ adattament ta’ madwar 3 ċikli. Il-perċentwal ta’ nisa li jużaw Zoely u li jkun qed ikollhom ħruġ ta’ demm intraċikliku wara dan il-perjodu ta’ adattament kien ivarja bejn 15-20 %.

Jekk irregolaritajiet fil-ħruġ ta’ demm jippersistu jew iseħħu wara ċikli li qabel kienu regolari, allura għandhom jiġu kkunsidrati kawżi mhux ormonali, u miżuri dijanjostiċi adegwati huma indikati biex jeskludu tumur jew tqala. Dawn jistgħu jinkludu curettage.

It-tul ta’ żmien tal-ħruġ ta’ demm mal-waqfien tal-mediċina f’nisa li jużaw Zoely hu bħala medja ta’ 3-4 ijiem. Jista’ jkun li dawk in-nisa li jkunu fuq Zoely jista’ wkoll ma jkollhomx il-ħruġ ta’ demm meta jieqfu jieħdu l-mediċina tagħhom, għalkemm ma kinux tqal. Waqt il-provi kliniċi, l-assenza ta’ ħruġ ta’ demm meta twaqqfet il-mediċina varjat f’ċikli 1-12 minn 18 % sa 32 %. F’każijiet bħal dawn, l-assenza ta’ ħruġ ta’ demm meta twaqqfet il-mediċina ma kinitx assoċjata ma’ okkorrenza ogħla ta’ ħruġ ta’ demm anormali (mhux tal-mestrwazzjoni)/spotting fiċ-ċikli sussegwenti. 4.6 % tan-nisa ma kellhomx ħruġ ta’ demm meta waqfu jieħdu l-mediċina fl-ewwel tliet ċikli ta’ użu u l-okkorrenzi ta’ assenza ta’ ħruġ ta’ demm meta waqfu jieħdu l-mediċina fiċ-ċikli tal-użu li ġew wara kienu għolja f’dan is-sottogrupp, u varjaw minn 76 % sa 87 % tan-nisa. 28 % tan-nisa kellhom assenza ta’ ħruġ ta’ demm meta waqfu jieħdu l-mediċina f’mill-inqas wieħed miċ-ċikli 2, 3 u 4, assoċjat ma’ okkorrenzi

ogħla ta’ assenza ta’ ħruġ ta’ demm mal-waqfien tal-mediċina fiċ-ċikli tal-użu li ġew wara, li jvarjaw minn 51 % sa 62 %.

Jekk l-assenza ta’ ħruġ ta’ demm mal-waqfien tal-mediċina sseħħ u Zoely ikun ittieħed skont l-istruzzjonijiet kif deskritt f’sezzjoni 4.2, mhux mistenni li l-mara tkun tqila. Madankollu, it-tqala trid tiġi eskluża qabel jitkompla l-użu ta’ Zoely, jekk Zoely ma jkunx ittieħed skont l-istruzzjonijiet jew jekk żewġ episodji konsekuttivi ta’ ħruġ ta’ demm mal-waqfien tal-mediċina ma jkunux seħħew.

Popolazzjoni pedjatrika

Mhux magħruf jekk l-ammont ta’ estradiol f’Zoely hux biżżejjed biex iżomm livelli adegwati ta’ estradiol fl-adolexxenti, speċjalment għall-akkumulazzjoni tal-piż tal-għadam (ara sezzjoni 5.2). Testijiet tal-laboratorju

L-użu ta’ sterojdi kontraċettivi jista’ jinfluwenza r-riżultati ta’ ċerti testijiet tal-laboratorju, li jinkludu l-parametri bijokimiċi tal-funzjoni tal-fwied, tat-tirojde, tal-funzjoni adrenali u tal-kliewi, il-livelli fil-plażma ta’ proteini (li jġorru), eż., globulina li teħel mal-kortikosterojdi u frazzjonijiet ta’ lipidi/lipoproteini, il-parametri tal-metaboliżmu tal-karboidrati u l-parametri tal-koagulazzjoni u fibrinolisi. It-tibdil ġeneralment jibqa’ fil-medda normali tal-laboratorju.

4.5Interazzjoni ma’ prodotti mediċinali oħra u forom oħra ta’ interazzjoni

Interazzjonijiet

Nota: Għandha tiġi kkonsultata l-informazzjoni dwar il-preskrizzjoni tal-mediċini mogħtija fl-istess ħin biex jiġu identifikati interazzjonijiet possibbli.

L-influwenza ta’ prodotti mediċinali oħrajn fuq Zoely

Interazzjonijiet bejn kontraċettivi orali u prodotti mediċinali li jinduċu l-enzimi jistgħu jwasslu għal ħruġ ta’ demm anormali (mhux tal-mestrwazzjoni), u/jew falliment ta’ kontraċezzjoni.

Metaboliżmu fil-fwied: Jistgħu jseħħu interazzjonijiet mas-sustanzi li jinduċu l-enzimi CYP450, li jwasslu għal tnaqqis fil-konċentrazzjonijiet tal-ormoni tas-sess u tnaqqis fl-effikaċja tal-kontraċettivi kkombinati orali, inkluż Zoely. Dawn is-sustanzi huma rrappreżentati l-aktar b’mediċini kontra l- konvulżjonijiet (eż. carbamazepine, topiramate, phenytoin, phenobarbital, primidone, oxcarbazepine, felbamate); mediċini antiinfettivi (eż. rifampicin, rifabutin, griseofulvin); St. John’s wort; bosentan u inibituri tal-protease tal-HIV jew tal-virus tal-Epatite Ċ (HCV - Hepatitis C virus) (eż. ritonavir, boceprevir, telaprevir) u inibituri non-nukleoside tar-reverse transcriptase (eż. efavirenz).

Induzzjoni tal-enzimi tista’ sseħħ wara ftit jiem ta’ trattament. Induzzjoni massima tal-enzimi ġeneralment tiġi osservata fi żmien ftit ġimgħat. Wara li t-terapija bil-mediċina titwaqqaf. L- induzzjoni tal-enzimi tista’ ddum għal madwar 28 jum.

Għandu jintuża wkoll metodu ta’ kontraċezzjoni mekkanika waqt l-użu fl-istess ħin ta’ induttur tal- enzimi, u għal 28 jum wara t-twaqqif tiegħu. F’każ ta’ kura fit-tul b’sustanzi li jinduċu l-enzimi tal- fwied, għandu jiġi kkunsidrat metodu ieħor ta’ kontraċezzjoni.

Jekk l-għoti tal-mediċina fl-istess ħin idum aktar mit-tmiem tal-pilloli attivi fil-folja tal-pakkett li tkun qed tintuża, il-folja tal-pakkett li jmiss għandha tinbeda mill-ewwel, mingħar l-intervall tas-soltu bil- pilloli tal-plaċebo.

L-għoti flimkien ma’ inibituri qawwija (eż. ketoconazole, itraconazole, clarithromycin) jew moderati (eż. fluconazole, diltiazem, erythromycin) ta’ CYP3A4 jista’ jżid il-konċentrazzjonijiet tal-estroġeni jew tal-proġestoġeni fis-serum.

Ma sarux studji dwar l-effett ta’ mediċini jew ta’ affarijiet oħra fuq l-effett farmaċewtiku ta’ Zoely, iżda żewġ studji b’rifampicin u ketoconazole, rispettivament, twettqu b’doża ogħla ta’ taħlita ta’ nomegestrol acetate-estradiol (nomegestrol acetate 3.75 mg + 1.5 mg estradiol) f’nisa li diġà għaddew

mill-menopawsa. L-użu fl-istess ħin ta’ rifampicin inaqqas l-AUC0-∞ ta’ nomegestrol acetate b’95 % u jżid l-AUC0-∞ ta’ estradiol b’25 %. L-użu fl-istess ħin ta’ ketoconazole (doża waħda ta’ 200 mg) ma jbiddilx il-metaboliżmu ta’ estradiol filwaqt li kienu osservati żidiet fil-konċentrazzjoni massima

(85 %) u AUC0-∞ (115 %) ta’ nomegestrol acetate, li ma kinux ta’ rilevanza klinika. Konklużjonijiet simili huma mistennija f’nisa li jista’ jkollhom it-tfal.

L-influwenza ta’ Zoely fuq prodotti mediċinali oħrajn

Kontraċettivi li fihom ethinylestradiol jistgħu jnaqqsu l-konċentrazzjonijiet ta’ lamotrigine b’madwar 50%. Wieħed għandu joqgħod attent, speċjalment meta jintroduċi kontraċettiv kombinat, anke b’estradiol, f’mara ekwilibrata tajjeb li qed tingħata lamotrigine.

Interazzjonijiet oħra

Waqt provi kliniċi bl-iskeda ta’ kombinazzjoni tal-mediċini ombitasvir/paritaprevir/ritonavir b’dasabuvir jew mingħajru għall-HCV, żidiet fl-ALT ta’ aktar minn 5 darbiet l-ogħla limitu tan-normal (ULN) kienu b’mod sinifikanti aktar frekwenti f’nisa li kienu qed jużaw mediċini li fihom ethinylestradiol bħal ma huma s-CHCs. Nisa li jkunu qed jużaw mediċini li jkun fihom estroġeni li mhumiex ethinylestradiol, bħal estradiol, kellhom rata ta’ żieda fl-ALT tixbah lil dawk li ma kienu qed jieħdu l-ebda estroġeni; madankollu, minħabba n-numru limitat ta’ nisa li jieħdu dawn l-estroġeni l-oħra, hija ġġustifikata kawtela għall-għoti tagħhom flimkien mal-iskeda ta’ kombinazzjoni tal-mediċini ombitasvir/paritaprevir/ritonavir b’dasabuvir jew mingħajru.

4.6Fertilità, tqala u treddigħ

Tqala

Zoely mhuwiex indikat waqt it-tqala.

Jekk isseħħ tqala waqt li l-mara tkun qed tieħu Zoely, teħid addizzjonali għandu jitwaqqaf. Il-biċċa l-kbira tal-istudji epidemjoloġiċi ma wrew la żieda fir-riskju ta’ difetti tat-twelid fi trabi li twieldu lil nisa li użaw COCs li fihom ethinylestradiol qabel it-tqala, u lanqas effett teratoġeniku meta COCs li fihom ethinylestradiol ittieħdu bi żball fil-fażi bikrija tat-tqala.

Dejta klinika fuq numru limitat ta’ tqaliet esposti ma tindika l-ebda effett avvers ta’ Zoely fuq il-fetu jew it-tarbija tat-twelid.

Fi studji f’annimali, intwera effett tossiku fis-sistema riproduttiva b’taħlita ta’ nomegestrol acetate/estradiol (ara Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà tal-mediċina f’sezzjoni 5.3)

Għandu jitqies ir-riskju ta’ VTE waqt il-perjodu ta’ wara t-twelid meta Zoely jinbeda mill-ġdid (ara sezzjonijiet 4.2 u 4.4).

Treddigħ

Ammonti żgħar ta’ sterojdi kontraċettivi u/jew il-metaboliti tagħhom jistgħu jiġu eliminati mill-ħalib tal-omm, imma m’hemmx x’juri li dan jista’ jaffettwa b’mod avvers saħħet it-tarbija.

It-treddigħ jista’ jiġi influwenzat mis-COCs għax dawn jistgħu jnaqqsu l-kwantità u jibdlu l-kompożizzjoni tal-ħalib tas-sider. Għalhekk, l-użu ta’ COCs m’għandux jiġi rakkomandat sakemm l-omm li tkun qed tredda’ tkun fatmet lit-tarbija tagħha, u metodu ta’ kontraċezzjoni alternattiva għandu jiġi propost lil nisa li jixtiequ jreddgħu.

Fertilità

Zoely hu indikat għall-prevenzjoni tat-tqala. Għal informazzjoni dwar ir-ritorn lura lejn il-fertilità, ara sezzjoni 5.1.

4.7Effetti fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni

Zoely m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

4.8Effetti mhux mixtieqa

Sommarju tal-profil tas-sigurtà

Sitt provi kliniċi multiċentriċi li damu sejrin sa sena ntużaw biex jevalwaw is-sigurtà ta’ Zoely. B’kollox 3,434 mara minn età ta’ bejn 18-50, ġew irreġistrati u lestew 33,828 ċiklu.

Lista ta’ reazzjonijiet avversi miġbura f’tabella

Reazzjonijiet avversi li jistgħu jkunu marbuta mal-mediċina li ġew irrappurtati fi provi kliniċi jew matul l-użu wara t-tqegħid fis-suq b’Zoely huma elenkati fit-tabella hawn taħt.

Ir-reazzjonijiet avversi kollha huma elenkati skont il-klassi tas-sistemi u tal-organi u l-frekwenza; komuni ħafna ( 1/10), komuni ( 1/100 sa <1/10), mhux komuni ( 1/1,000 sa <1/100) u rari ( 1/10,000 sa <1/1,000).

Klassi tas-sistemi u

 

Reazzjoni avversa fit-Terminu MedDRA1

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

tal-organi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fil-

 

 

żieda fl-aptit,

nuqqas t’aptit

metaboliżmu u n-

 

 

żamma ta’

 

nutrizzjoni

 

 

fluwidu

 

Disturbi psikjatriċi

 

tnaqqis fil-libido,

 

żieda fil-libido

 

 

dipressjoni/burda

 

 

 

 

ta dipressa, tibdil

 

 

 

 

fil-burdata

 

 

Disturbi fis-sistema

 

uġigħ ta’ ras,

 

inċident

nervuża

 

emigranja

 

ċerebrovaskulari

 

 

 

 

attakk iskemiku

 

 

 

 

temporanju,

 

 

 

 

disturbi fl-

 

 

 

 

attenzjoni

Disturbi fl-għajnejn

 

 

 

għajnejn xotti,

 

 

 

 

intolleranza għal

 

 

 

 

contact

 

 

 

 

lenses/għajnejn

 

 

 

 

xotti

Disturbi vaskulari

 

 

fwawar

tromboemboliż

 

 

 

 

mu fil-vini

Disturbi gastro-

 

nawseja

nefħa taż-żaqq

ħalq xott

intestinali

 

 

 

 

Disturbi fil-fwied u

 

 

 

kolelitijasi,

fil-marrara

 

 

 

koleċistite

Disturbi fil-ġilda u fit-

akne

 

għaraq eċċessiv,

kloażma,

tessuti ta’ taħt il-ġilda

 

 

alopeċja, ħakk,

ipertrikosi

 

 

 

ġilda xotta,

 

 

 

 

seborrea

 

Disturbi muskolu-

 

 

sensazzjoni ta’

 

skeletriċi u tat-tessuti

 

 

toqol

 

konnettivi

 

 

 

 

Klassi tas-sistemi u

 

Reazzjoni avversa fit-Terminu MedDRA1

Komuni ħafna

Komuni

Mhux komuni

Rari

tal-organi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Disturbi fis-sistema

ħruġ anormali

tnixxija anormali

mestrwazzjoni

riħa vaġinali,

riproduttiva u fis-sider

tad-demm meta

tad-demm mill-

skarsa, nefħa fis-

skonfort

 

tieqaf tieħu

ġuf,

sider, tnixxija ta’

vulvovaġinali

 

l-mediċina

mestrwazzjoni

ħalib mis-sider,

 

 

 

esaġerata, uġigħ

spażmu tal-utru,

 

 

 

fis-sider, uġigħ

sindrome

 

 

 

pelviku

premestrwali,

 

 

 

 

massa fis-sider,

 

 

 

 

uġigħ waqt l-att

 

 

 

 

sesswali, nixfa

 

 

 

 

vulvovaġinali

 

Disturbi ġenerali u

 

 

irritabilità, edema

ġuħ

kundizzjonijiet ta’

 

 

 

 

mnejn jingħata

 

 

 

 

Investigazzjonijiet

 

żieda fil-piż

żieda fl-enzimi

 

 

 

 

tal-fwied

 

1L-iktar terminu MedDRA adattat biex jiddeskrivi ċerta reazzjoni avversa hu elenkat. Sinonimi jew kundizzjonijiet relatati mhumiex elenkati, iżda għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

Apparti r-reazzjonijiet avversi msemmija hawn fuq, reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva ġew irrapportati f’utenti ta’ Zoely (frekwenza mhux magħrufa).

Deskrizzjoni ta’ reazzjonijiet avversi magħżula

Żieda fir-riskju ta’ avvenimenti trombotiċi u tromboemboliċi fl-arterji u fil-vini, inkluż infart mijokardijaku, puplesija, attakki iskemiċi temporanji, trombożi fil-vini u emboliżmu fil-pulmun kienu osservati f’nisa li jużaw CHCs, u huma diskussi f’aktar dettall fis-sezzjoni 4.4.

Rappurtar ta’ reazzjonijiet avversi suspettati

Huwa importanti li jiġu rrappurtati reazzjonijiet avversi suspettati wara l-awtorizzazzjoni tal-prodott mediċinali. Dan jippermetti monitoraġġ kontinwu tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-professjonisti tal-kura tas-saħħa huma mitluba jirrappurtaw kwalunkwe reazzjoni avversa suspettata permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V.

4.9Doża eċċessiva

Dożi multipli sa ħames darbiet tad-doża ta’ kuljum ta’ Zoely u dożi waħidhom sa 40 darba tad-doża ta’ kuljum ta’ nomegestrol acetate waħdu, intużaw f’nisa mingħajr l-ebda problema ta’ sigurtà. Ibbażat fuq l-esperjenza ġenerali b’kontraċettivi orali kombinati, is-sintomi li jistgħu jseħħu huma: nawseja, rimettar u, fi tfaljiet żgħażagħ, ammont żgħir ta’ ħruġ ta’ demm vaġinali. M’hemm l-ebda antidoti speċifiċi, u kura addizzjonali għandha tkun sintomatika.

5.PROPRJETAJIET FARMAKOLOĠIĊI

5.1Proprjetajiet farmakodinamiċi

Kategorija farmakoterapewtika: Ormoni tas-sess u modulaturi tas-sistema ġenitali, proġestoġeni u estroġeni, kumbinazzjonijiet fissi, Kodiċi ATC: G03AA14.

Mekkaniżmu ta’ azzjoni

Nomegestrol acetate hu progestogen selettiv ħafna miksub minn progesterone, l-ormon tal-isterojde li jseħħ b’mod naturali. Nomegestrol acetate għandu affinità qawwija għar-riċettur tal-progesterone

uman u għandu attività qawwija anti-gonadotropika, attività anti-estrogenika medjata minn riċettur ta’ progesterone, attività moderata anti-androġenika, u m’għandu l-ebda attività estrogenika, androġenika, glukokortikojde jew mineralokortikojde.

L-estroġenu li hemm f’Zoely hu 17β-estradiol, estroġenu naturali identiku għal 17β-estradiol endoġenu uman.

L-effett kontraċettiv ta’ Zoely hu bbażat fuq l-interazzjoni ta’ diversi fatturi, l-aktar importanti minnhom jidhru bħala l-inibizzjoni tal-ovulazzjoni u t-tibdil fit-tnixxija ċervikali.

Effikaċja klinika u sigurtà

F’żewġ provi open-label li fihom tqabblet l-effikaċja u s-sigurtà, aktar minn 3,200 mara ġew ikkurati sa 13-il ċiklu konsekuttiv b’Zoely u iktar minn 1,000 mara b’drospirenone 3 mg – ethinylestradiol 30 μg (kors ta’ 21/7).

Fil-grupp ta’ Zoely, akne ġiet irrappurtata minn 15.4 % tan-nisa (kontra 7.9 % fil-grupp komparatur), żieda fil-piż ġiet irrappurtata minn 8.6 % tan-nisa (kontra 5.7 % fil-grupp komparatur), u ħruġ anormali ta’ demm meta tieqaf tieħu l-mediċina (il-biċċa l-kbira assenza ta’ ħruġ ta’ demm meta titwaqqaf il-mediċina) ġie rrappurtat minn 10.5 % tan-nisa (kontra 0.5 % fil-grupp komparatur).

Fil-prova klinika li saret fl-Unjoni Ewropea b’Zoely, l-indiċi Pearl li ġejjin għall-klassi ta’ età ta’ 18-35 sena kienu kkalkulati:

Falliment tal-Metodu 0.40 (95 % tal-limitu ta’ fuq 1.03 intervall ta’ kunfidenza) Metodu u falliment tal-utent: 0.38 (95 % tal-limitu ta’ fuq 0.97 intervall ta’ kunfidenza)

Fil-prova klinika li saret b’Zoely fl-Istati Uniti, l-Indiċi Pearl li ġejjin għall-klassi ta’ età 18-35 sena ġew ikkalkulati:

Falliment tal-Metodu 1.22 (95 % tal-limitu ta’ fuq 2.18 intervall ta’ kunfidenza) Metodu u falliment tal-utent: 1.16 (95 % tal-limitu ta’ fuq 2.08 intervall ta’ kunfidenza)

Fi prova open-label li fiha l-pazjenti ntagħżlu b’mod kif jinzerta, 32 mara kienu kkurati għal 6 ċikli b’Zoely

Wara t-twaqqif ta’ Zoely, ir-ritorn għall-ovulazzjoni fl-ewwel 28 jum wara l-aħħar teħid ta’ pilloli kien osservat f’79 % tan-nisa.

L-istoloġija endometrijali ġiet investigata f’sottogrupp ta’ nisa (n=32) fi studju kliniku wara 13-il ċiklu ta’ kura. Ma kienx hemm riżultati anormali.

Popolazzjoni pedjatrika

L-ebda dejta dwar is-sigurtà u l-effikaċja mhi disponibbli għal adolexxenti ta’ inqas minn 18-il sena. Dejta farmakokinetika disponibbli hi deskritta f’sezzjoni 5.2.

5.2Tagħrif farmakokinetiku

Nomegestrol acetate

Assorbiment

Nomegestrol acetate mogħti mill-ħalq jiġi assorbit malajr.

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati. Kodiċi ATC: "G03AA14"

  • Ioa - G03AA14

Il-konċentrazzjonijiet massimi fil-plażma ta’ nomegestrol acetate ta’ madwar 7 ng/mL jintlaħqu wara sagħtejn wara għoti ta’ darba. Il-bijodisponibilità ta’ nomegestrol acetate wara doża waħda hi ta’

63 %. Ma kien osservat l-ebda effett klinikament rilevanti tal-ikel fuq il-bijodisponibilità ta’ nomegestrol acetate.

Distribuzzjoni

Nomegestrol acetate (NOMAC) jeħel b’mod estensiv mal-albumina (97-98 %), iżda ma jeħilx mal- globulina li teħel mal-ormon tas-sess (SHBG) jew globulina li teħel ma’ kortikojd (CBG). Il-volum apparenti tad-distribuzzjoni ta’ nomegestrol acetate fl-istat fiss hu ta’ 1,645 576 L.

Bijotransformazzjoni

Nomegestrol acetate jiġi metabolizzat f’diversi metaboliti idrossilati inattivi minn enzimi ta’ ċitokrom P450 fil-fwied, primarjament CYP3A4 u CYP3A5, b’kontribuzzjoni li tista’ tingħata minn CYP2C19 u CYP2C8. Nomegestrol acetate u l-metaboliti idrossilati tiegħu jgħaddu minn metaboliżmu estensiv ta’ fażi 2 biex jiffurmaw konjugati ta’ glucuronide u sulphate. It-tneħħija apparenti fl-istat fiss hi ta’ 26 L/siegħa.

Eliminazzjoni

Il-half-life tal-eliminazzjoni (t1/2) hi ta’ 46 siegħa (li tvarja minn 28-83 siegħa) fl-istat fiss. Il-half-life tal-eliminazzjoni tal-metaboliti ma ġietx stabbilita.

Nomegestrol acetate jitneħħa permezz tal-awrina u l-ippurgar. Madwar 80 % tad-doża titneħħa fl- awrina u fl-ippurgar fi żmien 4 ijiem. It-tneħħija ta’ nomegestrol acetate kienet kważi totali wara 10 ijiem u l-ammonti li tneħħew kienu ogħla fl-ippurgar milli fl-awrina.

Linearità

Il-linearità tad-doża kienet osservata fil-medda ta’ 0.625-5 mg (evalwata f’nisa fertili u dawk li diġà għaddew mill-menopawsa).

Kundizzjonijiet fl-istat fiss

Il-farmakokinetika ta’ nomegestrol acetate mhijiex influwenzata minn SHBG.

L-istat fiss jinkiseb wara 5 ijiem. Il-konċentrazzjonijiet massimi fil-plażma ta’ nomegestrol acetate ta’ madwar 12 ng/mL jintlaħqu wara siegħa u nofs wara d-dożaġġ. Il-medja tal-konċentrazzjonijiet fil- plażma fl-istat fiss hi ta’ 4 ng/mL.

Interazzjonijiet bejn mediċina u oħra

Nomegestrol acetate ma jikkawża l-ebda induzzjoni jew inibizzjoni notevoli in vitro ta’ kwalunkwe enzimi ta’ ċitokrom P450 u m’għandu l-ebda interazzjoni klinikament rilevanti mat-trasportatur P-gp.

Estradiol

Assorbiment

Estradiol hu suġġett għal effett first-pass sostanzjali wara l-għoti orali. Il-bijodisponibilità assoluta hi ta’ madwar 1 %. Ma kien osservat l-ebda effett klinikament rilevanti tal-ikel fuq il-bijodisponibilità ta’ estradiol.

Distribuzzjoni

Id-distribuzzjoni ta’ estradiol esoġenu u endoġenu hi simili. L-estroġeni huma ddistribwiti b’mod estensiv fil-ġisem u ġeneralment jinsabu f’konċentrazzjonijiet ogħla fl-organi fil-mira tal-ormon tas- sess. Estradiol jiċċirkola fid-demm imwaħħal ma’ SHBG (37 %) u mal-albumina (61 %), filwaqt li madwar 1-2 % biss ikun mhux imwaħħal.

Bijotrasformazzjoni

Estradiol esoġenu orali jiġi metabolizzat b’mod estensiv. Il-metaboliżmu ta’ estradiol esoġenu u endoġenu hu simili. Estradiol jinbidel malajr fl-imsaren u fil-fwied u jifforma diversi metaboliti, primarjament estrone, li sussegwentement jiġu kkonjugati u jgħaddu minn ċirkolazzjoni entero- epatika. Hemm ekwilibriju dinamiku bejn estradiol, estrone u estrone-sulfate minħabba d-diversi attivitajiet enzimatiċi li jinkludu estradiol-dehydrogenases, sulfotransferases u aryl sulfatases. L- ossidazzjoni ta’ estrone u estradiol tinvolvi l-enzimi ta’ ċitokrom P450, primarjament CYP1A2, CYP1A2 (ekstra epatiku), CYP3A4, CYP3A5, u CYP1B1 u CYP2C9.

Eliminazzjoni

Estradiol jitneħħa malajr miċ-ċirkolazzjoni. Minħabba l-metaboliżmu u ċ-ċirkolazzjoni enteroepatika, ikun hemm ammont kbir ta’ sulfates tal-estroġenu u glucuronides li jkunu jiċċirkolaw. Dan jirriżulta f’half-life tal-eliminazzjoni ta’ estradiol li tvarja ħafna kkoreġuta skont il-linja bażi, li hi kkalkulata li hi 3.6 ± 1.5 sigħat, wara l-għoti ġol-vini.

Kundizzjonijiet fl-istat fiss

Il-konċentrazzjonijiet massimi fis-serum ta’ estradiol huma ta’ madwar 90 pg/mL u jintlaħqu 6 sigħat wara d-dożaġġ. Il-medja tal-konċentrazzjonijiet fis-serum huma ta’ 50 pg/mL, u dawn il-livelli ta’ estradiol jikkorrispondu għall-fażi bikrija u mwaħħra taċ-ċiklu tal-mestrwazzjoni tal-mara.

Popolazzjonijiet speċjali

Popolazzjoni pedjatrika

Il-farmakokinetika ta’ nomegestrol acetate (oġġettiv primarju) wara dożaġġ orali wieħed ta’ Zoely f’nisa adolexxenti b’saħħithom wara li kellhom l-ewwel mestrwazzjoni u persuni adulti kienu simili. Madankollu, wara dożaġġ orali waħdieni, għall-komponent ta’ estradiol (oġġettiv sekondarju), l- espożizzjoni kienet 36 % iktar baxxa fl-adolexxenti kontra individwi adulti. Ir-rilevanza klinika ta’ dan ir-riżultat mhux magħrufa.

L-effett ta’ indeboliment tal-kliewi

Ma saru l-ebda studji biex jevalwaw l-effett ta’ mard tal-kliewi fuq il-farmakokinetika ta’ Zoely.

L-effett ta’ indeboliment tal-fwied

Ma saru l-ebda studji biex jevalwaw l-effett ta’ mard tal-fwied fuq il-farmakokinetika ta’ Zoely. Madankollu, l-ormoni tal-isterojde jistgħu jkunu metabolizzati b’mod batut f’nisa b’indeboliment fil-funzjoni tal-fwied.

Gruppi etniċi

Ma sar l-ebda studju formali biex tiġi evalwata l-farmakokinetika fi gruppi etniċi.

5.3Tagħrif ta’ qabel l-użu kliniku dwar is-sigurtà

Studji fuq l-effett tossiku minn dożi ripetuti b’estradiol, nomegestrol acetate jew taħlita indikaw effetti estroġeniċi u ta’ gestagen mistennija

Studji fuq l-effetti tossiċi fis-sistema riproduttiva li twettqu bit-taħlita wrew tossiċità fuq il-fetu li hi konsistenti ma’ espożizzjoni għal estradiol.

Studji dwar l-effett tossiku fuq il-ġeni u r-riskju ta’ kanċer ma sarux bit-taħlita. Nomegesterol acetate mhux tossiku għall-ġeni.

Madankollu, wieħed irid iżomm f’moħħu li l-isterojdi tas-sess jistgħu jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ tessuti u tumuri li jkunu dipendenti fuq ċertu ormoni.

6.TAGĦRIF FARMAĊEWTIKU

6.1Lista ta’ eċċipjenti

Qalba tal-pillola (pilloli bojod attivi u pilloli sofor tal-plaċebo miksija b’rita) Lactose monohydrate

Microcrystalline cellulose (E460) Crospovidone (E1201)

Talc (E553b)

Magnesium stearate (E572) Colloidal anhydrous silica

Kisja tal-pillola (pilloli bojod attivi miksija b’rita)

Poly(vinyl alcohol) (E1203)

Titanium dioxide (E171)

Macrogol 3350

Talc (E553b)

Kisja tal-pillola (pilloli sofor tal-plaċebo miksija b’rita)

Poly(vinyl alcohol) (E1203)

Titanium dioxide (E171)

Macrogol 3350

Talc (E553b)

Iron oxide isfar (E172)

Iron oxide iswed (E172)

6.2Inkompatibbiltajiet

Mhux applikabbli.

6.3Żmien kemm idum tajjeb il-prodott mediċinali

3 snin

6.4Prekawzjonijiet speċjali għall-ħażna

Dan il-prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

6.5In-natura tal-kontenitur u ta’ dak li hemm ġo fih

Folja tal-PVC/aluminju li fiha 28 pillola miksija b’rita (24 pilloli bojod miksija b’rita u 4 pilloli sofor miksija b’rita).

Daqsijiet tal-pakketti: 28, 84, 168 u 364 pillola miksija b’rita. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

6.6Prekawzjonijiet speċjali għar-rimi

Pilloli COC (li jinkludu l-pilloli Zoely) li ma jkunux meħtieġa aktar, m’għandhomx jintremew ma’ l- ilma tad-dranaġġ jew fis-sistema muniċipali tad-dranaġġ. Il-komposti attivi ormonali fil-pillola jista’ jkollhom effetti ta’ ħsara jekk jilħqu l-ambjent akwatiku. Il-pilloli għandhom jittieħdu lura fi spiżerija jew jintremew b’mod sigur ieħor skont il-ħtiġijiet lokali. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal- ambjent.

7.DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

Teva B.V.

Swensweg 5

2031 GA Haarlem

L-Olanda

8.NUMRU(I) TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ

EU/1/11/690/001

EU/1/11/690/002

EU/1/11/690/003

EU/1/11/690/004

9.DATA TAL-EWWEL AWTORIZZAZZJONI/TIĠDID TAL-AWTORIZZAZZJONI

Data tal-ewwel awtorizzazzjoni: 27 ta’ Lulju 2011

Data tal-aħħar tiġdid: 21 ta’ April 2016

10.DATA TA’ REVIŻJONI TAT-TEST

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott mediċinali tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati