Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Zoely (nomegestrol acetate / estradiol) – Fuljett ta’ tagħrif - G03AA14

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaZoely
Kodiċi ATCG03AA14
Sustanzanomegestrol acetate / estradiol
ManifatturTeva B.V.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Zoely 2.5 mg/1.5 mg pilloli miksija b’rita

Nomegestrol acetate/estradiol

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Affarijiet importanti li għandek tkun taf dwar il-kontraċettivi kkombinati tal-ormoni (CHCs - combined hormonal contraceptives):

Huma wieħed mill-metodi ta’ kontraċezzjoni riversibbli l-aktar affidabbli jekk jintużaw kif suppost.

Huma jżidu kemxejn ir-riskju li jkollok tagħqid ta’ demm fil-vini u fl-arterji, speċjalment fl- ewwel sena jew meta terġa’ tibda tuża kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni mill-ġdid wara waqfa ta’ 4 ġimgħat jew aktar.

Jekk jogħġbok kun attenta u ara lit-tabib tiegħek jekk taħseb li jista’ jkollok sintomi ta’ tagħqid ta’ demm (ara sezzjoni 2 “Tagħqid tad-demm”).

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anke jekk għandhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Zoely u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Zoely

3.Kif għandek tuża Zoely

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Zoely

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Zoely u għalxiex jintuża

Zoely hu pillola kontraċettiva li tintuża biex tiġi evitata t-tqala.

L-24 pillola bajda miksija b’rita kollha huma pilloli attivi li fihom ammont żgħir ta’ żewġ ormoni differenti tan-nisa. Dawn huma nomegestrol acetate (progestogen) u estradiol (estroġen).

L-4 pilloli sofor huma pilloli li mhumiex attivi li ma fihomx ormoni u huma msejħa pilloli tal-plaċebo.

Pilloli kontraċettivi li fihom żewġ ormoni differenti, bħal Zoely, huma msejħa ‘pilloli kombinati’.

Estradiol, l-estrogen f’Zoely hu identiku għall-ormon li jiġi prodott fl-ovarji tiegħek waqt ċiklu mestrwali.

Nomegestrol acetate, il-progestogen f’Zoely, jinkiseb mill-ormon progesterone. Progesterone jiġi prodott fl-ovarji tiegħek waqt iċ-ċiklu mestrwali.

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Zoely

Noti ġenerali

Qabel ma tibda tuża Zoely għandek taqra l-informazzjoni dwar it-tagħqid tad-demm (trombożi) f’sezzjoni 2. Huwa importanti b’mod partikolari li taqra s-sintomi ta’ tagħqid tad-demm – ara sezzjoni 2 “Tagħqid tad-demm”.

Qabel ma tibda tieħu Zoely, it-tabib tiegħek ser jistaqsik mistoqsijiet fuq l-istorja tas-saħħa personali tiegħek, u dik ta’ qrabatek. It-tabib ser ikejjel il-pressjoni tad-demm tiegħek u, skont is-sitwazzjoni personali tiegħek, jista’ wkoll jagħmel xi testijiet oħra.

F’dan il-fuljett, diversi sitwazzjonijiet huma deskritti fejn għandek tieqaf tieħu l-pillola, jew fejn l-affidabilità tal-pillola tista’ titnaqqas. F’sitwazzjonijiet bħal dawn m’għandekx tagħmel l-att sesswali jew għandek tieħu prekawzjonijiet addizzjonali kontraċettivi non-ormonali, eż., uża kondom jew metodu ieħor ta’ kontraċezzjoni mekkanika. Tużax il-metodi tar-ritmu jew tat-temperatura. Dawn il-metodi jistgħu ma jkunux affidabbli għax il-pillola tibdel it-tibdil fit-temperatura u fil-mukus ċervikali li s-soltu jseħħu waqt iċ-ċiklu tal-mestrwazzjoni.

Zoely, bħal kontraċettivi ormonali oħrajn ma jipproteġix kontra infezzjoni bl-HIV (AIDS) jew kwalunkwe marda oħra trasmessa sesswalment.

Meta m’għandekx tuża Zoely

Inti m’għandekx tuża Zoely jekk għandek kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet elenkati taħt. Jekk għandek xi waħda mill-kondizzjonijiet elenkati taħt, għandek tgħid lit-tabib tiegħek. It-tabib tiegħek se jiddiskuti miegħek x’forma oħra ta’ kontroll tat-tqala tkun aktar xierqa.

jekk għandek (jew jekk qatt kellek) tagħqid tad-demm f’xi vina jew arterja ta’ riġlejk (trombożi fil-vini tal-fond, DVT - deep vein thrombosis), tal-pulmun (embolu fil-pulmun, PE - pulmonary embolus) jew ta’ organi oħrajn;

jekk taf li għandek disturb li jaffettwa t-tagħqid tad-demm tiegħek - pereżempju, defiċjenza tal- proteina Ċ, defiċjenza tal-proteina S, defiċjenza ta’ antithrombin III, Fattur V Leiden jew antikorpi kontra l-fosfolipidi;

jekk għandek bżonn operazzjoni jew mhux se tkun fuq saqajk għal żmien twil (ara s-sezzjoni ‘Tagħqid tad-demm’);

jekk qatt kellek xi attakk tal-qalb jew puplesija;

jekk għandek (jew qatt kellek) anġina pectoris (kondizzjoni li tikkawża wġigħ qawwi fis-sider u tista’ tkun l-ewwel sinjal ta’ attakk tal-qalb) jew attakk iskemiku temporanju (TIA [transient ischaemic attack] – sintomi ta’ puplesija temporanja);

jekk inti għandek xi waħda minn dan il-mard li ġej li tista’ żżid ir-riskju tiegħek ta’ tagħqid ta’ demm fl-arterji:

dijabete qawwija bi ħsara fil-vini u fl-arterji

pressjoni għolja ħafna

livell għoli ħafna ta’ xaħam fid-demm (kolesterol jew triglycerides);

kondizzjoni magħrufa bħala iperomosistejnimja

jekk għandek (jew qatt kellek) tip ta’ emigranja msejħa ‘emigranja b’awra’;

jekk għandek (jew kellek) infjammazzjoni tal-frixa (pankreatite) assoċjata ma’ livelli għolja ta’ xaħam fid-demm;

jekk għandek (jew kellek) mard serju tal-fwied u l-fwied tiegħek għadu mhux qed jaħdem b’mod normali;

jekk għandek (jew kellek) tumur beninn jew malinn fil-fwied;

jekk għandek (jew kellek), jew jekk jista’ jkollok, kanċer tas-sider jew fl-organi ġenitali;

jekk għandek kwalunkwe ħruġ ta’ demm mhux spjegabbli mill-vaġina;

jekk inti allerġika għal estradiol jew għal nomegestrol acetate, jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

Jekk xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet tidher għall-ewwel darba waqt li tkun qed tuża Zoely, ieqaf ħudu immedjatament u għid lit-tabib tiegħek. Sadanittant, uża kontraċettiv mhux ormonali. Ara wkoll ‘Noti Ġenerali’ f’sezzjoni 2 hawn fuq.

Meta għandek toqgħod attenta ħafna b’Zoely

Meta għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek?

Fittex attenzjoni medika urġenti

jekk tinnota sinjali li jistgħu jkunu ta’ tagħqid ta’ demm li jistgħu jfissru li inti qed issofri minn tagħqid ta’ demm fir-riġel (i.e., trombożi fil-vini tal-fond), tagħqid tad-demm fil-pulmun (i.e.,

emboliżmu fil-pulmun), attakk tal-qalb jew puplesija (ara s-sezzjoni “Tagħqid tad-demm” taħt). Għal deskrizzjoni tas-sintomi ta’ dawn l-effetti sekondarji serji jekk jogħġbok mur “Kif tagħraf tagħqid tad-demm”.

jekk tinnota kwalunkwe tibdil fis-saħħa tiegħek, speċjalment jekk dan ikun jinvolvi kwalunkwe

mill-affarijiet imsemmija f’dan il-fuljett (ara wkoll f’sezzjoni 2 ‘Meta m’għandekx tuża Zoely’; tinsiex dwar it-tibdil fis-saħħa tal-membri tal-familja tiegħek);

jekk tħoss xi għoqda f’sidrek;

jekk ikollok sintomi ta’ anġjoedema bħal wiċċ, ilsien u/jew gerżuma minfuħin, u/jew diffikultà biex tibla’ jew urtikarja flimkien ma’ diffikultà biex tieħu n-nifs;

jekk tkun se tuża mediċini oħrajn (ara wkoll f’sezzjoni 2 ‘Mediċini oħra u Zoely’);

jekk tkun se tiġi immobilizzata jew ikun ser ikollok operazzjoni (għid lit-tabib tiegħek mill- inqas erba’ ġimgħat qabel);

jekk ikollok ħruġ ta’ demm mhux tas-soltu u eċċessiv mill-vaġina;

jekk tkun insejt tieħu pillola waħda jew aktar fl-ewwel ġimgħa tal-istrixxa u tkun għamilt l-att sesswali mingħajr protezzjoni fis-sebat ijiem ta’ qabel (ara wkoll f’sezzjoni 3 ‘Jekk tinsa tieħu Zoely’);

jekk ikollok dijarea qawwija jew rimettar qawwi;

jekk ma jkollokx il-mestrwazzjoni u tissuspetta li tista’ tkun tqila (tibdiex l-istrixxa li jmiss qabel ma t-tabib tiegħek jgħidlek biex tagħmel hekk, ara wkoll f’sezzjoni 3 ‘Jekk ma jkollokx mestrwazzjoni waħda jew iżjed’).

Għid lit-tabib tiegħek jekk xi waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tapplika għalik.

Jekk il-kondizzjoni tiżviluppa, jew tmur għall-agħar waqt li inti tkun qed tuża Zoely, ukoll għandek tgħid lit-tabib tiegħek.

jekk għandek anġjoedema ereditarja. Kellem lit-tabib tiegħek immedjatament jekk ikollok sintomi ta’ anġjoedema bħal wiċċ, ilsien u/jew gerżuma minfuħin, u/jew diffikultà biex tibla’ jew urtikarja flimkien ma’ diffikultà biex tieħu n-nifs. Prodotti li fihom estroġeni jistgħu jikkaġunaw jew iħarrxu s-sintomi ta’ anġjoedema.

jekk xi qariba għandha jew kellha kanċer tas-sider;

jekk għandek epilessija (ara f’sezzjoni 2 ‘Mediċini oħra u Zoely’);

jekk għandek mard tal-fwied (pereżempju suffejra) jew mard fil-bużżieqa tal-marrara (pereżempju ġebel fil-marrara);

jekk għandek id-dijabete;

jekk għandek id-dipressjoni;

jekk għandek il-marda ta’ Crohn jew kolite ulċerattiva (mard infjammatorju kroniku tal- imsaren);

jekk għandek lupus eritematosus sistemiku (SLE - systemic lupus erythematosus, marda li taffettwa s-sistema ta’ difiża naturali tiegħek);

jekk għandek sindrome uremiku emolitiku (HUS - haemolytic uraemic syndrome, disturb tat- tagħqid tad-demm li jikkawża insuffiċjenza tal-kliewi);

jekk għandek anemija tas-sickle cell (marda li tintiret taċ-ċelluli ħomor tad-demm);

jekk għandek livelli għolja ta’ xaħam fid-demm (ipertrigliċeridemija) jew storja pożittiva fil-familja għal din il-kundizzjoni. Ipertrigliċeridemija ġiet assoċjata ma’ riskju ogħla li tiżviluppa pankreatite (infjammazzjoni tal-frixa);

jekk għandek bżonn operazzjoni jew jekk inti ma tistax toqgħod fuq saqajk għal żmien twil (ara f’sezzjoni 2 ‘Tagħqid tad-demm’).

jekk għadek kemm wellidt inti għandek riskju akbar ta’ tagħqid tad-demm. Għandek tistaqsi lit- tabib tiegħek wara kemm żmien minn meta teħles tista’ tibda tieħu Zoely.

jekk għandek infjammazzjoni fil-vini ta’ taħt il-ġilda (tromboflebite superfiċjali);

jekk għandek vini varikużi.

jekk għandek kundizzjoni li tkun seħħet għall-ewwel darba jew marret għall-agħar matul it- tqala jew użu ta’ ormoni tas-sess fil-passat (eż. telf ta’ smigħ, porfirija [marda tad-demm], herpes gestationis [raxx tal-ġilda bil-vexxikuli matul it-tqala], korea ta’ Sydenham [marda tal- nervaturi li fiha jseħħu movimenti għall-għarrieda tal-ġisem] (ara f’sezzjoni 2 ‘Meta għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek’);

jekk għandek (jew qatt kellek) kloażma [irqajja’ ta’ pigment safrani-kannella, hekk imsejħa ‘irqajja’ tat-tqala’, partikularment fil-wiċċ]. Jekk inhu hekk, evita espożizzjoni eċċessiva għax-xemx jew dawl ultravjola;

TAGĦQID TAD-DEMM

L-użu ta’ kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni bħal ma huwa Zoely iżid ir-riskju li inti tiżviluppa tagħqid tad-demm meta mqabbel ma l-ebda użu. F’każijiet rari t-tagħqid tad-demm jista’ jimblokka vina jew arterja u joħloq problem serji.

Tagħqid tad-demm jista’ jiżviluppa

fil-vini (magħruf bħala ‘trombożi fil-vini’, ‘tromboemboliżmu fil-vini’ jew VTE [venous thromboembolism])

fl-arterji (magħruf bħala ‘trombożi fl-arterji’, ‘tromboemboliżmu fl-arterji’ jew ATE [arterial thromboembolism]).

Mhux dejjem ikun hemm fejqan għalkollox minn tagħqid tad-demm. B’mod rari, jista’ jkun hemm effetti serji li jibqgħu jinħassu jew, b’mod rari ħafna, jista’ jkun fatali.

Huwa importanti li tiftakar li r-riskju globali ta’ tagħqid tad-demm li jista’ jagħmel ħsara ikkawżat minn Zoely huwa żgħir.

KIF TAGĦRAF TAGĦQID TAD-DEMM

Fittex attenzjoni medika urġenti jekk tinnota kwalunkwe wieħed minn dawn is-sinjali u sintomi li ġejjin.

Għandek xi wieħed minn dawn is-sinjali?

X’jista jkun li għandek?

 

 

nefħa f’riġel wieħed jew matul vina fir-riġel jew fis-sieq speċjalment

Trombożi fil-vini tal-

meta tkun flimkien ma’:

fond

uġigħ jew sensittività fir-riġel li tista’ tinħass biss meta tkun

 

bilwieqfa jew qed timxi

 

is-sieq affetwata tinħass aktar sħuna

 

bidla fil-kulur tal-ġilda tas-sieq eż. tibjad, tiħmar jew issir

 

kaħla

 

 

 

qtugħ ta’ nifs mingħajr spjegazzjoni jew teħid tan-nifs mgħaġġel

Emboliżmu fil-pulmun

f’daqqa waħda;

 

sogħla f’daqqa mingħajr l-ebda kawża ovvja, li tista’ ttella’ d-demm;

 

uġigħ qawwi fis-sider li jista’ jiżdied b’teħid ta’ nifs fil-fond;

 

mejt jew sturdament qawwi;

 

taħbit tal-qalb qawwi jew irregolari;

 

uġigħ qawwi fl-istonku tiegħek;

 

Jekk m’intix ċerta, kellem lil tabib peress li xi wħud minn dawn is-sintomi

 

bħal sogħla jew li jkollok qtugħ ta’ nifs, jistgħu jiġu żbaljati ma’

 

kondizzjoni aktar ħafifa bħal infezzjoni fil-passaġġ tan-nifs (eż., ‘riħ

 

komuni’).

 

 

 

Is-sintomi iseħħu l-aktar f’għajn waħda:

Trombożi fil-vina tar-

telf immedjat tal-vista jew

retina

vista mċajpra mingħajr uġigħ li tista’ tavvanza għal telf tal-vista

(tagħqid tad-demm fl-

 

għajn)

uġigħ, skumdità, għafis, toqla fis-sider

Attakk tal-qalb

sensazzjoni ta’ għafis jew tħossok mimlija fis-sider, fid-driegħ jew

 

taħt l-għadma tas-sider bejn il-kustilji;

 

tħossok mimlija, indiġestjoni jew tħossok se tifga;

 

skumdità fil-parti ta’ fuq tal-ġisem li tinfirex għad-dahar, xedaq,

 

gerżuma, driegħ u stonku;

 

għaraq, dardir, rimettar jew sturdament;

 

dgħufija, ansjetà jew qtugħ ta’ nifs estremi;

 

taħbit tal-qalb mgħaġġel jew irregolari

 

 

 

dgħufija jew tnemnim fil-wiċċ, fi driegħ jew f’riġel f’daqqa waħda

Puplesija

speċjalment fuq naħa waħda tal-ġisem;

 

konfużjoni, diffikultà biex titkellem jew biex tifhem f’daqqa waħda;

 

diffikultà f’daqqa waħda biex tara minn għajn waħda jew miż-żewġ

 

għajnejn;

 

diffikultà biex timxi, sturdament, telf ta’ bilanċ jew koordinazzjoni

 

f’daqqa waħda;

 

uġigħ ta’ ras qawwi, f’daqqa waħda jew li jieħu fit-tul mingħajr kawża

 

magħrufa;

 

telf mis-sensi jew ħass ħażin b’aċċessjoni jew mingħajrha.

 

Xi drabi s-sintomi ta’ puplesija jistgħu ma jdumux b’irkupru kważi

 

immedjat u għalkollox, iżda inti xorta għandek tfittex attenzjoni medika

 

urġenti minħabba li tista’ tkun qegħda f’riskju ta’ puplesija oħra.

 

 

 

nefħa u bidla fil-kulur ta’ id jew sieq għal kemmxejn kaħla;

Tagħqid ta’ demm li

uġigħ qawwi fl-istonku tiegħek (uġigħ akut fiż-żaqq).

jimblokka vini jew

 

arterji oħra

 

 

TAGĦQID TAD-DEMM ĠO VINA

 

X’jista’ jiġri jekk tagħqid tad-demm jifforma ġo vina?

L-użu ta’ kontraċettivi kkombinati tal-ormoni ġie marbut ma’ żieda fir-riskju ta’ tagħqid tad- demm fil-vina (trombożi fil-vina). Madankollu, dawn l-effetti sekondarji huma rari. Huma jseħħu b’mod l-aktar frekwenti fl-ewwel sena ta’ użu ta’ kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni.

Jekk jifforma tagħqid tad-demm ġo vina fir-riġel jew fis-sieq dan jista’ jikkawża trombożi fil- vini tal-fond (DVT - deep vein thrombosis).

Jekk it-tagħqid tad-demm jitlaq mis-sieq u jidħol fil-pulmun, jista’ jikkawża emboliżmu fil- pulmun.

B’mod rari ħafna tagħqid tad-demm jista’ jifforma ġo vina f’organu ieħor bħal ma hi l-għajn (trombożi fil-vina tar-retina).

Meta hemm l-akbar riskju li tiżviluppa tagħqid tad-demm ġo vina?

Ir-riskju li tiżviluppa tagħqid tad-demm ġo vina huwa l-ogħla matul l-ewwel sena li tieħu kontraċettiv kkombinat tal-ormoni għall-ewwel darba. Ir-riskju jista’ wkoll ikun akbar jekk terġa’ tibda tieħu kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni (l-istess prodott jew prodott differenti) wara waqfa ta’ 4 ġimgħat jew aktar.

Wara l-ewwel sena, ir-riskju jiċkien iżda jibqa’ dejjem kemmxejn ogħla milli kieku ma tkunx qed tuża kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni.

Meta twaqqaf Zoely ir-riskju tiegħek ta’ tagħqid tad-demm jerġa’ lura għan-normal fi żmien ftit ġimgħat.

X’riskju hemm li tiżviluppa tagħqid tad-demm?

Ir-riskju jiddependi mir-riskju naturali tiegħek ta’ VTE u t-tip ta’ kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni li tkun qed tieħu.

Ir-riskju totali ta’ tagħqid tad-demm f’riġel jew f’pulmun (DVT jew PE) b’Zoely huwa żgħir.

Minn 10,000 mara li mhumiex qed jużaw xi kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni u li mhumiex tqal, madwar 2 jiżviluppaw tagħqid tad-demm f’sena.

Minn 10,000 mara li jkunu qed jużaw kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni li fih levonorgestrel, norethisterone, jew norgestimate, madwar 5-7 jiżviluppaw tagħqid tad-demm f’sena.

Għadu mhuwiex magħruf kif ir-riskju ta’ tagħqid tad-demm b’Zoely jikkumpara mar-riskju b’kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni li fih levonorgestrel.

Ir-riskju li jkollok tagħqid tad-demm ivarja skont l-istorja medika u personali tiegħek (ara “Fatturi li jżidu r-riskju tiegħek ta’ tagħqid tad-demm” taħt).

 

Riskju li tiżviluppa tagħqid

 

tad-demm f’sena

Nisa li mhumiex qed jużaw pillola kkombinata tal-ormoni u li

Madwar 2 minn 10,000 mara

mhumiex tqal

 

 

 

Nisa li qed jużaw pillola kontraċettiva kkombinata tal-ormoni li

Madwar 5-7 minn 10,000 mara

fiha levonorgestrel, norethisterone jew norgestimate

 

 

 

Nisa li qed jużaw Zoely

Għadu mhux magħruf

Fatturi li jżidu r-riskju tiegħek ta’ tagħqid tad-demm ġo vina

Ir-riskju ta’ tagħqid ta’ demm b’Zoely huwa żgħir iżda xi kondizzjonijiet iżidu r-riskju. Ir-riskju tiegħek ikun akbar:

jekk għandek ħafna piż żejjed (indiċi tal-piż tal-ġisem jew BMI (body mass index) aktar minn 30 kg/m2);

jekk xi ħadd mill-familja immedjata tiegħek kellu tagħqid tad-demm fir-riġel, fil-pulmun jew f’organu ieħor f’età żgħira (eż. taħt l-età ta’ madwar 50 sena). F’dan il-każ jista’ jkun li għandek disturb ereditarju tat-tagħqid tad-demm;

jekk ikollok bżonn tagħmel operazzjoni, jew jekk ma tistax toqgħod fuq saqajk għal perjodu twil ta’ żmien minħabba korriment jew mard, jew jekk għandek saqajk fil-ġibs. L-użu ta’ Zoely għandu mnejn ikollu bżonn jitwaqqaf diversi ġimgħat qabel l-operazzjoni jew waqt li ma tkunx

tista’ tiċċaqlaq bħas-soltu. Jekk ikollok bżonn twaqqaf Zoely staqsi lit-tabib tiegħek meta tkun tista’ terġa’ tibda tużah.

aktar ma tikber fl-eta` (b’mod partikolari età ’l fuq minn madwar 35 sena);

jekk wellidt anqas minn ftit ġimgħat ilu

Ir-riskju li tiżviluppa tagħqid tad-demm jiżdied aktar ma jkollok kondizzjonijiet.

Ivjaġġar bl-ajru (> 4 sigħat) jista’ b’mod temporanju jżid ir-riskju tiegħek ta’ tagħqid tad-demm, b’mod partikolari jekk għandek xi wħud mill-fatturi l-oħrajn elenkati.

Huwa importanti li tgħid lit-tabib tiegħek jekk xi waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tapplika għalik, anke jekk m’intix ċerta. It-tabib tiegħek jista’ jiddeċiedi li Zoely għandu jitwaqqaf.

Jekk kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet t’hawn fuq tinbidel waqt li tkun qed tuża Zoely, pereżempju membru tal-familja immedjata jkollu trombożi għal raġuni li ma tkunx magħrufa jew jekk iżżid ħafna piż, għid lit-tabib tiegħek.

TAGĦQID TAD-DEMM FL-ARTERJI

X’jista’ jiġri jekk tagħqid tad-demm jifforma f’arterja?

Bħal ma jiġri b’tagħqid tad-demm ġo vina, tagħqid tad-demm ġo arterja jista’ joħloq problemi serji. Pereżempju, dan jista’ jikkawża attakk tal-qalb jew puplesija.

Fatturi li jżidu r-riskju tiegħek ta’ tagħqid tad-demm f’arterja

Huwa importanti li tinnota li r-riskju ta’ attakk tal-qalb jew puplesija minn Zoely huwa żgħir ħafna iżda jista’ jiżdied:

ma’ avvanz fl-età (wara età ta’ madwar 35 sena);

jekk tpejjep. Meta tuża kontraċettiv ikkombinat tal-ormoni bħal Zoely jingħatalek parir biex tieqaf tpejjep. Jekk ma tistax tieqaf tpejjep u għandek aktar minn 35 sena it-tabib tiegħek jista’ jagħtik parir biex tuża tip ta’ kontraċettiv differenti;

jekk għandek piż żejjed;

jekk għandek pressjoni għolja;

jekk membru tal-familja immedjata tiegħek kellu attakk tal-qalb jew puplesija ta’ età żgħira (anqas minn madwar 50 sena). F’dan il-każ inti wkoll jista’ jkollok riskju akbar ta’ attakk tal- qalb jew puplesija;

jekk inti, jew xi ħadd fil-familja immedjata tiegħek, għandu livell għoli ta’ xaħam fid-demm (kolesterol jew trigliċeridi);

jekk ikollok emigranji, speċjalment emigranji b’awra;

jekk għandek problema b’qalbek (disturb fil-valv, disturb fir-ritmu msejjaħ fibrillazzjoni tal- atriju)

jekk għandek id-dijabete.

Jekk għandek aktar minn waħda minn dawn il-kondizzjonijiet jew jekk xi waħda minnhom hija gravi ħafna, ir-riskju li tiżviluppa tagħqid tad-demm jista’ jiżdied aktar.

Jekk kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet t’hawn fuq tinbidel waqt li tkun qed tuża Zoely, pereżempju, jekk tibda tpejjep, membru tal-familja immedjata jkollu trombożi għal raġuni li ma tkunx magħrufa jew jekk iżżid ħafna piż, għid lit-tabib tiegħek.

Kanċer

Il-kanċer tas-sider kien osservat ftit aktar ta’ spiss f’nisa li jużaw pilloli kombinati, iżda mhux magħruf jekk dan hux ikkawżat mill-pilloli kombinati. Pereżempju, jista’ jkun li aktar tumuri jinstabu f’nisa li jkunu qed jieħdu pilloli kombinati minħabba li dawn jiġu eżaminati mit-tabib iktar ta’ spiss. Wara li twaqqaf il-pillola kombinata, iż-żieda fir-riskju tonqos gradwalment.

Hu importanti li tiċċekkja sidrek regolarment u għandek tikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk tħoss xi għoqda. Għandek ukoll tgħid lit-tabib tiegħek jekk xi qariba tiegħek għandha, jew qatt kellha kanċer tas-sider (ara sezzjoni 2 “Meta għandek toqgħod attenta ħafna b’Zoely”).

F’każijiet rari, tumuri beninni (mhux kanċerużi) tal-fwied, u anki f’każijiet inqas spissi, tumuri malinni (kanċerużi) tal-fwied ġew irrappurtati f’nisa li jużaw il-pilloli. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk ikollok uġigħ ta’ żaqq qawwi mhux tas-soltu.

Il-kanċer ċervikali hu kkawżat minn infezzjoni bil-virus tal-papilloma uman (HPV). Kien irrappurtat li jseħħ iktar ta’ spiss f’nisa li kienu ilhom jużaw il-pillola għal aktar minn 5 snin. Mhux magħruf jekk din is-sejba hix minħabba l-użu ta’ kontraċettivi ormonali jew minħabba fatturi oħrajn bħal differenza fl-imġiba sesswali.

Testijiet tal-laboratorju

Jekk ikun se jkollok kwalunkwe test tad-demm jew tal-awrina, għid lit-tabib tiegħek li qed tuża Zoely, għax jista’ jaffettwa r-riżultati ta’ xi testijiet.

Tfal u adolexxenti

L-ebda dejta dwar is-sigurtà u l-effikaċja mhi disponibbli għal adolexxenti ta’ inqas minn 18-il sena.

Mediċini oħra u Zoely

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra, anki dawk mingħajr riċetta jew mediċini tal-ħxejjex.

Għid ukoll lil kwalunkwe tabib jew dentist li jagħtik riċetta għal mediċinali oħra (jew l-ispiżjar li jagħtik il-mediċina), li qed tuża Zoely.

Xi mediċini jistgħu jikkawżaw problemi partikulari meta tkun tuża kontraċettivi ormonali, bħal Zoely.

Hemm mediċini li jistgħu jagħmlu Zoely inqas effettiv li jimpedixxi t-tqala, jew jista’ jikkawża ħruġ ta’ demm mhux mistenni. Dawn jinkludu mediċini li jintużaw biex jikkuraw:

epilessija (e.g. primidone, phenytoin, phenobarbital, carbamazepine, oxcarbazepine, topiramate, felbamate);

tuberkulosi (eż. rifampicin);

infezzjonijiet bl-HIV (eż. rifabutin, ritonavir, efavirenz);

infezzjoni bil-virus tal-Epatite Ċ (HCV - Hepatitis C virus) (eż. boceprevir, telaprevir);

mard infettiv ieħor (eż. griseofulvin).

pressjoni tad-demm għolja fil-vini/arterji tal-pulmun (bosentan)

Il-prodott li ġej mill-ħxejjex St. John’s wort jista’ wkoll iwaqqaf Zoely milli jaħdem kif suppost. Jekk trid tuża prodotti li ġejjin mill-ħxejjex li fihom St. John’s wort meta tkun diġà qed tuża Zoely, għandek l-ewwel tkellem lit-tabib tiegħek.

Jekk inti tkun qed tieħu mediċini jew prodotti magħmula mill-ħxejjex li jistgħu jagħmlu Zoely inqas effettiv għandu jintuża wkoll metodu ta’ kontraċezzjoni mekkanika. Minħabba li l-effett ta’ mediċina oħra fuq Zoely jista’ jdum sa 28 jum wara li twaqqaf il-mediċina, huwa meħtieġ li tuża l-metodu ta’ kontraċezzjoni mekkanika addizzjonali għal dan it-tul ta’ żmien.

Xi mediċini jistgħu jżidu l-livelli tas-sustanzi attivi ta’ Zoely fid-demm. L-effikaċja tal-pillola tinżamm, iżda għid lit-tabib tiegħek jekk qed tuża mediċini kontra l-moffa li fihom ketoconazole.

Zoely jista’ wkoll jinterferixxi ma’ kif jaħdmu mediċini oħrajn – bħal cyclosporin u l-anti- epilettiku lamotrigine.

L-iskeda ta’ għoti ta’ kombinazzjoni tal-mediċini għall-virus tal-Epatite C (HCV) ombitasvir/paritaprevir/ritonavir flimkien ma’ dasabuvir jew mingħajru għall-HCV tista’ tikkawża żidiet fir-riżultati tat-testijiet tad-demm għall-funzjoni tal-fwied (żieda fl-enzima ALT tal-fwied) f’nisa li jkunu qed jużaw CHCs li fihom ethinylestradiol. Zoely fih estradiol minflok ethinylestradiol. Mhuwiex magħruf jekk tistax isseħħ żieda fl-enzima ALT tal-fwied meta Zoely jintuża ma’ din l-iskeda ta’ għoti ta’ kombinazzjoni ta’ mediċini għall-HCV. It-tabib tiegħek se jagħtik parir.

Tqala u treddigħ

Zoely m’għandux jintuża minn nisa li huma tqal, jew li jaħsbu li huma tqal. Jekk toħroġ tqila meta tkun qed tuża Zoely għandek tieqaf tuża Zoely u tikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk trid tieqaf tuża Zoely għax tkun trid toħroġ tqila, ara f’sezzjoni 3 ‘Jekk tieqaf tieħu Zoely’.

Zoely normalment mhuwiex rakkomandat għall-użu waqt it-treddigħ. Jekk tixtieq tuża l-pillola waqt it-treddigħ, jekk jogħġbok ikseb il-parir tat-tabib tiegħek.

Itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu xi mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Zoely m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

Zoely fih lactose

Zoely fih il-lactose. Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tipi ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel ma tieħu din il-mediċina.

3.Kif għandek tuża Zoely

Kif u meta għandek tieħu l-pilloli

Il-folja ta’ Zoely fiha 28 pillola: 24 pillola bajda bis-sustanzi attivi (numru 1-24) u 4 pilloli sofor mingħajr sustanzi attivi (numru 25-28).

Kull meta tibda folja ġdida ta’ Zoely, ħu l-pillola bajda attiva numru 1 fil-kantuniera ta’ fuq tan-naħa tax-xellug (ara ‘Ibda’). Agħżel mis-7 stickers bl-indikaturi tal-jum dik fil-kolonna griża li tibda bil- jum tal-bidu tiegħek. Pereżempju, jekk tibda nhar ta’ Erbgħa, uża t-tikketta tal-isticker tal-jum li jibda b’‘ERB’. Waħħalha fuq il-folja, li tinsab fuq ir-ringiela ta’ pilloli bojod attivi fejn hemm miktub ‘Poġġi t-tikketta tal-jum hawnhekk’. Dan jippermettilek tiċċekkja jekk tkunx ħadt il-pillola ta’ kuljum tiegħek.

Ħu pillola waħda kuljum bejn wieħed u ieħor fl-istess ħin, flimkien ma’ ftit ilma jekk ikun meħtieġ. Segwi d-direzzjoni tal-vleġeġ fuq il-folja, u għalhekk uża l-pilloli bojod attivi l-ewwel u mbagħad il-pilloli sofor tal-plaċebo.

Il-mestrwazzjoni tiegħek ser tibda matul l-4 ijiem li tuża l-pilloli sofor tal-plaċebo (l-hekk imsejjaħ ħruġ ta’ demm meta tieqaf tieħu l-mediċina). Normalment dan jibda 2-3 ijiem wara l-aħħar pillola bajda attiva u jista’ ma jkunx spiċċa qabel tinbeda l-folja li jmiss.

Ibda ħu l-folja li jmiss immedjatament wara l-aħħar pillola safra, anki jekk il-mestrwazzjoni tiegħek tkun għadha ma spiċċatx. Dan ifisser li int dejjem ser tibda folja ġdida fl-istess jum tal-ġimgħa, u wkoll li ser ikollok il-mestrwazzjoni bejn wieħed u ieħor fl-istess jiem kull xahar.

Xi utenti jista’ ma jkollhomx il-mestrwazzjoni kull xahar meta jkunu jieħdu l-pilloli sofor. Jekk tkun ħadt Zoely kuljum skont dawn l-istruzzjonijiet, mhux mistenni li inti tkun tqila (ara wkoll sezzjoni 3 ‘Jekk ma jkollokx mestrwazzjoni waħda jew iżjed’).

Kif tibda l-ewwel pakkett tiegħek ta’ Zoely

Meta l-ebda kontraċettiv ormonali jkun intuża fl-aħħar xahar

Ibda ħu Zoely fl-ewwel jum taċ-ċiklu tiegħek (i.e. l-ewwel jum li jkollok ħruġ ta’ demm tal- mestrwazzjoni). Zoely ser jaħdem immedjatament. M’hemmx bżonn li tuża metodu kontraċettiv addizzjonali.

Meta tibdel minn kontraċettiv ormonali kombinat ieħor (pillola ta’ kontraċettiv orali kombinat (COC), ħolqa vaġinali jew garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda)

Tista’ tibda tieħu Zoely il-jum wara li tkun ħadt l-aħħar pillola mill-folja kurrenti tal-pilloli tiegħek (dan ikun ifisser li ma jkun hemm l-ebda intervall mingħajr pilloli). Jekk il-folja kurrenti tal-pilloli tiegħek ikun fiha wkoll pilloli inattivi (plaċebo), tista’ tibda Zoely l-għada li tkun ħadt l-aħħar pillola attiva (jekk m’intix ċerta liema waħda hi, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek). Tista’ wkoll tibda aktar tard, iżda qatt aktar tard mill-jum ta’ wara l-intervall mingħajr pilloli tal-pillola kurrenti tiegħek (jew il-jum wara l-aħħar pillola inattiva tal-pillola kurrenti tiegħek). Fil-każ li tuża ħolqa vaġinali jew garża li tipprovdi mediċina li tgħaddi minn ġol-ġilda, l-aħjar hu li tibda tuża Zoely fil-jum li fih tneħħi

l-ħolqa jew il-garża. Tista’ tibda wkoll, iżda mhux aktar tard, fil-jum li fih kieku kont tibda tuża l- ħolqa jew garża li jmiss.

Jekk issegwi dawn l-istruzzjonijiet, m’hemmx bżonn tuża metodu kontraċettiv addizzjonali.

Meta tibdel minn pillola li fiha progesogen biss (minipill)

Tista’ tieqaf tieħu l-minipill fi kwalunkwe jum u tibda tieħu Zoely l-għada. Iżda jekk tkun qed tagħmel l-att sesswali, aċċerta ruħek li tuża wkoll metodu ta’ kontraċezzjoni mekkaniku għall-ewwel 7 ijiem li tkun qed tieħu Zoely.

Meta tibdel minn kontraċettiv li fih progestogen biss li jista’ jiġi injettat, impjant jew sistema intrauterina medikata bl-ormoni (IUS)

Ibda uża Zoely meta jkun imissek tagħmel l-injezzjoni li jmiss, jew fil-jum meta jitneħħa l-impjant jew IUS tiegħek. Iżda jekk tkun qed tagħmel l-att sesswali, aċċerta ruħek li tuża wkoll metodu ta’ kontraċezzjoni mekkaniku għall-ewwel 7 ijiem li tkun qed tieħu Zoely.

Wara li jkollok tarbija

Tista’ tibda Zoely bejn 21 u 28 jum wara li jkollok tarbija. Jekk tibda iktar tard minn jum 28, għandek tuża wkoll metodu ta’ kontraċezzjoni mekkaniku matul l-ewwel 7 ijiem li fihom tuża Zoely. Jekk, wara li jkollok tarbija, għamilt l-att sesswali qabel ma bdejt Zoely, kun ċerta li m’intix tqila jew stenna sal-mestrwazzjoni li jmiss. Jekk trid tibda Zoely wara li jkollok tarbija u tkun qed tredda’, ara wkoll sezzjoni 2 ‘Tqala u treddigħ’.

Staqsi lit-tabib tiegħek x’għandek tagħmel jekk m’intix ċerta meta għandek tibda.

Wara korriment jew abort

Segwi l-parir tat-tabib tiegħek.

Jekk tieħu Zoely aktar milli suppost

Ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ effetti serji li jagħmlu l-ħsara meta tieħu pilloli żejda ta’ Zoely f’daqqa. Jekk tkun ħadt ħafna pilloli f’daqqa, jista’ jkollok nawseja, rimettar jew ħruġ ta’ demm mill- vaġina. Jekk tiskopri li tifel/tifla jkunu ħadu Zoely, staqsi it-tabib tiegħek għal parir.

Jekk tinsa tieħu Zoely

Il-pariri li ġejjin jirreferu biss għal pilloli bojod attivi li ma jkunux ittieħdu:

jekk ikunu għaddew inqas minn 24 siegħa minn meta suppost tkun ħadt pillola, l-affidabilità tal-pillola tinżamm. Ħu l-pillola hekk kif tiftakar u ħu l-pilloli li jmiss fil-ħin tas-soltu.

jekk ikunu għaddew 24 siegħa jew aktar minn meta suppost tkun ħadt kwalunkwe pillola, l-affidabilità tal-pillola tista’ titnaqqas. Iktar ma jkun hemm pilloli konsekuttivi li ma tkunx ħadt, iktar ikun għoli r-riskju li l-effikaċja tal-kontraċettiv titnaqqas. Hemm riskju partikularment għoli li toħroġ tqila jekk ma tiħux pilloli bojod attivi fil-bidu jew fit-tmiem tal- folja. Għalhekk għandek issegwi r-regoli mogħtija hawn taħt.

Jum 1-7 tat-teħid tal-pillola bajda attiva (ara l-istampa u l-iskeda)

Ħu l-aħħar pillola bajda attiva li ma tkunx ħadt hekk kif tiftakar (anki jekk dan ifisser li tkun qed tieħu żewġ pilloli fl-istess ħin) u ħu l-pillola li jmiss fil-ħin tas-soltu. Madankollu, uża metodu ta’ kontraċezzjoni mekkanika bħal kondom bħala prekawzjoni addizzjonali sakemm inti tkun ħadt il- pilloli tiegħek kif suppost għal 7 ijiem wara xulxin.

Jekk tkun għamilt l-att sesswali fil-ġimgħa ta’ qabel li ma tkunx ħadt il-pilloli, hemm possibbiltà li toħroġ tqila jew li inti tqila. Għalhekk, ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament.

Jum 8-17 tat-teħid tal-pillola bajda attiva (ara l-istampa u l-iskeda)

Ħu l-aħħar pillola li ma tkunx ħadt hekk kif tiftakar (anki jekk dan ifisser li tkun qed tieħu żewġ pilloli fl-istess ħin) u ħu l-pilloli li jmiss fil-ħin tas-soltu. Jekk inti tkun ħadt il-pilloli tiegħek kif suppost fis-7 ijiem ta’ qabel il-pillola l-maqbuża, il-protezzjoni kontra t-tqala ma titnaqqasx, u m’hemmx bżonn tuża prekawzjonijiet addizzjonali. Madankollu, jekk tkun insejt iktar minn pillola 1, uża metodu ta’

kontraċezzjoni mekkanika bħal kondom bħala prekawzjonijiet addizzjonali sakemm inti tkun ħadt il- pilloli tiegħek kif suppost għal 7 ijiem wara xulxin.

Jum 18-24 tat-teħid tal-pillola bajda attiva (ara l-istampa u l-iskeda)

Hemm riskju partikularment għoli li toħroġ tqila jekk ma tiħux il-pilloli bojod attivi qrib l-intervall tal-pilloli sofor tal-plaċebo. Billi taġġusta l-iskeda tat-teħid tiegħek, dan ir-riskju ogħla jista’ jiġi evitat.

Jistgħu jiġu segwiti ż-żewġ għażliet li ġejjin. Inti m’għandekx bżonn tuża prekawzjonijiet addizzjonali jekk inti tkun ħadt il-pilloli kif suppost fis-7 ijiem ta’ qabel il-pillola maqbuża. Jekk dan mhuwiex il- każ, inti għandek issegwi l-ewwel waħda minn dawn iż-żewġ għażliet u tuża metodu ta’ kontraċezzjoni mekkanika bħal kondom bħala prekawzjoni addizzjonali sakemm inti tkun ħadt il- pilloli tiegħek kif suppost għal 7 ijiem wara xulxin.

Għażla 1)

Ħu l-aħħar pillola bajda attiva li ma tkunx ħadt hekk kif tiftakar (anki jekk dan ifisser li tkun qed tieħu żewġ pilloli fl-istess ħin) u ħu l-pilloli li jmiss fil-ħin tas-soltu. Ibda l-folja li jmiss hekk kif il-pilloli bojod attivi fil-folja kurrenti jispiċċaw, u għalhekk aqbeż il-pilloli sofor tal-plaċebo. Jista’ ma jkollokx il-mestrwazzjoni sakemm tieħu l-pilloli sofor tal-plaċebo fl-aħħar tat-tieni folja, iżda jista’ jkollok spotting (qtar jew tikek ta’ demm) jew ħruġ ta’ demm anormali (mhux tal-mestrwazzjoni), meta tkun qed tieħu l-pilloli bojod attivi.

Għażla 2)

Ieqaf ħu l-pilloli bojod attivi u ibda ħu l-pilloli s-sofor tal-plaċebo għal massimu ta’ 3 ijiem b’tali mod li n-numru totali ta’ pilloli tal-plaċebo flimkien mal-pilloli bojod attivi maqbuża ma jkunx aktar minn 4. Fit-tmiem tal-intervall tal-pillola tal-plaċebo, ibda bil-folja li jkun imiss.

Jekk ma tkunx tista’ tiftakar kemm pilloli bojod attivi ma tkunx ħadt, segwi l-ewwel għażla, uża metodu ta’ kontraċezzjoni mekkanika bħal kondom bħala prekawzjoni addizzjonali sakemm inti tkun ħadt il-pilloli tiegħek kif suppost għal 7 ijiem wara xulxin, u kkuntattja lit-tabib tiegħek (minħabba li jista’ jkun li ma kontx protetta milli toħroġ tqila).

Jekk tkun insejt tieħu pilloli bojod attivi f’folja, u l-mestrwazzjoni mistennija ta’ kull xahar ma tiġikx waqt li tkun qed tieħu l-pilloli sofor tal-plaċebo mill-istess folja, inti tista’ tkun tqila. Kellem lit-tabib tiegħek qabel ma tibda bil-folja li jmiss.

Pilloli sofor tal-plaċebo li ma jkunux ittieħdu

L-aħħar 4 pilloli sofor tar-raba’ ringiela huma pilloli tal-plaċebo li ma fihom l-ebda sustanzi attivi. Jekk tkun insejt tieħu waħda minn dawn il-pilloli, l-affidabilità ta’ Zoely tinżamm. Armi l-pillola(i) safra tal-plaċebo li ma tkunx ħadt u kompli ħu l-pilloli li jmiss fil-ħin tas-soltu.

Stampa

Skeda: jekk ikunu għaddew 24 siegħa jew aktar minn meta suppost tkun ħadt il-pilloli bojod

Jekk tirremetti jew ikollok dijarea severa

Jekk tirremetti fi żmien 3-4 sigħat mill-ħin li fih tkun ħadt il-pillola bajda attiva, jew jekk ikollok dijarea qawwija, is-sustanzi attivi tal-pillola tiegħek ta’ Zoely jistgħu ma jkunux ġew assorbiti kompletament ġo ġismek. Is-sitwazzjoni tkun simili jekk tinsa tieħu pillola bajda attiva. Wara li tirremetti jew ikollok id-dijarea, trid tieħu pillola bajda attiva oħra mill-folja ta’ riżerva kemm jista’ jkun malajr. Jekk ikun possibbli ħudha fi żmien 24 siegħa mill-ħin li fih normalment tieħu l-pillola tiegħek. Ħu l-pillola li jkun imiss fil-ħin tas-soltu. Jekk dan ma jkunx possibbli jew ikunu għaddew 24 siegħa jew aktar, għandek issegwi l-pariri mogħtija fis-sezzjoni "Jekk tinsa tieħu Zoely". Jekk ikollok dijarea qawwija, jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek.

Il-pilloli sofor huma pilloli tal-plaċebo li ma fihom l-ebda sustanzi attivi. Jekk tirremetti jew ikollok dijarea qawwija fi żmien 3-4 sigħat minn meta tkun ħadt pillola safra, l-affidabilità ta’ Zoely tinżamm.

Jekk trid tittardja l-mestrwazzjoni tiegħek

Tista’ tittardja l-mestrwazzjoni tiegħek billi ma tiħux il-pilloli s-sofor tal-plaċebo u billi tmur mal-ewwel għall-folja l-ġdida ta’ Zoely. Jista’ jkollok ħruġ ta’ demm ħafif jew qisu tal-mestrwazzjoni meta tkun qed tuża din it-tieni folja. Meta tixtieq li l-mestrwazzjoni tiegħek tibda matul it-tieni folja, ieqaf ħu l-pilloli attivi l-bojod u ibda ħu l-pilloli sofor tal-plaċebo. Wara li tispiċċa l-4 pilloli sofor tal- plaċebo mit-tieni folja, ibda bil-folja (it-tielet waħda) li jmiss.

Jekk trid tibdel il-jum li fih tibda l-mestrwazzjoni tiegħek

Jekk tieħu l-pilloli tiegħek skont l-istruzzjonijiet, allura l-mestrwazzjoni tiegħek ser tibda waqt il- ġranet li tkun qed tieħu l-plaċebo. Jekk trid tibdel dan il-jum, naqqas in-numru ta’ jiem tal-plaċebo – meta tieħu l-pilloli tal-plaċebo s-sofor - (imma qatt iżżidhom – 4 huwa l-massimu). Pereżempju, jekk tibda tieħu l-pilloli tal-plaċebo nhar ta’ Ġimgħa, u trid tibdel dan għal nhar ta’ Tlieta (3 ijiem qabel) trid tibda folja ġdida 3 ijiem qabel is-soltu. Jista’ ma jkollok l-ebda ħruġ ta’ demm waqt il-perjodu mqassar meta tieħu l-pilloli sofor tal-plaċebo. Waqt li tkun qed tieħu l-folja li jmiss, jista’ jkollok xi spotting (qtar jew dbabar tad-demm) jew ħruġ anormali ta’ demm (mhux tal-mestrwazzjoni) fil-jiem meta tieħu l-pilloli bojod attivi.

Jekk m’intix ċerta x’għandek tagħmel, ikkonsulta t-tabib tiegħek.

Jekk għandek ħruġ ta’ demm mhux mistenni

Bil-pilloli kombinati kollha, għall-ewwel ftit xhur, jista’ jkollok xi ħruġ irregolari ta’ demm vaġinali (spotting jew ħruġ ta’ demm mhux tal-mestrwazzjoni) bejn il-mestrwazzjonijiet tiegħek. Jista’ jkollok bżonn tuża protezzjoni sanitarja, iżda kompli ħu l-pilloli tiegħek bħas-soltu. Ħruġ irregolari ta’ demm vaġinali normalment jieqaf ġaladarba ġismek ikun aġġusta għall-pillola (normalment wara madwar 3 xhur). Jekk il-ħruġ ta’ demm ikompli, isir eċċessiv jew jibda mill-ġdid, ikkuntattja lit-tabib tiegħek.

Jekk ma jkollokx mestrwazzjoni waħda jew iżjed

Provi kliniċi bi Zoely urew li jista’ jkun li kultant ma jkollokx il-mestrwazzjoni regolari ta’ kull xahar wara Jum 24.

Jekk tkun ħadt il-pilloli kollha b’mod korrett, u ma tkunx irremettejt jew kellek dijarea qawwija, jew tkun użajt mediċini oħrajn, allura jkun hemm ċans żgħir ħafna li inti tqila. Ibqa’ ħu Zoely bħas-soltu. Ara wkoll f’sezzjoni 3 ‘Jekk tirremetti jew ikollok dijarea qawwija’ jew f’sezzjoni 2 ‘Mediċini oħra u Zoely’.

Jekk ma tkunx ħadt il-pilloli kollha b’mod korrett, jew jekk il-mestrwazzjoni tiegħek ma tiġix darbtejn wara xulxin, inti tista’ tkun tqila. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek immedjatament. Tibdiex il-folja li jmiss ta’ Zoely sakemm it-tabib tiegħek ikun iċċekkja li m’intix tqila.

Jekk tieqaf tieħu Zoely

Tista’ tieqaf tieħu Zoely fi kwalunkwe ħin. Jekk ma tixtieqx toħroġ tqila, l-ewwel staqsi lit-tabib tiegħek dwar metodi oħrajn ta’ kontraċezzjoni.

Jekk tieqaf tieħu Zoely għax tkun tixtieq toħroġ tqila, hu rakkomandat li tistenna sakemm ikollok mestrwazzjoni b’mod naturali qabel tipprova toħroġ tqila. Dan ser jgħinek tistabbilixxi meta t-tarbija tkun ser titwieled.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Jekk ikollok xi effett sekondarju, b’mod partikolari jekk ikun qawwi jew persistenti, jew jekk ikollok xi bidla f’saħħtek li taħseb li tista’ tkun ikkawżata minn Zoely, jekk jogħġbok kellem lit-tabib tiegħek.

Żieda fir-riskju ta’ tagħqid tad-demm fil-vini tiegħek (tromboemboliżmu fil-vini (VTE - venous thromboembolism)) jew tagħqid tad-demm fl-arterji tiegħek (tromboemboliżmu fl-arterji (ATE - arterial thromboembolism)) hija preżenti għan-nisa kollha li jieħdu kontraċettivi kkombinati tal- ormoni. Għal informazzjoni f’aktar dettall dwar ir-riskji differenti mit-teħid ta’ kontraċettivi kkombinati tal-ormoni, jekk jogħġbok ara sezzjoni 2, “X’għandek tkun taf qabel ma tuża Zoely”. L-effetti mhux mixtieqa li ġejjin kienu assoċjati mal-użu ta’ Zoely.

Komuni ħafna (jistgħu jaffettwaw iktar minn persuna 1 minn kull 10):

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati. Kodiċi ATC: "G03AA14"

  • Ioa - G03AA14

akne

tibdil fil-mestrwazzjoni (eż. assenti jew irregolari)

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10):

tnaqqis ta’ interess fis-sess; dipressjoni/burdata dipressa; tibdil fil-burdata

uġigħ ta’ ras jew emigranja

tħossok imdardra (nawseja)

mestrwazzjoni eċċessiva; uġigħ fis-sider; uġigħ pelviku

żieda fil-piż

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100):

żieda fl-aptit, żamma ta’ fluwidu (edema)

fwawar

nefħa fiż-żaqq

żieda fl-għaraq; telf ta’ xagħar; ħakk; ġilda xotta; ġilda żejtnija

toqol fid-dirgħajn u r-riġlejn

mestrwazzjoni regolari iżda skarsa; sider ikbar; għoqda fis-sider; produzzjoni ta’ ħalib meta ma tkunx tqila; sindrome premestrwali; uġigħ waqt l-att sesswali; nixfa fil-vaġina jew fil-vulva; spażmu tal-utru

irritabilità

żieda fl-enzimi tal-fwied

Rari (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1,000):

tagħqid tad-demm ġo vina jew arterja li jagħmel ħsara, pereżempju: o f’riġel jew sieq (i.e., DVT)

o fil-pulmun (i.e., PE) o attakk tal-qalb

o puplesija

opuplesija ħafifa jew sintomi temporanji bħal ta’ puplesija magħrufa bħala attakk iskemiku temporanju (TIA - transient ischaemic attack)

o tagħqid tad-demm fil-fwied, fl-istonku/l-imsaren, fil-kliewi jew fl-għajnejn.

Iċ-ċans li jkollok tagħqid tad-demm jista’ jkun akbar jekk inti għandek kwalunkwe kondizzjoni oħra li żżid dan ir-riskju. (Ara sezzjoni 2 għal aktar informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet li jżidu r-riskju ta’ tagħqid tad-demm u s-sintomi ta’ tagħqid tad-demm.)

nuqqas ta’ aptit

żieda ta’ interess fis-sess

disturbi fl-attenzjoni

għajnejn xotti; intolleranza għal contact lenses

ħalq xott

irqajja’ ta’ pigment ta’ kulur kannella dehbi fuq il-ġilda, l-iktar fil-wiċċ; tkabbir eċċessiv ta’ xagħar

riħa vaġinali; skonfort fil-vaġina jew fil-vulva

ġuħ

marda tal-bużżieqa tal-marrara

Reazzjonijiet allerġiċi (ipersensittività) ġew irrapportati f’utenti ta’ Zoely, iżda l-frekwenza ma tistax tiġi stmata mid-dejta disponibbli.

Informazzjoni addizzjonali dwar it-tibdil possibbli tal-effetti sekondarji fuq il-mestrwazzjoni (eż. nuqqas ta’ mestrwazzjoni jew mestrwazzjoni irregolari) waqt l-użu ta’ Zoely hi deskritta f’sezzjoni 3 Kif u meta għandek tieħu l-pilloli’, ‘Jekk ikollok ħruġ tad-demm mhux mistenni’ u ‘Jekk ma jkollokx mestrwazzjoni waħda jew iżjed’).

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti

sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi

tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Zoely

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-folja u fuq il-kartuna wara EXP. Id- data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Din il-mediċina m’għandha bżonn l-ebda kundizzjonijiet speċjali għall-ħażna.

Pilloli kkombinati (li jinkludu l-pilloli Zoely) mhux meħtieġa m’għandhomx jintremew mal-ilma tad- dranaġġ jew is-sistema muniċipali tad-dranaġġ. Is-sustanzi attivi ormonali fil-pillola jista’ jkollhom effetti ta’ ħsara jekk jilħqu l-ambjent akwatiku. Ħudhom lura lill-ispiżerija jew armihom b’mod sigur ieħor kif jitolbu l-liġijiet lokali. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni ta’ l-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Zoely

-Is-sustanzi attivi huma: nomegestrol acetate u estradiol

Pilloli bojod attivi miksija b’rita: Kull pillola fiha 2.5 mg ta’ nomegestrol acetate (2.5 mg) u

1.5 mg ta’ estradiol (bħala hemihydrate).

Pilloli s-sofor tal-plaċebo miksija b’rita: Il-pillola ma fihiex sustanzi attivi.

-Is-sustanzi l-oħra huma:

Qalba tal-pillola (pilloli bojod attivi u pilloli sofor tal-plaċebo miksija b’rita):

Lactose monohydrate (ara sezzjoni 2 ‘Zoely fih lactose’), microcrystalline cellulose (E460), crospovidone (E1201), talc (E553b), magnesium stearate (E572) u colloidal anhydrous silica Kisja tal-pillola (pilloli bojod attivi miksija b’rita):

Poly(vinyl alcohol) (E1203), titanium dioxide (E171), macrogol 3350 u talc (E553b) Kisja tal-pillola (pilloli sofor tal-plaċebo miksija b’rita):

Poly(vinyl alcohol) (E1203), titanium dioxide (E171), macrogol 3350, talc (E553b), iron oxide isfar (E172) u iron oxide iswed (E172)

Kif jidher Zoely u l-kontenut tal-pakkett

Il-pilloli attivi miksija b’rita (pilloli) huma bojod u tondi. Għandhom miktub fuqhom il-kodiċi ‘ne’ fuq iż-żewġ naħat.

Il-pilloli tal-plaċebo miksija b’rita huma sofor u tondi. Huma kkodifikati b’‘p’ fuq iż-żewġ naħat. Zoely jiġi f’folji ta’ 28 pillola miksija b’rita (24 pillola bojod attivi miksija b’rita u 4 pilloli sofor tal- plaċebo miksija b’rita) ippakkjati f’kartuna ikkorrugata. Daqsijiet tal-pakkett: 28, 84, 168 u

364 pillola miksija b’rita.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Teva B.V. Swensweg 5 2031 GA Haarlem L-Olanda

Manifattur

Organon (Ireland) Limited

Drynam Road

Swords

Co. Dublin

L-Irlanda

Delpharm Lille S.A.S. Z.I. de Roubaix Est Rue de Toufflers 59390 Lys-Lez-Lannoy

Franza

Teva Operations Poland Sp. z o.o. ul. Mogilska 80

31-546 Krakow

Il-Polonja

N.V. Organon

Kloosterstraat 6

5349 AB Oss

L-Olanda

Merck Sharp & Dohme B.V.

Waarderweg 39

2031 BN Haarlem

L-Olanda

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

UAB Merck Sharp & Dohme

Tel/Tél: + 32 (0)38 20 73 73

Tel: + 370 5 2780247

 

msd_lietuva@merck.com

България

Luxembourg/Luxemburg

Мерк Шарп и Доум България ЕООД

Teva Pharma Belgium N.V./S.A./AG

Teл.: + 359 2 819 3737

Tel/Tél: + 32 (0)38 20 73 73

info-msdbg@merck.com

 

Česká republika

Magyarország

Merck Sharp & Dohme s.r.o.

MSD Pharma Hungary Kft.

Tel.: +420 233 010 111

Tel.: + 36 1 888-5300

dpoc_czechslovak@merck.com

hungary_msd@merck.com

Danmark

Malta

MSD Danmark ApS

Merck Sharp and Dohme Cyprus

Tlf: + 45 4482 4000

Limited

dkmail@merck.com

Tel: 8007 4433 (+356 99917558)

 

malta_info@merck.com

Deutschland

Nederland

MSD SHARP & DOHME GMBH

Merck Sharp & Dohme BV

Tel: 0800 673 673 673 (+49 (0) 89 4561 2612)

Tel: 0800 9999 000 (+ 31 23 515

e-mail@msd.de

3153)

 

medicalinfo.nl@merck.com

Eesti

Norge

Merck Sharp & Dohme OÜ

MSD (Norge) AS

Tel: + 372 6144 200

Tlf: + 47 32 20 73 00

msdeesti@merck.com

msdnorge@msd.no

Ελλάδα

Österreich

MSD Α.Φ.Β.Ε.Ε.

Merck Sharp & Dohme Ges.m.b.H.

Τηλ: + 30 210 98 97 300

Tel: +43 (0) 1 26 044

dpoc_greece@merck.com

msd-medizin@merck.com

España

Polska

Teva Pharma S.L.U

MSD Polska Sp. z o.o.

Tel: +34 91 387 32 80

Tel.: +48 22 549 51 00

 

msdpolska@merck.com

France

Portugal

TEVA SANTÉ

Merck Sharp & Dohme, Lda

Tél: + 33 1 55 91 78 00

Tel: + 351 21 4465700

 

clic@merck.com

Hrvatska

România

Pliva Hrvatska d.o.o.

Teva Pharmaceuticals S.R.L.Tel: +

Tel: +385 1 37 20 000

4021 230 65 24

Ireland

Slovenija

Merck Sharp & Dohme Ireland (Human Health) Limited

Merck Sharp & Dohme, inovativna

Tel: +353 (0)1 2998700

zdravila d.o.o.

medinfo_ireland@merck.com

Tel: + 386 1 5204201

 

msd_slovenia@merck.com

Ísland

Slovenská republika

Vistor hf.

Merck Sharp & Dohme, s.r.o.

Sími: + 354 535 7000

Tel: + 421 (2) 58282010

 

dpoc_czechslovak@merck.com

Italia

Suomi/Finland

Teva Italia S.r.l.

MSD Finland Oy

Tel: +39 02 8917981

Puh/Tel: + 358 (0)9 804650

 

info@msd.fi

Κύπρος

Sverige

Merck Sharp & Dohme Cyprus Limited

Merck Sharp & Dohme (Sweden) AB

Τηλ: 800 00 673

Tfn: + 46 (0)77 570 04 88

+357 22866700

medicinskinfo@merck.com

cyprus_info@merck.com

 

Latvija

United Kingdom

SIA Merck Sharp & Dohme Latvija

Merck Sharp & Dohme Limited

Tel: + 371 67 364224

Tel: +44 (0) 1992 467272

msd_lv@merck.com

medicalinformationuk@merck.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati