Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Zoledronic acid Actavis (zoledronic acid monohydrate) – Fuljett ta’ tagħrif - M05BA08

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaZoledronic acid Actavis
Kodiċi ATCM05BA08
Sustanzazoledronic acid monohydrate
ManifatturActavis Group PTC ehf  

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Zoledronic acid Actavis 4 mg/5 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni zoledronic acid

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma tingħata din il-mediċina peress li fih tagħrif importanti għalik.

Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill- ispiżjar jew lill- infermier tiegħek.

Jekk ikollok xi effetti sekondarji, kellem lit-tabib, spiżjar jew infermier. Dan jinkludi xi effetti sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’ dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

Xhawn f’dan il-fuljett

1.X’inhu Zoledronic acid Actavis u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel matingħata Zoledronic acid Actavis

3.Kif jintuża Zoledronic acid Actavis

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Zoledronic acid Actavis

6.Kontenuti tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Zoledronic acid Actavis u għalxiex jintuża

Is-sustanza attiva f’Zoledronic acid Actavis hija zoledronic acid li jagħmel parti minn grupp ta’ sustanzi li jissejħu bisfosfonati. Zoledronic acid jaħdem billi jeħel mal-għadam u jnaqqas ir-rata ta’ tibdil tal-għadam. Huwa jintuża:

Għall-prevenzjoni ta’ kumplikazzjonijiet tal-għadam, eż. ksur, f’pazjenti adulti b’metastasi tal-għadam (firxa tal-kanċer minn sit primarju għall-għadam).

Biex ibaxxi l-livell tal-kalċju fid-demm f’pazjenti adulti fejn il-livell huwa għoli wisq kawża tal-preżenza ta’ tumur. It-tumuri jistgħu jgħaġġlu r-rata normali ta’ tibdil tal-għadam b’tali mod li jiżdied il-calcium li jinħeles mill-għadam. Din il-kundizzjoni hija magħrufa bħala iperkalċimija kkaġunata minn tumuri (TIH).

2.X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Zoledronic acid Actavis

Segwi bil-galbu l-istruzzjonijiet kollha li tak it-tabib tiegħek.

It-tabib tiegħek se jagħmillek testijiet tad-demm qabel ma inti tibda l-kura b’Zoledronic acid Actavis u se jiċċekkja r-rispons tiegħek għall-kura b’mod regolari kull tant żmien.

M’għandekx tingħata Zoledronic acid Actavis:

jekk int allerġiku/a għal zoledronic acid, xi bisfosfonat (il-grupp ta’ sustanzi li Zoledronic acid Actavis jagħmel parti minnu) ieħor, jew sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

jekk inti qed tredda’.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tingħata Zoledronic acid Actavis:

jekk għandek jew qatt kellek problema fil-kliewi.

jekk għandek jew qatt kellek uġigħ, nefħa jew tnemnim tax-xedaq, tħoss sensazzjoni ta’ toqol fix-xedaq jew tibda tiċċaqlaq xi sinna. Jista’ jkun il-każ li it-tabib tiegħek jirrakkomandalek li tagħmel eżaminazzjoni tas-snien qabel tibda it-trattament b’Zoledronic acid Actavis.

jekk inti qed tieħu kura fis-snien jew se jkollok tagħmel operazzjoni fis-snien, għid lid-dentist tiegħek li inti qed tiġi kkurat/a b’Zoledronic acid Actavis u informa lit-tabib tiegħek rigward il- kura dentali.

Waqt li tkun qed tiġi ikkurat b’Zoledronic acid Actavis, inti għandek iżżomm l-iġjene orali tajba (inkluż li taħsel snienek regolari) u jkollok rutina ta’ appuntamenti rutina dentali.

Ikkuntattja lit-tabib tiegħek u dentist immedjatament jekk ikollok xi problemi bil-ħalq tiegħek jew snien bħal snien maħlul, uġigħ jew nefħa, jew feriti li ma jkunux qed ifiqu jew tnixxija, minħabba li dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ kundizzjoni msejħa osteonekrożi tax-xedaq.

Pazjenti li jkunu għaddejjin bil-kimoterapija u/jew radjuterapija, li jkunu qed jieħdu sterojdi, li huma għaddejjin minn kirurġija dentali, li ma jirċevux kura dentali frekewnti u ta’ rutina, li għandhom mard tal-ħanek, li jpejpu, jew li qabel kienu ikkurati bil-bisfosfonat (użat għall-kura jew prevenzjoni tad- disturbi fl-għadam) jista’ jkollhom riskju akbar li jiżviluppaw osteonekrożi tax-xedaq.

Tnaqqis fil-livelli tal-kalċju fid-demm (ipokalċimija), li xi drabi jwassal għal bugħawwiġijiet fil- muskoli, ġilda xotta, sensazzjoni ta’ ħruq, kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati b’zoledronic acid. Taħbit irregolari tal-qalb (arritmija tal-qalb), aċċessjonijiet, spażmu u ġbid tal-muskoli għal għarrieda (tetanja) kienu rrappurtati kawża ta’ ipokalċimija qawwija. F’xi waqtieit l-ipokalċimija tista’ tkun ta’ theddida għall-ħajja. Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik, kellem lit-tabib tiegħek minnufih. Jekk għandek pre-eżistenti ipokalċimija, għandu jiġi kkoreġut qabel tinbeda l-ewwel doża ta’ Zoledronic acid Actavis. Inti ser tingħata supplimenti tal-kalċju u vitamina D adegwati.

Pazjenti li għandhom 65 sena jew aktar

Zoledronic acid Actavis jista’ jingħata lill-persuni li għandhom 65 sena jew aktar. M’hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li għandhom jittieħdu xi prekawzjonijiet oħra.

Tfal u adolexxenti

Zoledronic acid Actavis mhuwiex irrakkomandat għall-użu fl-adolexxenti u tfal taħt l-età ta’ 18-il sena.

Mediċini oħra u Zoledronic acid Actavis

Għid lit-tabib tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista tieħu xi mediċini oħra. Huwa importanti ħafna li inti tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu wkoll:

Aminoglikosidi (mediċini li jintużaw għall-kura ta’ infezzjonijiet severi), calcitonin (tip ta’ mediċina użata biex tikkura l-osteoporożi wara l-menopawsa u iperkalċemija), dijuretiċi loop (tip ta' mediċina biex tikkura pressjoni għolja tad-demm jew edema) jew mediċini oħra li jbaxxu kalċju, minħabba li meta jingħataw flimkien ma’ bisfosfonati jistgħu jniżżlu l-livell tal- kalċjufid-demm għal wieħed baxx wisq.

Thalidomide (mediċina użata għall-kura ta’ ċerti tipi ta’ kanċer tad-demm li jinvolvu l-għadam) jew xi mediċini oħra li jistgħu jagħmlulek ħsara fil-kliewi.

Mediċini oħra li jkollhom zoledronic acid li jintużaw biex tikkura l-osteoporożi u mard ieħor mhux kanċer tal-għadam, jew kwalunkwe bisfosfonat ieħor, minħabba li l-effetti kkombinati ta’ dawn il-mediċini meħudin flimkien ma’ Zoledronic acid Actavis mhumiex magħrufin.

Mediċini anti-anġioġeniċi (użati għall-kura tal-kanċer), peress li l-kombinazzjoni ta’ dawn ma’ zoledronic acid ġiet assoċjata ma’ żieda fir-riskju ta’ osteonekrożi tax-xedaq (ONJ).

Tqala u treddigħ

M’għandekx tingħata Zoledronic acid Actavis jekk ħriġt tqila. Avża lit-tabib tiegħek jekk ħriġt tqila, jew taħseb li tista’ tkun ħriġt tqila.

M’għandekx tingħata Zoledronic acid Actavis jekk qed tredda’.

Itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu xi mediċina waqt it-tqala jew meta tkun qed tredda’.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Kien hemm każijiet rari ħafna ta’ ħedla u ngħas bl-użu ta’ Zoledronic acid Actavis. Għalhekk għandek toqgħod attent meta tkun qed issuq, tħaddem magni jew tagħmel xi attivitajiet oħra li jeħtieġu attenzjoni sħiħa.

Zoledronic acid Actavis fih is-sodium

Din il-mediċina fiha inqas minn 1 mmol sodium (23 mg) kull doża, jiġifieri essenzjalment "bla sodium".

3.Kif jintuża Zoledronic acid Actavis

Zoledronic acid Actavis għandu jingħata biss minn professjonisti fil-kura tas-saħħa mħarrġa fl- għoti ta’ bisfosfonati ġol-vini, jiġifieri minn vina.

It-tabib tiegħek se jirrakkomandalek biex qabel kull darba li tingħata l-kura inti tixrob biżżejjed ilma sabiex tilqa’ kontra d-deidratazzjoni.

Segwi sew l-istruzzjonijiet l-oħra kollha li jingħatawlek mit-tabib, mill-ispiżjar jew mill- infermier tiegħek.

Kemm jingħata Zoledronic acid Actavis

Id-doża waħda tas-soltu mogħtija hija ta’ 4 mg.

Jekk għandek problema tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jagħtik doża aktar baxxa skond il-gravità tal-problema fil-kliewi.

Kemm spiss jingħata Zoledronic acid Actavis

Jekk qed tingħata l-kura għall-prevenzjoni ta’ kumplikazzjonijiet fl-għadam minħabba l- metastasi fl-għadam, inti tingħata infużjoni waħda ta’ Zoledronic acid Actavis kull tlieta sa erba’ ġimgħat.

Jekk qed tingħata l-kura sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ calcium fid-demm tiegħek, normalment tingħata biss infużjoni waħda ta’ Zoledronic acid Actavis.

Kif jingħata Zoledronic acid Actavis

Zoledronic acid Actavis jingħata bħala dripp (infużjoni) ġo vina li mill-anqas għandu jdum 15- il minuta u għandu jingħata bħala soluzzjoni waħda minn ġol-vina f’linja ta’ infużjoni separata.

Dawk il-pazjenti li l-livelli tal-kalċju fid-demm għandhom mhumiex għoljin wisq għandhom jingħataw ukoll supplimenti tal-kalċju u vitamina D biex jittieħdu kuljum.

Jekk tingħata aktar Zoledronic acid Actavis milli suppost

Jekk ingħatajt dożi aktar għoljin minn dawk irrakkomandati għandek tinżamm taħt osservazzjoni b’attenzjoni mit-tabib tiegħek. Dan għaliex tista’ tiżviluppa anormalitajiet tal-elettroliti fis-serum (eż. livelli anormali ta’ kalċju, fosfru u manjesju) u/jew bidliet fil-funzjoni tal-kliewi, inkluża insuffiċjenza severa tal-kliewi. Jekk il-livell tal- kalċju tiegħek jaqa’ baxx wisq, jista’ jkollok bżonn tingħata suppliment tal- kalċju permezz ta’ infużjoni.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, dil-mediċina jista’ jkollu effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’ kulħadd. Dawk l-effetti l-aktar komuni ta’ spiss ikunu ħfief u probabbli jegħbu wara żmien qasir.

Kellem lit-tabib tiegħek minnufih rigward kwalunkwe effett sekondarju fost dawn li ġejjin:

Komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 10):

Indeboliment sever tal-kliewi (li normalment jiġi stabbilit mit-tabib tiegħek permezz ta’ ċerti testijiet speċifiċi tad-demm).

Livell baxx ta’ kalċju fid-demm.

Mhux komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 100):

Uġigħ fil-ħalq, fis-snien u/jew fix-xedaq, nefħa jew selħiet fil-ħalq li ma jfiqux, jew tisfija tax- xedaq, tnemnin jew sensazzjoni ta’ toqol fix-xedaq, jew iċ-ċaqliq ta’ xi sinna. Dawn jistgħu

jkunu sinjali ta’ ħsara fl-għadam fix-xedaq (osteonekrożi). Kellem lit-tabib jew lid-dentist tiegħek minnufih jekk tħoss sintomi bħal dawn waqt li tkun qed tiġi ikkurat b’Zoledronic acid Actavis jew wara li tieqaf mill-kura.

Ritmu irregolari tal-qalb (fibrillazzjoni tal-atrija) deher f’pazjenti li kienu qegħdin jingħataw zoledronic acid għall-osteoporożi ta’ wara l-menopawża. Fil-preżent għadu m’ huwiex magħruf jekk zoledronic acid jikkawżawx dan ir-ritmu irregolari tal-qalb iżda għandek tirrapporta lit- tabib tiegħek jekk tħoss sintomi bħal dawn wara li tkun ingħatajt zoledronic acid.

Reazzjonijiet avversi severi: qtugħ ta’ nifs, nefħa l-aktar fil-wiċċ u l-griżmejn.

Rari (jistgħu jaffettwaw sa 1 minn kull 1,000 ruħ):

-Bħala konsegwenza ta’ valuri baxxi ta' kalċju: taħbit tal-qalb irregolari (arritmija kardijaka; sekondarju lill ipokalċimija).

-Disturbanza fill-funzjoni tal-kliewi, kundizzjoni msejħa sindromu ta 'Fanconi (normalment tiġi determinata mit-tabib tiegħek ma’ ċerti testijiet tal-awrina) .

Rari ħafna (tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 10,000):

Bħala konsegwenza ta’ valuri baxxi tal-kalċju: taħbit irregolari tal-qalb (arritmija tal-qalb; kawża ta’ ipokalċimija), aċċessjonijiet, titrix u tetanja (kawża ta’ ipokalċimija).

Kellem lit-tabib tiegħek jekk għandek uġigħ fil-widnejn, tnixxija mill-widna, u / jew infezzjoni fil-widnejn. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fl-għadam ta’ ġol widna.

Avża lit-tabib tiegħek dwar xi waħda minn dawn l-effetti l-oħra mill-aktar fis possibli:

Komuni ħafna (tista' taffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10):

Livell baxx ta’ fosfat fid-demm.

Komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 10):

Uġigħ ta’ ras u sindrome bħal tal-influwenza b’deni, għeja, debbulizza, ngħas, tkexkix ta’ bard u uġigħ fl-għadam, fil-ġogi u/jew fil-muskoli. F’ħafna każijiet ma jkunx hemm bżonn kura speċifika għal dawn is-sintomi għax jitilqu fi żmien qasir (wara ftit sigħat jew ġranet).

Reazzjonijiet gastrointestinali bħal dardir u remettar kif ukoll nuqqas ta’ aptit.

Konġunktivite.

Livell baxx ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija).

Mhux komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 100):

Reazzjonijiet ta’ sensittività eċċessiva.

Pressjoni baxxa.

Uġigħ fis-sider.

Reazzjonijiet fil-ġilda (ħmura u nefħa) fis-sit tal-infużjoni, raxx, ħakk.

Pressjoni għolja, qtugħ ta’ nifs, sturdament, ansjetà, disturb fl-irqad, disturbi fit-togħma, tregħid, tingiż jew titrix fl-idejn jew fis-saqajn, dijarea, stitikezza, uġigħ addominali, ħalq xott.

Għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm u ta’ plejtlits tad-demm.

Livell baxx ta’ manjesju u potassju fid-demm. It-tabib tiegħek se jissorvelja dan u se jieħu kwalunkwe miżuri meħtieġa.

Żieda fil-piż.

Żieda fl-għaraq.

Ngħas.

Vista mċajpra, ħruġ ta’ dmugħ fl-għajnejn, sensittività tal-għajn għad-dawl.

Kesħa f’daqqa b’ħass ħażin, dgħjufija jew kollass.

Diffikultà fit-teħid tan-nifs bi tħarħir jew sogħla.

Urtikarja.

Rari (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000):

Qalb tħabbat bil-mod.

Konfużjoni.

B’mod rari jista’ jseħħ ksur mhux tas-soltu tal-għadam tal-koxxa b’mod partikolari f’pazjenti li jkunu qed jieħdu kura għall-osteoporożi għal tul ta’ żmien. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk tħoss uġigħ, dgħufija jew skumdità fil-koxxa, fil-ġenbejn jew fl-irqiq ta’ bejn iż-żaqq u l-koxxa minħabba li dan jista’ jkun sinjal bikri li jista’ jkun hemm ksur fl-għadma tal-koxxa.

Mard tal-pulmun interstizjali (infjammazzjoni tat-tessut madwar il-boroż tal-arja tal-pulmuni).

Sintomi jixbħu lill-influwenza inkluż artrite u nefħa fil-ġogi.

Ħmura u/jew nefħa fl-għajn li tkun bl-uġigħ.

Rari ħafna (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 10,000):

Ħass ħażin minħabba pressjoni baxxa.

Uġigħ qawwi fl-għadam, fil-ġogi u/jew fil-muskoli, li xi kultant jikkawża diżabilità.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas- tas-sit eletroniku:

www.medicinesauthority.gov.mt/adrportal.

Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Zoledronic acid Actavis

It-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jafu kif għandhom jaħżnu Zoledronic acid Actavis kif suppost.

6. Kontenuti tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Zoledronic acid Actavis

Is-sustanza attiva ta’ Zoledronic acid Actavis hi zoledronic acid. Kunjett wieħed fih 4 mg zoledronic acid (bħala monohydrate).

Is-sustanzi l-oħra huma : mannitol, sodium citrate, ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Zoledronic acid Actavis u l-kontenut tal-pakkett

Zoledronic acid Actavis jiġi bħala konċentrat ċar u bla kulur għal soluzzjoni għall-infużjoni (konċentrat sterili) f’kunjett tal-plastik. Kunjett wieħed fih 5ml ta’ soluzzjoni.Zoledronic acid Actavis jiġi f’pakketti ta’ 1, 4 jew 10 kunjetti. Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu għalskop kummerċjali.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq

Actavis Group PTC ehf. Reykjavíkurvegur 76 78 220 Hafnarfjörður Iceland

Manifattur

Actavis Italy S.p.A.

Via Pasteur 10

20014 Nerviano (MI)

Italy

Għal kull tagħrif dwar din il- mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Aurobindo Pharma B.V.

UAB “Actavis Baltics”

Nederland / Pays-Bas / Niederlande

Tel: +370 5 260 9615

Tél/Tel: +31 (0)35 542 99 33

 

България

Luxembourg/Luxemburg

Актавис ЕАД

Aurobindo Pharma B.V.

Teл.: +359 2 9321 861

Pays-Bas / Niederlande

 

Tél/Tel: +31 (0)35 542 99 33

Česká republika

Magyarország

Actavis CZ a.s.

Actavis Hungary Kft.

Tel: +420 251 113 002

Tel.: +36 1 501 7001

Danmark

Malta

Actavis A/S

Actavis Ltd.

Tlf: +45 72 22 30 00

Tel: +35621693533

Deutschland

Nederland

PUREN Pharma GmbH & Co. KG

Aurobindo Pharma B.V.

Tel.: +49-89-558-9090

Tel: +31 (0)35 542 99 33

Eesti

Norge

UAB “Actavis Baltics” Eesti Filiaal

Actavis Norway AS

Tel: +372 6100 565

Tlf: +47 815 22 099

Ελλάδα

Österreich

Specifar ABEE

Actavis GmbH

Τηλ: +30 210 5401500

Tel: +43 (0)662 435 235 00

España

Polska

Aurovitas Spain, S.A.U

Actavis Export Int. Ltd., Malta

Tfno.: +34 91 630 86 45

Kontakt w Polsce:

 

Tel.: (+48 22) 512 29 00

France

Portugal

Arrow Génériques

Aurovitas, Unipessoal, Lda

Tél: +33 4 72 72 60 72

Tel: +351 214 185 104

Hrvatska

România

PharmaVigil d.o.o.

Actavis SRL

Tel: +385(1)3890676

Tel: +40 21 318 17 77

Ireland

Slovenija

Actavis Ireland Limited

Apta Medica Internacional d.o.o.

Tel: +353 (0)21 4619040

Tel: +386 51 615 015

Ísland

Slovenská republika

Actavis Group PTC ehf.

Actavis s.r.o.

Sími: +354 550 3300

Tel: +421 2 3255 3800

Italia

Suomi/Finland

Aurobindo Pharma (Italia) s.r.l.

Actavis Oy

Tel: +39 0296392601

Puh/Tel: +358 (0)9 348 233

Κύπρος

Sverige

A. Potamitis Medicare Ltd

Actavis AB

Τηλ: +357 22583333

Tel: +46 8 13 63 70

Latvija

United Kingdom

UAB “Actavis Baltics” Latvijas filiāle

Actavis UK Limited

Tel: +371 67304300

Tel: +44 1271 385257

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

---------------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

L-informazzjoni li ġejja hija maħsuba għall-professjonisti tas-saħħa biss:

Kif tipprepara u tagħti Zoledronic acid Actavis

-Biex tipprepara soluzzjoni għall-infużjoni li jkun fiha 4 mg ta’ Zoledronic acid Actavis, erġa’ ddilwixxi l-konċentrat ta’ Zoledronic acid Actavis (5 ml) ma’ 100 ml ta’ soluzzjoni għall- infużjoni ħielsa mill-kalċju jew minn soluzzjonijiet li jkun fihom divalent cations oħrajn. Jekk tkun meħtieġa doża aktar baxxa ta’ Zoledronic acid Actavis, l-ewwel iġbed il-volum xieraq kif jidher hawn taħt u imbagħad erġa żidilha 100 ml soluzzjoni għall-infużjoni . Biex wieħed jevita inkompatibbiltajiet, is-soluzzjoni għall-infużjoni għandha tiġi ddilwita b’ 0.9% w/v sodium chloride jew b’5% w/v soluzzjoni ta’ glucose.

Tħallatx il-konċentrat ta’ Zoledronic acid Actavis ma’ soluzzjonijiet li jkun fihom il- kalċju, jew soluzzjonijiet li jkun fihom divalent cations oħrajn bħalma hi s-soluzzjoni lactated Ringer.

Istruzzjonijiet biex tipprepara d-dożi meħtieġa ta’ Zoledronic acid Actavis: Iġbed il-volum meħtieġ tal-konċentrat likwidu, kif ġej:

-4.4 ml għal doża ta’ 3.5 mg

-4.1 ml għal doża ta’ 3.3 mg

-3.8 ml għal doża ta’ 3.0 mg

-Biex tintuża darba biss. Kwalunkwe soluzzjoni li ma tintużax għandha tintrema. Għandha tintuża soluzzjoni ċara biss mingħajr frak u tibdil fil-kulur. Wieħed għandu jsegwi t-tekniċi asettiċi waqt it-tħejjija tal-infużjoni.

-Żmien kemm idum tajjeb il-prodott wara li jiġi dilwit: Stabilita’ kimika u fiżika waqt l-użu ġiet murija għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 2˚C - 8˚C u 25˚C wara li jitħallat ma’ 100ml ta’ 0.9% w/v soluzzjoni ta’ sodium chloride jew 100ml 5% w/v glucose. Minn aspett mikrobijoloġiku, is- soluzzjoni għal-infużjoni għandha tintuża minnufih wara li jiġi dilwit. Jekk ma tintużax mill- ewwel, iż-żmien ta’ kemm idum maħżuna hi u tintuża u l-kundizzjonijiet qabel ma tintuża huma fir-responsabbiltà ta’ min qed jużaha u normalment m’għandux ikun itwal minn 24 siegħa f’temperatura ta’ bejn 2 C - 8 C. Jekk is-soluzzjoni tkun mkessħa, għandha titħallha tilħaq it- temperatura tal-kamra qabel ma tingħata.

-Is-soluzzjoni ta’ zoledronic acid tingħata ta’ darba bħala infużjoni ġol-vini fuq medda ta’ 15-il minuta, f’pajp separat għall-infużjoni. L-istat ta’ idratazzjoni tal-pazjenti għandu jiġi assessjat qabel u wara li tingħata Zoledronic acid Actavis, sabiex wieħed ikun ċert li l-pazjenti jkunu idratati kif jixraq.

-Billi m’hemmx tagħrif fuq il-kompatibbiltà ta’ Zoledronic acid Actavis ma’ sustanzi oħrajn li jingħataw ġol-vini, Zoledronic acid Actavis m’għandha qatt titħallat ma’ mediċini/sustanzi oħrajn u dejjem għandha tingħata minn ġo pajp għall-infużjoni separat.

Kif taħżen Zoledronic acid Actavis

-Żomm Zoledronic acid Actavis fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

-Tużax Zoledronic acid Actavis wara d-data ta’ skadenza li tidher fuq il-kunjett u l-kaxxa wara JIS.

-Dal prodott mediċinali m’għandux bżonn ħażna speċjali.

Għal kundizzjonijiet dwar il-ħażna ta’ Zoledronic acid Actavis wara li jiġi dilwit, ara “Żmien kemm idum tajjeb il-prodott wara li jiġi dilwit”.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati