Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Zoledronic acid Mylan (zoledronic acid) – Fuljett ta’ tagħrif - M05BA08

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaZoledronic acid Mylan
Kodiċi ATCM05BA08
Sustanzazoledronic acid
ManifatturMylan S.A.S.

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Zoledronic acid Mylan 4 mg/5 ml konċentrat għal soluzzjoni għall-infużjoni

Zoledronic acid

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel ma tingħata din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew l-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Zoledronic acid Mylan u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Zoledronic acid Mylan

3.Kif għandek tieħu Zoledronic acid Mylan

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Zoledronic acid Mylan

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Zoledronic acid Mylan u galxiex jintuża

Is-sustanza attiva f’Zoledronic acid Mylan hija zoledronic acid li jagħmel parti minn grupp ta’ sustanzi li jissejħu bisfosfonati. Zoledronic acid jaħdem billi jeħel mal-għadam u jnaqqas ir-rata ta’ tibdil tal-għadam. Huwa jintuża:

-Għall-prevenzjoni ta’ kumplikazzjonijiet tal-għadam, eż. ksur, f’pazjenti adulti b’metastasi tal-għadam (firxa tal-kanċer minn sit primarju għall-għadam).

-Biex ibaxxi l-livell tal-kalċju fid-demm f’pazjenti adulti fejn il-livell huwa għoli wisq kawża tal-preżenza ta’ tumur. It-tumuri jistgħu jgħaġġlu r-rata normali ta’ tibdil tal-għadam b’tali mod li jiżdied il-kalċju li jinħeles mill-għadam. Din il-kundizzjoni hija magħrufa bħala iperkalċimija kkaġunata minn tumuri (TIH).

2.X’għandek tkun taf qabel ma tingħata Zoledronic acid Mylan

Segwi bil-galbu l-istruzzjonijiet kollha li tak it-tabib tiegħek.

It-tabib tiegħek se jagħmillek testijiet tad-demm qabel ma inti tibda l-kura b’Zoledronic acid Mylan u se jiċċekkja r-rispons tiegħek għall-kura b’mod regolari kull tant żmien.

Ma tridx tingħata Zoledronic acid Mylan:

-jekk inti qed tredda’.

-jekk int allerġiku għal zoledronic acid, xi bisfosfonat (il-grupp ta’ sustanzi li zoledronic acid jagħmel parti minnu) ieħor, jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (imniżżla fis-sezzjoni 6).

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tingħata Zoledronic acid Mylan:

-jekk għandek jew qatt kellek problema fil-kliewi.

-jekk għandek jew qatt kellek uġigħ, nefħa jew tnemnim tax-xedaq, tħoss sensazzjoni ta’ toqol fix-xedaq jew tibda tiċċaqlaq xi sinna. It-tabib tiegħek jista’ jirrakkomanda li tagħmel eżaminazzjoni tas-snien qabel tibda trattament b’Zoledronic acid Mylan.

-jekk inti qed tieħu kura fis-snien jew se jkollok tagħmel operazzjoni fis-snien, għid lid-dentist tiegħek li inti qed tiġi kkurat/a b’Zoledronic acid Mylan u għarraf lit-tabib tiegħek dwar it- trattament fis-snien tiegħek.

Waqt it-trattament b’Zoledronic acid Mylan, għandek iżżomm iġjene tajba fil-ħalq (inkluż billi taħsel snienek regolarment) u tagħmel check-ups tas-snien regolari.

Ikkuntattja lit-tabib u lid-dentist tiegħek minnufih jekk tesprjenza problemi b’ħalqek jew bi snienek, bħal snien li jibdew jinqalgħu, uġigħ jew nefħa, jew nuqqas ta’ fejqan ta’ feriti jew nixxija, hekk kif dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ kondizzjoni li tissejjaħ osteonekrożi tax-xedaq.

Pazjenti li qed jirċievu kimoterapija u/jew radjuterapija, li qed jieħdu sterojdi, li qed jagħmlu intervent kirurġiku fis-snien, li ma jirċevux kura dentali ta’ rutina, li għandhom mard fil-ħanek, li jpejpu, jew li kienu kkurati qabel b’bisphosphonate (użat biex jikkura jew jipprevjeni disturbi fl-għadam) jista’ jkollhom riskju akbar li jiżviluppaw osteonekrożi tax-xedaq.

Tnaqqis fil-livelli tal-kalċju fid-demm (ipokalċimija), li xi drabi jwassal għal bugħawwiġijiet fil- muskoli, ġilda xotta, sensazzjoni ta’ ħruq, kienu rrappurtati f’pazjenti kkurati b’ Zoledronic acid Mylan. Taħbit irregolari tal-qalb (arritmija tal-qalb), aċċessjonijiet, spażmu u ġbid tal-muskoli għal għarrieda (tetanja) kienu rrappurtati kawża ta’ ipokalċimija qawwija. F’xi waqtieit l-ipokalċimija tista’ tkun ta’ theddida għall-ħajja. Jekk xi waħda minn dawn tapplika għalik, kellem lit-tabib tiegħek minnufih. Jekk għandek ipokalċimija eżistenti minn qabel, din għandha tiġi kkoreġuta qabel tibda l- ewwel doża ta’ zoledronic acid. Inti se tingħata supplimenti adegwati ta’ kalċju u vitamina D.

Pazjenti li għandhom 65 sena jew aktar

Zoledronic acid Mylan jista’ jingħata lill-persuni li għandhom 65 sena jew aktar. M’hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li għandhom jittieħdu xi prekawzjonijiet oħra.

Tfal u adoloxxenti

Zoledronic acid Mylan mhuwiex irrakkomandat sabiex jintuża f’adoloxxenti u tfal taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Zoledronic acid Mylan

Għid lit-tabib jew lill-ispijar tiegħek jekk qed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċini oħra. Huwa importanti ħafna li inti tgħid lit-tabib tiegħek jekk inti qed tieħu wkoll:

-Aminoglikosidi (mediċini li jintużaw għall-kura ta’ infezzjonijiet severi), calcitonin (tip ta’ mediċina użata biex tikkura l-osteoporożi wara l-menopawsa u iperkalċimija), dijuretiċi loop (tip ta’ mediċina biex tikkura pressjoni għolja jew edima) jew mediċini oħra li jbaxxu l-kalċju, minħabba li meta jingħataw flimkien ma’ bisfosfonati jistgħu jniżżlu l-livell tal-kalċju fid-demm għal wieħed baxx wisq.

-Thalidomide (mediċina użata għall-kura ta’ ċerti tipi ta’ kanċer tad-demm li jinvolvu l-għadam) jew xi mediċini oħra li jistgħu jagħmlulek ħsara fil-kliewi.

-Mediċini oħra li fihom ukoll zoledronic acid u li jintużaw għat-trattament ta’ osteoporożi u mard ieħor tal-għadam mhux tal-kanċer, jew kwalunkwe bisfosfonat ieħor, minħabba li l-effetti kkombinati ta’ dawn il-mediċini meħudin flimkien ma’ Zoledronic acid Mylan mhumiex magħruf.

-Mediċini għal kontra t-tkattir mill-ġdid tal-provvista taddemm (użati biex jittrattaw il-kanċer), minħabba li l-użu tagħhom flimkien ma’ zoledronic acid kien assoċjat ma’ żieda fir-riskju ta’ osteonekrożi tax-xedaq (ONJ).

Tqala u treddigħ

M’għandekx tingħata Zoledronic acid Mylan jekk ħriġt tqila. Avża lit-tabib tiegħek jekk ħriġt tqila, jew taħseb li tista’ tkun ħriġt tqila.

M’għandekx tingħata Zoledronic acid Mylan jekk qed tredda’.

Itlob il-parir tat-tabib tiegħek qabel tieħu xi mediċina waqt it-tqala jew meta tkun qed tredda’.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Kien hemm każijiet rari ħafna ta’ ħedla u ngħas bl-użu ta’ zoledronic acid. Għalhekk għandek toqgħod attent meta tkun qed issuq, tħaddem magni jew tagħmel xi attivitajiet oħra li jeħtieġu attenzjoni sħiħa.

Zoledronic acid Mylan fih s-sodju

Dan il-prodott mediċinali fih anqas minn 1 mmol sodium (23 mg) kull kunjett, jiġifieri essenzjalment ħieles missodium.

3.Kif għandu jingħata Zoledronic acid Mylan

-Zoledronic acid Mylan għandu jingħata biss minn professjonisti fil-kura tas-saħħa mħarrġa fl-għoti ta’ bisfosfonati ġol-vini, jiġifieri minn vina.

-It-tabib tiegħek se jirrakkomandalek biex qabel kull darba li tingħata l-kura inti tixrob biżżejjed ilma sabiex tilqa’ kontra d-deidratazzjoni.

-Segwi sew l-istruzzjonijiet l-oħra kollha li jingħatawlek mit-tabib, mill-ispiżjar jew mill-infermier tiegħek.

Kemm jingħata Zoledronic acid Mylan

-Id-doża waħda tas-soltu mogħtija hija ta’ 4 mg zoledronic acid.

-Jekk għandek problema tal-kliewi, it-tabib tiegħek ser jagħtik doża aktar baxxa skont il-gravità tal-problema fil-kliewi.

Kemm spiss jingħata Zoledronic acid Mylan

-Jekk qed tingħata l-kura għall-prevenzjoni ta’ kumplikatazzjonijiet fl-għadam minħabba l-metastasi fl-għadam, inti tingħata infużjoni waħda ta’ Zoledronic acid Mylan kull tlieta sa erba’ ġimgħat.

-Jekk qed tingħata l-kura sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ kalċju fid-demm tiegħek, normalment tingħata biss infużjoni waħda ta’ Zoledronic acid Mylan.

Kif jingħata Zoledronic acid Mylan

-Zoledronic acid Mylan jingħata bħala dripp (infużjoni) ġo vina li mill-anqas għandu jdum 15-il minuta u għandu jingħata bħala soluzzjoni waħda minn ġol-vina f’linja ta’ infużjoni separata.

Dawk il-pazjenti li l-livelli tal-kalċju fid-demm għandhom mhumiex għoljin wisq għandhom jingħataw ukoll supplimenti ta’ kalċju u vitamina D biex jittieħdu kuljum.

Jekk tingħata aktar Zoledronic acid Mylan milli suppost

Jekk ingħatajt dożi aktar għoljin minn dawk irrakkomandati għandek tinżamm taħt osservazzjoni b’attenzjoni mit-tabib tiegħek. Dan għaliex tista’ tiżviluppa anormalitajiet tal-elettroliti fis-serum (eż. livelli anormali ta’ kalċju, fosfru u manjesju) u/jew bidliet fil-funzjoni tal-kliewi, inkluża insuffiċjenza severa tal-kliewi. Jekk il-livell tal-kalċju tiegħek jaqa’ baxx wisq, jista’ jkollok bżonn tingħata suppliment tal-kalċju permezz ta’ infużjoni.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd. Dawk l-effetti l-aktar komuni ta’ spiss ikunu ħfief u probabbli jegħbu wara żmien qasir.

Kellem lit-tabib tiegħek minnufih rigward kwalunkwe effett sekondarju fost dawn li ġejjin:

Komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 10):

-Indeboliment sever tal-kliewi (li normalment jiġi stabbilit mit-tabib tiegħek permezz ta’ ċerti testijiet speċifiċi tad-demm).

-Livell baxx ta’ kalċju fid-demm.

Mhux komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 100):

-Uġigħ fil-ħalq, fis-snien u/jew fix-xedaq, nefħa jew selħiet li ma jfiequx fil-ħalq jew fix-xedaq, tnixxija, tnemnin jew sensazzjoni ta’ toqol fix-xedaq, jew iċ-ċaqliq ta’ xi sinna. Dawn jistgħu

jkunu sinjali ta’ ħsara fl-għadam fix-xedaq (osteonekrożi). Kellem lit-tabib jew lid-dentist tiegħek minnufih jekk tħoss sintomi bħal dawn waqt li qed tiġi kkurat b’Zoledronic acid Mylan jew wara li twaqqaf il-kura.

-Ritmu irregolari tal-qalb (fibrillazzjoni tal-atrija) deher f’pazjenti li kienu qegħdin jingħataw zoledronic acid għall-osteoporożi ta’ wara l-menopawża. Fil-preżent għadu m’huwiex magħruf jekk zoledronic acid jikkawżawx dan ir-ritmu irregolari tal-qalb iżda għandek tirrapporta lit-tabib tiegħek jekk tħoss sintomi bħal dawn wara li tkun ingħatajt zoledronic acid.

-Reazzjonijiet avversi severi: qtugħ ta’ nifs, nefħa l-aktar fil-wiċċ u l-griżmejn.

Rari (tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000):

-Bħala konsegwenza ta’ valuri baxxi tal-kalċju: taħbit irregolari tal-qalb (arritmija tal-qalb; kawża ta’ ipokalċimija).

-Disturb tal-funzjoni tal-kliewi msejjaħ sindrome Fanconi (normalment se jkun iddeterminat mit- tabib tiegħek permezz ta’ ċerti testijiet tal-awrina).

Rari ħafna (tista’ taffettwa sa persuna 1 minn kull 10,000):

-Bħala konsegwenza ta’ valuri baxxi tal-kalċju: aċċessjonijiet, titrix u tetanja (kawża ta’ ipokalċimija).

-Kellem lit-tabib tiegħek jekk ikollok uġigħ fil-widna, tnixxija mill-widna, u/jew infezzjoni filwidna. Dawn jistgħu jkunu sinjali ta’ ħsara fl-għadam fil-widna.

Avża lit-tabib tiegħek dwar xi waħda minn dawn l-effetti l-oħra mill-aktar fis possibbli:

Komuni ħafna (tista' taffettwa aktar minn persuna 1 minn kull 10):

-Livell baxx ta’ fosfat fid-demm (kif jidher fit-testijiet).

Komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 10):

-Uġigħ ta’ ras u sindrome bħal tal-influwenza b’deni, għeja, debbulizza, ngħas, tkexkix ta’ bard u uġigħ fl-għadam, fil-ġogi u/jew fil-muskoli. F’ħafna każijiet ma jkunx hemm bżonn kura speċifika għal dawn is-sintomi għax jitilqu fi żmien qasir (wara ftit sigħat jew ġranet).

-Reazzjonijiet gastrointestinali bħal dardir u remettar kif ukoll nuqqas ta’ aptit.

-Konġuntivite

-Livell baxx ta’ ċelluli ħomor tad-demm (anemija).

Mhux komuni (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 100):

-Reazzjonijiet ta’ sensittiità eċċessiva.

-Pressjoni baxxa li tista’ twassal għal kesħa f’daqqa u stordament, debbolizza jew kollass.

-Uġigħ fis-sider.

-Reazzjonijiet fil-ġilda (ħmura u nefħa) fis-sit tal-infużjoni, raxx, ħakk.

-Pressjoni għolja, qtugħ ta’ nifs, sturdament, ansjeta, disturb fl-irqad, disturbi fit-togħma, tregħid, tingiż jew titrix fl-idejn jew fis-saqajn, dijarea, stitikezza, uġigħ addominali, ħalq xott.

-Għadd baxx ta’ ċelluli bojod tad-demm u ta’ plejtlits tad-demm.

-Livell baxx ta’ manjesju u potassju fid-demm. It-tabib tiegħek se jissorvelja dan u se jieħu kwalunkwe miżuri meħtieġa.

-Żieda fil-piż.

-Żieda fl-għaraq.

-Ngħas.

-Vista mċajpra, ħruġ ta’ dmugħ fl-għajnejn, sensittività tal-għajn għad-dawl.

-Kesħa f’daqqa b’ħass ħażin, dgħjufija jew kollass.

-Diffikultà fit-teħid tan-nifs bi tħarħir jew sogħla.

-Urtikarja.

Rari (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 1,000):

-Qalb tħabbat bil-mod.

-Konfużjoni.

-B’mod rari jista’ jseħħ ksur mhux tas-soltu tal-għadam tal-koxxa b’mod partikolari f’pazjenti li jkunu qed jieħdu kura għall-osteoporożi għal tul ta’ żmien. Ikkuntattja lit-tabib tiegħek jekk

tħoss uġigħ, dgħufija jew skumdità fil-koxxa, fil-ġenbejn jew fl-irqiq ta’ bejn iż-żaqq u l-koxxa minħabba li dan jista’ jkun sinjal bikri li jista’ jkun hemm ksur fl-għadma tal-koxxa.

-Mard tal-pulmun interstizjali (infjammazzjoni tat-tessut madwar il-boroż tal-arja tal-pulmuni).

-Sintomi jixbħu lill-influwenza inkluż artrite u nefħa fil-ġogi.

-Ħmura u/jew nefħa fl-għajn li tkun bl-uġigħ.

Rari ħafna (tista' taffettwa sa persuna 1 minn kull 10,000):

-Ħass ħażin minħabba pressjoni baxxa.

-Uġigħ qawwi fl-għadam, fil-ġogi u/jew fil-muskoli, li xi kultant jikkawża diżabbiltà.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-ispiżjar jew lill-infermier tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Zoledronic acid Mylan

It-tabib, l-ispiżjar jew l-infermier tiegħek jafu kif għandhom jaħżnu Zoledronic acid Mylan kif suppost.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Zoledronic acid Mylan

-Is-sustanza attiva hi zoledronic acid. Kunjett wieħed fih 4 mg zoledronic acid, (bħala monohydrate).

-Is-sustanzi l-oħra huma: sodium citrate, sodium hydroxide, hydrochloric acid u ilma għal injezzjonijiet.

Kif jidher Zoledronic acid Mylan u l-kontenut tal-pakkett

Zoledronic acid Mylan jiġi bħala konċentrat ċar u mingħajr kulur għal soluzzjoni għall-infużjoni. Il-konċentrat huwa fornut f’kunjett tal-ħġieġ ċar u mingħajr kulur b’tapp tal-lastku u b’għatu tal-plastik li jinqala’ bis-saba’.

Kunjett wieħed fih 5 ml ta’konċentrat.

Zoledronic acid Mylan jiġi f’pakketti ta’ 1, 4 jew 10 kunjetti jew bħala pakketti multipli li fihom 4 pakketti, kull wieħed fih kunjett.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Mylan S.A.S.

117 Allée des Parcs

69800 Saint Priest Franza

Manifattur

Hikma Farmacêutica S.A.

Estrada do Rio da Mó, nº 8, 8-A e 8-B

Fervença, Terrugem SNT, 2705-906

Il-Portugall

Mylan S.A.S.

117 Allée des Parcs

69800 Saint Priest Franza

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

Mylan bvba/sprl

Mylan SAS

Tél/Tel: + 0032 2 658 61 00

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)

България

Luxembourg/Luxemburg

Mylan SAS

Mylan bvba/sprl

Teл.:

Tél/Tel: +

+33 4 37 25 75 00 (Франция)

0032 2 658 61 00 (Belgium)

Česká republika

Magyarország

Mylan Pharmaceuticals s.r.o.

Mylan Kft

Tel: +420 274 770 201

Tel.: 36 1 8026993

Danmark

Malta

Mylan AB

Mylan SAS

Tlf: + 46 8-555 227 50 (Sverige)

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)

Deutschland

Nederland

Mylan dura GmbH

Mylan B.V

Tel: + 49-(0) 6151 9512 0

Tel: + 31 (0)33 2997080

Eesti

Norge

Mylan SAS

Mylan AB

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)

Tlf: + 46 8-555 227 50 (Sverige)

Ελλάδα

Österreich

Generics Pharma Hellas ΕΠΕ

Arcana Arzneimittel GmbH

Τηλ: +30 210 9936410

Tel: +43 1 416 24 18

España

Polska

Mylan Pharmaceuticals, S.L

Mylan Sp.z.o.o

Tel: + 34 93 3786400

Tel.: +48 22 5466400

France

Portugal

Mylan SAS

Mylan, Lda.

Tél: +33 4 37 25 75 00

Tel: + 00351 21 412 7200

Hrvatska

România

Mylan SAS

Mylan SAS

Tel: +33 4 37 25 75 00

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)

Ireland

Slovenija

Mc Dermott Laboratories Ltd

Mylan SAS

Tel: + 1800 272 272

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)

Allphar +353 1 4041600

 

Ísland

Slovenská republika

Mylan AB

Mylan s.r.o

Tel: + 46 8-555 227 50

Tel: +421 2 32 604 901

Italia

Suomi/Finland

Mylan S.p.A

Mylan OY

Tel: + +39/02-61246921

Puh/Tel: + 358 9-46 60 03

Κύπρος

Sverige

Generics Pharma Hellas ΕΠΕ

Mylan AB

Τηλ: +30 210 9936410 (Greece)

Tel: + 46 8-555 227 50

Latvija

United Kingdom

Mylan SAS

Generics [UK] Ltd trading as

Tel: +33 4 37 25 75 00 (France)

Mylan

 

Tel: +44 1707 853000

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini http://www.ema.europa.eu

It-tagħrif li jmiss qed jingħata biss għall-professjonisti tal-kura tas-saħħa biss:

Kif tipprepara u tagħti Zoledronic acid Mylan

-Biex tipprepara soluzzjoni għall-infużjoni ta’ 4 mg ta’ zoledronic acid, żid il-konċentrat ta’

(5 ml) ma’ 100 ml ta’ soluzzjoni għall-infużjoni ħielsa mill-calcium jew minn soluzzjonijiet li jkun fihom divalent cations oħrajn. Jekk tkun meħtieġa doża aktar baxxa ta’ Zoledronic acid Mylan, l-ewwel iġbed il-volum xieraq kif jidher hawn taħt u imbagħad erġa żidilha 100 ml ta’ soluzzjoni għall-infużjoni. Biex wieħed jevita inkompatibilitajiet, is-soluzzjoni ghall-infużjoni għandha tigi ddilwita b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ sodium chloride 9 mg/ml (0.9%) jew 5% w/v soluzzjoni ta’ glucose.

Tħallatx il-konċentrat ta’ Zoledronic acid Mylan ma’ soluzzjonijiet li jkun fihom il-kalċju jew soluzzjonijiet li jkun fihom divalent cations oħrajn, bħal ma hi s-soluzzjoni lactated Ringer.

Istruzzjonijiet biex tipprepara d-dożi meħtieġa ta’ Zoledronic acid Mylan:

Iġbed il-volum meħtieġ tas-soluzzjoni rikostitwita (4 mg/5 ml), kif ġej:

-4.4 ml għal doża ta’ 3.5 mg

-4.1 ml għal doża ta’ 3.3 mg

-3.8 ml għal doża ta’ 3.0 mg

-Biex tintuża darba biss. Kwalunkwe soluzzjoni li ma tintużax għandha tintrema. Għandha tintuża soluzzjoni ċara biss mingħajr frak u tibdil fil-kulur. Wieħed għandu jsegwi t-tekniċi asettiċi waqt it-tħejjija tal-infużjoni.

-Minn aspett mikrobijoloġiku, is-soluzzjoni għall-infużjoni dilwita għandha tintuża minnufih. Jekk ma tintuax minnufih, iż-żmien ta’ użu waqt il-ħażna u l-kundizzjonijiet qabel l-użu huma r-responsabilità tal-utent u ġeneralment m’għandhomx ikunu aktar minn 24 siegħa f’temperatura ta’ bejn 2°C-8°C. Is-soluzzjoni fil-friġġ għandha mbagħad titħalla tilħaq it-temperatura ambjentali qabel ma tingħata. L-istabilità kimika u fiżika waqt l-użu ġiet murija għal 48 siegħa f’temperatura ta’ 2°C-8°C u f’temperatura ta’ 25°C wara dilwazzjoni f’soluzzjoni ta’ 100 ml ta’ 9 mg/ml (0.9%) sodium chloride għall-injezzjoni jew soluzzjoni ta’ 5% w/v glukożju (konċentrazzjoni minima ta’ 3 mg/100 ml; konċentrazzjoni massima

4 mg/100 ml).

-Is-soluzzjoni ta’ zoledronic acid tingħata darba bħala infużjoni ġol-vini fuq medda ta’ 15-il minuta f’pajp separat għall-infużjoni. L-istat ta’ idratazzjoni tal-pazjenti għandu jiġi

assessjat qabel u wara li jingħata Zoledronic acid Mylan, sabiex wieħed ikun ċert li l-pazjenti jkunu idratati kif jixraq.

-Fi studji li saru fuq il-boroż tal-polyolefin (mimlijin minn qabel b’soluzzjoni għall-injezzjoni ta’ 9 mg/ml (0.9%) ta’ sodium chloride jew 5% w/v ta’ soluzzjoni tal-glukosju ma deherx li kien hemm xi inkompatibbiltà b’Zoledronic acid Mylan.

-Billi m’hemmx tagħrif fuq il-kompatibbiltà ta’ Zoledronic acid Mylan ma’ sustanzi oħrajn li jingħataw ġol-vini, Zoledronic acid Mylan m’għandha qatt titħallat ma’ prodotti mediċinali /sustanzi oħrajn u dejjem għandha tingħata minn ġo pajp għall-infużjoni separat.

Kif taħżen Zoledronic acid Mylan

-Żomm Zoledronic acid Mylan fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

-Tużax Zoledronic acid Mylan wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq it-tikketta u l-kartuna wara EXP.

-Il-kunjetti mhux miftuħin ma jeħtieġu l-ebda kundizzjoni ta’ ħażna speċifika.

-Il-kundizzjonjiet ta’ ħażna għas-soluzzjoni dilwita huma deskritti fil-paragrafu t’hawn fuq (ara “Kif tipprepara u tagħti Zoledronic acid Mylan”).

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati