Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Zoledronic acid Teva Generics (zoledronic acid monohydrate) - M05BA08

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaZoledronic acid Teva Generics
Kodiċi ATCM05BA08
Sustanzazoledronic acid monohydrate
ManifatturTeva Generics B.V
EMA/179067/2014
EMEA/H/C/002805
Sommarju tal-EPAR għall-pubbliku

Zoledronic acid Teva Generics

zoledronic acid

f’pazjenti li jkunu f’riskju ta’ ksur (għadam miksur) u f’pazjenti li l-osteoporożi tagħhom hija marbuta ma’ kura fit-tul b’glukokortikojdi (tip ta’ sterojd).

Zoledronic acidProdottTeva Generics jintuża wkoll biex jikkura l-marda ta’ Paget tal-għadam fl-adulti. Din hija marda fejn il-proċess n rmali tat-tkabbir tal-għadam jinbidel.

Zoledronic acid Teva Generics hija ‘mediċina ġenerika’. Dan ifisser li Zoledronic acid Teva Generics huwa simili għal ‘mediċina ta’ referenza’ li diġà hija awtorizzata fl-Unjoni Ewropea (UE) imsejħa Aclasta. Għal aktar tagħrif dwar il-mediċini ġeneriċi, ara d-dokument ta’ mistoqsijiet u tweġibiet hawnhekk.

Kif jintuża Zoledronic acid Teva Generics?

Zoledronic acid Teva Generics huwa disponibbli bħala soluzzjoni għall-infużjoni (dripp) ġol-vina; il- mediċina tista’ tinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib.

Zoledronic acid Teva Generics jingħata bħala infużjoni li ddum tal-inqas 15-il minuta. Dan jista’ jiġi ripetut darba f’sena f’pazjenti kkurati għal osteoporożi. Għall-marda ta’ Paget, ġeneralment għandha

© European Medicines Agency, 2014. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

tingħata infużjoni waħda biss ta’ Zoledronic acid Teva Generics, iżda jistgħu jiġu kkunsidrati infużjonijiet addizzjonali jekk il-marda tal-pazjent terġa’ titfaċċja. L-effett ta’ kull infużjoni jdum għal sena jew aktar.

Il-pazjenti għandu jkollhom fluwidi biżżejjed qabel u wara l-kura, u għandhom jirċievu supplimenti xierqa ta’ vitamina D u kalċju. Fil-kura tal-marda ta’ Paget, Zoledronic acid Teva Generics għandu jintuża biss minn tabib li jkollu esperjenza fil-kura tal-marda. Ara l-fuljett ta’ tagħrif għal dettalji sħaħ.

Kif jaħdem Zoledronic acid Teva Generics?

L-osteoporożi sseħħ meta ma jikbirx biżżejjed għadam ġdid biex jissostitwixxi l-għadam li jinkiser b’mod naturali. Gradwalment, l-għadam isir irqiq u fraġli, u jkollu aktar probabbiltà ta’ ksur. Fin-nisa, l-

osteoporożi hija aktar komuni wara l-menopawża, meta l-livelli ta’ estroġenu fl-ormoni tan-nisa jaqgħu. L-osteoporożi tista’ sseħħ ukoll fiż-żewġ sessi bħala effett sekondarju ta’ kura tal-glukokor ikojdi. Fil- marda ta’ Paget, l-għadam jinkiser aktar malajr, u meta jerġa’ jikber, ikun aktar dgħ jjef minn dak normali.

awtorizzat

Kif ġie studjat Zoledronic acid Teva Generics?

Is-sustanza attiva f’Zoledronic acid Teva Generics, zoledronic acid, hija bisf sf nat. Twaqqaf l-azzjoni tal-osteoklasti, iċ-ċelloli fil-ġisem li huma involuti fit-tkissir tat-tessut tal-għadam. Dan iwassal għal inqas telf ta’ għadam fl-osteoklasti u inqas attività fil-marda ta’ Paget.

Il-Kumitat għall-Prodotti Medimediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) ikkonkluda li, skont ir-rekwiżiti tal-

UE, Zoledronic acid Teva Generics intwera li huwa paragunabbli ma’ Aclasta. Għaldaqstant, il-fehma

X’miżuri qegħdin jittieħdu biex jiġi żgurat l-użu sigur u effettiv ta’

tas-CHMP kienetProdottli, bħal fil-każ ta’ Aclasta, il-benefiċċju huwa akbar mir-riskju identifikat. Il-Kumitat irrakkomanda li Zoledr nic acid Teva Generics jiġi approvat għall-użu fl-UE.

Zoledronic acid Teva Generics?

Ġie żviluppat pjan ta’ ġestjoni tar-riskju biex jassigura li Zoledronic acid Teva Generics jintuża bl-aktar mod sigur possibbli. Abbażi ta’ dan il-pjan, fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott u l-fuljett ta’ tagħrif ġiet inkluża informazzjoni rigward is-sigurtà ta’ Zoledronic acid Teva Generics, fosthom il- prekawzjonijiet xierqa li jridu jiġu segwiti mill-professjonisti tas-saħħa u l-pazjenti.

Aktar informazzjoni tinstab fis-sommarju tal-pjan tal-ġestjoni tar-riskju.

Informazzjoni oħra dwar Zoledronic acid Teva Generics

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida fl-Unjoni Ewropea kollha għal Zoledronic acid Teva Generics fil-27 ta’ Marzu 2014.

L-EPAR sħiħ u s-sommarju tal-pjan tal-ġestjoni tar-riskju għal Zoledronic acid Teva Generics jinstabu fis-sit elettroniku tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Human medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni rigward il-kura b’Zoledronic acid Teva Generics, aqra l- fuljett ta’ tagħrif (parti wkoll mill-EPAR) jew ikkuntattja lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

L-EPAR sħiħ għall-mediċina ta’ referenza jinstab ukoll fis-sit elettroniku tal-Aġenzija.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar fi 03-2014.

 

 

 

adux

awtorizzat

 

 

 

 

 

 

ħ

 

 

 

m’g

 

 

 

 

li

 

 

 

 

inali

 

 

 

ċ

 

 

Prodott

medi

 

 

 

 

 

 

 

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati