Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Zurampic (lesinurad) – Fuljett ta’ tagħrif - M04AB05

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaZurampic
Kodiċi ATCM04AB05
Sustanzalesinurad
ManifatturGrünenthal GmbH

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-pazjent

Zurampic 200 mg pilloli miksijin b’rita lesinurad

Dan il-prodott mediċinali huwa suġġett għal monitoraġġ addizzjonali. Dan ser jippermetti identifikazzjoni ta’ malajr ta’ informazzjoni ġdida dwar is-sigurtà. Inti tista’ tgħin billi tirrapporta kwalunkwe effett sekondarju li jista’ jkollok. Ara t-tmiem ta’ sezzjoni 4 biex tara kif għandek tirrapporta effetti sekondarji.

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tieħu din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan il-fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett

1.X’inhu Zurampic u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Zurampic

3.Kif għandek tieħu Zurampic

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Zurampic

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

1.X’inhu Zurampic u għalxiex jintuża

Zurampic fih is-sustanza attiva lesinurad u jintuża biex jikkura gotta f’pazjenti adulti billi jbaxxi l- livelli ta’ uric acid fid-demm. Zuramic għandu jittieħed flimkien ma’ allopurinol jw febuxostat, li huma mediċini msejħin ‘inibituri ta’ xanthine oxidase’ u jintużaw ukoll biex jikkuraw gotta billi jbaxxu l-ammont ta’ uric acid fid-demm tiegħek.

It-tabib tiegħek ser jordnalek Zurampic jekk il-mediċina attwali tiegħek ma tkunx qiegħda tikkontrolla l-gotta tiegħek. Inti għandek tuża Zurampic flimkien ma’ allopurinol jew febuxostat.

Kif jaħdem Zurampic:

Il-gotta hija tip ta’ artrite kkawżata minn akkumulazzjoni ta’ kristalli tal-urati madwar il-ġogi. Billi jbaxxi l-ammont ta’ uric acid fid-demm, Zurampic iwaqqaf din l-akkumulazzjoni u jista’ jimpedixxi aktar ħsara fil-ġogi.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tieħu Zurampic

Tiħux Zurampic:

-jekk inti allerġiku għal lesinurad jew għal xi sustanza oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis- sezzjoni 6).

-jekk inti għandek is-’sindrome ta’ lisi tat-tumur’ - tkissir veloċi ta’ ċelloli tal-kanċer li jista’ jikkawża livelli għoljin ta’ uric acid.

-jekk inti għandek is-’sindrome ta’ Lesch-Nyhan’ - marda rari li tintiret li tibda fit-tfulija fejn ikun hemm ammont żejjed ta’ uric acid fid-demm.

-jekk il-kliewi tiegħek jaħdmu ħażin ħafna jew għandek ‘Marda tal-Kliewi fl-Istadju Finali’

-jekk tkun irċevejt trapjant tal-kliewi

-jekk qiegħed fuq dijaliżi tal-kliewi.

Tiħux Zurampic jekk tkun tapplika xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq. Jekk m’intix ċert, kellem lit- tabib jew lill-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Zurampic.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Kellem lit-tabib jew l-ispiżjar tiegħek qabel tieħu Zurampic.

Oqgħod attent/a għal effetti sekondarji

Zurampic jista’ jikkawża problemi serji bil-kliewi (ara sezzjoni 4), li jseħħu b’mod aktar frekwenti jekk Zurampic jittieħed waħdu (ara sezzjoni 3). It-tabib tiegħek jista’ jitolbok tagħmel testijiet dwar kif qegħdin jaħdmu l-kliewi tiegħek.

Kellem lit-tabib tiegħek qabel tieħu Zurampic jekk għandek jew kellek insuffiċjenza kardijaka jew problemi tal-qalb oħra.

Jekk il-gotta tiegħek taggrava

Xi persuni jaf ikollhom aktar attakki tal-gotta (irkadar tal-gotta) meta jibdew jużaw Zurampic u matul l-ewwel ġimgħat jew xhur ta’ kura. Jekk iseħħ dan, ibqa’ ħu Zurampic u kellem lit-tabib jew lill- ispiżjar tiegħek. Il-mediċina għadha taħdem biex tbaxxi l-uric acid. Maż-żmien, l-attakki tal-gotta tiegħek ser iseħħu inqas spiss jekk tibqa’ tieħu Zurampic kif jirrakkomandalek it-tabib tiegħek.

It-tabib tiegħek jista’ jagħtik mediċini oħra bħal ‘colchicine’ u ‘mediċini għal kontra l-infjammazzjoni li mhumiex sterojdi (NSAIDs)’. Dawn jgħinu biex jipprevjenu jew jikkuraw is-sintomi ta’ attakki tal- gotta (uġigħ f’daqqa jew qawwi u nefħa f’ġog). It-tabib tiegħek ser jgħidlek għal kemm żmien għandek iddum tieħu dawn il-mediċini l-oħra.

Testijiet u kontrolli

It-tabib tegħek ser jiċċekkja kemm qegħdin jaħdmu sew il-kliewi tiegħek qabel u matul il-kura b’Zurampic. It-tabib tiegħek jista’ jikkunsidra li jwaqqaf Zurampic jekk it-testijiet tad-demm tiegħek jindikaw bidliet fil-mod li bih il-kliewi tiegħek qegħdin jaħdmu (żieda fil-livelli ta’ kreatinina fid- demm) jew jekk ikollok sintomi ta’ problemi bil-kliewi. It-tabib tiegħek jaf jgħidlek biex terġa’ tibda l- kura b’Zurampic meta l-funzjoni tal-kliewi tiegħek titjieb.

Tfal u adolexxenti

Zurampic mhuwiex rakkomandat għall-użu fi tfal u adolexxenti taħt it-18-il sena.

Mediċini oħra u Zurampic

Għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra. Dan għaliex Zurampic jista’ jaffettwa l-mod li bih jaħdmu xi mediċini oħrajn. Barra minn hekk, mediċini oħrajn jistgħu jaffettwaw il-mod li bih jaħdem Zurampic.

B’mod partikolari, għid lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk qed tieħu xi waħda minn dawn il- mediċini li ġejjin peress li jistgħu jinteraġixxu ma’ Zurampic u t-tabib jeħtieġ li jkun jaf:

-acetylsalicylic acid – għal serħan minn deni u uġigħ - f’dożi akbar minn 325 mg kuljum

-mediċini biex tiġi kkurata pressjoni tad-demm għolja eż. amlodipine

-mediċini biex jiġu kkurati livelli għoljin ta’ kolesterol, eż. simvastatin

-fluconazole - biex jiġu kkurati infezzjonijiet tal-moffa

-amiodarone - biex jiġu kkurati problemi fir-ritmu tat-taħbit tal-qalb

-valproic acid, valpromide jew carbamazepine - biex jiġu kkurati aċċessjonijiet (attakki ta’ puplesija), disturbi fil-burdata u jiġu evitati emigranji

-sildenafil - biex tiġi kkurata disfunzjoni erettili

-kontraċettivi - biex tiġi evitata tqala - inkluż kontraċezzjoni orali (bħall-’pillola’), injezzjonijiet, irqajja’ u impjanti

-rifampin - biex tiġi kkurata tuberkolożi

-warfarina – għall-prevenzjoni u għall-kura ta’ emboli tad-demm li jiffurmaw fis-saqajn, fil- pulmuni, fil-moħħ u fil-qalb.

Jekk xi waħda minn dawn ta’ hawn fuq tapplika għalik (jew m’intix ċert/a), kellem lit-tabib jew l- ispiżjar tiegħek qabel tieħu Zurampic.

Tqala u treddigħ

Ma għandekx tieħu Zurampic matul it-tqala jew jekk qiegħda tredda’.

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Zurampic mhuwiex mistenni li jaffettwa l-abbiltà li ssuq karozza jew tuża kwalunkwe għodda jew magna.

Zurampic fih il-lattożju

Il-pilloli ta’ Zurampic fihom il-lattożju (tip ta’ zokkor). Jekk it-tabib tiegħek qallek li għandek intolleranza għal xi tip ta’ zokkor, ikkuntattja lit-tabib tiegħek qabel tieħu dan il-prodott mediċinali.

3.Kif għandek tieħu Zurampic

Dejjem għandek tieħu din il-mediċina skont il-parir eżatt tat-tabib jew l-ispiżjar tiegħek. Dejjem għandek taċċerta ruħek mat-tabib jew mal-ispiżjar tiegħek jekk ikollok xi dubju.

Zurampic għandu dejjem jittieħed filgħodu flimkien ma’ allopurinol jew ma’ febuxostat. Jekk ma ssegwix dawn l-istruzzjonijiet, tista’ żżid ir-riskju ta’ effetti sekondarji għall-kliewi (ara sezzjoni 4).

Kemm għandek tieħu

Id-doża rakkomandata hija pillola waħda ta’ 200 mg darba kuljum filgħodu. Tiħux iktar minn pillola waħda (1) ta’ Zurampic kuljum.

Kif għandek tieħu din il-mediċina

-ħu l-mediċina filgħodu mal-ikel u l-ilma

-ħu Zurampic fl-istess ħin bħad-doża ta’ filgħodu tiegħek tal-mediċina tal-’inibitur ta’ xanthine oxidase’ - allopurinol jew febuxostat. Jekk tieħu Zurampic waħdu, jista’ jkun aktar probabbli li tiżviluppa problemi bil-kliewi

-ixrob ħafna ilma matul il-jum. Żewġ litri huwa ammont tajjeb li tixrob.

Jekk tieqaf tieħu l-mediċina tal-inibitur ta’ xanthine oxidase, għandek tieqaf tieħu Zurampic ukoll. Zurampic ma għandu qatt jittieħed mingħajr mediċina tal-’inibitur ta’ xanthine oxidase’. Jekk ma ssegwix dawn l-istruzzjonijiet, tista’ żżid ir-riskju ta’ effetti sekondarji għall-kliewi.

Jekk tieħu aktar Zurampic milli suppost

Jekk tieħu din il-mediċina aktar milli suppost, kellem lil tabib jew mur l-eqreb sptar.

Jekk tinsa tieħu Zurampic

Jekk tinsa tieħu Zorampic, tiħux doża doppja biex tagħmel tajjeb għal doża li nsejt tieħu. Stenna u ħu d-doża li jmiss ta’ Zurampic mad-doża ta’ filgħodu li jmiss tiegħek ta’ allopurinol jew febuxostat. Staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek jekk m’intix ċert dwar kif għandek tieħu d-doża li jmiss tiegħek.

Jekk tieqaf tieħu Zurampic

-Tiqafx tieħu Zurampic mingħajr il-parir tat-tabib tiegħek anki jekk tħossok aħjar.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet dwar l-użu ta’ din il-mediċina, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Effetti sekondarji serji - Mhux komuni - jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100

Tibqax tieħu Zurampic u kellem lil tabib minnufih jekk tinnota xi wieħed mill-effetti sekondarji li ġejjin - peress li dawn jaf ikunu sinjali ta’ problema bil-kliewi tiegħek - jaf ikollok bżonn kura medika urġenti:

-uġigħ fil-ġnub tiegħek (taħt il-kustilji tiegħek u ’l fuq mill-ġenbejn tiegħek),

-tħossok ma tiflaħx (nawsja), tkun ma tiflaħx (tirremetti),

-bidliet fl-awrina jew diffikultà biex tgħaddi l-awrina,

-tħossok għajjien jew ma tiflaħx jew b’nuqqas ta’ aptit.

Effetti sekondarji oħra jinkludu:

Komuni - jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 10

-influwenza,

-uġigħ ta’ ras,

-żieda fl-ammont ta’ kreatinina fid-demm tiegħek - murija fit-testijiet,

-ħruq ta’ stonku (rifluss tal-aċidu).

Mhux komuni - jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 100

-ġebel fil-kliewi,

-deidratazzjoni (telf ta’ wisq fluwidu minn ġismek).

Rari – jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 minn kull 1000

-reazzjonijiet tal-ġilda, inkluża ħmura, ħakk fil-ġilda, raxx bil-boċoċ (ħorriqija) u raxx fil-ġilda ma’ espożizzjoni għax-xemx.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rapportar nazzjonali mniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Zurampic

Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kartuna jew il-fojl tal-folja wara “JIS”. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

Tarmix mediċini mal-ilma tad-dranaġġ jew mal-iskart domestiku. Staqsi lill-ispiżjar tiegħek dwar kif għandek tarmi mediċini li m’għadekx tuża. Dawn il-miżuri jgħinu għall-protezzjoni tal-ambjent.

6. Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Zurampic

-is-sustanza attiva hija lesinurad.

-kull pillola miksija b’rita (pillola) ta’ Zurampic 200 mg fiha 200 mg ta’ lesinurad.

-is-sustanzi l-oħra huma:

-qalba tal-pillola: hypromellose, microcrystalline cellulose, lactose monohydrate (ara sezzjoni 2), crospovidone, magnesium stearate

-kisja tal-pillola: hypromellose (E464), titanium dioxide, triacetin, indigo carmine, brilliant blue FCF

Kif jidher Zurampic u l-kontenut tal-pakkett

Zurampic 200 mg: pillola miksija b’rita, b’dimensjonijiet ta’ 5.7 x 12.9 mm, ovali, ta’ kulur blu, b’“LES200” imnaqqxa fuq naħa minnhom.

Il-pilloli ta’ Zurampic 200 mg huma disponibbli f’folji ċari f’daqsijiet tal-pakkett ta’ 10, 28, 30 jew 98 folja mhux imtaqqbin u 100 x 1 folja mtaqqbin b’doża waħda.

Jista’ jkun li mhux il-pakketti tad-daqsijiet kollha jkunu fis-suq.

Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Grünenthal GmbH Zieglerstr. 6 52078 Aachen Il-Ġermanja

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur tal-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Lietuva

S.A. Grünenthal N.V.

Grünenthal GmbH

Lenneke Marelaan 8

1932 Sint-Stevens-Woluwe

 

België/Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: + 32 (0)2 290 52 00

 

beinfo@grunenthal.com

 

България

Luxembourg/Luxemburg

Grünenthal GmbH

S.A. Grünenthal N.V.

Lenneke Marelaan 8

 

1932 Sint-Stevens-Woluwe

 

België/Belgique/Belgien

 

Tél/Tel: + 32 (0)2 290 52 00

 

beinfo@grunenthal.com

Česká republika

Magyarország

Grünenthal GmbH

Grünenthal GmbH

Danmark

Malta

Grünenthal Denmark ApS

Grünenthal GmbH

Arne Jacobsens Allé 7

2300 København S

 

Tlf: +45 88883200

 

Deutschland

Nederland

Grünenthal GmbH

Grünenthal B.V.

Zieglerstr. 6

De Corridor 21K

DE-52078 Aachen

NL-3621 ZA Breukelen

Tel: + 49 241 569-1111

Tel:+31 (0)30 6046370

service@grunenthal.com

info.nl@grunenthal.com

Eesti

Norge

Grünenthal GmbH

Grünenthal Norway AS

C.J. Hambros Plass 2C

 

0164 Oslo

 

Tlf: +47 22996054

Ελλάδα

Österreich

Grünenthal GmbH

Ast Grünenthal GmbH

Campus 21, Liebermannstraße A01/501

 

2345 Brunn am Gebirge

 

Tel: +43(0)2236 379 550-0raZeneca Österreich

 

GmbH

 

Tel: +43 1 711 31 0

España

Polska

Grünenthal Pharma, S.A.

Grünenthal GmbH

C/Dr. Zamenhof, 36

E-28027 Madrid

 

Tel: +34 (91) 301 93 00

 

France

Portugal

Laboratoires Grünenthal SAS

Grünenthal, S.A.

Immeuble Eurêka

Alameda Fernão Lopes, 12-8.º A

19 rue Ernest Renan

P-1495 - 190 Algés

CS 90001

Tel: +351 / 214 72 63 00

F- 92024 Nanterre Cedex

 

Tél: + 33 (0)1 41 49 45 80

 

Hrvatska

România

Grünenthal GmbH

Grünenthal GmbH

Ireland

Slovenija

Grünenthal Pharma Ltd

Grünenthal GmbH

4045 Kingswood Road,

Citywest Business Park

 

IRL – Citywest Co., Dublin

 

Tel: +44 (0)870 351 8960

 

medicalinformationie@grunenthal.com

 

Ísland

Slovenská republika

Grünenthal GmbH

Grünenthal GmbH

Italia

Suomi/Finland

Grünenthal Italia S.r.l.

Grünenthal GmbH

Tel: +39 02 4305 1

Κύπρος

Sverige

Grünenthal GmbH

Grunenthal Sweden AB

Frösundaviks allé 15

 

169 70 Solna

 

Tel: +46 (0)86434060

Latvija

United Kingdom

Grünenthal GmbH

Grünenthal Ltd

1 Stokenchurch Business Park

 

Ibstone Road, HP14 3FE – UK

 

Tel: +44 (0)870 351 8960

 

medicalinformationuk@grunenthal.com

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’{XX/SSSS}.

Sorsi oħra ta’ informazzjoni

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini: http://www.ema.europa.eu.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati