Maltese
A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z

Zutectra (human hepatitis-B immunoglobulin) – Fuljett ta’ tagħrif - J06BB04

Updated on site: 11-Oct-2017

Isem tal-MediċinaZutectra
Kodiċi ATCJ06BB04
Sustanzahuman hepatitis-B immunoglobulin
ManifatturBiotest Pharma GmbH

Fuljett ta’ tagħrif: Informazzjoni għall-utent

Zutectra 500 IU soluzzjoni għall-injezzjoni f’siringa mimlija għal-lest

Immunoglobulina tal-epatite B umana

Aqra sew dan il-fuljett kollu qabel tibda tuża din il-mediċina peress li fih informazzjoni importanti għalik.

-Żomm dan fuljett. Jista’ jkollok bżonn terġa’ taqrah.

-Jekk ikollok aktar mistoqsijiet, staqsi lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek.

-Din il-mediċina ġiet mogħtija lilek biss. M’għandekx tgħaddiha lil persuni oħra. Tista’ tagħmlilhom il-ħsara, anki jekk ikollhom l-istess sinjali ta’ mard bħal tiegħek.

-Jekk ikollok xi effett sekondarju kellem lit-tabib jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju possibbli li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Ara sezzjoni 4.

F’dan il-fuljett:

1.X’inhu Zutectra u għalxiex jintuża

2.X’għandek tkun taf qabel ma tuża Zutectra

3.Kif għandek tuża Zutectra

4.Effetti sekondarji possibbli

5.Kif taħżen Zutectra

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

7.Kif int jew persuna li tkun tieħu ħsiebek tistgħu tinjettaw Zutectra

1.X’inhu Zutectra u għalxiex jintuża

X’inhu Zutectra

Zutectra fih antikorpi kontra l-virus tal-epatite B li huma s-sustanzi difensivi tal-ġisem stess biex jipproteġuk mill-epatite B. Epatite B hi infjammazzjoni tal-fwied ikkawżata bil-virus tal-epatite B.

Għalxiex jintuża Zutectra

Zutectra jintuża biex tiġi evitata infezzjoni mill-ġdid tal-epatite B f’adulti li kellhom trapjant tal-fwied mill-inqas ġimgħa qabel minħabba li kellhom insuffiċjenza tal-fwied ikkawżata mill-epatite B.

2. X’għandek tkun taf qabel ma tuża Zutectra

Tużax Zutectra.

-jekk inti allerġiku għal immunoglobulina umana jew għal xi sustanzi oħra ta’ din il-mediċina (elenkati fis-sezzjoni 6).

Reazzjoni allerġika tista’ tinkludi tħarħir għal għarrieda, diffikultà biex tieħu n-nifs, rata mgħaġġla tal- polz, raxx jew ħakk, inkella nefħa f’tebqet il-għajnejn, fil-wiċċ, fix-xufftejn, fil-gerżuma jew fl-ilsien..

Zutectra hu għal injezzjoni subkutanea (taħt il-ġilda) biss. Injezzjoni ġo vina jew arterja tad-demm tista’ tirriżulta f’xokk allerġiku.

Twissijiet u prekawzjonijiet

Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jew lill-professjonist fil-qasam tal-kura tas-saħħa qabel il- kura

-jekk qalulek li għandek antikorpi kontra immunoglobulini tat-tip IgA fid-demm tiegħek. Dan hu rari ħafna u jista’ jirriżulta f’reazzjonijiet allerġiċi.

Tista’ tkun allerġiku/a għall-immunoglobulini (antikorpi) mingħajr ma tkun taf, anki jekk tkun ittollerajt il-kura b’immunoglobulini umani fil-passat. Speċjalment jekk ma jkollokx biżżejjed immunoglobulini tat-tip IgA fid-demm tiegħek, jista’ jkollok reazzjonijiet allerġiċi bħal tnaqqis għal għarrieda fil-pressjoni tad-demm jew xokk..

Inti ser tiġi osservat/a bl-attenzjoni waqt u dritt wara l-ewwel injezzjoni b’Zutectra biex jiġi aċċertat li ma jkunx hemm reazzjoni avversa. Jekk għandek reazzjoni allerġika għal Zutectra, l- injezzjoni ser titwaqqaf immedjatament. Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek jew lill-professjonist fil- qasam tal-kura tas-saħħa immedjatament jekk tinnota kwalunkwe reazzjonijiet waqt l-injezzjoni tiegħek b’Zutectra.

Jekk inti pożittiv għal antiġen tal-HBs, m’intix ser tingħata Zutectra, għax m’hemm l-ebda benefiċċju għalik jekk tingħata din il-mediċina. It-tabib tiegħek ser ikun jista’ jispjegalek dan.

Għas-sigurtà tiegħek stess, inti ser tkun immonitorjat/a regolarment għal-livelli tal-antikorp.

Possibbiltà ta’tfixkil mat-testijiet tad-demm

Zutectra jista’ jaffettwa r-riżultati ta’ ċerti testijiet tad-demm (testijiet seroloġiċi). Jekk jogħġbok għarraf lit-tabib tiegħek dwar il-kura tiegħek b’Zutectra qabel kwalunkwe test tad-demm.

Informazzjoni dwar il-materjal tal-bidu ta’ Zutectra u l-possibbiltà ta’ trasmissjoni ta’ orġaniżmi infettivi:

Zutectra hu magħmul mill-parti likwida tad-demm uman imsejħa plażma.

Meta l-mediċini jkunu magħmulin minn demm jew plażma umana, jittieħdu ċerti miżuri biex jiġi evitat li jgħaddu xi infezzjonijiet lil pazjenti. Dawn jinkludu

-l-għażla bir-reqqa ta’ donaturi tad-demm u tal-plażma, biex ikun żgurat li dawk li qegħdin f’riskju li jġorru l-infezzjonijiet ikunu esklużi, u

-l-ittestjar ta’ kull għotja ta’ plażma, kif ukoll taħlit ta’ plażma minn donaturi differenti, għal sinjali ta’ virus/infezzjonijiet.

Il-manifatturi ta’ dawn il-mediċini jieħdu wkoll miżuri fl-ipproċessar tad-demm jew tal-plażma, li jistgħu imewtu jew ineħħu l-viruses. Minkejja dawn il-miżuri, meta jingħataw mediċini ppreparati minn demm jew plażma umana, il-possibbiltà li tgħaddi xi infezzjoni ma tistax tiġi eskluża għal kollox. Dan japplika wkoll għal kwalunkwe viruses mhux magħrufa jew ġodda, jew tipi oħrajn ta’ infezzjonijiet.

Il-miżuri li jittieħdu huma kkunsidrati li huma effettivi għal viruses miksijin b’rita bħal virus tal- immunodefiċjenza umana, il-virus tal-epatite B u l-virus tal-epatite Ċ, u għal viruses non-enveloped tal-epatite A. Il-miżuri li jittieħdu jista’ jkollhom effett limitat kontra viruses non-enveloped bħal parvovirus B19 (aġent kawżattivi ta’ rubella ta’ Ringel).

L-immunoglobulini bħal Zutectra ma kinux assoċjati ma’ infezzjonijiet ikkawżati minn epatite A jew parvovirus B19, possibbilment minħabba li huma protetti bl-antikorpi kontra dawn l-infezzjonijiet, li jinsabu fil-prodott..

Hu rrakkomandat bil-qawwa li kull darba li jintuża Zutectra (kemm l-isptar kif ukoll f’kors ta’ kura d- dar), l-isem u n-numru tal-lott tal-mediċina jiġu rreġistrati, sabiex jinżamm rekord tal-lottijiet li jintużaw.

Mediċini oħra u Zutectra

Għid lit-tabib tiegħek jew lill-professjonist fil-qasam tas-saħħa jekk qiegħed tieħu, ħadt dan l-aħħar jew tista’ tieħu xi mediċina oħra.

Tilqim

Zutectra jista’ jnaqqas l-effettività ta’ xi tilqim (kontra l-ħosba, ħosba Ġermaniża, gattone, ġidri r-riħ) għal perijodu ta’ sa 3 xhur.

Jista’ jkollok tistenna mill-inqas 3 xhur wara l-aħħar injezzjoni ta’ Zutectra qabel ma tkun tista’ tieħu tilqim attenwat ħaj.

Jekk jogħġbok għid lit-tabib tiegħek dwar il-kura tiegħek b’Zutectra qabel xi tilqima.

Tqala, treddigħ u fertilità

Jekk inti tqila jew qed tredda’, taħseb li tista’ tkun tqila jew qed tippjana li jkollok tarbija, itlob il-parir tat-tabib jew tal-ispiżjar tiegħek qabel tieħu din il-mediċina.

Sewqan u tħaddim ta’ magni

Zutectra m’għandu l-ebda effett jew ftit li xejn għandu effett fuq il-ħila biex issuq u tħaddem magni.

3.Kif għandek tuża Zutectra

Zutectra hu intenzjonat biex jingħata bħala injezzjoni taħt il-ġilda biss. Il-kontenut ta’ siringa waħda hu intenzjonat biex jintuża darba biss. Tinjettax ġo vina jew arterja.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, inti ser tingħata l-injezzjoni mit-tabib jew mill-infermier/a tiegħek. Madankollu, jekk il-livelli tal-antikorp tiegħek ikunu suffiċjenti u jkollok kors ta’ doża fissa, inti jew persuna li tkun tieħu ħsiebek, tistgħu tiġu mħarrġa biex tagħtu l-injezzjoni d-dar (ara hawn taħt).

Għad-dokumentazzjoni tal-injezzjonijiet tiegħek ta’ Zutectra, hu rrakkomandat bil-qawwa li tuża djarju tal-kura. It-tabib tiegħek ser jgħidlek kif tużah.

Id-doża tista’ tiġi determinata u adattata individwalment minn 500 IU sa 1,000 IU (f’każijiet eċċezzjonali sa 1,500 IU) kull ġimgħa jew kull ħmistax. Id-doża ser tkun tiddependi fuq il-kundizzjoni tiegħek. It-tabib tiegħek jiċċekkjalek il-kundizzjoni tiegħek regolarment u ser jgħidlek kemm Zutectra ser ikollok bżonn u kemm ta’ sikwit għandek tużah.

Kif int jew persuna li tkun tieħu ħsiebek tistgħu tinjettaw Zutectra

Tista’ tinjetta Zutectra inti stess mingħajr l-għajnuna tat-tabib tiegħek, jekk ikun ħarrġek biex tagħmel dan. Jekk tkun ser tagħti Zutectra inti stess, jekk jogħġbok aqra bl-attenzjoni l-istruzzjonijiet fis-sezzjoni “Kif int jew persuna li tkun tieħu ħsiebek tistgħu tinjettaw Zutectra.”

Zutectra għandu jinġieb għal temperatura ambjentali (madwar 23°C-27°C) qabel l-użu.

Jekk tuża Zutectra aktar milli suppost

Il-konsegwenzi ta’ doża eċċessiva mhumiex magħrufa. Madankollu, jekk tkun użajt Zutectra iktar mid-doża preskritta, ikkuntattja lit-tabib tiegħek, professjonist fil-qasam tal-kura tas-saħħa jew lil spiżjar immedjatament biex jagħtuk parir.

Jekk tinsa tuża Zutectra

M’għandekx tieħu doża doppja biex tpatti għal injezzjoni li tkun insejt tieħu. Kellem lit-tabib tiegħek dwar kif timmaniġġja d-doża. It-tabib tiegħek ser jgħidlek kemm Zutectra ser ikollok bżonn u kemm ta’ sikwit għandek tużah.

Aċċerta ruħek li tuża Zutectra kif preskritt u kif jgħidlek it-tabib tiegħek biex tevita r-riskju ta’ infezzjoni mill-ġdid bl-epatite B.

4.Effetti sekondarji possibbli

Bħal kull mediċina oħra, din il-mediċina tista’ tikkawża effetti sekondarji, għalkemm ma jidhrux f’kulħadd.

Il-maġġoranza tal-effetti sekondarji osservati b’Zutectra kienu minn ħfief sa moderati fin-natura tagħhom. F'każijiet rari ħafna immunoglobulini normali umani jistgħu jikkawżaw reazzjoni allerġika serja.

Jekk tinnota xi wieħed minn dawn l-effetti waqqaf l-injezzjoni u għid lit-tabib tiegħek immedjatament:

-raxx,

-ħakk,

-tħarħir,

-diffikultà biex tieħu n-nifs,

-nefħa f’tebqet il-għajnejn, fil-wiċċ, fix-xufftejn, fil-gerżuma jew fl-ilsien,

-pressjoni tad-demm baxxa, rata mgħaġġla tal-polz

Din tista’ tkun reazzjoni allerġika jew reazzjoni allerġika serja (xokk anafilattiku).

F'każ ta’ kwalunkwe effett avvers wara l-injezzjoni kellem lit-tabib tiegħek immedjatament. L-effetti sekondarji li ġejjin kienu rrappurtati b’Zutectra:

Komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’10 persuni):

-reazzjonijiet fis-sit tal-injezzjoni: uġigħ, urtikarja fis-sit tal-injezzjoni, ematoma (id-demm jinġemgħa fit-tessut ta’ taħt il-ġilda), ħmura tal-ġilda.

Mhux komuni (jistgħu jaffettwaw sa persuna 1 f’100):

-uġigħ ta’ ras

-uġigħ fin-naħa ta’ fuq taż-żaqq (minn sidrek saż-żokra)

Flimkien ma’ dan, dawn ir-reazzjonijiet kienu rrappurtati darba biss:

-għeja kbira (għeja)

-pressjoni għolja tad-demm (ipertensjoni)

-infjammazzjoni tal-imnieħer u l-gerżuma (nażofarinġite)

-spażmi muskolari

-reazzjonijiet allerġiċi (sensittività eċċessiva)

-taħbit mhux normali tal-qalb (palpitazzjonijiet), skonfort fil-qalb

-ħakk (prurite), raxx

-uġigħ fil-ħalq u l-gerżuma

Bi preparazzjonijiet oħrajn ta’ immunoglobulina umana, is-sintomi addizzjonali li ġejjin kienu rrappurtati:

-tertir ta’ bard

-uġigħ ta’ ras

-sturdament

-deni

-rimettar

-reazzjonijiet allerġiċi ħfief

-dardir (tkun trid tirremetti)

-uġigħ fil-ġogi

-pressjoni tad-demm baxxa

-uġigħ moderat fin-naħa t’isfel tad-dahar

Dawn ir-reazzjonijiet lokali li ġejjin jistgħu jseħħu fis-sit tal-injezzjoni: nefħa, uġigħ, ħmura, ebusija tal-ġilda, sħana lokali, ħakk, tbenġil u raxx.

Rappurtar tal-effetti sekondarji

Jekk ikollok xi effett sekondarju, kellem lit-tabib, lill-professjonist fil-qasam tal-kura tas-saħħa jew lill-ispiżjar tiegħek. Dan jinkludi xi effett sekondarju li mhuwiex elenkat f’dan il-fuljett. Tista’ wkoll tirrapporta effetti sekondarji direttament permezz tas-sistema ta’ rappurtar nazzjonali imniżżla f’Appendiċi V. Billi tirrapporta l-effetti sekondarji tista’ tgħin biex tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar is-sigurtà ta’ din il-mediċina.

5.Kif taħżen Zutectra

-Żomm din il-mediċina fejn ma tidhirx u ma tintlaħaqx mit-tfal.

-Tużax din il-mediċina wara d-data ta’ meta tiskadi li tidher fuq il-kaxxa tal-kartun ta’ barra u fuq it-tikketta tas-siringa wara JIS. Id-data ta’ meta tiskadi tirreferi għall-aħħar ġurnata ta’ dak ix-xahar.

-Żommu fi friġġ waqt il-ħażna u l-ġarr (2°C-8°C).

-Tagħmlux fil-friża.

-Żomm il-kontenitur fil-kartuna ta’ barra sabiex tilqa’ mid-dawl.

-Is-soluzzjoni għandha tingħata immedjatament wara li tinfetaħ is-siringa.

-Tużax Zutectra jekk tinnota li s-soluzzjoni mhix ċara jew ikollha xi frak.

-Kull fdal tal-prodott mediċinali li ma jkunx intuża jew skart li jibqa’ wara l-użu tal-prodott għandu jintrema kif jitolbu l-liġijiet lokali. Ġaladarba l-injezzjoni tkun tlestiet, armi l-labar u l- kontenituri vojta tal-ħġieġ kollha mingħajr dewmien f’kontenitur li tkun ingħatajt, maħsub għar- rimi ta’ oġġetti bil-ponta.

6.Kontenut tal-pakkett u informazzjoni oħra

X’fih Zutectra

-Is-sustanza attiva hi immunoglobulina tal-epatite B umana 500 IU/ml.

-Zutectra fih 150 mg/ml ta’ proteina tal-plażma umana, li minnha, mill-inqas 96% hi immunoglobulina G (IgG). Il-kontenut massimu ta’ immunoglobulina A (IgA) hu ta’ 6,000 mikrogramma/ml.

-Is-sustanzi l-oħra huma glycine u ilma għall-injezzjonijiet.

Kif jidher Zutectra u l-kontenuti tal-pakkett

Zutectra hu ppreżentat bħala soluzzjoni għall-injezzjoni pprovduta f’siringi mimlija għal-lest

(500 IU/ml - daqs tal-pakkett ta’ 5 f’folja). Il-kulur tas-soluzzjoni jista’ jvarja minn ċar sa isfar ċar, jew kannella ċar.

Siringa waħda mimlija għal-lest ta’ 1 ml fiha 500 IU ta’ Zutectra. Zutectra hu fornut f’daqs ta’ pakkett li jkun fih 5 siringi mimlija għal-lest, kull waħda f’pakkett bil-folji.

Id-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq u l-Manifattur

Biotest Pharma GmbH

Landsteinerstrasse 5

D-63303 Dreieich

Il-Ġermanja

Fax: + 49 6103 801-150 / -727

Għal kull tagħrif dwar din il-mediċina, jekk jogħġbok ikkuntattja lir-rappreżentant lokali tad-Detentur ta’ l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq:

België/Belgique/Belgien

Infarama bvba

Costermansstede 1

B-1850 Grimbergen

Tél/Tel: + 32 22709522

България

АНТИСЕЛ Братя Селидис България ООД Ул. „Свети Иван Рилски” 33-35 София 1606

Teл.: + 359 2 953 1224

Česká republika

Reg-Pharm spol.s.r.o. Fialková 45 CZ-10600 Praha 10

Tel: + 420 2 7265 4004

Danmark

Unimedic Pharma AB

Box 6216

SE-102 34 Stockholm

Tlf:+ 46 10 130 99 80

Deutschland

Biotest AG

Landsteinerstrasse 5

D-63303 Dreieich

Eesti

Biotest AG

Landsteinerstrasse 5

D-63303 Dreieich

Ελλάδα

España

Biotest Medical, S.L.U.

C/Frederic Mompou, 5 – 6° 3a A

ES-08960 Sant Just Desvern

Barcelona

Tel: + 34 935 952 661

Lietuva

Biotest AG

Landsteinerstrasse 5

D-63303 Dreieich

Luxembourg/Luxemburg

Biotest AG

Landsteinerstr. 5

D-63303 Dreieich

Magyarország

Biotest Hungaria Kft. Torbágy u. 15/A H-2045 Törökbálint Tel.: + 36 23 511 311

Malta

Rodel Ltd

55, Ravina Triq ir-Russett

MT-Kappara SGN 4432 Tel: + 356 27 386221

Nederland

Infarama bvba

Costermansstede 1

B-1850 Grimbergen

Tel: + 32 22709522

Norge

Unimedic Pharma AB

Box 6216

SE-102 34 Stockholm

Tlf:+ 46 10 130 99 80

Österreich

Biotest Austria GmbH Einsiedlergasse 58 A-1050 Wien

Polska

Nobipharm Sp. Z.o.o. ul Rydygiera 8 PL–01-793 Warszawa Tel.: + 48 22 8322638

France

Biotest AG

Landsteinerstrasse 5

D-63303 Dreieich

Tél: 00800 98832872

Hrvatska

Medical Intertrade d.o.o.

Dr. Franje Tudjmana 3

HR-10431 Sveta Nedelja

Tel: + 385 1 333 6036

Ireland

Aquilant Pharmaceuticals

United Drug House, Magna Drive, Magna

Business Park,

Citywest Road

IRL-Dublin 24

Tel: + 353 1 404 8344

Ísland

Italia

Biotest Italia S.r.l.

Via Leonardo da Vinci 43

I-20090 Trezzano sul Naviglio

Tel: + 39 02 4844 2951

Κύπρος

ΑΚΗΣ ΠΑΝΑΓΙΩΤΟΥ & ΥΙΟΣ ΛΤΔ Γ. ΚΡΑΝΙΔΙΩΤΗ Τ. Θ. 22578 1522 ΛΕΥΚΩΣΙΑ Κ Υ Π Ρ Ο Σ

Τηλ: + 357 22 611 038

Latvija

Biotest AG

Landsteinerstrasse 5

D-63303 Dreieich

Dan il-fuljett kien rivedut l-aħħar f’

Portugal

SPCare Especialidades Farmacêuticas, Lda Rua Luciano Cordeiro, nº 123, 1º dto. PT-1050 139 Lisboa

Tel: + 351 21 193 14 20

România

Besmax Pharmaceutical Distribution S.R.L.

61A Drumul Plaiul Sarului Street, Room 5

013982 Bucharest, District 1 – RO

Tel: + 40 743 207 205

Slovenija

Lab Consulting d.o.o. Ljubljanska cesta 13 B 1236 Trzin

Tel: + 386 1 830 80 50

Slovenská republika

Reg-Pharm spol.s.r.o.

Fialková 45

CZ-10600 Praha 10

Tel: + 420 2 7265 4004

Suomi/Finland

Unimedic Pharma AB

Box 6216

SE-102 34 Stockholm

Puh/Tel: + 46 10 130 99 80

Sverige

Unimedic Pharma AB

Box 6216

SE-102 34 Stockholm

Tel: + 46 10 130 99 80

United Kingdom

Biotest (UK) Ltd.

First Floor, Park Point, 17 High Street,

Longbridge

Birmingham B31 2UQ –UK

Tel: + 44 121 733 3393

Informazzjoni dettaljata dwar din il-mediċina tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija Ewropea għall- Mediċini http://www.ema.europa.eu/.

7.Kif int jew persuna li tkun tieħu ħsiebek tistgħu tinjettaw Zutectra

L-istruzzjonijiet li ġejjin huma intenzjonati biex jispjegaw kif tinjetta Zutectra. Jekk jogħġbok aqra l- istruzzjonijiet bl-attenzjoni u segwihom pass pass. It-tabib jew l-assistent tiegħu/tagħha ser jgħallmuk il-proċess ta’ kif tinjetta.

Tippruvax tinjetta Zutectra sakemm tkun ċert/a li tifhem kif tipprepara s-soluzzjoni għall-injezzjoni u kif tagħti l-injezzjoni.

Informazzjoni ġenerali

-Żomm is-siringi u r-reċipjent għar-rimi tas-siringi fejn ma jintlaħqux mit-tfal; aqfel dawn il- provvisti jekk ikun possibbli.

-Ipprova ħu l-injezzjoni fl-istess ħin kuljum. Dan jagħmilha aktar faċli biex tiftakar biex tinjettaha.

-Dejjem iċċekkja d-doża tiegħek għal darba darbtejn.

-Is-soluzzjoni għandha titħalla tilħaq it-temperatura tal-kamra qabel l-użu.

-Iftaħ kull siringa biss meta tkun lest/a biex tieħu l-injezzjoni. Għandek tagħti l-injezzjoni immedjatament wara li tiftaħ is-siringa.

-Il-kulur tas-soluzzjoni jista’ jvarja minn ċar sa isfar ċar, jew kannella ċar. Tużax soluzzjonijiet li jkunu mċajprin jew li jkollhom xi il-frak.

-Din il-mediċina m’għandhiex titħallat ma’ mediċini oħrajn.

Qabel l-injezzjoni:

1. Aħsel idejk. Hu importanti li idejk u

l-oġġetti li tuża jkunu nodfa kemm jista’ jkun.

2. Lesti minn qabel dak kollu li ser ikollok bżonn. Sib post nadif fejn tkun tista’ tpoġġi

l-oġġetti kollha li tkun ser tuża:

-żewġ tajjariet bl-alkoħol,

-siringa waħda ta’ Zutectra,

-labra waħda adattata għal injezzjoni taħt il-ġilda.

Jekk jogħġbok innota li t-tajjar bl-alkoħol u l-labar ma jkunux fornuti fil-pakkett, u għandek taħseb għalihom inti stess.

3. l-injezzjoni,

Qabel tipprepara iddeċiedi fejn ser tinjetta. Għandek tinjetta Zutectra fis-saff tax-xaħam bejn il-ġilda u l-muskolu (madwar 8 sa 12 mm taħt il-ġilda). L-aħjar postijiet għall-injezzjonijiet huma fejn il-ġilda tkun merħija u ratba, pereżempju fiż-żaqq, id-dirgħajn, il-koxox u l-warrani, u ’l bogħod mill-ġogi, nervituri u għadam.

Importanti: Tuża l-ebda żona fuq ġismek fejn tħoss gundalli, nefħiet, għoqod ibsin, uġigħ jew fejn il- ġilda tkun biddlet il-kulur, imkemmxa, bil-qoxra, jew ikun fiha xi ferita miftuħa. Kellem lit-tabib jew professjonist fil-qasam tas-saħħa dwar dawn il-kundizzjonijiet jew kundizzjonijiet oħrajn mhux tas- soltu li tista’ ssib. Għandek tibdel il-post tal-injezzjoni ma’ kull injezzjoni. Jekk xi partijiet ikunu diffiċli wisq biex tilħaqhom, jista’ jkun hemm bżonn ta’ persuna li tkun tieħu ħsiebek biex tgħinek tagħti dawn l-injezzjonijiet.

4. s-siringa

Ipprepara b’Zutectra:

-Oħroġ is-siringa mill-pakkett.

-Eżamina s-soluzzjoni bl-attenzjoni. Din għandha tkun ċara u ma jkunx fiha frak. Jekk is-soluzzjoni tkun biddlet il-kulur, tkun imċajpra jew ikun fiha l-frak, armiha u ibda mill-ġdid b’siringa ġdida.

-Neħħi l-għatu protettiv minn fuq is-siringa.

-Oħroġ il-labra mill-pakkett sterili tagħha u waħħal il-labra fuq is-siringa.

5. Neħħi kwalunkwe bżieżaq

tal-arja li jista’ jkun hemm fis-siringa.

-Żomm is-siringa bil-labra tipponta ’l fuq, u tektek is-siringa bil-mod b’subgħajk sakemm l-arja tinġabar titla’ ’l fuq. Imbotta l-planġer ’il ġewwa bl-attenzjoni sakemm il-bżieżaq tal-arja jkunu sparixxew.

L-injezzjoni

1. iż-żona

Agħżel fejn tkun ser tagħti l-injezzjoni u żomm nota fir-rekord tal-mediċina fid-djarju.

Iż-żaqq (l-istonku): Tużax iż-żona sa pulzier madwar iż-żokra. Evita li tuża ż-żona fejn ikun hemm iċ-ċinturin, għax jekk dan iħokk mas-sit tal- injezzjoni, jista’ jirritaha. Evita ċikatriċi ta’ xi operazzjoni. Dan x’aktarx li hu l-eħfef post fejn tinjetta, jekk se tinjetta lilek innifsek.

Il-koxox: Uża ż-żoni tan-nofs u ta’ barra fejn tista’ toqros il-ġilda. X’aktarx li ser ikollok iktar tessut xaħmi iktar ma tkun eqreb lejn il-ġenbejn u iktar ma tkun ’il bogħod mill-irkoppa.

Id-dirgħajn: In-naħa ta’ wara tan-naħa ta’ fuq tad- driegħ għandha tintuża. Hu diffiċli li toqros it- tessut u tinjetta Zutectra inti stess jekk tuża dan is- sit. Jekk tagħżel li tinjetta fi driegħek inti stess, ipprova oqros it-tessut billi tpoġġi n-naħa ta’ fuq ta’ driegħek fuq in-naħa ta’ wara ta’ siġġu jew serraħha ma’ ħajt. Hu ħafna iktar faċli li xi ħadd ieħor juża dan is-sit jekk ikollok bżonn l-għajnuna.

Il-warrani: Uża kwalunkwe żona fejn tista’ toqros it-tessut. Hu aktar diffiċli li tinjetta lilek innifsek hawnhekk. Ipprova oqgħod bilwieqfa quddiem mera biex issib is-sit, jew itlob lil persuna li tkun tieħu ħsiebek biex tagħtik l-injezzjoni.

Hu importanti li tibdel (tagħmel rotazzjoni) il-postijiet fejn tagħti l-injezzjoni. Dan ser jgħin li l-

ġilda tibqa’ flessibbli u jgħin li l-mediċina tiġi assorbita b’mod konsistenti. Li tibdel il-postijiet fejn tagħti l-injezzjoni jfisser li tibda f’sit wieħed u mbagħad tuża s-siti l-oħrajn kollha qabel ma terġa’ tuża l-ewwel sit. Imbagħad ibda r-rotazzjoni tas-siti mill-ġdid. Jista’ jkun utli li żżomm rekord ta’ fejn ħadt l-aħħar injezzjoni biex tevita l-problemi.

L-għoti fil-koxox qed jintwera bħala eżempju fl-istampi li ġejjin:

2. is-sit

Naddaf fejn tkun se tagħti l-injezzjoni b’tajjara bl-alkoħol. Ħalli l-ġilda tinxef bl-arja.

3. Bil-mod

oqros il-ġilda flimkien madwar is-sit diżinfettat tal-injezzjoni (biex tgħolliha ftit) u imbotta l-labra ġol-ġilda b’moviment mgħaġġel u kunfidenti, f’angolu ta’ minn 45 sa 90 grad. Injetta taħt il-ġilda kif urewk it-tabib jew l-infermier/a.

4. Injetta

l-likwidu billi tagħfas bil-mod fuq il- planġer. Ħalli ħin biżżejjed biex tinjetta l-ammont kollu tas-soluzzjoni sakemm is-siringa tkun vojta.

5. Imbagħad iġbed

il-labra ’l barra immedjatament u erħi l-ġilda maqrusa.

6. Naddaf

is-sit tal-injezzjoni billi timsħu b’tajjara bl-alkoħol b’moviment ċirkulari.

Armi l-oġġetti kollha li jkunu intużaw

Ġaladarba l-injezzjoni tkun tlestiet, armi l-labar u l-kontenituri vojta tal-ħġieġ kollha mingħajr dewmien f’kontenitur maħsub għar-rimi ta’ oġġetti bil-ponta.

Kummenti

A B C D E F G H I J K L M N O P Q R S T U V W X Y Z
  • Għajnuna
  • Get it on Google Play
  • Dwar
  • Info on site by:

  • Presented by RXed.eu

  • 27558

    Drogi ta’ preskrizzjoni elenkati